This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0959
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/959 of 17 May 2016 laying down implementing technical standards for market soundings with regard to the systems and notification templates to be used by disclosing market participants and the format of the records in accordance with Regulation (EU) No 596/2014 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/959 tas-17 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal sondaġġi tas-suq għar-rigward tas-sistemi u l-mudelli ta' notifika li għandhom jintużaw minn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar u l-format tar-rekords f'konformita mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/959 tas-17 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal sondaġġi tas-suq għar-rigward tas-sistemi u l-mudelli ta' notifika li għandhom jintużaw minn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar u l-format tar-rekords f'konformita mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/2854
ĠU L 160, 17.6.2016, p. 23–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/959
tas-17 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għal sondaġġi tas-suq għar-rigward tas-sistemi u l-mudelli ta' notifika li għandhom jintużaw minn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar u l-format tar-rekords f'konformita mar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(10) tiegħu.
Billi:
(1) |
Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu r-rekords tal-komunikazzjonijiet tal-informazzjoni li jkunu qegħdin isiru għall-iskopijiet tas-sondaġġi tas-suq bejniethom u l-persuni kollha li jirċievu s-sondaġġi tas-suq. Tali rekords għandhom jassistu lill-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar biex jipprovdu evidenza ta' mġieba xierqa lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari meta n-natura tal-informazzjoni tinbidel wara s-sondaġġ tas-suq jew meta l-awtorità kompetenti jkollha bżonn tagħmel rieżami tal-proċess tal-kategorizzazzjoni tal-informazzjoni. Għal dak il-għan, kull rekord bħal dan għandu jinżamm f'format elettroniku. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kkomunikata tkun irreġistrata b'mod konsistenti anki meta jsiru sondaġġi tas-suq matul laqgħat mhux irreġistrati jew konverżazzjonijiet bit-telefon, għandu jitfassal mudell uniformi għall-minuti jew in-noti bil-miktub ta' dawk il-laqgħat u l-konverżazzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kkomunikata tkun reġistrata b'mod konsistenti, il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-komunikazzjonijiet bil-miktub li jinfurmaw lill-persuni li jirċievu s-sondaġġi tas-suq meta l-informazzjoni li tkun żvelata fil-kors tas-sondaġġ tas-suq ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġjata. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala materja ta' urġenza u li d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawn stipulati fir-Regolamenti (UE) Nru 596/2014. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Format elettroniku tar-rekords
Ir-rekords kollha li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/960 (3) għandhom jinżammu f'format elettroniku.
Artikolu 2
Format għaż-żamma ta' rekords tal-minuti jew in-noti bil-miktub
Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom ifasslu l-minuti jew in-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 f'format elettroniku bl-użu ta'
(a) |
il-mudell stipulat fl-Anness I fejn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar jikkunsidraw li s-sondaġġ tas-suq jinvolvi d- ta' informazzjoni privileġġjata; |
(b) |
il-mudell stipulat fl-Anness II fejn parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar jikkunsidraw li s-sondaġġ tas-suq ma jkunx jinvolvi l-iżvelar ta' informazzjoni privileġġjata. |
Artikolu 3
Format għaż-żamma ta' rekords tad-dejta rigward investituri potenzjali
1. Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 fil-forma ta' listi separati għal kull sondaġġ tas-suq.
2. Parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 fil-forma ta' lista unika.
Artikolu 4
Format għall-komunikazzjoni u r-reġistrazzjoni li l-informazzjoni ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata
1. Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-persuni li jkunu rċevew is-sondaġġi tas-suq li l-informazzjoni divulgata fil-kors tas-sondaġġ tas-suq ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata.
2. Il-parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 f'konformità mal-mudell stipulat fl-Anness III.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/960 tas-17 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa għal parteċipanti fis-suq li jagħmlu żvelar li jkunu qegħdin jagħmlu sondaġġi tas-suq (ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
Mudell għall-minuti u n-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) (UE) 2016/960 meta tiġi żvelata informazzjoni privileġġjata
Partita |
Kaxxa tat-test |
||
|
L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni. |
||
|
Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni |
||
|
Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata. |
||
|
Rekord tad-dikjarazzjoni li l-komunikazzjoni ssir għall-iskopijiet ta' sondaġġ tas-suq. |
||
|
Rekord tal-informazzjoni dwar il-konferma mill-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar qiegħed jikkomunika mal-persuna fdata mill-investitur potenzjali li jirċievi s-sondaġġ tas-suq. |
||
|
Rekord tad-dikjarazzjoni li tikkjarifika li, jekk taċċetta li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, il-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni sejra tirċievi l-informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar jikkunsidra bħala informazzjoni privileġġjata u referenza għall-obbligu stipulat fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. |
||
|
Rekord tal-informazzjoni mogħtija, jekk ikun il-każ, dwar iż-żmien stmat meta jkun mistenni li l-informazzjoni ssir pubblika jew it-tranżazzjoni titnieda, flimkien ma' spjegazzjoni dwar għaliex dan jista' jkun soġġett għal bidla u kif il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq tiġi infurmata fil-każ li ż-żmien stmat ma jkunx għadu validu. |
||
|
Rekord tad-dikjarazzjoni li tispjega lill-persuna li tirċievi l-komunikazjoni l-obbligi li japplikaw għall-pussess ta' informazzjoni privileġġjata, skont il-punti (b), (c) u (d) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. |
||
|
Rekord tal-informazzjoni dwar il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li tirċievi l-informazzjoni privileġġjata, kif issir referenza fil-punt (a) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (talba u tweġiba). |
||
|
Deskrizzjoni tal-informazzjoni divulgata għall-iskopijiet tas-sondaġġ tas-suq, l-identifikazzjoni tal-informazzjoni titqies bħala informazzjoni privileġġjata. |
ANNESS II
Mudell għall-minuti u n-noti bil-miktub li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/960 meta tiġi żvelata informazzjoni privileġġjata
Partita |
Kaxxa tat-test |
||
|
L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni. |
||
|
Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni |
||
|
Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata. |
||
|
Rekord tad-dikjarazzjoni li l-komunikazzjoni ssir għall-iskopijiet ta' sondaġġ tas-suq. |
||
|
Rekord tal-informazzjoni dwar il-konferma mill-persuna kkuntattjata li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar qiegħed jikkomunika mal-persuna fdata mill-investitur potenzjali li jirċievi s-sondaġġ tas-suq. |
||
|
Rekord tad-dikjarazzjoni li tikkjarifika li, jekk taċċetta li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, il-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni tal-informazzjoni sejra tirċievi l-informazzjoni li l-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar ma jikkunsidrax bħala informazzjoni privileġġjata u referenza għall-obbligu stipulat fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. |
||
|
Rekord tal-informazzjoni dwar il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tipproċedi bis-sondaġġ tas-suq (talba u tweġiba). |
||
|
Deskrizzjoni tal-informazzjoni divulgata għall-iskopijiet tas-sondaġġ tas-suq. |
ANNESS III
Mudell għar-reġistrar tal-komunikazzjoni mogħtija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 biex il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq tiġi infurmata li l-informazzjoni divulgata ma tkunx għadha informazzjoni privileġġgjata
Partita |
Kaxxa tat-test |
||
|
L-ismijiet sħaħ tal-parteċipant tas-suq li jagħmel żvelar u tal-persuna fi ħdan il-parteċipant fis-suq li jagħmel żvelar li jipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni. |
||
|
Isem sħiħ tal-persuna li tirċievi l-komunikazzjoni u d-dettalji tal-kuntatt użati għall-komunikazzjoni |
||
|
Data u l-ħin(ijiet) tal-komunikazzjoni biż-żona tal-ħin speċifikata. |
||
|
Informazzjoni għall-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni li kienet suġġetta għas-sondaġġ tas-suq. Din tista' tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta' tranżazzjoni, eż. IPO, offerta sekondarja, amalgamazzjoni, kummerċ ta' blokki, ippjazzar privat, żieda fis-sehem kapitali. |
||
|
Informazzjoni dwar id-data u l-ħin meta kienet ġiet żvelata l-informazzjoni privileġġjata bħala parti mis-sondaġġ tas-suq |
||
|
Dikjarazzjoni li tinforma lir-reċipjent tas-sondaġġ tas-suq bil-fatt li l-informazzjoni żvelata ma tkunx għadha informazzjoni privileġġjata. |
||
|
Id-data indikata lir-reċipjent tas-sondaġġ tas-suq bħala d-data meta l-informazzjoni żvelata bħala parti mis-sondaġġ tas-suq ma kinitx baqgħet informazzjoni privileġġjata. |