EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0623
Council Regulation (EU, Euratom) 2015/623 of 21 April 2015 amending Regulation (EU, Euratom) No 1311/2013 laying down the multiannual financial framework for the years 2014-2020
Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/623
tal-21 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (1) jipprovdi li fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' regoli ġodda jew programmi b'ġestjoni kondiviża għall-Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u għall-Fond għas-Sigurtà Interna, il-qafas finanzjarju pluriennali għandu jiġi rivedut sabiex jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, 'il fuq mil-limiti massimi tan-nefqa korrispondenti, l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2014. Skont dak l-Artikolu, ir-reviżjoni li tikkonċerna t-trasferiment ta' allokazzjonijiet mhux użati għas-sena 2014 għandha tiġi adottata qabel l-1 ta' Mejju 2015. |
(2) |
Bħala riżultat ta' din l-adozzjoni tard, EUR 11 216 187 326 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni prevista fil-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni, EUR 9 446 050 652 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni prevista għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u EUR 442 319 096 tal-allokazzjoni prevista għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2014 u lanqas jiġu riportati għas-sena 2015. |
(3) |
L-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għandu għalhekk jiġi rivedut billi jitrasferixxi l-approprjazzjonijiet għall-impenji mhux użati fl-2014 għas-snin sussegwenti għas-subintestatura 1b, l-intestatura 2 u l-intestatura 3. Għal dan l-iskop, il-figuri fil-prezzijiet kurrenti huma maqluba għall-prezzijiet tal-2011. |
(4) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
ANNESS
QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-28)
(EUR miljuni — prezzijiet tal-2011) |
||||||||||
APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Total 2014-2020 |
||
|
49 713 |
72 047 |
62 771 |
64 277 |
65 528 |
67 214 |
69 004 |
450 554 |
||
|
15 605 |
16 321 |
16 726 |
17 693 |
18 490 |
19 700 |
21 079 |
125 614 |
||
|
34 108 |
55 726 |
46 045 |
46 584 |
47 038 |
47 514 |
47 925 |
324 940 |
||
|
46 981 |
59 765 |
58 204 |
53 448 |
52 466 |
51 503 |
50 558 |
372 925 |
||
inkluża: Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti |
41 254 |
40 938 |
40 418 |
39 834 |
39 076 |
38 332 |
37 602 |
277 454 |
||
|
1 637 |
2 269 |
2 306 |
2 289 |
2 312 |
2 391 |
2 469 |
15 673 |
||
|
7 854 |
8 083 |
8 281 |
8 375 |
8 553 |
8 764 |
8 794 |
58 704 |
||
|
8 218 |
8 385 |
8 589 |
8 807 |
9 007 |
9 206 |
9 417 |
61 629 |
||
Inkluża: nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
6 649 |
6 791 |
6 955 |
7 110 |
7 278 |
7 425 |
7 590 |
49 798 |
||
|
27 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
27 |
||
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN |
114 430 |
150 549 |
140 151 |
137 196 |
137 866 |
139 078 |
140 242 |
959 512 |
||
bħala perċentwal tal-ING |
0,88 % |
1,13 % |
1,03 % |
1,00 % |
0,99 % |
0,98 % |
0,98 % |
1,00 % |
||
|
||||||||||
TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIET TA' PAGAMENT |
128 030 |
131 095 |
131 046 |
126 777 |
129 778 |
130 893 |
130 781 |
908 400 |
||
bħala perċentwal tal-ING |
0,98 % |
0,98 % |
0,97 % |
0,92 % |
0,93 % |
0,93 % |
0,91 % |
0,95 % |
||
Marġini disponibbli |
0,25 % |
0,25 % |
0,26 % |
0,31 % |
0,30 % |
0,30 % |
0,32 % |
0,28 % |
||
Limitu tar-Riżorsi Proprji bħala perċentwal tal-ING |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |