This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0134
Commission Delegated Regulation (EU) No 134/2014 of 16 December 2013 supplementing Regulation (EU) No 168/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to environmental and propulsion unit performance requirements and amending Annex V thereof Text with EEA relevance
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas- 16 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/12/2023
21.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 134/2014
tas-16 ta’ Diċembru 2013
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza fis-suq tal-vetturi b’żewġ jew tliet roti u tal-kwadriċikli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 23(12), l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 74 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-terminu “vetturi tal-kategorija L” ikopri firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ vetturi ħfief b’żewġ, tliet jew erba’ roti, pereżempju roti motorizzati, mopeds b’żewġ jew tliet roti, muturi b’żewġ jew tliet roti, muturi bis-side-cars u vetturi ħfief b’erba’ roti (kwadriċikli), bħal quads għat-triq, il-quads u kwadrimobbli adatti għal kull tip ta' terren. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jipprevedi l-possibbiltà li r-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) jiġu applikati għall-finijiet tal-approvazzjoni sħiħa tat-tip għall-vetturi tal-UE. Skont dak ir-Regolament, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-regolamenti tan-NU/KEE li japplikaw fuq bażi obbligatorja titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE. |
(3) |
L-applikazzjoni obbligatorja tar-regolamenti tan-NU/KEE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u tal-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula fuq livell internazzjonali tista’ ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b’mod partikolari dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-parts li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Il-Ftehim Rivedut tal-1958”), bl-adeżjoni tal-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/836/KE (2), u b’hekk issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, sal-lum ir-regolamenti disponibbli tan-NU/KEE huma jew skaduti jew ma jeżistux, u għalhekk qed jiġu riveduti jew aġġornati skont il-progress tekniku. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta direttivi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom intiżi għal dawk il-vetturi fl-oqsma tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni. Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE dawk id-direttivi għandhom l-ewwel jiġu sostitwiti bid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Għall-medda ta' żmien twil, meta jintemm il-proċess ta' reviżjoni fuq il-livell tan-NU, għandhom isiru disponibbli regoli ekwivalenti tan-NU/KEE, u b'hekk ikun possibbli li t-test ta' dan ir-Regolament jiġi sostitwit billi ssir referenza għal dawk ir-regolamenti tan-NU/KEE. |
(5) |
B’mod partikolari, ir-regolament tan-NU/KEE Nru 41 dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes tal-muturi tal-kategoriji L3e u L4e ġie aġġornat skont il-progress tekniku fl-2011. Għalhekk, ir-regolament tan-NU/KEE Nru 41 għandu jsir obbligatorju fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip u jissostitwixxi l-Anness III tal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE (3) sabiex il-muturi jkunu konformi ma’ sett wieħed biss ta’ rekwiżiti marbuta mal-ħsejjes tal-muturi, li huma aċċettati globalment mill-partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958. Ir-regolament tan-NU/KEE Nru 85 dwar il-kejl tal-potenza netta tal-muturi elettriċi għandu wkoll isir obbligatorju bl-istess objettiv ta’ rikonoxximent reċiproku bejn il-partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 fil-qasam tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-muturi elettriċi. |
(6) |
Il-passi ambjentali tal-Euro 4 u 5 huma tali miżuri mfassla sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ materja partikulata u ta’ prekursuri tal-ożonu, bħalma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi. Hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli fl-emissjonijiet tal-idrokarburi mill-vetturi tal-kategorija L sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja u tintlaħaq il-konformità tas-sistema tal-egżost li tingħata l-approvazzjoni tat-tip għal sistema mal-valuri limiti għat-tniġġis, mhux biss direttament sabiex jitnaqqsu b’mod sinjifikanti l-emissjonijiet tal-idrokarburi sproporzjonalment għolja tal-egżost u tal-evaporazzjoni minn dawn il-vetturi, iżda wkoll sabiex jitnaqqsu l-livelli tal-partikoli volatili f’żoni urbani u possibbilment ukoll l-ismogg. |
(7) |
Waħda mill-miżuri kontra l-emissjonijiet eċċessivi tal-idrokarburi mill-vetturi tal-kategorija L hija intiża sabiex tillimita l-emissjonijiet evaporattivi għal-limiti tal-massa tal-idrokarburi stipulati fl-Anness VI(c) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Għal dan il-għan, għandu jitwettaq test tat-tip IV fl-approvazzjoni tat-tip sabiex jitkejlu l-emissjonijiet evaporattivi ta’ vettura. Wieħed mir-rekwiżiti tat-test SHED (id-Determinazzjoni tal-Emissjonijiet evaporattivi f’Ambjent Issiġillat) tat-tip IV huwa li jitwaħħal kontenitur tal-karbonju li jkun ġie mgħoddi minn proċess rapidu ta’ tiqdim jew inkella jiġi applikat fattur ta’ deterjorazzjoni ta’ sustanzi addittivi meta jitwaħħal kontenitur tal-karbonju li jkun “degreened”. Għandu jiġi investigat fl-istudju dwar l-effetti ambjentali msemmi fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jekk huwiex kost-effiċjenti jew le li dan il-fattur ta’ deterjorazzjoni jinżamm bħala alternattiva għat-twaħħil ta’ kontenitur tal-karbonju rappreżentattiv u li jkun ġie mgħoddi minn proċess rapidu ta’ tiqdim. Jekk ir-riżultat tal-istudju juri li dan il-metodu mhuwiex kost-effiċjenti, għandha tiġi ppreżentata proposta fi żmien adegwat sabiex din l-alternattiva titħassar u għandha ssir applikabbli wara l-pass tal-Euro 5. |
(8) |
Hemm bżonn ta’ metodu standardizzat għall-kejl tal-effiċjenza enerġetika (il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija, l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, kif ukoll il-medda elettrika) tal-vetturi sabiex jiġi żgurat li ma jitfaċċa ebda ostakolu tekniku għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jiġu pprovduti b’informazzjoni preċiża u oġġettiva. |
(9) |
Il-metodi użati għall-kejl tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, fosthom il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, it-torque massimu u l-potenza kontinwa massima totali tal-vetturi tal-kategorija L, jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u dan jista’ jikkostitwixxi ostakoli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jitfasslu rekwiżiti armonizzati għall-metodi li jintużaw għall-kejl tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi tal-kategorija L sabiex l-approvazzjoni tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati tkun tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura simili. |
(10) |
Ir-rekwiżiti ambjentali jew tas-sigurtà funzjonali jeħtieġu restrizzjonijiet fuq il-manipulazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ vetturi tal-kategorija L. Sabiex jiġu evitati l-ostakoli għall-manutenzjoni u għaż-żamma tal-vetturi li jsiru mis-sidien tal-vettura, dawn ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu limitati strettament għall-manipulazzjoni li timmodifika b’mod sinjifikanti l-prestazzjoni ambjentali u l-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni tal-vettura u s-sigurtà funzjonali b’mod dannuż. Minħabba li l-manipulazzjoni dannuża tas-sistema tal-motopropulsjoni (powertrain) tal-vettura taffettwa kemm il-prestazzjoni ambjentali kif ukoll il-prestazzjoni tas-sigurtà funzjonali, ir-rekwiżiti ddettaljati rigward il-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni u rigward it-tnaqqis tal-istorbju stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jintużaw bħala referenza għall-infurzar tal-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni. |
(11) |
Il-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tirreferi għat-tmien tipi ta’ testijiet li jippermettu li l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura tal-kategorija L tiġi approvata. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ddettaljati dwar it-testijiet f’dan l-att delegat, kif ukoll li l-Anness V (A) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġi emendat billi l-limiti tat-testijiet maqbula mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew jiġu marbuta mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tal-ittestjar iddettaljati li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. Referenza għar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-ittestjar iddettaljati stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 permezz tal-emendi stabbiliti fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tal-ittestjar iddettaljati fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għal dawn il-vetturi skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013, filwaqt li jistabbilixxi lista ta’ regolamenti tan-NU/KEE u emendi għalihom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“WMTC, stadju 1” jirreferi għaċ-Ċiklu Dinji armonizzat tal-Ittestjar tal-Muturi kif stipulat fir-Regolament Tekniku Globali Nru 2 tan-NU/KEE (4), li jintuża bħala ċiklu tal-ittestjar tal-emissjonijiet tat-tip I alternattiv għaċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew mill-2006 għat-tipi ta’ muturi tal-kategorija L3e; |
(2) |
“WMTC, stadju 2” jirreferi għaċ-Ċiklu Dinji armonizzat tal-Ittestjar tal-Muturi kif stipulat fir-Regolament Tekniku Globali Nru 2 tan-NU/KEE (5), li jintuża bħala ċ-ċiklu obbligatorju tal-ittestjar tal-emissjonijiet tat-tip I fl-approvazzjoni tal-vetturi tas-(sub)kategoriji L3e, L4e, L5e-A u L7e-A konformi mal-Euro 4; |
(3) |
“WMTC, stadju 3” jirreferi għad-WMTC rivedut imsemmi fl-Anness VI(A) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u huwa ugwali għaċ-Ċiklu Dinji armonizzat tal-Ittestjar tal-Muturi kif stipulat fir-Regolament Tekniku Globali emendat Nru 2 tan-NU/KEE (6) u adattat għall-vetturi b’veloċità massima baxxa tad-disinn tal-vettura, li jintuża bħala ċ-ċiklu obbligatorju tal-ittestjar tal-emissjonijiet tat-tip I fl-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L konformi mal-Euro 5; |
(4) |
“veloċità massima tad-disinn tal-vettura” tfisser il-veloċità massima ddeterminata skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament; |
(5) |
“emissjonijiet tal-egżost” tfisser l-emissjonijiet ta’ sustanzi f’forma ta’ gass li jniġġsu u materja partikulata mill-egżost tal-vettura; |
(6) |
“filtru tal-materja partikulata” tfisser apparat li jiffiltra mwaħħal fis-sistema tal-egżost ta’ vettura sabiex inaqqas il-materja partikulata mill-fluss tal-egżost; |
(7) |
“miżmuma u użata tajjeb” tfisser li meta tiġi magħżula vettura tat-test, din tissodisfa l-kriterji fir-rigward ta’ livell tajjeb ta’ manutenzjoni u użu normali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura għall-aċċettazzjoni tal-vettura tat-test ta' dan it-tip; |
(8) |
‘il-fjuwil li teħtieġ il-magna’ tfisser it-tip ta’ fjuwil li normalment jintuża mill-magna:
|
(9) |
“approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni ambjentali” ta’ vettura tfisser l-approvazzjoni ta’ tip, varjant jew verżjoni ta’ vettura fir-rigward tal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(10) |
“tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali” tfisser sett ta’ vetturi tal-kategorija L li ma jvarjawx minn xulxin f'dawn l-aspetti li ġejjin:
|
(11) |
“sistema b'riġenerazzjoni perjodika” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis, bħal konvertitur katalitiku, filtru għall-materja partikulata jew kwalunkwe apparat għall-kontroll tat-tniġġis ieħor li jeħtieġ proċess ta’ riġenerazzjoni perjodika f’inqas minn 4 000 km tat-tħaddim normali tal-vettura; |
(12) |
“vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex taħdem b’mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew f’forma ta’ gass u f’temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew inkella li jkun sostanzjalment derivat minn żejt mhux minerali; |
(13) |
“vettura li tuża fleksfjuwil H2NG” tfisser vettura li tuża fleksfjuwil u li hija ddisinjata biex taħdem b’taħlitiet differenti ta’ idroġenu u gass naturali jew bijometanu; |
(14) |
“vettura tal-oriġini” tfisser vettura li hija rappreżentattiva ta’ familja ta’ propulsjoni stabbilita fl-Anness XI; |
(15) |
“tip ta’ apparat għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser kategorija ta’ apparati għall-kontroll tat-tniġġis li jintużaw għall-kontroll ta' emissjonijiet tat-tniġġis u li ma jvarjawx fil-prestazzjoni ambjentali u fil-karatteristiċi tad-disinn essenzjali tagħhom; |
(16) |
“konvertitur katalitiku” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis mill-emissjonijiet li jikkonverti prodotti inċidentali tossiċi tal-kombustjoni fl-egżost ta’ magna f’sustanzi inqas tossiċi permezz ta’ reazzjonijiet kimiċi katalizzati; |
(17) |
“tip ta’ konvertitur katalitiku” tfisser kategorija ta’ konvertituri katalitiċi li ma jvarjawx f'dawn l-aspetti li ġejjin:
|
(18) |
“massa ta’ referenza” tfisser il-massa ta’ vettura tal-kategorija L lesta biex tibda taħdem stabbilita skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 miżjuda bil-massa tas-sewwieq (75 kg) u, jekk applikabbli, miżjuda mal-massa tal-batterija tal-propulsjoni; |
(19) |
“sistema tal-mototrasmissjoni” tfisser il-parti tas-sistema tal-motopropulsjoni wara l-output unità(jiet) tal-propulsjoni, magħmula, jekk applikabbli, mill-clutches tal-konvertitur tat-torque, it-trasmissjoni u l-kontroll tagħha, jew ix-xaft tat-trasmissjoni jew belt drive jew chain drive, id-differentials, il-final drive u d-driven wheel tyre (radius); |
(20) |
“sistema stop-start” tfisser waqfien u startjar awtomatiku tal-unità tal-propulsjoni sabiex jitnaqqas il-ħin tal-vettura bil-magna mhux ingranata, u b’hekk jonqsu kemm il-konsum tal-fjuwil, kif ukoll l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u tas-CO2 mill-vettura; |
(21) |
“softwer tas-sistema tal-motopropulsjoni” tfisser sett ta’ algoritmi kkonċernati bit-tħaddim tas-sistemi ta’ pproċessar tad-dejta tal-unitajiet ta' kontroll tas-sistema tal-motopropulsjoni, tal-unitajiet ta' kontroll tal-propulsjoni jew tal-unitajiet ta' kontroll tas-sistema tal-mototrasmissjoni (drivetrain), li jinkludi sekwenza f’ordni ta’ struzzjonijiet li jbiddlu l-istat tal-unitajiet ta' kontroll; |
(22) |
“kalibrazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni” tfisser l-applikazzjoni ta’ sett speċifiku ta’ data maps u parametri użati mis-softwer tal-unità ta’ kontroll għall-aġġustamenttal-kontroll tal-unità/jiet tal-propulsjoni jew tas-sistema tal-mototrasmissjoni, tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vettura; |
(23) |
“unità ta’ kontroll tas-sistema tal-motopropulsjoni” tfisser unità ta’ kontroll ikkombinata tal-magna/i tal-kombustjoni, tal-muturi ta’ trazzjoni elettrika jew tas-sistemi tas-sistema tal-mototrasmissjoni li tinkludi t-trasmissjoni jew il-klaċċ; |
(24) |
“unità ta’ kontroll tal-magna” tfisser il-kompjuter abbord li jikkontrolla l-magna/i tal-vettura parzjalment jew kompletament; |
(25) |
“unità ta’ kontroll tas-sistema tal-mototrasmissjoni” tfisser il-kompjuter abbord li jikkontrolla s-sistema tal-mototrasmissjoni tal-vettura parzjalment jew kompletament; |
(26) |
“sensur” tfisser konvertitur li jkejjel kwantità fiżika jew stat fiżiku u jikkonvertih/a f’sinjal elettriku li jintuża bħala input fl-unità ta’ kontroll; |
(27) |
“attwatur” tfisser konvertitur ta’ sinjal ta’ output minn unità ta’ kontroll f’mozzjoni, sħana jew stat fiżiku ieħor għall-kontroll tas-sistema tal-motopropulsjoni, tal-magna/i jew tas-sistema tal-mototrasmissjoni; |
(28) |
“karburatur” tfisser apparat li jħallat il-fjuwil u l-arja f’taħlita li tista’ tinħaraq f’magna ta’ kombustjoni; |
(29) |
“scavenging port” tfisser konnettur bejn il-crankcase u l-kompartiment tal-kombustjoni ta’ magna two-stroke li permezz tiegħu ċ-ċarġ tal-arja friska, tal-fjuwil u tat-taħlita taż-żejt tal-lubrikazzjoni tidħol fil-kompartiment tal-kombustjoni; |
(30) |
“sistema ta’ intake tal-arja” tfisser sistema komposta minn komponenti li jippermettu ċ-ċarġ tal-arja friska jew it-taħlita ta’ arja u fjuwil jidħlu fil-magna u tinkludi, jekk jitwaħħlu, il-filtru tal-arja, il-pajpijiet tad-dħul, ir-resonator(s), it-throttle body u l-manifold tad-dħul ta’ magna; |
(31) |
“turboċarġer” tfisser kompressur ċentrifugali mħaddem b’turbina tal-gassijiet tal-egżost li jsaħħaħ l-ammont ta’ ċarġ ta’ arja fil-magna tal-kombustjoni, biex b’hekk tiżdied il-prestazzjoni tal-propulsjoni; |
(32) |
“superċarġer” tfisser kompressur tad-dħul tal-arja użat għall-induzzjoni sforzata ta’ magna tal-kombustjoni, biex b’hekk tiżdied il-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni; |
(33) |
“ċellola tal-fjuwil” tfisser konvertitur tal-enerġija kimika mill-idroġenu f’enerġija elettrika għall-propulsjoni tal-vettura; |
(34) |
“crankcase” tfisser l-ispazji fil-magna jew barra mill-magna li huma konnessi mat-tank taż-żejt permezz ta’ kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar; |
(35) |
“test tal-permeabbiltà” tfisser l-ittestjar tat-telf mill-ħitan tal-kontenitur tal-materjal mhux metalliku għall-ħażna tal-fjuwil u l-prekondizzjonament tal-kontenitur tal-materjal mhux metalliku għall-ħażna tal-fjuwil qabel l-ittestjar tal-ħażna tal-fjuwil skont in-Numru C8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
(36) |
“permeazzjoni” tfisser it-telf mill-ħitan tas-sistemi tal-ħażna u l-kunsinna tal-fjuwil, li ġeneralment tiġi ttestjata billi jiġi ddeterminat it-telf tal-piż; |
(37) |
“evaporazzjoni” tfisser it-telf minħabba l-evaporazzjoni mill-ħażna tal-fjuwil, mis-sistema tal-kunsinna tal-fjuwil u minn sorsi oħrajn li permezz tagħhom l-idrokarburi jidħlu fl-atmosfera; |
(38) |
“akkumulazzjoni tal-kilometraġġ” tfisser vettura ta’ test rappreżentattiva jew flotta ta’ vetturi ta’ test rappreżentattivi li jsuqu distanza definita minn qabel kif stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 skont ir-rekwiżiti tal-ittestjar tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
(39) |
“sistema tal-motopropulsjoni elettrika” tfisser sistema li tikkonsisti minn apparat wieħed jew aktar għall-ħażna tal-enerġija elettrika, bħall-batterija, il-flajwils elettromekkaniċi, is-superkapaċitaturi jew apparati oħra, apparat wieħed jew aktar għall-kondizzjonament tal-enerġija elettrika u magna elettrika waħda jew aktar għall-konverżjoni tal-enerġija elettrika maħżuna f’enerġija mekkanika li titwassal fir-roti għall-propulsjoni tal-vettura; |
(40) |
“medda elettrika”, tfisser id-distanza li l-vetturi li jaħdmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss jew b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida bi ċċarġjar mhux fuq il-vettura, jistgħu jinsaqu bl-elettriku fuq batterija waħda li tkun iċċarġjata kollha jew permezz ta’ apparat ieħor għall-ħażna tal-enerġija elettrika, imkejla skont il-proċedura stabbilita fl-Appendiċi 3.3 tal-Anness VII; |
(41) |
“medda OVC” tfisser id-distanza totali koperta matul ċikli kkombinati sħaħ sakemm tinħela l-enerġija ttrasferita mill-iċċarġjar estern tal-batterija (jew permezz ta’ apparat ieħor għall-ħażna tal-enerġija elettrika), imkejla skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3 tal-Anness VII; |
(42) |
“il-veloċità massima ta’ vettura għal tletin minuta” tfisser il-veloċità massima li kapaċi tilħaq vettura mkejla matul 30 minuta bħala riżultat tal-qawwa tal-batterija għal 30 minuta stabbilita fir-regolament tan-NU/KEE Nru 85; |
(43) |
“approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni” ta’ vettura tfisser l-approvazzjoni ta’ tip, varjant jew verżjoni ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni tal-unitajiet tal-propulsjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(44) |
“tip ta’ propulsjoni” tfisser l-unitajiet tal-propulsjoni li l-karatteristiċi tagħhom ma jvarjaw f’ebda aspett fundamentali fir-rigward tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, il-qawwa netta massima, il-qawwa nominali kontinwa massima u t-torque massimu; |
(45) |
“qawwa netta” tfisser il-qawwa disponibbli fuq il-bank tat-test fl-aħħar tal-krankxaft jew ta’ komponent ekwivalenti tal-unità tal-propulsjoni fil-veloċitajiet tat-tidwir imkejla mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip, flimkien mal-aċċessorji elenkati fit-Tabelli Ap2.1-1 jew Ap2.2-1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness X, b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza tal-gerboks fejn il-qawwa netta tkun tista’ titkejjel biss bil-gerboks imwaħħla mal-propulsjoni; |
(46) |
“qawwa netta massima” tfisser l-output tal-qawwa netta massima minn unitajiet tal-propulsjoni li jinkludu magna tal-kombustjoni waħda jew aktar, imkejla bit-tħaddim tal-magna b'tagħbija sħiħa; |
(47) |
“torque massimu” tfisser il-valur tat-torque massimu mkejjel bit-tħaddim tal-magna b'tagħbija sħiħa; |
(48) |
“aċċessorji” tfisser l-apparat u t-tagħmir kollha elenkati fit-Tabella Ap2.1-1 jew Ap2.2-1 tal-Anness X. |
KAPITOLU II
L-OBBLIGI TAL-MANIFATTUR FIR-RIGWARD TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI TAL-VETTURI
Artikolu 3
Ir-rekwiżiti ta’ twaħħil u dimostrazzjoni relatati mal-prestazzjoni ambjentali ta' vetturi tal-kategorija L
1. Il-manifattur għandu jarma l-vetturi tal-kategorija L b’sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jaffettwaw il-prestazzjoni ambjentali ta’ vettura u li jiġu ddisinjati, jinbnew u jintramaw b’tali mod li jippermettu li l-vettura waqt l-użu normali u waqt li ssirilha manutenzjoni skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u mal-proċeduri tal-ittestjar ta' dan ir-Regolament.
2. Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni, permezz ta’ test b’dimostrazzjoni fiżika, li l-vetturi tal-kategorija L magħmula disponibbli fis-suq, irreġistrati jew li jidħlu fis-servizz fl-Unjoni huma konformi mar-rekwiżiti tekniċi ddettaljati u mal-proċeduri tal-ittestjar fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-vetturi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 15.
3. Meta l-manifattur jimmodifika l-karatteristiċi tas-sistema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet jew il-prestazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-komponenti rilevanti għall-emissjonijiet wara t-tqegħid fis-suq tat-tip ta’ vettura approvata fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali, il-manifattur għandu jirrapporta dwar dan lill-awtorità tal-approvazzjoni mingħajr dewmien. Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-karatteristiċi mibdula tas-sistema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet jew tal-komponenti ma jirriżultawx fi prestazzjoni ambjentali agħar minn dak muri fl-approvazzjoni tat-tip.
4. Il-manifattur għandu jiżgura li l-ispare parts u l-apparat li huma disponibbli fis-suq jew li qegħdin jidħlu fis-servizz fl-Unjoni jkunu konformi mar- rekwiżiti tekniċi ddettaljati u mal-proċeduri tal-ittestjar fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi msemmija f’dan ir-Regolament. Vettura approvata tal-kategorija L mgħammra b’tali spare part jew apparat għandha tissodisfa l-istess rekwiżiti tal-ittestjar u valuri limiti tal-prestazzjoni bħal vettura mgħammra b’parts jew apparat oriġinali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reżistenza sa u inklużi dawk stabbiliti fl-Artikolu 22(2), l-Artikolu 23 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
5. Il-manifattur għandu jiżgura li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifikazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni jiġu segwiti fir-rigward tar-rekwiżiti ddettaljati tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni stabbiliti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fin-Numru C3 tal-Anness II.
6. Il-manifattur għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, inklużi l-kompjuters li jikkontrollaw il-prestazzjoni ambjentali u l-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni skont in-Numru C1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
7. Għall-applikazzjonijiet ibridi jew l-applikazzjonijiet mgħammra b’sistema ta’ stop-start, il-manifattur għandu jinstalla fuq il-vettura “modalità ta’ servizz” li tagħmilha possibbli, soġġetta għal ittestjar jew spezzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, li l-vettura tkompli taħdem kontinwament bil-magna li tikkonsma l-fjuwil. Fejn tali spezzjoni jew test jirrikjedu proċedura speċjali, din għandha tiġi spjegata fid-dettall fil-manwal dwar is-servizz (jew b’mezzi ekwivalenti). Dik il-proċedura speċjali ma għandhiex teħtieġ l-użu ta’ tagħmir speċjali għajr dak ipprovdut mal-vettura.
Artikolu 4
L-applikazzjoni tar-regolamenti tan-NU/KEE
1. Ir-regolamenti tan-NU/KEE u l-emendi għalihom stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni.
2. Il-vetturi b’veloċità massima tad-disinn tagħhom ta’ < 25 km fis-siegħa għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tar-regolamenti tan-NU/KEE li huma applikabbli għall-vetturi b’veloċità massima ddisinjata għalihom ta’ > 25 km fis-siegħa.
3. Ir-referenzi għall-vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4, L5, L6 u L7 fir-regolamenti tan-NU/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e, L3e, L4e, L5e, L6e u L7e rispettivament skont dan ir-Regolament, inklużi kwalunkwe sub-kategoriji.
Artikolu 5
Speċifikazzjonijiet tekniċi, rekwiżiti u proċeduri tal-ittestjar fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta' vetturi tal-kategorija L
1. Il-proċeduri tal-ittestjar għall-prestazzjoni ambjentali u għall-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-ittestjar stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. Il-proċeduri tal-ittestjar għandhom jitwettqu mill-awtorità tal-approvazzjoni jew għandha tixhed għalihom l-istess awtorità jew, jekk ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-approvazzjoni, għandhom jitwettqu mis-servizz tekniku. Il-manifattur għandu jagħżel vettura tal-oriġini rappreżentattiva sabiex juri li l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi tal-kategorija L għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Anness XI.
3. Il-metodi tal-kejl u r-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu rrapportati lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-format tar-rapport tat-test skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
4. L-approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni ambjentali fir-rigward tat-testijiet tat-tipi I, II, III, IV, V, VII u VIII għandha tiġi estiża għal vetturi b’varjanti, verżjonijiet u tipi u familji ta’ propulsjoni differenti, sakemm il-parametri tal-verżjoni, tal-propulsjoni jew tas-sistema ta’ kontroll tat-tniġġis speċifikati fl-Anness XI ikunu identiċi jew jibqgħu fi ħdan it-tolleranzi preskritti u ddikjarati f'dak l-Anness.
5. L-applikazzjonijiet ibridi jew l-applikazzjonijiet mgħammra b’sistema ta’ stop-start għandhom jiġu ttestjati waqt li l-magna li tikkonsma l-fjuwil tkun qiegħda taħdem, meta dan ikun speċifikat fil-proċedura tal-ittestjar.
Artikolu 6
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip I: l-emissjonijiet tal-egżost wara li l-magna tinxtegħel kiesħa
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip I għall-emissjonijiet tal-egżost wara li l-magna tinxtegħel kiesħa, imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip II: l-emissjonijiet tal-egżost bil-magna mhux ingranata (irrevjata) u b'aċċelerazzjoni ħielsa
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip II għall-emissjonijiet tal-egżost bil-magna mhux ingranata (irrevjata) u b'aċċelerazzjoni ħielsa, imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip III: l-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip III għall-emissjonijiet tal-gassijiet mill-crankcase imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip IV: l-emissjonijiet evaporattivi
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip IV għall-emissjonijiet evaporattivi msemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip V: id-durabilità tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis
Il-proċeduri tal-ittestjar tad-durabilità tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis tat-tip V, kif ukoll ir-rekwiżiti msemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip VII: l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika jew il-medda elettrika
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip VII għall-effiċjenza enerġetika fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika jew il-medda elettrika msemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip VIII: testijiet ambjentali OBD
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip VIII għall-aspett ambjentali tas-sistema dijanjostika abbord (OBD) imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip IX: il-livell tal-ħoss
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti applikabbli għat-test tat-tip IX għal-livell tal-ħoss imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
L-OBBLIGI TAL-MANIFATTURI FIR-RIGWARD TAL-PRESTAZZJONI TAL-PROPULSJONI TAL-VETTURI
Artikolu 14
Obbligi ġenerali
1. Qabel ma jpoġġi vettura tal-kategorija L disponibbli fis-suq, il-manifattur għandu juri l-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni tat-tip ta’ vettura tal-kategorija L lill-awtorità tal-approvazzjoni skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. Meta jpoġġi vettura tal-kategorija L disponibbli fis-suq, meta jirreġistraha jew qabel id-dħul tagħha fis-servizz, il-manifattur għandu jiżgura li l-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni tat-tip ta’ vettura tal-kategorija L ma jaqbiżx dak irrapportat lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3. Il-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni ta’ vettura mgħammra b’sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati sostituti ma għandhiex tkun ikbar minn dik ta’ vettura mgħammra bis-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati oriġinali.
Artikolu 15
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-propulsjoni
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni msemmija fin-Numru A2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jitwettqu u jiġu vverifikati skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
L-OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 16
Approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-kategorija L u tas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tagħhom
1. Fuq talba tal-manifattur, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni ambjentali u għall-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni jew approvazzjoni nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew inkella jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, meta l-vettura kkonċernata tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u mar-rekwiżiti ddettaljati tal-ittestjar stipulati f’dan ir-Regolament.
2. B’effett mid-dati stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jkunux konformi mal-pass ambjentali tal-Euro 4 stabbilit fil-Partijiet A1, B1, C1 u D tal-Anness VI u tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew mal-pass ambjentali tal-Euro 5 stabbilit fil-Partijiet A2, B2, C2 u D tal-Anness VI u tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità li jinkludu l-valuri limiti ambjentali preċedenti bħala li ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u għandhom, għal raġunijiet relatati mal-emissjonijiet, mal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija, jew mar-rekwiżiti applikabbli tas-sigurtà funzjonali jew tal-bini tal-vettura, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.
3. Meta japplikaw l-Artikolu 77(5) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikklassifikaw it-tip approvat tal-vettura skont l-Anness I ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 17
Approvazzjoni tat-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-installazzjoni fuq vettura ta’ apparat sostitut ġdid għall-kontroll tat-tniġġis li huwa intiż biex jitwaħħal fuq vetturi approvati skont dan ir-Regolament, meta tali vetturi ma jkunux ta’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni ambjentali u għall-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni skont l-Artikolu 23(10) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u skont dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għal apparati sostituti għall-kontroll tat-tniġġis li huma ta' tip fl-ambitu tad-Direttiva 2002/24/KE taħt il-kondizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-installazzjoni fuq vettura ta’ tali apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis sakemm tali vetturi ma jkunux ta’ tip li għalih tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip rilevanti.
3. Kwalunkwe apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis intiż biex jitwaħħal ma’ vettura li tkun saritilha approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandu jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 10 tal-Anness II u mal-l-Anness VI.
4. L-apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis intiż biex jieħu post l-apparat oriġinali ta’ tip li huwa kopert minn dan ir-Regolament u li huwa maħsub biex jitwaħħal ma’ vettura li għaliha jirreferi d-dokument tal-approvazzjoni sħiħa għat-tip tal-vettura rilevanti ma għandux bżonn jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-Appendiċi 10 għall-Anness II, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 4 ta' dak l-Appendiċi.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Emenda tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013
Il-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 qed tiġi emendata skont l-Anness XII.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Il-Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(3) ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1.
(4) “Proċedura tal-kejl għall-muturi b’żewġ roti mgħammra b’magna bi tqabbid bl-ispark plaggs jew magna li taqbad bil-kompressjoni fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sustanzi gassużi li jniġġsu, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil (dokument tan-Nazzjonijiet Uniti bir-referenza ECE/TRANS/180/Add2e tat-30 ta’ Awwissu 2005)” inkluża emenda 1 (dokument tan-NU/KEE bir-referenza ECE/TRANS/180a2a1e tad-29 ta’ Jannar 2008).
(5) It-tieni stadju tad-WMTC huwa ugwali għall-ewwel stadju tad-WMTC emendat permezz tar-rettifika 2 tal-addendum 2 (ECE/TRANS/180a2c2e tad-9 ta’ Settembru 2009) u permezz tar-rettifika 1 tal-emenda 1 (ECE/TRANS/180a2a1c1e tad-9 ta’ Settembru 2009).
(6) Barra minn hekk, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rettifiki u l-emendi identifikati fl-istudju dwar l-effett ambjentali msemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, kif ukoll ir-rettifiki u l-emendi proposti u adottati mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 tan-NU/KEE bħala titjib kontinwu taċ-ċiklu dinji armonizzat tal-ittestjar għall-vetturi tal-kategorija L.
LISTA TA' ANNESSI
Numru tal-Anness |
Titolu tal-Anness |
Paġna |
I |
Lista tar-Regolamenti tan-NU/KEE applikabbli fuq bażi obbligatorja |
20 |
II |
Rekwiżiti tat-test tat-tip I: emissjonijiet mill-egżost wara li l-magna tinxtegħel kiesħa |
21 |
III |
Rekwiżiti tat-test tat-tip II: emissjonijiet tal-egżost bil-magna mhux ingranata (irrevjata) u b'aċċellerazzjoni ħielsa |
199 |
IV |
Rekwiżiti tat-test tat-tip III: emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank |
204 |
V |
Rekwiżiti tat-test tat-tip IV: emissjonijiet evaporattivi |
209 |
VI |
Rekwiżiti tat-test tat-tip V: id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis |
237 |
VII |
Rekwiżiti tat-test tat-tip VII: emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u d-determinazzjoni tal-medda elettrika |
259 |
VIII |
Rekwiżiti tat-test tat-tip VIII: testijiet ambjentali OBD |
304 |
IX |
Rekwiżiti tat-test tat-tip IX: livell tal-ħoss |
311 |
X |
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni |
363 |
XI |
Il-familja tal-propulsjoni tal-vettura fir-rigward tal-ittestjar għad-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali |
404 |
XII |
Emenda tal-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 |
409 |
ANNESS I
Lista tar-Regolamenti tan-NU/KEE applikabbli fuq bażi obbligatorja
Regolament tan-NU/KEE Nru. |
Suġġett |
Serje ta’ emendi |
Ir-referenza tal-ĠU |
Applikabbiltà |
41 |
L-emissjonijiet tal-ħsejjes mill-muturi |
04 |
L3e, L4e |
Nota ta’ spjegazzjoni:
Il-fatt li sistema jew komponent hija jew huwa inkluż/a f’din il-lista ma jagħmilx l-installazzjoni tagħha/tiegħu obbligatorja. Madankollu, għal ċerti komponenti, ġew stipulati rekwiżiti tal-installazzjoni obbligatorja f’annessi oħrajn ta' dan ir-Regolament.
ANNESS II
Rekwiżiti tat-test tat-tip I: emissjonijiet mill-egżost wara li l-magna tinxtegħel kiesħa
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-Appendiċi |
Paġna |
1 |
Is-simboli użati fl-Anness II |
74 |
2 |
Il-fjuwils ta’ referenza |
78 |
3 |
Is-sistema tad-dinamometru tax-xażi |
85 |
4 |
Is-sistema ta’ dilwizzjoni tal-egżost |
91 |
5 |
Il-klassifikazzjoni tal-massa tal-inerzja ekwivalenti u r-reżistenza tal-mixi |
103 |
6 |
Iċ-ċikli tas-sewqan għat-testijiet tat-tip I |
106 |
7 |
It-testijiet fit-triq ta’ vetturi tal-kategorija L mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat jew b’roti doppji għad-determinazzjoni tas-settings tal-bank tat-test |
153 |
8 |
It-testijiet fit-triq ta’ vetturi tal-kategorija L mgħammra b’żewġ roti jew aktar fuq il-fus motorizzat għad-determinazzjoni tas-settings tal-bank tat-test |
160 |
9 |
Nota ta’ spjegazzjoni dwar il-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet għal test tat-tip I |
168 |
10 |
Testijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għall-vetturi tal-kategorija L bħala unità teknika separata |
174 |
11 |
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi ibridi tal-kategorija L |
178 |
12 |
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi tal-kategorija L b’karburant ta’ LPG, NG/bijometanu, fleksfjuwil H2NG jew idroġenu |
189 |
13 |
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika |
193 |
1. Introduzzjoni u skop
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċedura għat-testijiet tat-tip I, kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. |
1.2. |
Dan l-Anness jipprovdi metodu armonizzat għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi gassużi li jniġġsu u materja partikulata, l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u ssir referena għalih fl-Anness VII għad-determinazzjoni tal-konsum tal-fjuwil, tal-konsum tal-enerġija u tal-medda elettrika ta’ vettura tal-kategorija L fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, li huma rappreżentattivi għat-tħaddim tal-vettura fid-dinja reali. |
1.1.1. |
Id-“WMTC, stadju 1” kien introdott fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip fl-2006 u, minn hemm ’il quddiem, ippermetta lill-manifatturi juru l-prestazzjoni tal-emissjonijiet tat-tip ta’ mutur tal-kategorija L3e billi jużaw iċ-ċiklu dinji armonizzat tal-ittestjar tal-muturi (WMTC) stabbilit fil-GTR Nru. 2 tan-Nazzjonijiet Uniti bħala test alternattiv tat-tip I għall-użu taċ-Ċiklu Ewropew tas-Sewqan (EDC) konvenzjonali stabbilit fil-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE. |
1.1.2. |
Id-“WMTC, stadju 2” huwa ugwali għad-“WMTC, stadju 1” b’titjib addizzjonali fil-qasam tal-preskrizzjonijiet tal-gerxift u għandu jintuża bħala test obbligatorju tat-tip I intiż sabiex japprova l-vetturi tas-(sub-)kategoriji L3e, L4e, L5e-A u L7e-A konformi mal-Euro 4. |
1.1.3. |
Id-“WMTC rivedut” jew id-“WMTC, stadju 3” huwa ugwali għad-“WMTC, stadju 2” għall-muturi tal-kategorija L3e, iżda jinkludi wkoll ċikli ta’ sewqan imfassla apposta għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji l-oħrajn kollha, u jintuża bħala test tat-tip I intiż sabiex japprova l-vetturi tal-kategorija L konformi mal-Euro 5. |
1.2. |
Ir-riżultati jistgħu jifformaw il-bażi għal-limitazzjoni tas-sustanzi gassużi li jniġġsu, tad-dijossidu tal-karbonju u għall-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-medda elettrika indikati mill-manifattur skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali. |
2. Rekwiżiti ġenerali
2.1. |
Il-komponenti li kapaċi jaffettwaw l-emissjoni ta’ sustanzi f’forma ta’ gass li jniġġsu, l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddisinjati, mibnija u armati b’tali mod li jagħmluha possibbli li l-magna, fl-użu normali tagħha, minkejja l-vibrazzjonijiet li tista’ tkun soġġetta għalihom, tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness. Nota 1: Is-simboli użati fl-Anness II huma miġbura fil-qosor fl-Appendiċi 1. |
2.2. |
Kwalunkwe strateġija moħbija li “ttejjeb” is-sistema tal-motopropulsjoni (il-powertrain) tal-vettura li tħaddem iċ-ċiklu tat-test rilevanti tal-emissjonijiet fil-laboratorju b’mod vantaġġjuż, li tnaqqas l-emissjonijiet mill-egżost u li taħdem b’mod differenti ħafna taħt il-kondizzjonijiet tad-dinja reali, titqies bħala strateġija ta’ tbagħbis u hija pprojbita, sakemm il-manifattur ma jkunx iddokumentaha u ddikjaraha għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
3. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE huma msemmija fil-Partijiet A, B u C tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
4. Il-kondizzjonijiet tat-test
4.1. Kamra tat-testijiet u żona tal-immersjoni
4.1.1. Kamra tat-testijiet
Il-kamra tat-testijiet bid-dinamometru tax-xażi u l-apparat għall-ġbir tal-kampjun tal-gass għandu jkollha temperatura ta’ 298,2 ± 5 K (25 ± 5 °C). It-temperatura tal-kamra għandha titkejjel fil-viċinanza ta’ apparat li jitfa’ arja li tkessaħ il-vettura (fann) qabel u wara t-test tat-tip I.
4.1.2. Żona tal-immersjoni
Iż-żona tal-immersjoni għandu jkollha temperatura ta’ 298,2 ± 5 K (25 ± 5 °C) u tkun tali li l-vettura tat-test, li għandha tkun prekondizzjonata, tkun tista’ tiġi pparkjata skont il-punt 5.2.4. ta’ dan l-Anness.
4.2. Il-vettura tat-test
4.2.1. Ġenerali
Il-komponenti kollha tal-vettura tat-test għandhom ikunu konformi ma’ dawk tas-serje tal-produzzjoni jew, jekk il-vettura tkun differenti mis-serje tal-produzzjoni, għandha tingħata deskrizzjoni sħiħa fir-rapport tat-test. Meta jiġu biex jagħżlu l-vettura tat-test, il-manifattur u s-servizz tekniku għandhom jaqblu għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni dwar liema vettura tal-oriġini ttestjata hija rappreżentattiva tal-familja tal-propulsjoni tal-vettura relatata kif stipulat fl-Anness XI.
4.2.2. Running-in
Il-vettura għandha tiġi ppreżentata f’kondizzjoni mekkanika tajba, tkun saritilha manutenzjoni u użata b'mod xieraq. Għandu jkun sarilha r-running-in u tkun misjuqa għal mill-inqas 1,000 km qabel it-test. Il-magna, is-sistema tal-mototrasmissjoni u l-vettura għandhom ikunu ġew ippreparati sewwa skont ir-rekwiżiti tal-manifattur.
4.2.3. Aġġustamenti
Il-vettura tat-test għandha tiġi aġġustata skont ir-rekwiżiti tal-manifattur, pereżempju fir-rigward tal-viskożità taż-żjut, jew, jekk tkun differenti mis-serje tal-produzzjoni, għandha tingħata deskrizzjoni sħiħa fir-rapport tat-test. Fil-każ tal-vetturi “four by four”, il-fus li fuqu jitwassal l-aktar torque baxx jista’ jiġi diżattivat sabiex ikun jista’ jsir l-ittestjar fuq dinamometru b’xażi standard.
4.2.4. Il-massa tat-test u d-distribuzzjoni tat-tagħbija
Il-massa tat-test, inklużi l-massa tas-sewwieq u l-istrumenti, għandhom jitkejlu qabel jibdew it-testijiet. It-tagħbija għandha tiġi distribwita fuq ir-roti skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
4.2.5. It-tajers
It-tajers għandhom ikunu ta’ tip speċifikat bħala apparat oriġinali mill-manifattur tal-vettura. Il-pressjonijiet tat-tajers għandhom jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur jew skont dawk li huma daqs il-veloċità tal-vettura waqt it-test tat-triq u l-veloċità tal-vettura miksuba fuq id-dinamometru tax-xażi. Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test.
4.3. Sub-klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L
Il-figura 1-1 tipprovdi ħarsa ġenerali grafika lejn is-sub-klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L f’termini tal-kapaċità tal-magna u l-veloċità massima tal-vettura, jekk din tkun soġġetta għal test ambjentali tat-tipi I, VII u VIII, kif indikat min-numri tas-(sub-)kategorija fil-partijiet tal-graffs. Il-valuri numeriċi tal-kapaċità tal-magna u l-veloċità massima tal-vettura ma għandhomx jiġu mqarrba ’l fuq jew ’l isfel.
Figura 1-1
Sub-klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L għat-testijiet ambjentali, test tat-tipi I, VII u VIII
4.3.1. Kategorija 1
Il-vetturi tal-kategorija L li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin jappartjenu għall-kategorija 1:
Tabella 1-1
il-kriterji tas-sub-klassifikazzjoni għall-vetturi tal-kategorija L
kapaċità tal-magna < 150 cm3 u vmax< 100 km/h |
kategorija 1 |
4.3.2. Kategorija 2
Il-vetturi tal-kategorija L li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin jappartjenu għall-kategorija 2 u għandhom jiġu sub-klassifikati fi:
Tabella 1-2
il-kriterji tas-sub-klassifikazzjoni għall-vetturi tal-kategorija L tal-kategorija 2
Kapaċità tal-magna < 150 cm3 u 100 km/h ≤ vmax< 115 km/h jew kapaċità tal-magna ≥150 cm3 u vmax< 115 km/h |
sub-kategorija 2-1 |
115 km/h ≤ vmax< 130 km/h |
sub-kategorija 2-2 |
4.3.3. Kategorija 3
Il-vetturi tal-kategorija L li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin jappartjenu għall-kategorija 3 u għandhom jiġu sub-klassifikati fi:
Tabella 1-3
il-kriterji tas-sub-klassifikazzjoni għall-vetturi tal-kategorija L tal-kategorija 3
130 ≤ vmax< 140 km/h |
sub-kategorija 3-1 |
vmax ≥ 140 km/h jew kapaċità tal-magna > 1 500 cm3 |
sub-kategorija 3-2 |
4.3.4. WMTC, il-partijiet taċ-ċiklu tat-test
Iċ-ċiklu tat-test tad-WMTC (il-mudelli tal-veloċità tal-vettura) għat-testijiet ambjentali tat-tipi I, VII u VIII jikkonsisti minn sa tliet partijiet, kif stabbilit fl-Appendiċi 6. Skont il-kategorija L tal-vetturi soġġetta għad-WMTC stipulata fil-punt 4.5.4.1. u l-klassifikazzjoni tagħha f’termini tal-kapaċità volumetrika tal-magna u l-veloċità massima tad-disinn tal-vettura skont il-punt 4.3, għandhom jitħaddmu l-partijiet li ġejjin taċ-ċiklu tat-test tad-WMTC:
Tabella 1-4
Il-partijiet taċ-ċiklu tat-test tad-WMTC għall-vetturi tal-kategorija L tal-klassijiet 1.2 u 3
Is-(sub-)kategorija tal-vettura tal-kategorija L |
Il-partijiet applikabbli tad-WMTC kif speċifikat fl-Appendiċi 6 |
Kategorija 1: |
il-parti 1, il-veloċità mnaqqsa tal-vettura f’kondizzjoni kiesħa, segwita mill-parti 1, il-veloċità mnaqqsa tal-vettura f’kondizzjoni sħuna. |
Il-kategorija 2 hija subdiviża fi: |
|
Sub-kategorija 2-1: |
il-parti 1, il-veloċità mnaqqsa tal-vettura f’kondizzjoni kiesħa, segwita mill-parti 2, il-veloċità mnaqqsa tal-vettura f’kondizzjoni sħuna. |
Sub-kategorija 2-2: |
il-parti 1, f’kondizzjoni kiesħa, segwita mill-parti 2, f’kondizzjoni sħuna. |
Il-kategorija 3 hija subdiviża fi: |
|
Sub-kategorija 3-1: |
il-parti 1, f’kondizzjoni kiesħa, segwita mill-parti 2, f’kondizzjoni sħuna, segwita mill-parti 3, il-veloċità mnaqqsa tal-vettura f’kondizzjoni sħuna. |
Sub-kategorija 3-2: |
il-parti 1, f’kondizzjoni kiesħa, segwita mill-parti 2, f’kondizzjoni sħuna, segwita mill-parti 3, f’kondizzjoni sħuna. |
4.4. Speċifikazzjoni tal-fjuwil ta’ referenza
Għat-testijiet għandhom jintużaw il-fjuwils ta’ referenza xierqa, kif speċifikat fl-Appendiċi 2. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni msemmija fil-punt 1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII, għall-fjuwils likwidi, għandha tintuża d-densità mkejla f’288,2 K (15 °C).
4.5. Test tat-tip I
4.5.1. Is-sewwieq
Is-sewwieq tat-test għandu jkollu massa ta’ 75 kg ± 5 kg.
4.5.2. L-ispeċifikazzjonijiet u s-settings tal-bank tat-test
4.5.2.1. Id-dinamometru għandu jkollu romblu wieħed għall-vetturi tal-kategorija L b’żewġ roti b’dijametru ta’ mill-inqas 400 mm. Dinamometru ta’ xażi mgħammar b’rombli doppji huwa permess meta jiġu ttestjati triċikli b’żewġ roti fuq quddiem jew kwadriċikli.
4.5.2.2. Id-dinamometru għandu jkun mgħammar b’apparat li jkejjel id-dawriet tar-romblu sabiex titkejjel id-distanza proprja vvjaġġata.
4.5.2.3. Għandhom jintużaw il-flywheels tad-dinamometru jew mezzi oħrajn għas-simulazzjoni tal-inerzja, kif speċifikat fil-punt 5.2.2.
4.5.2.4. Ir-rombli tad-dinamometru tax-xażi għandhom ikunu nodfa, nexfin u mingħajr affarijiet li jwasslu biex it-tajer jiġi jiżloq.
4.5.2.5. L-ispeċifikazzjonijiet tal-fann għat-tkessiħ, kif ġej:
4.5.2.5.1. |
Matul it-test, għandu jitpoġġa apparat li jitfa’ arja li tkessaħ (fann) b’veloċitajiet varjabbli quddiem il-vettura, sabiex jibgħat l-arja li tkessaħ fil-vettura b’mod li jiġu simulati l-kondizzjonijiet operattivi attwali. Il-veloċità ta’ dan l-apparat għandha tkun tali li, fil-firxa operattiva ta’ 10 sa 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja fil-fetħa ta’ dan l-apparat tkun ta’ ±5 km/h tal-veloċità korrispondenti tar-romblu. Fil-firxa ta’ aktar minn 50 km/h, il-veloċità lineari tal-arja għandha tkun f’medda ta’ ± 10 fil-mija. F’veloċitajiet tar-romblu ta’ inqas minn 10 km/h, il-veloċità tal-arja tista’ tkun żero. |
4.5.2.5.2. |
Il-veloċità tal-arja msemmija fil-punt 4.5.2.5.1. għandha tiġi ddeterminata bħala l-valur medju ta’ disa’ punti ta’ kejl li jinsabu fiċ-ċentru ta’ kull rettangolu li jaqsam il-fetħa tal-apparat li jitfa’ l-arja f’disa’ żoni (li jaqsmu kemm in-naħat vertikali kif ukoll dawk orizzontali tal-fetħa tal-apparat fi tliet partijiet indaqs). Il-valur f’kull wieħed mid-disa’ punti għandu jkun fil-medda ta’ 10 fil-mija tal-medja tad-disa’ valuri. |
4.5.2.5.3. |
Il-fetħa tal-apparat li jitfa’ l-arja għandu jkollha żona trasversali ta’ mill-inqas 0.4 m2, filwaqt li l-qiegħ tal-fetħa tal-apparat għandu jkun bejn 5 u 20 cm ’il fuq mil-livell tal-art. Il-fetħa tal-apparat li jitfa’ l-arja għandha tkun perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura, bejn 30 u 45 cm quddiem ir-rota ta’ quddiem tagħha. L-apparat li jintuża biex ikejjel il-veloċità lineari tal-arja għandu jkun ippożizzjonat bejn 0 u 20 cm mill-iżbokk tal-arja. |
4.5.2.6. Ir-rekwiżiti ddettaljati rigward l-ispeċifikazzjonijiet tal-bank tat-test huma elenkati fl-Appendiċi 3.
4.5.3. Sistema għall-kejl tal-gass tal-egżost
4.5.3.1. L-apparat għall-ġbir tal-gass għandu jkun apparat ta’ tip magħluq li jkun jista’ jiġbor il-gassijiet kollha tal-egżost fil-fetħiet tal-egżost tal-vettura, bil-kondizzjoni li jissodisfa l-kondizzjoni tal-kontropressjoni ta’ ± 125 mm H2O. Tista’ tintuża sistema miftuħa jekk jiġi kkonfermat li nġabru l-gassijiet kollha tal-egżost. Il-ġbir tal-gass għandu jkun tali li ma jkun hemm ebda kondensazzjoni li tkun tista’ timmodifika b’mod apprezzabli n-natura tal-gassijiet tal-egżost fit-temperatura tat-test. Eżempju ta’ apparat għall-ġbir tal-gass huwa muri fil-Figura 1-2:
Figura 1-2
Apparat għat-teħid ta’ kampjuni tal-gassijiet u għall-kejl tal-volum tagħhom
4.5.3.2. Għandu jitpoġġa tubu li jgħaqqad l-apparat mas-sistema ta’ kampjunar tal-gass tal-egżost. Dan it-tubu u l-apparat għandhom ikunu magħmula minn azzar li ma jissaddadx (stainless steel), jew minn xi materjal ieħor li ma jaffettwax il-kompożizzjoni tal-gassijiet miġbura u li jkun jiflaħ għat-temperatura ta’ dawn il-gassijiet.
4.5.3.3. Waqt it-test għandu jitħaddem apparat għat-trasferiment tas-sħana li jkun kapaċi jillimita l-varjazzjoni tat-temperatura tal-gassijiet dilwiti fid-daħla tal-pompa għal ± 5 K. Dan l-apparat għat-trasferiment tas-sħana għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ tisħin minn qabel li tkun kapaċi ġġib l-apparat għat-trasferiment tas-sħana fit-temperatura tat-tħaddim tiegħu (bit-tolleranza ta’ ± 5 K) qabel jibda t-test.
4.5.3.4. Għandha tintuża pompa volumetrika sabiex tiġbed it-taħlita tal-egżost dilwit. Din il-pompa għandha tkun mgħammra b’mutur li jkollu bosta veloċitajiet uniformi strettament ikkontrollati. Il-kapaċità tal-pompa għandha tkun kbira biżżejjed sabiex tiżgura d-dħul tal-gassijiet tal-egżost. Barra minn hekk, jista’ jintuża wkoll apparat li juża venturi bil-fluss kritiku (CFV).
4.5.3.5. Għandu jintuża apparat (T) għar-reġistrazzjoni kontinwa tat-temperatura tat-taħlita tal-egżost dilwit li tidħol fil-pompa.
4.5.3.6. Għandhom jintużaw żewġ gauges, l-ewwel wieħed sabiex jiżgura d-dipressjoni tal-pressjoni tat-taħlita tal-egżost dilwit li tidħol fil-pompa relattiva għall-pressjoni atmosferika u t-tieni wieħed sabiex ikejjel il-varjazzjoni tal-pressjoni dinamika tal-pompa volumetrika.
4.5.3.7. Għandha titpoġġa sonda qrib l-apparat għall-ġbir tal-gass, iżda barra minnu, sabiex tiġbor kampjuni tan-nixxiegħa tal-arja ta' dilwizzjoni permezz ta’ pompa, filtru u apparat li jikkalkula l-fluss b’rati ta’ fluss kostanti matul it-test.
4.5.3.8. Għandha tintuża sonda kampjunarja li tkun tħares ’il fuq fil-fluss tat-taħlita tal-egżost dilwit tal-pompa volumetrika sabiex tiġbor kampjuni tat-taħlita tal-egżost dilwit permezz ta’ pompa, filtru u apparat li jikkalkula l-fluss b’rati ta’ fluss kostanti matul it-test. Ir-rata minima tal-fluss tal-kampjun fl-apparat għat-teħid tal-kampjuni muri hawn fil-Figura 1-2 u fil-punt 4.5.3.7. għandha tkun ta’ mill-inqas 150 litru/hr.
4.5.3.9. Għandhom jintużaw valvi bi tliet direzzjonijiet fuq is-sistema tal-kampjunar deskritta fil-punti 4.5.3.7. u 4.5.3.8. sabiex il-kampjuni jitwasslu jew fil-boroż rispettivi tagħhom jew inkella barra minnhom waqt it-test.
4.5.3.10. Boroż għall-ġbir li ma joħroġx il-gass minnhom
4.5.3.10.1. Il-boroż għall-ġbir tat-taħlita tal-arja ta' dilwizzjoni u tal-egżost dilwit għandhom ikunu ta’ kapaċità suffiċjenti li ma jimpedux il-fluss tal-kampjun normali u ma għandhomx ibiddlu n-natura tas-sustanzi li jniġġsu kkonċernati.
4.5.3.10.2. Il-boroż għandu jkollhom apparat li jingħalaq waħdu b’mod awtomatiku u għandhom jinqaflu faċilment u b’mod issikkat mas-sistema tat-teħid tal-kampjuni jew mas-sistema li twettaq l-analiżi fl-aħħar tat-test.
4.5.3.11. Għandu jintuża apparat li jkejjel id-dawriet sabiex jgħodd id-dawriet tal-pompa volumetrika waqt it-test.
Nota 2: Għandha tingħata attenzjoni lill-metodu tal-konnessjoni u lill-materjal jew lill-konfigurazzjoni tal-partijiet tal-konnessjoni, minħabba li kull parti (pereżempju l-adapter u l-coupler) tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni tista’ tisħon ħafna. Jekk il-kejl ma jkunx jista’ jsir b’mod normali minħabba ħsara kkawżata mis-sħana fis-sistema tat-teħid tal-kampjuni, jista’ jintuża apparat awżiljarju ta’ tkessiħ, diment li ma jiġux affettwati l-gassijiet tal-egżost.
Nota 3: B’apparat ta’ tip miftuħ, hemm riskju li l-gass ma jinġabarx kollu u li jkun hemm tnixxija ta’ gass fil-kompartiment tat-test. Ma għandu jkun hemm ebda tnixxija matul il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.
Nota 4: Jekk matul iċ-ċiklu tat-test tintuża rata ta’ fluss minn kampjunar kostanti tal-volum (CVS) li tinkludi l-veloċitajiet baxxi u għoljin kollha f’daqqa (jiġifieri ċ-ċikli tal-partijiet 1, 2 u 3), għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-riskju ogħla ta’ kondensazzjoni tal-ilma fil-medda ta’ veloċità għolja.
4.5.3.12. Apparat għall-kejl tal-emissjonijiet tal-massa tal-materja partikulata
4.5.3.12.1 Speċifikazzjoni
4.5.3.12.1.1. Ħarsa ġenerali lejn is-sistema
4.5.3.12.1.1.1. L-unità kampjunarja tal-materja partikulata għandha tikkonsisti f’sonda kampjunarja fil-mina ta' dilwizzjoni, tubu għat-trasferiment tal-partikoli, kontenitur tal-filtru, pompa bi fluss parzjali u regolaturi li jirregolaw ir-rata tal-fluss u unitajiet għall-kejl.
4.5.3.12.1.1.2. Huwa rrakkomandat li jitpoġġa preklassifikatur tad-daqs ta’ partikula (pereżempju ċiklun jew impakter) fil-parti ta’ fuq tal-kontenitur tal-filtru. Madankollu, huwa aċċettabbli li tintuża sonda kampjunarja bħala apparat xieraq għall-klassifikazzjoni tad-daqs, kif muri fil-Figura 1-6.
4.5.3.12.1.2. Rekwiżiti ġenerali
4.5.3.12.1.2.1. Is-sonda kampjunarja għall-fluss tal-gass tat-test għall-materja partikulata għandha titqiegħed fit-tratt tad-dilwizzjoni b’tali mod li jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv tal-fluss tal-gass mit-taħlita omoġenja ta’ arja/egżost.
4.5.3.12.1.2.2. Ir-rata tal-fluss tal-kampjun tal-materja partikulata għandha tkun proporzjonali għall-fluss totali tal-gass tal-egżost dilwit fil-mina tad-dilwizzjoni fi ħdan tolleranza ta’ ±5 fil-mija tar-rata tal-fluss tal-kampjun tal-materja partikulata.
4.5.3.12.1.2.3. Il-gass tal-egżost dilwit miġbur fil-kampjun għandu jinżamm f’temperatura ta’ inqas minn 325,2 K (52 °C) f’distanza ta’ 20 cm ’il fuq jew ’l isfel mill-wiċċ tal-filtru tal-materja partikulata, għajr fil-każ ta’ test ta’ riġenerazzjoni, fejn it-temperatura għandha tkun inqas minn 465,2 K (192 °C).
4.5.3.12.1.2.4. Il-kampjun tal-materja partikulata għandu jinġabar fuq filtru wieħed li jkun immuntat f’kontenitur għall-fluss tal-gass tal-egżost dilwit miġbur fil-kampjun.
4.5.3.12.1.2.5. Il-partijiet kollha tas-sistema ta' dilwizzjoni u tas-sistema tat-teħid tal-kampjuni mill-pajp tal-egżost sal-kontenitur tal-filtru, li huma f’kuntatt mal-gass tal-egżost mhux maħdum u dilwit, għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li jnaqqsu d-depożitu jew it-tibdil tal-materja partikulata. Il-partijiet kollha għandhom isiru minn materjal li jgħaddi d-dawl minnu li ma jirreaġixxix mal-komponenti tal-gass tal-egżost, u għandhom ikunu marbuta elettrikament mal-art bil-għan li jiġu evitati effetti elettrostatiċi.
4.5.3.12.1.2.6. Jekk ma jkunx possibbli li jagħmlu tajjeb għall-varjazzjonijiet fir-rata tal-fluss, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal skambjatur tas-sħana u għal apparat li jikkontrolla t-temperatura kif speċifikat fl-Appendiċi 4 sabiex ikun żgurat li r-rata tal-fluss fis-sistema tkun kostanti u r-rata kampjunarja tkun proporzjonali bl-istess mod.
4.5.3.12.1.3. Rekwiżiti speċifiċi
4.5.3.12.1.3.1. Sonda kampjunarja tal-materja partikulata (PM)
4.5.3.12.1.3.1.1. Is-sonda kampjunarja għandha tagħti l-istess prestazzjoni ta’ klassifikazzjoni tad-daqs tal-partikoli deskritta fil-punt 4.5.3.12.1.3.1.4. Huwa rrakkomandat li din il-prestazzjoni tinkiseb permezz tal-użu ta’ sonda miftuħa u bit-tarf jaqta’ li tħares direttament fid-direzzjoni tal-fluss flimkien ma’ preklassifikatur (ċiklun, impakter, eċċ.). Inkella, tista’ tintuża sonda kampjunarja addattata, bħal dik indikata fil-Figura 1-1, bil-kondizzjoni li din tikseb il-prestazzjoni tal-klassifikazzjoni minn qabel deskritta fil-punt 4.5.3.12.1.3.1.4.
4.5.3.12.1.3.1.2. Is-sonda kampjunarja għandha tiġi installata qrib il-linja tan-nofs tal-mina, bejn 10 u 20 dijametru tal-mina ’l isfel mid-daħla tal-gass tal-egżost lejn il-mina u għandu jkollha dijametru intern ta’ mill-inqas 12-il mm.
Jekk jittieħdu aktar minn kampjun simultanju wieħed minn sonda kampjunarja waħda, il-fluss li jittieħed minn dik is-sonda għandu jinqasam f’sottoflussi identiċi sabiex jiġu evitati l-artifatti kampjunarji.
Jekk jintużaw diversi sondi, kull sonda għandha tkun bit-tarf jaqta’, miftuħa u tħares direttament fid-direzzjoni tal-fluss. Is-sondi għandhom ikunu spazjati b’mod indaqs madwar l-assi lonġitudinali ċentrali tal-mina tad-dilwizzjoni, bl-ispazji ta’ bejn is-sondi jkunu ta’ mill-inqas 5 cm.
4.5.3.12.1.3.1.3. Id-distanza mill-ponta kampjunarja sa fejn huwa mwaħħal il-filtru għandha tkun mill-inqas ħames dijametri tas-sonda, iżda ma għandhiex tkun aktar minn 1 020 mm.
4.5.3.12.1.3.1.4. Il-preklassifikatur (eż. ċiklun, impakter, eċċ.) għandu jitqiegħed ’il fuq mill-assemblaġġ tal-kontenitur tal-filtru. Il-preklassifikatur b’dijametru tal-partikoli fil-punt tal-qtugħ ta’ 50 fil-mija għandu jkun bejn 2.5 μm u 10 μm bir-rata tal-fluss volumetriku magħżula għat-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet tal-massa tal-materja partikulata. Il-preklassifikatur għandu jippermetti li mill-inqas 99 fil-mija tal-konċentrazzjoni tal-massa ta’ 1 μm partikoli li jidħlu fil-preklassifikatur jgħaddu mill-ħruġ tal-preklassifikatur bir-rata tal-fluss volumetriku magħżula għat-teħid tal-kampjuni tal-emissjonijiet tal-massa tal-materja partikulata. Madankollu, sonda kampjunarja, li taġixxi bħala apparat addattat għall-klassifikazzjoni tad-daqs, bħal dik murija fil-Figura 1-6, hija aċċettabbli bħala alternattiva għal preklassifikatur separat.
4.5.3.12.1.3.2. Il-pompa tal-kampjun u l-miter tal-fluss
4.5.3.12.1.3.2.1. L-unità li tkejjel il-kampjun tal-fluss tal-gass għandha tkun magħmula minn pompi, regolaturi li jirregolaw il-fluss tal-gass u unitajiet għall-kejl tal-fluss.
4.5.3.12.1.3.2.2. It-temperatura tal-fluss tal-gass fil-miter tal-fluss ma għandhiex titla’ jew tinżel b’aktar minn ±3 K, għajr waqt it-testijiet ta’ riġenerazzjoni fuq vetturi mgħammra b’mekkaniżmi b'riġenerazzjoni perjodika wara t-trattament. Barra minn hekk, ir-rata tal-massa tal-fluss fil-kampjun għandha tibqa’ proporzjonali għall-fluss totali tal-gass tal-egżost dilwit fi ħdan tolleranza ta’ ± 5 fil-mija tar-rata tal-massa tal-fluss fil-kampjun ta’ materja partikulata. Jekk il-volum tal-fluss jinbidel b’mod mhux aċċettabbli minħabba li l-filtru jitgħabba żżejjed, it-test għandu jitwaqqaf. Meta t-test jiġi ripetut, ir-rata tal-fluss għandha titnaqqas.
4.5.3.12.1.3.3. Il-filtru u l-kontenitur tal-filtru
4.5.3.12.1.3.3.1. Il-valv għandu jitqiegħed ’l isfel mill-filtru fid-direzzjoni tal-fluss. Il-valv għandu jaġixxi malajr biżżejjed biex jinfetaħ u jingħalaq f’ħin ta’ sekonda mill-bidu u mit-tmiem tat-test.
4.5.3.12.1.3.3.2. Huwa rrakkomandat li l-massa miġbura fuq il-filtru b’dijametru ta’ 47 mm (Pe) tkun ≥ 20 μg u li t-tagħbija tal-filtru għandha tiġi mmassimizzata skont ir-rekwiżiti tal-punti 4.5.3.12.1.2.3. u 4.5.3.12.1.3.3.
4.5.3.12.1.3.3.3. Għal test partikolari, il-veloċità fil-wiċċ tal-filtru tal-gass għandha tiġi stabbilita għal valur waħdieni fi ħdan il-medda ta’ 20 cm/s sa 80 cm/s, sakemm is-sistema tad-dilwizzjoni ma tkunx qiegħda titħaddem bi fluss kampjunarju proporzjonali għar-rata tal-fluss tas-CVS.
4.5.3.12.1.3.3.4. Il-filtri tal-fajber tal-ħġieġ miksija bil-florokarbonju jew il-filtri tal-membranu miksija fil-florokarbonju huma meħtieġa. It-tipi kollha ta’ filtri għandu jkollhom effiċjenza tal-ġbir ta’ 0,3 μm DOP (dioktilftalat) jew PAO (polialfaolefin) CS 68649-12-7 jew CS 68037-01-4 ta’ mill-inqas 99 fil-mija f’veloċità fil-wiċċ tal-filtru tal-gass ta’ 5,33 cm/s.
4.5.3.12.1.3.3.5. Id-disinn tal-assemblaġġ tal-kontenitur tal-filtru għandu jkun tali li jipprovdi distribuzzjoni ta’ fluss uniformi tul l-istain area tal-filtru. L-istain area tal-filtru għandha tkun mill-inqas 1 075 mm2.
4.5.3.12.1.3.4. Il-miżien u l-kompartiment għall-użin tal-filtru
4.5.3.12.1.3.4.1. Il-miżien tal-mikrogrammi użat biex jiddetermina l-piż ta’ filtru għandu jkollu preċiżjoni (devjazzjoni standard) ta’ 2 μg u riżoluzzjoni ta’ 1 μg jew aħjar.
Huwa rakkomandat li l-miżien tal-mikrogrammi jiġi ċċekkjat fil-bidu ta’ kull sessjoni ta’ użin billi jintiżen piż wieħed ta’ referenza ta’ 50 mg. Dan il-piż għandu jintiżen tliet darbiet u mbagħad jittieħed ir-riżultat medju. Jekk ir-riżultat medju tal-piżijiet ikun ± 5 μg tar-riżultat mis-sessjoni tal-użin preċedenti, imbagħad is-sessjoni tal-użin u l-miżien jitqiesu bħala validi.
Iċ-ċejmber (jew kamra) tal-użin għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin waqt l-operazzjonijiet kollha tal-użin u tal-kondizzjonar tal-filtri:
— |
It-temperatura għandha tinżamm f’295,2 ± 3 K (22 ± 3 °C); |
— |
L-umdità relattiva għandha tinżamm f’45 ± 8 fil-mija; |
— |
It-temperatura li fiha tissawwar in-nida għandha tinżamm f’282,7 ± 3 K (9,5 ± 3 °C). |
Huwa rrakkomandat li l-kondizzjonijiet tat-temperatura u tal-umdità jiġu rreġistrati flimkien mal-piżijiet tal-filtri ta’ referenza u tal-kampjuni.
4.5.3.12.1.3.4.2. Korrezzjoni għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma
Il-piżijiet kollha tal-filtri għandhom jiġu kkoreġuti għaż-żamma tal-filtru f’wiċċ l-ilma fl-arja.
Il-korrezzjoni għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma tiddependi mid-densità tal-filtru għat-teħid tal-kampjuni, mid-densità tal-arja u mid-densità tal-piż tal-kalibrazzjoni użata għall-kalibrazzjoni tal-miżien. Id-densità tal-arja hija dipendenti fuq il-pressjoni, it-temperatura u l-umdità.
Huwa rakkomandat li t-temperatura u l-punt li fih tissawwar in-nida tal-ambjent tal-użin jiġu kkontrollati għal 295,2 K ± 1 K (22 °C ±1 °C) u 282,7 ± 1 K (9,5 ± 1 °C) rispettivament. Madankollu, ir-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt 4.5.3.12.1.3.4.1 ukoll iwasslu għal korrezzjoni aċċettabbli għall-effetti tal-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma. Il-korrezzjoni għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma għandha tiġi applikata kif ġej:
Ekwazzjoni 2-1
fejn
mcorr |
= |
il-massa tal-PM ikkoreġuta għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma |
muncorr |
= |
il-massa tal-PM mhux ikkoreġuta għall-kapaċità taż-żamma f’wiċċ l-ilma |
ρair |
= |
id-densità tal-arja fl-ambjent tal-miżien |
ρweight |
= |
id-densità tal-piż tal-kalibrar użat għall-miżien span |
ρmedia |
= |
id-densità tal-mezz (filtru) għat-teħid tal-kampjuni ta’ PM b’filtru tal-fajber tal-ħġieġ miksi bit-Teflon (pereżempju; TX40): ρmedia = 2,300 kg/m3 |
ρair tista’ tiġi kkalkolata kif ġej:
Ekwazzjoni 2-2:
fejn:
Pabs |
= |
il-pressjoni assoluta fl-ambjent tal-miżien |
Mmix |
= |
il-massa molari tal-arja fl-ambjent tal-miżien (28.836 gmol–1) |
R |
= |
il-kostanti tal-gass molari (8.314 Jmol–1K–1) |
Tamb |
= |
it-temperatura ambjentali assoluta fl-ambjent tal-miżien. |
L-ambjent tal-kompartiment (jew kamra) għandu jkun ħieles minn kwalunkwe kontaminanti ambjentali (bħal trab) li jista’ jaqa’ fuq il-filtri tal-materja partikulata waqt l-istabbilizzazzjoni tagħhom.
Id-devjazzjonijiet limitati mit-temperatura tal-kamra tal-użin u l-ispeċifikazzjonijiet tal-umdità huma permessibbli sakemm it-tul ta’ żmien totali tagħhom ma jaqbiżx it-30 minuta fi kwalunkwe perjodu wieħed ta’ kondizzjonar tal-filtru. Il-kamra tal-użin għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa qabel ma l-persunal jidħol fil-kamra tal-użin. Matul l-operazzjoni tal-użin ma tista’ ssir l-ebda devjazzjoni mill-kondizzjonijiet speċifikati.
4.5.3.12.1.3.4.3. L-effetti tal-elettriċità statika għandhom jiġu nullifikati. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-grounding tal-miżien billi jitqiegħed fuq pjanċa antistatika u n-newtralizzazzjoni tal-filtri tal-materja partikulata billi jintiżnu permezz ta’ newtralizzatur Polonium jew permezz ta’ xi apparat b’effett simili. B’mod alternattiv, in-nullifikazzjoni tal-effetti statiċi tista’ tinkiseb permezz tal-ekwalizzazzjoni taċ-ċarġ statiku.
4.5.3.12.1.3.4.4. Filtru tat-test għandu jitneħħa mill-kompartiment mhux aktar kmieni minn siegħa qabel jibda t-test.
4.5.3.12.1.4. Deskrizzjoni tas-sistema rrakkomandata
Il-Figura 1-3 hija tpinġija skematika tas-sistema rrakkomandata għat-teħid tal-kampjuni ta’ materja partikulata. Billi diversi konfigurazzjonijiet jistgħu jagħtu riżultati ekwivalenti, il-konformità eżatta ma’ din il-figura mhijiex essenzjali. Jistgħu jintużaw komponenti addizzjonali bħal strumenti, valvi, solenojdi, pompi u swiċċijiet sabiex jagħtu informazzjoni addizzjonali u jikkoordinaw il-funzjonijiet tas-sistema tal-komponenti. Komponenti oħrajn li mhumiex meħtieġa sabiex tinżamm il-preċiżjoni ma’ konfigurazzjonijiet ta’ sistemi oħrajn jistgħu jiġu esklużi jekk l-esklużjoni tagħhom tkun ibbażata fuq ġudizzju inġineristiku tajjeb.
Figura 1-3
Sistema għat-teħid tal-kampjuni ta’ materja partikulata
Kampjun tal-gass tal-egżost dilwit jittieħed mill-mina ta' dilwizzjoni (DT) bi fluss sħiħ permezz tas-sonda tat-teħid tal-kampjuni tal-materja partikulata (PSP) u t-tubu tat-trasferiment tal-materja partikulata (PTT) bl-użu tal-pompa (P). Il-kampjun jiġi mgħoddi mill-preklassifikatur tad-daqs tal-partikoli (PCF) u mill-kontenituri tal-filtru (FH) li jkun fihom il-filtri għat-teħid tal-kampjuni tal-materja partikulata. Ir-rata tal-fluss għat-teħid tal-kampjuni tiġi stabbilita mill-kontrollur tal-fluss (FC).
4.5.4. Skedi tas-sewqan
4.5.4.1. Iċ-ċikli tat-test
Iċ-ċikli tat-test (il-mudelli tal-veloċità tal-vettura) għat-test tat-tip I jikkonsistu minn tliet partijiet, kif stipulat fl-Appendiċi 6. Skont is-(sub-)kategorija tal-vettura, għandhom jitwettqu l-partijiet li ġejjin taċ-ċiklu tat-test:
Tabella 1-5
Ċiklu tat-test tat-tip I applikabbli għall-vetturi konformi mal-Euro 4
Kategorija tal-vettura |
Isem il-kategorija tal-vettura |
Ċiklu tat-test konformi mal-Euro 4 |
L1e-A |
Rota motorizzata |
ECE R47 |
L1e-B |
Moped b’żewġ roti |
|
L2e |
Moped bi tliet roti |
|
L6e-A |
Quad ħafif għat-triq |
|
L6e-B |
Kwadrimobbli ħafif |
|
L3e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car |
WMTC, stadju 2 |
L4e |
||
L5e-A |
Triċiklu |
|
L7e-A |
Quad tqil għat-triq |
|
L5e-B |
Triċiklu kummerċjali |
ECE R40 |
L7e-B |
Quad tqil adatt għal kull xorta ta’ terren |
|
L7e-C |
Kwadrimobbli tqil |
Tabella 1-6
Ċiklu tat-test tat-tip I applikabbli għall-vetturi konformi mal-Euro 5
Kategorija tal-vettura |
Isem il-kategorija tal-vettura |
Ċiklu tat-test konformi mal-Euro 5 |
L1e-A |
Rota motorizzata |
WMTC rivedut |
L1e-B |
Moped b’żewġ roti |
|
L2e |
Moped bi tliet roti |
|
L6e-A |
Quad ħafif għat-triq |
|
L6e-B |
Kwadrimobbli ħafif |
|
L3e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajr side-car |
|
L4e |
||
L5e-A |
Triċiklu |
|
L7e-A |
Quad tqil għat-triq |
|
L5e-B |
Triċiklu kummerċjali |
|
L7e-B |
Quad tqil adatt għal kull xorta ta’ terren |
|
L7e-C |
Kwadrimobbli tqil |
4.5.4.2. It-tolleranzi tal-veloċitajiet tal-vetturi
4.5.4.2.1. It-tolleranza tal-veloċità tal-vettura fi kwalunkwe ħin partikolari fuq iċ-ċikli tat-test preskritti fil-punt 4.5.4.1. hija definita permezz ta’ limiti superjuri jew inferjuri. Il-limitu superjuri huwa 3.2 km/h ogħla mill-ogħla punt fuq it-traċċa f’ħin ta’ sekonda tal-ħin mogħti. Il-limitu inferjuri huwa 3.2 km/h aktar baxx mill-aktar punt baxx fuq it-traċċa f’ħin ta’ sekonda tal-ħin mogħti. Il-varjazzjonijiet fil-veloċità tal-vetturi ogħla mit-tolleranzi stabbiliti (bħalma jista’ jkun hemm waqt it-tibdiliet tal-ger) huma aċċettabbli, diment li jdumu inqas minn żewġ sekondi f’kull okkażjoni. Veloċitajiet tal-vetturi aktar baxxi minn dawk preskritti huma aċċettabbli, diment li l-vettura titħaddem bil-qawwa massima disponibbli matul tali okkorrenzi. Il-Figura 1-4 turi l-firxa ta’ tolleranzi ta’ veloċitajiet tal-vetturi aċċettabbli għal punti tipiċi.
Figura 1-4
It-traċċa tas-sewwieqa, il-firxa permessibbli
4.5.4.2.2. Jekk il-kapaċità tal-aċċellerazzjoni tal-vettura ma tkunx suffiċjenti għat-twettiq tal-fażijiet tal-aċċellerazzjoni jew jekk il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura tkun aktar baxxa mill-veloċità regolari preskritta fil-limiti tat-tolleranzi preskritti, il-vettura għandha tinstaq bl-aċċelleratur miftuħ kompletament sakemm tintlaħaq il-veloċità stabbilita jew bil-veloċità massima tad-disinn tagħha li tista’ tintlaħaq bl-aċċelleratur miftuħ kompletament waqt dak il-ħin li l-veloċità stabbilita taqbeż il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura. Fiż-żewġ każijiet, il-punt 4.5.4.2.1. mhuwiex applikabbli. Iċ-ċiklu tat-test għandu jkompli għaddej b’mod normali meta l-veloċità stabbilita terġa’ tkun aktar baxxa mill-veloċità massima tad-disinn tal-vettura.
4.5.4.2.3. Jekk il-perjodu ta’ deċellerazzjoni jkun iqsar minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, il-veloċità stabbilita għandha tiġi rrestawrata permezz ta' perjodu ta’ tħaddim b'veloċità kostanti jew perjodu ta' tħaddim tal-magna mhux ingranata li jibqa' għaddej sat-tħaddim sussegwenti b'veloċità kostanti jew bil-magna mhux ingranata. F’każijiet bħal dawn, il-punt 4.5.4.2.1. mhuwiex applikabbli.
4.5.4.2.4. Minbarra dawn l-eċċezzjonijiet, id-devjazzjonijiet tal-veloċità tar-romblu mill-veloċità stabbilita taċ-ċikli għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti deskritti fil-punt 4.5.4.2.1. Jekk le, ir-riżultati tat-test ma għandhomx jintużaw għal analiżi ulterjuri u t-test ikun irid isir mill-ġdid.
4.5.5. Il-preskrizzjonijiet għat-tibdil tal-ger għad-WMTC preskritt fl-Appendiċi 6
4.5.5.1. Vetturi tat-test bi trasmissjoni awtomatika
4.5.5.1.1. Vetturi mgħammra bi transfer cases, sprockets multipli, eċċ., għandhom jiġu ttestjati fil-konfigurazzjoni rrakkomandata mill-manifattur għall-użu fit-triq jew fl-awtostrada.
4.5.5.1.2. It-testijiet kollha għandhom isiru bit-trasmissjonijiet awtomatiċi fuq id-“Drive” (l-ogħla ger). It-trasmissjonijiet awtomatiċi b’konvertitur tal-klaċċ u t-torque jistgħu jinbidlu bħat-trasmissjonijiet manwali fuq it-talba tal-manifattur.
4.5.5.1.3. Il-modalitajiet “idle” għandhom isiru bit-trasmissjonijiet awtomatiċi fuq id-“Drive” u bir-roti bbrejkjati.
4.5.5.1.4. It-trasmissjonijiet awtomatiċi għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku permezz tas-sekwenza normali tal-gerijiet. Il-konvertitur tal-klaċċ u t-torque, jekk ikun applikabbli, għandu jaħdem taħt il-kondizzjonijiet tad-dinja reali.
4.5.5.1.5. Il-modalitajiet tad-deċellerazzjoni għandhom isiru bil-ger billi jintużaw il-brejkijiet jew il-pedala tal-aċċelleratur, skont kif ikun meħtieġ, sabiex tinżamm il-veloċità mixtieqa.
4.5.5.2. Vetturi tat-test bi trasmissjoni manwali
4.5.5.2.1 Rekwiżiti obbligatorji
4.5.5.2.1.1. L-ewwel pass — Il-kalkolazzjoni tal-veloċitajiet wara tibdil fil-gerijiet
Il-veloċitajiet wara tibdil għal ger ogħla (v1→2 u vi→i+1) espressi f’km/h waqt il-fażijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli li ġejjin:
Ekwazzjoni 2-3:
Ekwazzjoni 2-4:
, i = 2 to ng -1
fejn:
|
“i” huwa n-numru tal-ger (≥ 2) |
|
“ng” huwa n-numru totali ta’ gerijiet ’il quddiem |
|
“Pn” hija l-qawwa nominali espressa f’kW |
|
“mk” hija l-massa ta’ referenza espressa f’kg |
|
“nidle” hija l-veloċità bil-magna mhux ingranata f’min–1 |
|
“s” hija l-veloċità nominali tal-magna f’min–1 |
|
“ndvi” huwa l-proporzjon bejn il-veloċità tal-magna f’min–1 u l-veloċità tal-vettura espressa f’km/h bil-ger “i” |
4.5.5.2.1.2. Il-veloċitajiet wara tibdil għal ger aktar baxx (vi→i–1) espressi f’km/h waqt il-fażijiet ta’ veloċità regolari jew deċellerazzjoni bir-raba’ ger għal ng għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni 2-5:
, i = 4 to ng
fejn
|
“i” huwa n-numru tal-ger (≥ 4) |
|
“ng” huwa n-numru totali ta’ gerijiet ’il quddiem |
|
“Pn” hija l-qawwa nominali espressa f’kW |
|
“mk” hija l-massa ta’ referenza espressa f’kg |
|
“nidle” hija l-veloċità bil-magna mhux ingranata f’min–1 |
|
“s” hija l-veloċità nominali tal-magna f’min–1 |
|
“ndvi–2” huwa l-proporzjon bejn il-veloċità tal-magna f’min–1 u l-veloċità tal-vettura espressa f’km/h fuq il-ger i–2 |
Il-veloċità wara tibdil għal ger aktar baxx, mit-tielet ger għat-tieni ger (v3→2), għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-6:
fejn:
|
“Pn” hija l-qawwa nominali espressa f’kW |
|
“mk” hija l-massa ta’ referenza espressa f’kg |
|
“nidle” hija l-veloċità bil-magna mhux ingranata f’min–1 |
|
“s” hija l-veloċità nominali tal-magna f’min–1 |
|
“ndv1” huwa l-proporzjon bejn il-veloċità tal-magna f’min–1 u l-veloċità tal-vettura espressa f’km/h fuq l-ewwel ger |
Il-veloċità wara tibdil għal ger aktar baxx, mit-tieni ger għall-ewwel ger (v2→1), għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-7:
fejn:
“ndv2” huwa l-proporzjon bejn il-veloċità tal-magna f’min–1 u l-veloċità tal-vettura espressa f’km/h fuq it-tieni ger
Billi l-fażijiet tal-cruising huma definiti permezz tal-indikatur tal-fażi, jistgħu jiġu rreġistrati żidiet żgħar fil-veloċità u jista’ jkun xieraq li l-ger jinqaleb għal wieħed aktar għoli. Il-veloċitajiet wara tibdil għal ger aktar għoli (v1→2, v2→3 u vi→i+1), espressi f’km/h, matul il-fażijiet tal-cruising, għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
Ekwazzjoni 2-7:
Ekwazzjoni 2-8:
Ekwazzjoni 2-9:
, i = 3 to ng
4.5.5.2.1.3. It-tieni pass — L-għażla tal-gerijiet għal kull kampjun taċ-ċiklu
Sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti tal-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni, veloċità regolari u waqfien, l-indikaturi korrispondenti jiġu miżjuda mal-mudell tal-veloċità tal-vettura bħala partijiet integrali taċ-ċikli (ara t-tabelli fl-Appendiċi 6).
Il-ger xieraq għal kull kampjun imbagħad għandu jiġi kkalkolat skont il-firxiet ta’ veloċitajiet tal-vetturi li jirriżultaw mill-ekwazzjonijiet tal-bidla fil-veloċità msemmija fil-punt 4.5.5.2.1.1. u l-indikaturi tal-fażijiet għall-partijiet taċ-ċiklu adegwati għall-vettura tat-test, kif ġej:
|
L-għażla tal-gerijiet għall-fażijiet ta’ waqfien: Għall-aħħar ħames sekondi ta’ fażi ta’ waqfien, il-liver tal-gerijiet għandu jitpoġġa fuq l-ewwel ger mingħajr ma l-klaċċ ikun imdaħħal. Għall-parti preċedenti ta’ fażi ta’ waqfien, il-liver tal-gerijiet għandu jitpoġġa fuq il-modalità newtrali jew il-klaċċ ma jkunx imdaħħal. |
|
L-għażla tal-gerijiet għall-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni:
|
|
L-għażla tal-gerijiet għall-fażijiet ta’ deċellerazzjoni jew veloċità regolari (cruising):
|
Il-klaċċ ma għandux ikun imdaħħal, jekk:
(a) |
il-veloċità tal-vettura taqa’ taħt l-10 km/h, jew |
(b) |
il-veloċità tal-magna taqa’ taħt ; |
(c) |
ikun hemm riskju ta’ twaqqif ħesrem tal-magna matul il-fażi tat-test ta’ startjar fil-kesħa. |
4.5.5.2.3. It-tielet pass — Korrezzjonijiet skont rekwiżiti addizzjonali
4.5.5.2.3.1. L-għażla tal-gerijiet għandha tiġi mmodifikata skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ebda tibdil ta’ gerijiet waqt tranżizzjoni minn fażi ta’ aċċellerazzjoni għal fażi ta’ deċellerazzjoni. Il-ger li jkun intuża għall-aħħar sekonda tal-fażi ta’ aċċellerazzjoni għandu jinżamm għall-fażi ta’ deċellerazzjoni ta’ wara sakemm il-veloċità ma taqax taħt veloċità ta’ tibdil għal ger aktar baxx; |
(b) |
il-gerijiet ma għandhomx jinbidlu b’aktar minn ger wieħed ’il fuq jew ger wieħed ’l isfel, ħlief mit-tieni ger għall-modalità newtrali waqt deċellerazzjonijiet sakemm il-vettura titwaqqaf; |
(c) |
il-bidliet tal-gerijiet ’il fuq jew ’l isfel sa erba’ sekondi jinbidlu mill-ger ta’ qabel, jekk il-gerijiet ta’ qabel u ta’ wara jkunu identiċi, pereżempju; 2 3 3 3 2 għandhom jinbidlu minn 2 2 2 2 2, u 4 3 3 3 3 4 għandhom jinbidlu minn 4 4 4 4 4 4. Fil-każijiet ta’ ċirkostanzi konsekuttivi, il-ger li jdum jintuża l-aktar jieħu preċedenza, pereżempju; 2 2 2 3 3 3 2 2 2 2 3 3 3 għandhom jinbidlu minn 2 2 2 2 2 2 2 2 2 2 3 3 3. Jekk jintużaw għall-istess ħin, serje ta’ gerijiet sussegwenti għandhom jieħdu preċedenza fuq serje ta’ gerijiet preċedenti, pereżempju; 2 2 2 3 3 3 2 2 2 3 3 3 għandhom jinbidlu minn 2 2 2 2 2 2 2 2 2 3 3 3; |
(d) |
ebda waqgħa fil-gerijiet waqt fażi ta’ aċċellerazzjoni. |
4.5.5.2.2. Dispożizzjonijiet fakultattivi
L-għażla tal-gerijiet tista’ tiġi mmodifikata skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
L-użu ta’ gerijiet aktar baxxi minn dawk stabbiliti mir-rekwiżiti deskritti fil-punt 4.5.5.2.1. huwa permess fi kwalunkwe fażi taċ-ċiklu. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi għall-użu tal-gerijiet għandhom jiġu segwiti jekk ma jirriżultawx f’gerijiet ogħla minn dawk stabbiliti mir-rekwiżiti tal-punt 4.5.5.2.1.
4.5.5.2.3. Dispożizzjonijiet fakultattivi
Nota 5: Il-programm li jintuża għall-kalkolazzjoni u li jinstab fuq is-sit elettroniku tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-URL li jidher hawn taħt jista’ jintuża bħala mezz ta’ għajnuna għall-għażla tal-gerijiet:
http://live.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29grpe/wmtc.html
L-ispjegazzjonijiet tal-approċċ u l-istrateġija tat-tibdil tal-gerijiet, flimkien ma’ eżempju ta’ kif issir il-kalkolazzjoni huma mogħtija fl-Appendiċi 9.
4.5.6. Is-settings tad-dinamometru
Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni sħiħa tad-dinamometru tax-xażi u tal-istrumenti skont l-Appendiċi 6. Il-qisien għandhom jittieħdu skont il-preċiżjonijiet speċifikati fil-punt 4.5.7. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi għall-issettjar tad-dinamometru tax-xażi tista’ tittieħed jew mill-kejl ta’ deċellerazzjoni libera fit-triq jew inkella minn tabella tar-reżistenza tal-mixi, b’referenza għall-Appendiċi 5 jew 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat u b’referenza għall-Appendiċi 8 għal vettura b’żewġ roti jew aktar fuq il-fusien motorizzati.
4.5.6.1. L-issettjar tad-dinamometru tax-xażi meħud mill-kejl ta’ deċellerazzjoni libera fit-triq
Sabiex tintuża din l-alternattiva, il-kejl ta’ deċellerazzjoni libera fit-triq għandu jitwettaq kif speċifikat fl-Appendiċi 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat u fl-Appendiċi 8 għal vettura b’żewġ roti jew aktar fuq il-fusien motorizzati.
4.5.6.1.1. Ir-rekwiżiti għat-tagħmir
L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità u l-ħin għandu jkollha l-preċiżjonijiet speċifikati fil-punt 4.5.7.
4.5.6.1.2. Issettjar tal-massa tal-inerzja
4.5.6.1.2.1. Il-massa ta' inerzja mi ekwivalenti għad-dinamometru tax-xażi għandha tkun il-massa ta' inerzja ekwivalenti tat-torn, mfi, l-eqreb lejn il-massa tal-vettura waqt li tkun qiegħda taħdem u l-eqreb lejn il-massa tas-sewwieq (75 kg). B’mod alternattiv, il-massa tal-inerzja ekwivalenti mi tista’ tittieħed mill-Appendiċi 5.
4.5.6.1.2.2. Jekk il-massa ta’ referenza mref ma tistax tkun daqs il-massa tal-inerzja ekwivalenti tat-torn mi, sabiex il-forza tar-reżistenza tal- mixi mixtieqa F* tkun daqs il-forza tar-reżistenza tal- mixi FE (li għandha tkun issettjata għad-dinamometru tax-xażi), il-ħin ikkoreġut tad-deċellerazzjoni libera ΔTroad jista’ jiġi aġġustat skont il-proporzjon tal-massa totali tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera mixtieq ΔTroad fis-sekwenza li ġejja:
Ekwazzjoni 2-10:
Ekwazzjoni 2-11:
Ekwazzjoni 2-12:
Ekwazzjoni 2-13:
flimkien ma’
fejn:
mr1 tista’ titkejjel jew tiġi kkalkolata, f’kilogrammi, kif xieraq. Bħala alternattiva, mr1 tista’ tiġi kkalkolata bħala f perċentwali ta’ m.
4.5.6.2. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi meħuda minn tabella tar-reżistenza tal-mixi
4.5.6.2.1. Id-dinamometru tax-xażi jista’ jiġi ssettjat bl-użu tat-tabella tar-reżistenza tal-mixi minflok permezz tal-forza tar-reżistenza tal-mixi miksuba mill-metodu ta’ deċellerazzjoni libera. F’dan il-metodu tat-tabella, id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat permezz tal-massa fi stat ta’ tħaddim, irrispettivament mill-karatteristiċi partikolari tal-vettura tal-kategorija L.
Nota 6: Għandha tingħata attenzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan il-metodu għall-vetturi tal-kategorija L b’karatteristiċi straordinarji.
4.5.6.2.2. Il-massa tal-inerzja tat-torn ekwivalenti mfi għandha tkun il-massa tal-inerzja ekwivalenti mi speċifikata fl-Appendiċi 5, 7 jew 8, fejn applikabbli. Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat permezz tar-reżistenza għad-dawrien tar-roti mhux misjuqa (a) u l-koeffiċjent ta’ ġibda ajrudinamika (b) speċifikati fl-Appendiċi 5 jew jiġi stabbilit skont il-proċeduri stipulati fl-Appendiċi 7 jew 8, rispettivament.
4.5.6.2.3 Il-forza tar-reżistenza tal-mixi fuq id-dinamometru tax-xażi FE għandha tiġi stabbilita bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-14:
4.5.6.2.4. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa F* għandha tkun daqs il-forza tar-reżistenza tal-mixi miksuba mit-tabella tar-reżistenza tal-mixi FT, minħabba li l-korrezzjoni għall-kondizzjonijiet ambjentali standard mhijiex neċessarja.
4.5.7. Il-preċiżjoni tal-kejl
Il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ apparat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-preċiżjoni indikati fit-Tabella 1-7:
Tabella 1-7
Il-preċiżjoni meħtieġa tal-kejl
Il-fatturi li jridu jitkejlu |
Il-valur tal-kejl |
Riżoluzzjoni |
||
|
+ 2 fil-mija |
— |
||
|
± 1 fil-mija |
0,2 km/h |
||
|
± 1 fil-mija |
0,1 km/h |
||
|
± 0.5 fil-mija |
0,01 s |
||
|
± 0.5 fil-mija |
1,0 kg |
||
|
± 10 fil-mija |
0,1 m/s |
||
|
— |
5 deg. |
||
|
± 1 K |
1 K |
||
|
— |
0,2 kPa |
||
|
± 0.1 fil-mija |
1 m |
||
|
± 0.1 s |
0,1 s |
5. Il-proċeduri tal-ittestjar
5.1. Deskrizzjoni tat-test tat-tip I
Il-vettura tat-test għandha tkun soġġetta, skont il-kategorija tagħha, għar-rekwiżiti tat-test tat-tip I kif speċifikat f'dan il-punt 5.
5.1.1. It-test tat-tip I (il-verifikazzjoni tal-emissjoni medja ta’ sustanzi f’forma ta’ gass li jniġġsu, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil f’ċiklu ta’ sewqan karatteristiku)
5.1.1.1. It-test għandu jitwettaq permezz tal-metodu deskritt fil-punt 5.2. Il-gassijiet għandhom jinġabru u jiġu analizzati permezz tal-metodi preskritti.
5.1.1.2. Numru ta’ testijiet
5.1.1.2.1. In-numru ta’ testijiet għandu jiġi stabbilit kif muri fil-figura 1-5. Ri1 sa Ri3 jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl finali għall-ewwel test (Nru. 1) sat-tielet test (Nru. 3) u s-sustanza f’forma ta’ gass li tniġġes, l-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-fjuwil/enerġija jew il-medda elettrika kif stipulat fl-Anness VII. “Lx” tirrappreżenta l-valuri ta’ limitu L1 sa L5 kif definiti fil-Partijiet A, B u C tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
5.1.1.2.2. F’kull test, għandhom jiġu stabbiliti l-mases tal-monossidu tal-karbonju, tal-idrokarbur, tal-ossidi tan-nitroġenu, tad-dijossidu tal-karbonju, kif ukoll il-fjuwil ikkonsmat waqt it-test. Il-massa tal-materja partikulata għandha tiġi stabbilita biss għal dawn is-(sub-)kategoriji msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 (ara n-noti ta’ spjegazzjoni 8 u 9 fl-aħħar tal-Anness VIII ta' dak ir-Regolament).
Figura 1-5
Flowchart għan-numru ta’ testijiet tat-tip I
5.2. Testijiet tat-tip I
5.2.1. Ħarsa ġenerali
5.2.1.1. It-test tat-tip I jikkonsisti f’sekwenzi preskritti tat-tħejjija tad-dinamometru, l-alimentazzjoni, l-ipparkjar u l-kondizzjonijiet tat-tħaddim.
5.2.1.2. It-test huwa ddisinjat biex jiddetermina l-emissjonijiet tal-idrokarbur, tal-monossidu tal-karbonju, tal-ossidi tan-nitroġenu, tad-dijossidu tal-karbonju u tal-massa tal-materja partikulata, jekk applikabbli, il-konsum tal-fjuwil/enerġija, kif ukoll il-medda elettrika waqt is-simulazzjoni tat-tħaddim fid-dinja reali. It-test jikkonsisti fl-istartjar tal-magna u t-tħaddim tal-vettura tal-kategorija L fuq dinamometru tax-xażi, permezz ta’ ċiklu ta’ sewqan speċifikat. Parti proporzjonali mill-emissjonijiet tal-egżost dilwit tinġabar kontinwament għall-analiżi sussegwenti bl-użu ta’ sistema kampjunarja ta’ volum kostanti – CVS (dilwizzjoni varjabbli).
5.2.1.3. Għajr f’każijiet ta’ ħsara jew falliment tal-komponenti, is-sistemi kollha għall-kontroll tal-emissjonijiet li jiġu installati fuq jew inkorporati f’vettura tal-kategorija L soġġetta għal test għandhom ikunu qegħdin jiffunzjonaw matul il-proċeduri kollha.
5.2.1.4. Għandhom jitkejlu l-konċentrazzjonijiet fl-isfond għall-kostitwenti tal-emissjonijiet kollha li jkunu ġew imkejla. L-ittestjar tal-egżost jirrekjedi t-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi tal-arja ta' dilwizzjoni.
5.2.1.5. Il-kejl tal-massa tal-materja partikulata fl-isfond
Il-livell tal-materja partikulata fl-isfond tal-arja ta' dilwizzjoni jista’ jiġi ddeterminat billi l-arja ta' dilwizzjoni ffiltrata tiġi mgħoddija mill-filtru tal-materja partikulata. Dan għandu jittieħed mill-istess punt bħall-kampjun tal-materja partikulata, jekk ikun applikabbli kejl tal-massa tal-materja partikulata skont l-Anness VI(A) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. Jista’ jsir kejl wieħed qabel jew wara t-test. Il-kejl tal-massa tal-materja partikulata jista’ jiġi kkoreġut billi titnaqqas il-kontribuzzjoni fl-isfond mis-sistema tad-dilwizzjoni. Il-kontribuzzjoni permessibbli fl-isfond għandha tkun ≤ 1 mg/km (jew il-massa ekwivalenti fuq il-filtru). Jekk il-kontribuzzjoni fl-isfond taqbeż dan il-livell, għandha tiġi applikata l-figura default ta’ 1 mg/km (jew il-massa ekwivalenti fuq il-filtru). Meta t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni fl-isfond jagħti riżultat negattiv, ir-riżultat tal-massa tal-materja partikulata għandu jitqies bħala żero.
5.2.2. Is-settings u l-verifikazzjoni tad-dinamometru
5.2.2.1. It-tħejjija tal-vettura tat-test
5.2.2.1.1. Il-manifattur għandu jipprovdi fittings u adapters addizzjonali, skont kif meħtieġ sabiex ikun jista’ jitbattal il-fjuwil fl-aktar punt baxx possibbli fit-tankijiet installati fuq il-vettura, kif ukoll sabiex ikun jista’ jinġabar kampjun tal-egżost.
5.2.2.1.2. Il-pressjonijiet tat-tajers għandhom jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku jew bil-għan li l-veloċità tal-vettura waqt it-test tat-triq u l-veloċità tal-vettura miksuba fuq id-dinamometru tax-xażi jkunu indaqs.
5.2.2.1.3. Il-vettura tat-test għandha tkun imsaħħna fuq id-dinamometru tax-xażi fl-istess kondizzjoni li fiha kienet waqt it-test tat-triq.
5.2.2.2. It-tħejjija tad-dinamometru, jekk is-settings jittieħdu mill-kejl ta’ deċellerazzjoni libera fit-triq
Qabel it-test, id-dinamometru tax-xażi għandu jissaħħan b’mod xieraq sal-forza stabbilizzata tal-frizzjoni Ff. It-tagħbija fuq id-dinamometru tax-xażi FE hija, minħabba l-għamla tiegħu, magħmula mit-telf totali ta’ frizzjoni Ff, jiġifieri s-somma tar-reżistenza frizzjonali li ddur tad-dinamometru tax-xażi, ir-reżistenza għad-dawrien tar-roti, ir-reżistenza frizzjonali tal-partijiet li jduru fis-sistema tal-motopropulsjoni tal-vettura u l-forza tal-ibbrejkjar tal-unità li tassorbi l-qawwa (pau) Fpau, kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-15:
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa F* meħuda mill-Appendiċi 5 jew 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat u mill-Appendiċi 8 għal vettura b’żewġ roti jew aktar fuq il-fusien motorizzati, għandha tiġi riprodotta fuq id-dinamometru tax-xażi skont il-veloċità tal-vettura, jiġifieri:
Ekwazzjoni 2-16
It-telf totali tal-frizzjoni Ff fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jitkejjel bl-użu tal-metodu msemmi fil-punt 5.2.2.2.1. jew 5.2.2.2.2.
5.2.2.2.1. Tħaddim permezz ta’ dinamometru tax-xażi
Dan il-metodu japplika biss għal dinamometri tax-xażi li kapaċi jħaddmu vettura tal-kategorija L. Il-vettura tat-test għandha tinstaq b’mod stabbli permezz tad-dinamometru tax-xażi fil-veloċità tar-referenza v0 bis-sistema tal-mototrasmissjoni ingranata u bil-klaċċ mhux magħfus. It-telf totali ta’ frizzjoni Ff (v0) fil-veloċità ta’ referenza v0 huwa mogħti mill-forza tad-dinamometru tax-xażi.
5.2.2.2.2. Deċellerazzjoni libera mingħajr assorbiment
Il-metodu użat għall-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera huwa meqjus bħala l-metodu tad-deċellerazzjoni libera għall-kejl tat-telf totali tal-frizzjoni Ff. Id-deċellerazzjoni libera tal-vettura għandha ssir fuq id-dinamometru tax-xażi bil-proċedura deskritta fl-Appendiċi 5 jew 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fusien motorizzati u fl-Appendiċi 8 għal vettura mgħammra b’żewġ roti jew aktar fuq il-fus motorizzat, mingħajr ebda assorbiment mid-dinamometru tax-xażi. Għandu jitkejjel il-ħin tad-deċellerazzjoni libera Δti li jikkorrespondi għall-veloċità ta’ referenza v0. Il-kejl għandu jitwettaq mill-inqas tliet darbiet u l-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-17:
5.2.2.2.3. Telf totali tal-frizzjoni
It-telf totali tal-frizzjoni Ff(v0) fil-veloċità ta’ referenza v0 jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-18:
5.2.2.2.4. Il-kalkolazzjoni tal-forza tal-unità tal-assorbiment tal-qawwa
Il-forza Fpau(v0) li għandha tiġi assorbita mid-dinamometru tax-xażi fil-veloċità ta’ referenza v0 tiġi kkalkolata bit-tnaqqis ta’ Ff(v0) mill-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa F*(v0), kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-19:
5.2.2.2.5. Issettjar tad-dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xażi, skont it-tip tiegħu, għandu jiġi ssettjat permezz ta’ wieħed mill-metodi deskritti fil-punti 5.2.2.2.5.1. sa 5.2.2.2.5.4. Il-metodu tal-issettjar magħżul għandu jiġi applikat għall-kejl tal-emissjonijiet tas-sustanza li tniġġes u tas-CO2, kif ukoll għall-kejl tal-effiċjenza tal-enerġija (il-konsum tal-fjuwil/enerġija u l-medda elettrika) kif stipulat fl-Anness VII.
5.2.2.2.5.1. Dinamometru tax-xażi b’funzjoni poligonali
Fil-każ ta’ dinamometru tax-xażi b’funzjoni poligonali, fejn il-karatteristiċi tal-assorbiment jiġu stabbiliti permezz tal-valuri tat-tagħbija f’diversi punti ta’ veloċità, għandhom jintgħażlu mill-inqas tliet veloċitajiet speċifiċi, inkluża l-veloċità ta’ referenza, bħala punti ta’ ssettjar. F’kull punt ta’ ssettjar, id-dinamometru tax-xażi għandu jkun issettjat għall-valur Fpau (vj) miksub fil-punt 5.2.2.2.4.
5.2.2.2.5.2. Dinamometru tax-xażi b’kontroll koeffiċjenti
Fil-każ ta’ dinamometru tax-xażi b’kontroll koeffiċjenti, fejn il-karatteristiċi ta’ assorbiment jiġu stabbiliti permezz ta’ koeffiċjenti speċifiċi ta’ funzjoni polinomjali, il-valur ta’ Fpau (vj) f’kull veloċità speċifikata għandu jiġi kkalkolat permezz tal-proċedura msemmija fil-punt 5.2.2.2.
Jekk wieħed jassumi li l-karatteristiċi tat-tagħbija huma:
Ekwazzjoni 2-20:
fejn:
il-koeffiċjenti a, b u c għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-metodu ta’ regressjoni polinomjali.
Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat għall-koeffiċjenti a, b u c miksuba permezz tal-metodu ta’ regressjoni polinomjali.
5.2.2.2.5.3. Dinamometru tax-xażi b’digital setter poligonali F*
Fil-każ ta’ dinamometru tax-xażi b’digital setter poligonali, fejn jiġi inkorporat CPU fis-sistema, F*jiddaħħal direttament, u Δti, Ff u Fpau jiġu mkejla u kkalkolati awtomatikament sabiex id-dinamometru tax-xażi jiġi ssettjat għall-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa:
Ekwazzjoni 2-21:
F’dan il-każ, jiddaħħlu direttament wara xulxin diversi punti b’mod diġitali mis-sett ta’ informazzjoni F* j u vj, issir id-deċellerazzjoni libera u jitkejjel il-ħin tad-deċellerazzjoni libera Δtj. Wara li t-test tad-deċellerazzjoni libera jkun ġie ripetut diversi drabi, Fpau jiġi kkalkolat b’mod awtomatiku u jiġi ffissat f’intervalli ta’ veloċità ta’ 0.1 km/h għall-vetturi tal-kategorija L, fis-sekwenza li ġejja:
Ekwazzjoni 2-22:
Ekwazzjoni 2-23:
Ekwazzjoni 2-24:
5.2.2.2.5.4. Dinamometru tax-xażi b’digital setter tal-koeffiċjenti f* 0, f* 2
Fil-każ ta’ dinamometru tax-xażi b’digital setter tal-koeffiċjenti, fejn jiġi inkorporat CPU fis-sistema, il-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa tiġi ssettjata b’mod awtomatiku fuq id-dinamometru tax-xażi.
F’dan il-każ, il-koeffiċjenti f* 0 u f* 2 jiddaħħlu direttament b’mod diġitali; issir id-deċellerazzjoni libera u jitkejjel il-ħin tad-deċellerazzjoni libera Δti. Fpau jiġi kkalkolat b’mod awtomatiku u jiġi ffissat f’intervalli ta’ veloċità ta’ 0,06 km/h għall-vetturi, fis-sekwenza li ġejja:
Ekwazzjoni 2-25:
Ekwazzjoni 2-26:
Ekwazzjoni 2-27:
5.2.2.2.6. Verifika tas-settings tad-dinamometru
5.2.2.2.6.1. Test ta’ verifika
Immedjatament wara s-setting inizjali, il-ħin tad-deċellerazzjoni libera ΔtE fuq id-dinamometru tax-xażi li jikkorrispondi għall-veloċità ta’ referenza (v0) għandu jitkejjel permezz tal-proċedura stipulata fl-Appendiċi 5 jew 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fusien motorizzati u fl-Appendiċi 8 għal vettura b’żewġ roti jew aktar fuq il-fusien motorizzati. Il-kejl għandu jsir mill-inqas tliet darbiet, filwaqt li l-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera ΔtE għandu jiġi kkalkolat mir-riżultati. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi ffissata fil-veloċità ta’ referenza FE (v0) fuq id-dinamometru tax-xażi tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-28:
5.2.2.2.6.2. Kalkolazzjoni tal-iżball tas-setting
L-iżball tas-setting ε jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-29:
Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi aġġustat mill-ġdid jekk l-iżball tas-setting ma jissodisfax il-kriterji li ġejjin:
|
ε ≤ 2 fil-mija għal v0 ≥ 50 km/h |
|
ε ≤ 3 fil-mija għal 30 km/h ≤ v0< 50 km/h |
|
ε ≤ 10 fil-mija għal v0 < 30 km/h |
Il-proċedura msemmija fil-punti 5.2.2.2.6.1. sa 5.2.2.2.6.2. għandha tiġi ripetuta sakemm l-iżball tas-setting jissodisfa l-kriterji. Is-setting tad-dinamometru tax-xażi u l-iżbalji osservati għandhom jiġu rreġistrati. Il-kampjuni tal-formoli tar-reġistrazzjoni huma pprovduti fil-mudell tar-rapport tat-test stipulat skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
5.2.2.3. It-tħejjija tad-dinamometru, jekk is-settings jittieħdu minn tabella tar-reżistenza tal-mixi
5.2.2.3.1. Il-veloċità speċifikata tal-vettura għad-dinamometru tax-xażi
Ir-reżistenza tal-mixi fuq id-dinamometru tax-xażi għandha tiġi vverifikata fil-veloċità speċifikata tal-vettura v. Għandhom jiġu vverifikati mill-inqas erba’ veloċitajiet speċifikati. Il-firxa tal-punti tal-veloċitajiet speċifikati tal-vetturi (l-intervall bejn il-punti minimi u massimi) għandha testendi waħda min-naħat tal-veloċità ta’ referenza jew il-firxa tal-veloċitajiet ta’ referenza, jekk ikun hemm aktar minn veloċità ta’ referenza waħda, b’mill-inqas Δv, kif definit fl-Appendiċi 5 jew 7 għal vettura mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat u fl-Appendiċi 8 għal vettura b’żewġ roti jew aktar fuq il-fusien motorizzati. Il-punti tal-veloċitajiet speċifikati, inklużi l-punti tal-veloċità ta’ referenza, għandhom ikunu f’intervalli regolari ta’ mhux aktar minn 20 km/h minn xulxin.
5.2.2.3.2. Verifika tad-dinamometru tax-xażi
5.2.2.3.2.1. Immedjatament wara s-setting inizjali, għandu jitkejjel il-ħin tad-deċellerazzjoni libera fuq id-dinamometru tax-xażi li jikkorrispondi għall-veloċità speċifikata. Il-vettura ma għandhiex titpoġġa fuq id-dinamometru tax-xażi waqt il-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera. Il-kejl tad-deċellerazzjoni libera għandu jibda meta l-veloċità tad-dinamometru tax-xażi taqbeż il-veloċità massima taċ-ċiklu tat-test.
5.2.2.3.2.2. Il-kejl għandu jsir mill-inqas tliet darbiet u l-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera ΔtE għandu jiġi kkalkolat mir-riżultati.
5.2.2.3.2.3. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi FE(vj) iffissata fil-veloċità speċifikata fuq id-dinamometru tax-xażi tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-30:
5.2.2.3.2.4. L-iżball tas-setting error ε fil-veloċità speċifikata jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-31:
5.2.2.3.2.5. Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi aġġustat mill-ġdid jekk l-iżball tas-setting ma jissodisfax il-kriterji li ġejjin:
|
ε ≤ 2 fil-mija għal v ≥ 50 km/h |
|
ε ≤ 3 fil-mija għal 30 km/h ≤ v < 50 km/h |
|
ε ≤ 10 fil-mija għal v < 30 km/h |
5.2.2.3.2.6. Il-proċedura deskritta fil-punti 5.2.2.3.2.1. sa 5.2.2.3.2.5. għandha tiġi ripetuta sakemm l-iżball tas-setting jissodisfa l-kriterji. Is-setting tad-dinamometru tax-xażi u l-iżbalji osservati għandhom jiġu rreġistrati.
5.2.2.4. Is-sistema tad-dinamometru tax-xażi għandha tkun konformi mal-metodi ta’ kalibrazzjoni u verifika stipulati fl-Appendiċi 3.
5.2.3. Kalibrazzjoni tal-analizzaturi
5.2.3.1. Il-kwantità ta’ gass fil-pressjoni indikata kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tal-apparat għandha tiġi injettata fl-analizzatur permezz tal-miter tal-fluss u l-valv intiż għat-tnaqqis tal-pressjoni mmontati fuq kull ċilindru tal-gass. L-apparat għandu jiġi aġġustat sabiex jindika bħala valur stabbilizzat il-valur imdaħħal fiċ-ċilindru tal-gass standard. Billi tibda mis-setting miksub biċ-ċilindru tal-gass tal-akbar kapaċità, għandha tiġi mpinġija kurva tad-devjazzjonijiet tal-apparat skont il-kontenut tad-diversi ċilindri standard użati. L-analizzatur ta’ jonizzazzjoni permezz ta’ fjamma għandu jiġi kkalibrat perjodikament, f’intervalli ta’ mhux aktar minn xahar, bl-użu ta’ taħlitiet ta’ arja/propan jew arja/hexane b’konċentrazzjonijiet nominali ta’ idrokarbur ugwali għal 50 fil-mija u 90 fil-mija ta’ skala sħiħa.
5.2.3.2. L-analizzaturi tal-assorbiment tal-infrared mhux dispersiv għandhom jiġu ċċekkjati fl-istess intervalli bl-użu ta’ taħlitiet ta’ nitroġenu/CO u ta’ nitroġenu/CO2 f’konċentrazzjonijiet nominali ugwali għal 10, 40, 60, 85 u 90 fil-mija ta’ skala sħiħa.
5.2.3.3. Għall-kalibrazzjoni tal-analizzatur tal-kimiluminexxenza tal-NOX, għandhom jintużaw taħlitiet ta’ nitroġenu/ossidu tan-nitroġenu (NO) b’konċentrazzjonijiet nominali ugwali għal 50 fil-mija u 90 fil-mija ta’ skala sħiħa. Il-kalibrazzjoni tat-tliet tipi ta’ analizzaturi kollha għandha tiġi ċċekkjata qabel kull serje ta’ testijiet, bl-użu ta’ taħlitiet tal-gassijiet, li jitkejlu f’konċentrazzjoni ugwali għal 80 fil-mija ta’ skala sħiħa. Jista’ jiġi applikat apparat għad-dilwizzjoni ta’ gass ta’ kalibrazzjoni f’konċentrazzjoni ta’ 100 fil-mija għall-konċentrazzjoni meħtieġa.
5.2.3.4. Il-proċedura ta’ kontroll tar-rispons tal-idrokarbur permezz tad-ditekter ta’ jonizzazzjoni bil-fjamma msaħħna (FID) (analizzatur)
5.2.3.4.1. Titjib fir-rispons tad-ditekter
L-FID għandu jiġi aġġustat skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Sabiex jittejjeb ir-rispons, għandu jintuża propan fl-arja fuq l-aktar medda komuni tat-tħaddim.
5.2.3.4.2. Kalibrazzjoni tal-analizzatur tal-idrokarbur
L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat billi jintuża propan fl-arja u arja sintetika purifikata (ara l-punt 5.2.3.6.).
Għandha tiġi stabbilita kurva ta’ kalibrazzjoni kif deskritt fil-punt 5.2.3.1 sa 5.2.3.3.
5.2.3.4.3. Il-fatturi tar-rispons ta’ idrokarbonji differenti u l-limiti rrakkomandati
Il-fattur tar-rispons (Rf) għal speċi ta’ idrokarbur partikolari huwa l-proporzjon tal-qari FID C1 għall-konċentrazzjoni fiċ-ċilindru tal-gass, espress bħala ppm C1.
Il-konċentrazzjoni tal-gass tat-test għandha tkun fuq livell li jagħti rispons ta’ madwar 80 fil-mija tal-iskala kollha tad-diflezzjoni għall-firxa tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni għandha tkun magħrufa għal preċiżjoni ta’ 2 fil-mija b’referenza għall-istandard gravimetriku espress fil-volum. Barra minn hekk, iċ-ċilindru tal-gass għandu jkun prekondizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura bejn 293.2 K u 303.2 K (20 °C u 30 °C).
Il-fatturi tar-rispons għandhom jiġu ddeterminati meta jibda jaħdem l-analizzatur u minn hemm ’il quddiem f’intervalli kbar tal-manutenzjoni. Il-gassijiet tat-test li jridu jintużaw u l-fatturi tar-rispons irrakkomandati huma:
|
Metanu u arja purifikata: 1,00 < Rf < 1,15 jew 1,00 < Rf < 1,05 għall-vetturi li jieħdu l-NG/bijometanu |
|
Propylene u arja purifikata: 0,90 < Rf < 1,00 |
|
Toluene u arja purifikata: 0,90 < Rf < 1,00 |
Dawn huma relattivi għal fattur tar-rispons (Rf) ta’ 1,00 għall-propan u għall-arja purifikata.
5.2.3.5. Il-proċeduri tal-kalibrazzjoni u l-verifika tat-tagħmir għall-kejl tal-emissjonijiet tal-massa tal-materja partikulata
5.2.3.5.1. Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss
Is-servizz tekniku għandu jassigura li jkun inħareġ ċertifikat tal-kalibrazzjoni għall-miter tal-fluss li juri l-konformità ma’ standard traċċabbli fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-test, jew minn mindu saret kwalunkwe tiswija jew bidla li tista’ tinfluwenza l-kalibrazzjoni.
5.2.3.5.2. Il-kalibrazzjoni tal-miżien tal-mikrogrammi
Is-servizz tekniku għandu jassigura li jkun inħareġ ċertifikat tal-kalibrazzjoni għall-miżien tal-mikrogrammi li juri l-konformità ma’ standard traċċabbli fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-test.
5.2.3.5.3. L-użin tal-filtru ta’ referenza
Sabiex jiġu ddeterminati l-piżijiet speċifiċi tal-filtru ta’ referenza, għandhom jintiżnu mill-inqas żewġ filtri ta’ referenza mhux użati fi żmien 8 sigħat, iżda preferibbilment fl-istess ħin li jintiżen il-filtru tal-kampjun. Il-filtri ta’ referenza għandhom ikunu tal-istess daqs u materjal bħall-filtru tal-kampjun.
Jekk il-piż speċifiku ta’ kwalunkwe filtru ta’ referenza jinbidel b’aktar minn ± 5 μg bejn il-piżijiet tal-filtru tal-kampjun, imbagħad il-filtru tal-kampjun u l-filtri ta’ referenza għandhom jiġu kkondizzjonati mill-ġdid fil-kamra tal-użin u jerġgħu jintiżnu.
Dan għandu jkun ibbażat fuq tqabbil tal-piż speċifiku tal-filtru ta’ referenza u l-medja tad-dawrien tal-piżijiet speċifiċi ta’ dak il-filtru.
Il-medja tad-dawrien għandha tiġi kkalkolata mill-piżijiet speċifiċi miġbura fil-perjodu minn meta l-filtri ta’ referenza tqiegħdu fil-kamra tal-użin. Il-perjodu medju għandu jkun ta’ bejn ġurnata waħda u 30 ġurnata.
Huwa permess li l-filtri tal-kampjun u ta’ referenza jintiżnu u jiġu kkondizzjonati għal aktar minn darba sakemm jgħaddi perjodu ta’ 80 siegħa wara l-kejl tal-gassijiet mit-test tal-emissjonijiet.
Jekk, f’dan il-perjodu, aktar minn nofs in-numru ta’ filtri ta’ referenza jilħqu l-kriterju ta’ ± 5 μg, l-użin tal-filtru tal-kampjun ikun jista’ jitqies bħala validu.
Jekk, fi tmiem dan il-perjodu, jiġu applikati żewġ filtri ta’ referenza u filtru wieħed jonqos milli jilħaq il-kriterju ta’ ± 5 μg, l-użin tal-filtru tal-kampjun ikun jista’ jitqies bħala validu taħt il-kondizzjoni li s-somma tad-differenzi assoluti bejn il-medji speċifiċi u l-medji tad-dawrien miż-żewġ filtri ta’ referenza ma tkunx aktar minn 10 μg.
Jekk ikun hemm inqas minn nofs il-filtri ta’ referenza li jilħqu l-kriterju ta’ ± 5 μg, il-filtru tal-kampjun għandu jiġi mwarrab u t-test tal-emissjonijiet jiġi ripetut. Il-filtri kollha ta’ referenza għandhom jitwarrbu u jinbidlu fi żmien 48 siegħa.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-filtri ta’ referenza għandhom jinbidlu mill-inqas kull 30 ġurnata u b’tali mod li ma jintiżen l-ebda filtru tal-kampjun mingħajr ma jiġi mqabbel ma’ filtru ta’ referenza li jkun ilu preżenti fil-kamra tal-użin għal mill-inqas ġurnata waħda.
Jekk il-kriterji tal-istabilità tal-kamra tal-użin spjegati fil-punt 4.5.3.12.1.3.4. ma jiġux issodisfati, iżda l-piżijiet tal-filtri ta’ referenza jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-punt 5.2.3.5.3, il-manifattur tal-vettura għandu l-għażla li jaċċetta l-piżijiet tal-filtru tal-kampjun jew inkella li jħassar it-testijiet, jirranġa s-sistema tal-kontroll tal-kamra tal-użin u jerġa’ jagħmel it-test.
Figura 1-6
Il-konfigurazzjoni tas-sonda kampjunarja tal-materja partikulata
|
|
5.2.3.6. Gassijiet ta’ referenza
5.2.3.6.1. Gassijiet puri
Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli, jekk jista’ jkun, għall-kalibrazzjoni u t-tħaddim:
|
Nitroġenu purifikat: (purità: ≤ 1 ppm C1, ≤ 1 ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0,1 ppm NO); |
|
Arja sintetika purifikata: (purità: ≤ 1 ppm C1, ≤ 1 ppm CO, ≤ 400 ppm CO2, ≤ 0,1 ppm NO); kontenut ta’ ossiġenu bejn 18 u 21 fil-mija skont il-volum; |
|
Ossiġenu purifikat: (purità > 99,5 fil-mija vol. O2); |
|
Idroġenu purifikat (u taħlita li fiha l-ħiljum): (purità ≤ 1 ppm C1, ≤400 ppm CO2); |
|
Monossidu tal-karbonju: (purità minima ta’ 99,5 fil-mija); |
|
Propan: (purità minima ta’ 99.5 fil-mija). |
5.2.3.6.2. Il-kalibrazzjoni u l-gassijiet mifruxa
Għandhom ikunu disponibbli t-taħlitiet ta’ gassijiet li għandhom il-kompożizzjonijiet tekniċi li ġejjin:
(a) |
C3H8 u l-arja sintetika purifikata (ara l-punt 5.2.3.5.1.); |
(b) |
CO u n-nitroġenu purifikat; |
(c) |
CO2 u n-nitroġenu purifikat; |
(d) |
NO u n-nitroġenu purifikat (l-ammont ta’ NO2 li jinsab f’dan il-gass ta’ kalibrazzjoni ma għandux jaqbeż il-5 fil-mija tal-kontenut ta’ NO). |
Il-konċentrazzjoni vera ta’ gass ta’ kalibrazzjoni għandha tkun fi ħdan ± 2 % tal-figura msemmija.
5.2.3.6. Il-kalibrazzjoni u l-verifika tas-sistema ta’ dilwizzjoni
Is-sistema ta’ dilwizzjoni għandha tiġi kkalibrata u vverifikata u għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 4.
5.2.4. Il-prekondizzjonament tal-vettura tat-test
5.2.4.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi ttrasferita lejn iż-żona fejn sejjer isir it-test u għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet li ġejjin:
— |
It-tankijiet tal-fjuwil għandhom jiġu msoffija permezz tad-drain(s) tat-tankijiet tal-fjuwil ipprovduti u jiġi ċċarġjat skont ir-rekwiżit tal-fjuwil tat-test kif speċifikat fl-Appendiċi 2 għal nofs il-kapaċità tat-tankijiet. |
— |
Il-vettura tat-test għandha titqiegħed, billi tinstaq jew inkella billi tiġi imbottata, fuq dinamometru u mbagħad titħaddem permezz taċ-ċiklu tat-test applikabbli kif speċifikat għas-(sub-)kategorija tal-vetturi fl-Appendiċi 6. Il-vettura ma għandhiex bżonn tkun kiesħa u tista’ tintuża għall-issettjar tal-qawwa tad-dinamometru. |
5.2.4.2. Jistgħu jitwettqu ġirjiet ta’ prattika matul l-iskeda ta’ sewqan preskritta f’diversi punti tat-test, diment li ma jitteħidx kampjun tal-emissjonijiet, bil-għan li tinstab l-azzjoni minima tal-aċċelleratur sabiex tinżamm ir-relazzjoni xierqa bejn il-veloċità u l-ħin, jew sabiex ikunu jistgħu jsiru l-aġġustamenti fis-sistema kampjunarja.
5.2.4.3. Fi żmien ħames minuti minn xħin jitlesta l-prekondizzjonament, il-vettura tat-test għandha titneħħa minn fuq id-dinamometru u tista’ tinstaq jew tiġi mbottata lejn iż-żona tal-immersjoni sabiex tiġi pparkjata. Il-vettura għandha tinħażen għal bejn sitt sigħat u 36 siegħa qabel it-test tat-tip I bi startjar fil-kesħa jew sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna TO jew it-temperatura tas-sustanza li tkessaħ TC jew it-temperatura tal-isparkplagg seat/gasket TP (din tapplika biss għal magna b’arja mkessħa) tkun daqs it-temperatura tal-arja fiż-żona tal-immersjoni fi ħdan 2 K.
5.2.4.4. Bil-għan li titkejjel il-materja partikulata, bejn sitt sigħat u 36 siegħa qabel l-ittestjar, għandu jitwettaq iċ-ċiklu tat-test applikabbli mill-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 fuq il-bażi tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament. Id-dettalji tekniċi taċ-ċiklu tat-test applikabbli huma stipulati fl-Appendiċi 6 u ċ-ċiklu tat-test applikabbli għandu jintuża wkoll għall-prekondizzjonament tal-vettura. Għandhom jitwettqu tliet ċikli konsekuttivi. Is-setting tad-dinamometru għandu jkun kif indikat fil-punt 4.5.6.
5.2.4.5. Fuq talba tal-manifattur, vetturi mgħammra b’magni bi tqabbid bl-isparkplaggs b’injezzjoni indiretta jistgħu jiġu prekondizzjonati b’ċiklu tas-sewqan wieħed tal-Ewwel Parti, ċiklu tas-sewqan wieħed tat-Tieni Parti u żewġ ċikli tas-sewqan tat-Tielet Parti, jekk applikabbli, mid-WMTC.
F’faċilità tat-testijiet fejn test fuq vettura li tarmi ammont baxx ta' materja partikulata baxxi tista’ tiġi kkontaminata minn residwu minn test preċedenti, huwa rrakkomandat li, sabiex l-apparat kampjunarju jkun soġġett għal prekondizzjonament, il-vettura li tarmi ammont baxx ta' materja partikulata għandha tgħaddi minn 20 minuta ta’ ċiklu ta’ sewqan fi stat stabbli u f’veloċità ta’ 120 km/h jew f’70% tal-veloċità massima tad-disinn tal-vetturi li mhumiex kapaċi jilħqu veloċità ta’ 120 km/h, segwiti minn tliet ċikli konsekuttivi tat-Tieni Parti jew tat-Tielet Parti tad-WMTC, jekk ikun fattibbli.
Wara dan il-prekondizzjonament, u qabel l-ittestjar, il-vetturi għandhom jinżammu f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293.2 K u 303.2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jissokta sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu tat-tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
Jekk ikun mitlub mill-manifattur, it-test għandu jitwettaq mhux aktar tard minn 30 siegħa wara li l-vettura tkun tħaddmet fit-temperatura normali tagħha.
5.2.4.6. Il-vetturi mgħammra b’magna positive-ignition, li jieħdu LPG, NG/bijometanu, H2NG, idroġenu jew li huma mgħammra b’tali mod li jistgħu jieħdu petrol, NG/bijometanu, H2NG jew idroġenu bejn it-testijiet fuq l-ewwel fjuwil ta’ referenza f’forma ta’ gass u fuq it-tieni fjuwil ta’ referenza f’forma ta’ gass, għandhom jiġu prekondizzjonati it-test fuq it-tieni fjuwil ta’ referenza. Dan il-prekondizzjonament fuq it-tieni fjuwil ta’ referenza għandu jinvolvi ċiklu ta’ prekondizzjonament li jkun jikkonsisti f’ċiklu wieħed tal-Ewwel Parti, ċiklu wieħed tat-Tieni Parti u żewġ ċikli tat-Tielet Parti tad-WMTC, kif deskritt fl-Appendiċi 6. Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tas-servizz tekniku, dan il-prekondizzjonament jista’ jiġi estiż. Is-setting tad-dinamometru għandu jkun kif indikat fil-punt 4.5.6 ta’ dan l-Anness.
5.2.5. Testijiet tal-emissjonijiet
5.2.5.1. Startjar u startjar mill-ġdid tal-magna
5.2.5.1.1. Il-magna għandha tiġi startjata skont il-proċeduri tal-istartjar irrakkomandati mill-manifattur. Iċ-ċiklu tat-test għandu jibda meta tiġi startjata l-magna.
5.2.5.1.2. Il-vetturi tat-test mgħammra b’ċowks awtomatiċi għandhom jitħaddmu skont l-istruzzjonijiet elenkati fl-istruzzjonijiet operattivi tal-manifattur jew fil-manwal tas-sid li jkopri l-issettjar taċ-ċowk u l-“kick-down” (twaqqigħ tal-ger) bil-magna kiesħa, mhux ingranata u rrevjata. Fil-każ tad-WMTC stabbilit fl-Appendiċi 6, it-trasmissjoni għandha titpoġġa fuq il-ger 15-il sekonda wara li tiġi startjata l-magna. Jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jintużaw il-brejkijiet biex iżommu lir-roti milli jduru. Fil-każ taċ-ċikli bbażati fuq l-ECE R40 jew 47, it-trasmissjoni għandha titpoġġa fuq il-ger ħames sekondi qabel l-ewwel aċċellerazzjoni.
5.2.5.1.3. Il-vetturi tat-test mgħammra b’ċowks manwali għandhom jitħaddmu skont l-istruzzjonijiet operattivi tal-manifattur jew skont il-manwal tas-sid. Meta jiġu pprovduti l-ħinijiet fl-istruzzjonijiet, jista’ jiġi speċifikat il-punt għat-tħaddim, fi 15-il sekonda mill-ħin irrakkomandat.
5.2.5.1.4. Jekk ikun hemm bżonn, l-operatur jista’ juża ċ-ċowk, l-aċċelleratur, eċċ. sabiex iżomm il-magna għaddejja taħdem.
5.2.5.1.5. Jekk l-istruzzjonijiet operattivi tal-manifattur jew il-manwal tas-sid ma jispeċifikaw ebda proċedura ta’ startjar tal-magna sħuna, il-magna (fil-każ ta’ magni awtomatiċi u biċ-ċowk manwali) għandha tiġi startjata billi l-aċċelleratur jinfetaħ madwar nofs triq u permezz tal-cranking tal-magna sakemm tistartja.
5.2.5.1.6. Jekk, waqt l-istartjar fil-kesħa, il-vettura tat-test ma tistartjax wara għaxar sekondi mill-cranking jew wara għaxar ċikli tal-mekkaniżmu ta’ startjar manwali, il-cranking għandu jieqaf u għandha tiġi stabbilita r-raġuni wara n-nuqqas ta’ startjar tagħha. L-apparat li jkejjel id-dawriet fuq il-kampjunarju tal-volum kostanti għandu jintefa u l-valvi solenojdi tal-kampjun għandhom jitpoġġew fil-pożizzjoni ta’ “standby” waqt dan il-perjodu ta’ dijanjożi. Barra minn hekk, il-blower tas-CVS għandu jintefa jew inkella jiġi skonnettjat it-tubu tal-egżost mill-pajp tal-egżost waqt dan il-perjodu ta’ dijanjożi.
5.2.5.1.7. Jekk in-nuqqas li l-vettura tistartja jkun dovut għal xi żball operattiv, il-vettura tat-test għandha tiġi skedata mill-ġdid sabiex tiġi ttestjata meta tistartja kiesħa. Jekk in-nuqqas li l-vettura tistartja jkun ikkawżat minn ħsara fil-vettura, tista’ tittieħed azzjoni korrettiva (wara l-provvedimenti ta’ manutenzjoni mhux skedata) li ddum inqas minn 30 minuta u t-test ikun jista’ jissokta. Is-sistema kampjunarja għandha tiġi attivata mill-ġdid fl-istess ħin hekk kif tibda ddur il-magna. Is-sekwenza tat-tajming tal-iskeda tas-sewqan għandha tibda meta tistartja l-magna. Jekk in-nuqqas li l-vettura tistartja jkun ikkawżat minn ħsara fil-vettura u, għalhekk, il-vettura ma tkunx tista’ tistartja, it-test għandu jiġi ddikjarat null, il-vettura għandha titneħħa minn fuq id-dinamometru, tittieħed azzjoni korrettiva (wara l-provvedimenti ta’ manutenzjoni mhux skedata) u l-vettura tiġi skedata mill-ġdid sabiex tiġi ttestjata. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrapportati r-raġuni għall-ħsara (jekk jiġi stabbilit li hemm ħsara) u l-azzjoni korrettiva li tittieħed.
5.2.5.1.8. Jekk il-vettura tat-test ma tistartjax waqt iċ-ċiklu tat-test ta’ startjar fis-sħana wara għaxar sekondi mill-cranking jew wara għaxar ċikli tal-mekkaniżmu ta’ startjar manwali, il-cranking għandu jitwaqqaf, it-test għandu jiġi ddikjarat null, il-vettura għandha titneħħa minn fuq id-dinamometru, tittieħed azzjoni korrettiva u l-vettura tiġi skedata mill-ġdid sabiex tiġi ttestjata. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrapportati r-raġuni għall-ħsara (jekk jiġi stabbilit li hemm ħsara) u l-azzjoni korrettiva li tittieħed.
5.2.5.1.9. Jekk il-magna “tixgħel b’mod falz”, l-operatur għandu jtenni l-proċedura tal-istartjar irrakkomandata (bħall-issettjar mill-ġdid taċ-ċowk, eċċ.)
5.2.5.2. Tifi ħesrem (stalling)
5.2.5.2.1. Jekk il-magna tieqaf ħesrem waqt il-perjodu tal-idling, hija għandha terġa’ tinxtegħel immedjatament u t-test jitkompla. Jekk il-magna ma tkunx tista’ tinxtegħel fil-ħin sabiex il-vettura tkun tista’ tagħmel l-aċċellerazzjoni li jmiss kif preskritt, l-indikatur tal-iskeda tas-sewqan għandu jitwaqqaf. Meta l-magna terġa’ tistartja, l-indikatur tal-iskeda tas-sewqan għandu jiġi attivat mill-ġdid.
5.2.5.2.2. Jekk il-magna tieqaf ħesrem waqt modalità operattiva oħra għajr waqt l-idling, l-indikatur tal-iskeda tas-sewqan għandu jitwaqqaf, il-vettura tat-test tiġi startjata mill-ġdid u taċċellera sakemm tilħaq il-veloċità meħtieġa f’dak il-punt fl-iskeda tas-sewqan, u t-test ikun jista’ jitkompla. Waqt l-aċċellerazzjoni sa dan il-punt, it-tibdil tal-gerijiet għandu jsir skont il-punt 4.5.5.
5.2.5.2.3. Jekk il-vettura tat-test ma tiġix startjata mill-ġdid f’ħin ta’ minuta, it-test għandu jiġi ddikjarat null, il-vettura għandha titneħħa minn fuq id-dinamometru, tittieħed azzjoni korrettiva u l-vettura tiġi skedata mill-ġdid sabiex tiġi ttestjata. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrapportati r-raġuni għall-ħsara (jekk jiġi stabbilit li hemm ħsara) u l-azzjoni korrettiva li tittieħed.
5.2.6. Struzzjonijiet tas-sewqan
5.2.6.1. Il-vettura tat-test għandha tinstaq b’moviment minimu tal-aċċelleratur sabiex tinżamm il-veloċità mixtieqa. Ma huwa permess ebda użu simultanju tal-brejkijiet u tal-aċċelleratur.
5.2.6.2. Jekk il-vettura tat-test ma tkunx tista’ taċċellera bir-rata speċifikata, hija għandha titħaddem bl-aċċelleratur miftuħ kompletament sakemm il-veloċità tar-romblu tilħaq il-valur preskritt għal dak il-ħin fl-iskeda tas-sewqan.
5.2.7. Testijiet tad-dinamometru
5.2.7.1. It-test komplut tad-dinamometru jikkonsisti minn partijiet konsekuttivi kif deskritt fil-punt 4.5.4.
5.2.7.2. Għal kull test, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:
(a) |
qiegħed ir-roti tal-vettura fuq dinamometru mingħajr ma tistartja l-magna; |
(b) |
attiva l-fann li jkessaħ il-vettura; |
(c) |
għall-vetturi tat-test kollha, bil-valvi tas-selettur tal-kampjun fil-pożizzjoni “standby”, qabbad il-boroż evakwati li jiġbru l-kampjuni mas-sistemi li jiġbru kampjuni ta’ egżost li dilwit u ta’ arja ta' dilwizzjoni; |
(d) |
ixgħel is-CVS (jekk ma jkunx mixgħul diġà), il-pompi tal-kampjun u l-apparat li jkejjel it-temperatura. (L-iskambjatur tas-sħana tal-kampjunarju tal-volum kostanti, jekk jintuża, kif ukoll il-linji kampjunarji, għandhom jissaħħnu minn qabel għat-temperaturi operattivi rispettivi tagħhom qabel jibda t-test); |
(e) |
aġġusta r-rati tal-fluss tal-kampjun għar-rata ta’ fluss mixtieqa u ssettja l-mekkaniżmi li jkejlu l-fluss tal-gass għal żero;
|
(f) |
waħħal it-tubu flessibbli tal-egżost mal-pajpijiet tal-egżost tal-vettura; |
(g) |
ixgħel l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass, qiegħed il-valvi li jagħżlu l-kampjun sabiex jiddirezzjonaw il-fluss tal-kampjun fil-borża kampjunarja “mhux permanenti” tal-egżost, il-borża kampjunarja “mhux permanenti” tal-arja ta' dilwizzjoni, dawwar iċ-ċavetta u startja l-magna; |
(h) |
poġġi t-trasmissjoni fuq ger; |
(i) |
ibda l-aċċellerazzjoni inizjali tal-vettura tal-iskeda tas-sewqan; |
(j) |
ħaddem il-vettura skont iċ-ċikli tas-sewqan speċifikati fil-punt 4.5.4.; |
(k) |
fi tmiem l-ewwel parti jew l-ewwel parti tat-test f’kondizzjoni kiesħa, ixgħel fl-istess ħin il-flussi tal-kampjun mill-ewwel boroż u poġġi l-kampjuni fit-tieni sett ta’ boroż, itfi l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass Nru. 1 u ixgħel l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass Nru. 2; |
(l) |
fil-każ ta’ vetturi li kapaċi jitħaddmu fit-tielet parti tad-WMTC, fi tmiem it-tieni parti, ixgħel fl-istess ħin il-flussi tal-kampjun mit-tieni sett ta’ boroż u poġġi l-kampjuni fit-tielet sett ta’ boroż, itfi l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass Nru. 2 u ixgħel l-apparat li jkejjel il-fluss tal-gass Nru. 3; |
(m) |
qabel tibda parti ġdida, irreġistra d-dawriet imkejla tar-romblu jew tax-xaft u ssettja mill-ġdid l-apparat li jgħodd id-dawriet jew aqleb għat-tieni apparat li jgħodd id-dawriet. Mill-aktar fis possibbli, ittrasferixxi l-kampjuni tal-egżost u tal-arja ta' dilwizzjoni lejn is-sistema analitika u pproċessa l-kampjuni skont il-punt 6 sabiex tikseb qari stabbilizzat tal-kampjun tal-borża tal-egżost fuq l-analizzaturi kollha f’20 minuta mit-tmiem tal-fażi tal-ġbir tal-kampjuni tat-test; |
(n) |
itfi l-magna żewġ sekondi wara t-tmiem tal-aħħar parti tat-test; |
(o) |
immedjatament wara t-tmiem tal-perjodu tat-teħid tal-kampjuni, itfi l-fann li jkessaħ; |
(p) |
itfi l-kampjunarju tal-volum kostanti (CVS) jew il-venturi bi fluss kritiku (CFV) jew aqla’ t-tubu tal-egżost mill-pajpijiet tal-egżost tal-vettura; |
(q) |
aqla’ t-tubu tal-egżost mill-pajpijiet tal-egżost tal-vettura u neħħi l-vettura minn fuq id-dinamometru; |
(r) |
għal raġunijiet ta’ tqabbil u analiżi, għandhom jiġu mmonitorjati kemm id-dejta dwar l-emissjonijiet sekonda b’sekonda (tal-gass dilwiti, kif ukoll ir-riżultati miksuba mill-boroż. |
6. Analiżi tar-riżultati
6.1. Testijiet tat-tip I
6.1.1. Analiżi tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-konsum tal-fjuwil
6.1.1.1. Analiżi tal-kampjuni fil-boroż
L-analiżi għandha tibda mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 20 minuta wara t-tmiem tat-testijiet, bil-għan li jiġu ddeterminati:
— |
il-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbonji, monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu u dijossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni fil-borża/boroż B; |
— |
il-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbonji, monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu u dijossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-gassijiet tal-egżost dilwiti fil-borża/boroż A. |
6.1.1.2. Il-kalibrazzjoni tal-analizzaturi u r-riżultati tal-konċentrazzjoni
L-analiżi tar-riżultati għandha ssir fil-passi li ġejjin:
(a) |
qabel kull analiżi ta’ kampjun, il-firxa tal-analizzatur li tkun ser tintuża għal kull sustanza li tniġġes għandha tiġi ssettjata għal żero bil-gass żero addattat; |
(b) |
l-analizzaturi għandhom jiġu ssettjati għall-kurvi tal-kalibrazzjoni permezz tal-gassijiet span ta’ konċentrazzjonijiet nominali ta’ 70 sa 100 fil-mija tal-firxa; |
(c) |
imbagħad, iż-żerijiet tal-analizzaturi jiġu vverifikati mill-ġdid. Jekk il-qari jkun differenti b’aktar minn 2 fil-mija tal-firxa minn dik stabbilita fil-punt (b) hawn fuq, il-proċedura tiġi ripetuta; |
(d) |
il-kampjuni jiġu analizzati; |
(e) |
wara l-analiżi, il-punti żero u span jiġu vverifikati mill-ġdid bl-użu tal-istess gassijiet. Jekk il-qari jkun fi ħdan 2 fil-mija ta’ dak imsemmi fil-punt (c) hawn fuq, l-analiżi titqies bħala aċċettabbli; |
(f) |
fil-punti kollha ta’ din it-taqsima, ir-rati tal-fluss u l-pressjonijiet tal-gassijiet differenti għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati waqt il-kalibrazzjoni tal-analizzaturi; |
(g) |
il-figura adottata għall-konċentrazzjoni ta’ kull sustanza li tniġġes imkejla fil-gassijiet hija dik li tinqara wara l-istabbilizzazzjoni fuq l-apparat tal-kejl. |
6.1.1.3. Il-kejl tad-distanza koperta
Id-distanza (S) tabilħaqq koperta għal parti mit-test għandha tiġi kkalkolata permezz tal-multiplikazzjoni tan-numru ta’ dawriet li jinqraw mill-kalkolatur kumulattiv (ara l-punt 5.2.7.) biċ-ċirkonferenza tar-romblu. Din id-distanza għandha tiġi espressa f’km.
6.1.1.4. Id-determinazzjoni tal-kwantità ta’ gass li joħroġ
Ir-riżultati tat-test irrapportati għandhom jinħadmu għal kull test u għal kull parti miċ-ċiklu bl-użu tal-formuli li ġejjin. Ir-riżultati kollha tat-testijiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu mqarrba, bl-użu tal-“metodu ta’ tqarrib” f’ASTM E 29-67, għan-numru ta’ postijiet deċimali indikati bl-espressjoni tal-istandard applikabbli għal tliet figuri sinjifikanti.
6.1.1.4.1. Il-volum totali ta’ gass dilwit
Il-volum totali ta’ gass dilwit, espress f’m3/parti miċ-ċiklu, aġġustat għall-kondizzjonijiet ta’ referenza ta’ 273,2 K (0 °C ) u 101,3 kPa, jiġi kkalkolat permezz ta’
Ekwazzjoni 2-32:
fejn:
|
V0 huwa l-volum ta’ gass spostat mill-pompa P matul dawra waħda, espress f’m3/dawra. Dan il-volum huwa funzjoni tad-differenzi bejn is-sezzjonijiet fid-dħul u fl-iżbokk tal-pompa; |
|
N huwa n-numru ta’ dawriet li tagħmel il-pompa P waqt kull parti tat-test; |
|
Pa hija l-pressjoni ambjentali espressa f’kPa; |
|
Pi hija s-sottopressjoni medja waqt il-parti tat-test fis-sezzjoni tad-dħul tal-pompa P, espressa f’kPa; |
|
TP hija t-temperatura (espressa f’K) tal-gassijiet dilwiti waqt il-parti tat-test, imkejla fis-sezzjoni tad-dħul tal-pompa P. |
6.1.1.4.2. Idrokarbonji (HC)
Il-massa tal-idrokarbonji mhux maħruqa li joħorġu permezz tal-egżost tal-vettura matul it-test għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni 2-33:
fejn:
|
HCm hija l-massa tal-idrokarbonji li joħorġu waqt il-parti tat-test, espressa f’mg/km; |
|
S hija d-distanza definita fil-punt 6.1.1.3.; |
|
V huwa l-volum totali, definit fil-punt 6.1.1.4.1.; |
|
dHC hija d-densità tal-idrokarbonji fit-temperatura u l-pressjoni ta’ referenza (273,2 K u 101,3 kPa);
|
|
HCc hija l-konċentrazzjoni tal-gassijiet dilwiti, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm) ta’ karbonju ekwivalenti (pereżempju; il-konċentrazzjoni fi propan immultiplikata bi tlieta), ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: |
Ekwazzjoni 2-34:
fejn:
|
HCe hija l-konċentrazzjoni ta’ idrokarbonji, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm) ta’ karbonju ekwivalenti, fil-kampjun tal-gassijiet dilwiti miġbura fil-borża/boroż A; |
|
HCd hija l-konċentrazzjoni ta’ idrokarbonji, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm) ta’ karbonju ekwivalenti, fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbura fil-borża/boroż B; |
|
DF huwa l-koeffiċjent definit fil-punt 6.1.1.4.7. |
Il-konċentrazzjoni tal-idrokarbonji li mhumiex metanu (NMHC) tiġi kkalkolata kif ġej:
Ekwazzjoni 2-35
fejn
CNMHC |
= |
il-konċentrazzjoni kkoreġuta ta’ NMHC fil-gass tal-egżost dilwit, espressa f’ppm ta’ karbonju ekwivalenti; |
CTHC |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idrokarbonji totali (THC) fil-gass tal-egżost dilwit, espressa f’ppm ta’ karbonju ekwivalenti u kkoreġuta bl-ammont ta’ THC fl-arja ta' dilwizzjoni; |
CCH4 |
= |
il-konċentrazzjoni ta’ metanu (CH4) fil-gass tal-egżost dilwit, espressa f’ppm ta’ karbonju ekwivalenti u kkoreġuta bl-ammont ta’ CH4 fl-arja ta' dilwizzjoni; |
Rf CH4 huwa l-fattur tar-rispons tal-FID għall-metanu kif definit fil-punt 5.2.3.4.1.
6.1.1.4.3. Monossidu tal-karbonju (CO)
Il-massa tal-monossidu tal-karbonju li joħroġ permezz tal-egżost tal-vettura matul it-test għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni 2-36:
fejn:
|
COm hija l-massa tal-monossidu tal-karbonju li joħroġ waqt il-parti tat-test, espressa f’mg/km; |
|
S hija d-distanza definita fil-punt 6.1.1.3.; |
|
V huwa l-volum totali definit fil-punt 6.1.1.4.1.; |
|
dCO hija d-densità tal-monossidu tal-karbonju ( mg/m3) fit-temperatura u l-pressjoni ta’ referenza (273,2 K u 101,3 kPa); |
|
COc hija l-konċentrazzjoni tal-gassijiet dilwiti, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm) ta’ monossidu tal-karbonju, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: |
Ekwazzjoni 2-37:
fejn:
|
COe hija l-konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm), fil-kampjun tal-gassijiet dilwiti miġbura fil-borża/boroż A; |
|
COd hija l-konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm), fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbura fil-borża/boroż B; |
|
DF huwa l-koeffiċjent definit fil-punt 6.1.1.4.7. |
6.1.1.4.4. Ossidi tan-nitroġenu (NOx)
Il-massa tal-ossidi tan-nitroġenu li joħorġu permezz tal-egżost tal-vettura matul it-test għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni 2-38:
fejn:
|
NOxm hija l-massa ta’ ossidi tan-nitroġenu li joħorġu waqt il-parti tat-test, espressa f’mg/km; |
|
S hija d-distanza definita fil-punt 6.1.1.3.; |
|
V huwa l-volum totali definit fil-punt 6.1.1.4.1.; |
|
dNO2 hija d-densità tal-ossidi tan-nitroġenu fil-gassijiet tal-egżost, bis-suppożizzjoni li dawn sejrin ikunu fil-forma ta’ ossidu nitriku, mg/m3 fit-temperatura u l-pressjoni ta’ referenza (273,2 K u 101,3 kPa); |
|
NOxc hija l-konċentrazzjoni tal-gassijiet dilwiti, espressa f’partijiet għal kull miljun (ppm), ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni 2-39:
fejn:
|
|
Kh huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-umdità, ikkalkolat bl-użu tal-formula li ġejja: Ekwazzjoni 2-40:
fejn: H hija l-umdità assoluta fi grammi ta’ ilma għal kull kg ta’ arja xotta: Ekwazzjoni 2-41:
fejn:
|
6.1.1.4.5. Il-massa tal-materja partikulata
L-emissjoni tal-materja partikulata Mp (mg/km) tiġi kkalkolata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni 2-42:
fejn il-gassijiet tal-egżost jintefgħu ’l barra mill-mina;
Ekwazzjoni 2-43:
fejn il-gassijiet tal-egżost jiġu rritornati lejn il-mina;
fejn:
Vmix |
= |
il-volum V tal-gassijiet tal-egżost dilwiti taħt kondizzjonijiet standard; |
Vep |
= |
il-volum tal-gass tal-egżost li jgħaddi mill-filtru tal-materja partikulata taħt kondizzjonijiet standard; |
Pe |
= |
il-massa tal-materja partikulata miġbura mill-filtru/i; |
S |
= |
hija d-distanza definita fil-punt 6.1.1.3.; |
Mp |
= |
l-emissjoni tal-materja partikulata f’mg/km. |
Fejn tintuża l-korrezzjoni għal-livell tal-materja partikulata fl-isfond mis-sistema tad-dilwizzjoni, din għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 5.2.1.5. F’dan il-każ, il-massa tal-materja partikulata (mg/km) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
Ekwazzjoni 2-44:
fejn il-gassijiet tal-egżost jintefgħu ’l barra mill-mina;
Ekwazzjoni 2-45:
fejn il-gassijiet tal-egżost jiġu rritornati lejn il-mina;
fejn:
Vap |
= |
il-volum tal-arja maqbuda fil-mina li tgħaddi mill-filtru tal-materja partikulata fl-isfond taħt kondizzjonijiet standard; |
Pa |
= |
il-massa tal-materja partikulata miġbura mill-filtru fl-isfond; |
DF |
= |
il-fattur tad-dilwizzjoni kif iddeterminat fil-punt 6.1.1.4.7. |
Meta l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni fl-isfond tirriżulta f’massa negattiva ta’ materja partikulata (f’mg/km), ir-riżultat għandu jitqies bħala massa ta’ materja partikulata f’żero mg/km.
6.1.1.4.6. Dijossidu tal-karbonju (CO2)
Il-massa tad-dijossidu tal-karbonju li joħroġ permezz tal-egżost tal-vettura matul it-test għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni 2-46:
fejn:
|
CO2 m hija l-massa ta’ dijossidu tal-karbonju li joħroġ waqt il-parti tat-test, espressa fi g/km; |
|
S hija d-distanza definita fil-punt 6.1.1.3.; |
|
V huwa l-volum totali definit fil-punt 6.1.1.4.1.; |
|
dCO2 hija d-densità tal-monossidu tal-karbonju, g/m3 fit-temperatura u l-pressjoni ta’ referenza (273,2 K u 101,3 kPa); |
|
CO2c hija l-konċentrazzjoni tal-gassijiet dilwiti, espressa bħala perċentwal tad-dijossidu tal-karbonju ekwivalenti, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni permezz tal-ekwazzjoni li ġejja: |
Ekwazzjoni 2-47:
fejn:
|
CO2e hija l-konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju espressa bħala perċentwal tal-kampjun tal-gassijiet dilwiti miġbura fil-borża/boroż A; |
|
CO2d hija l-konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju espressa bħala perċentwal tal-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbura fil-borża/boroż B; |
|
DF huwa l-koeffiċjent definit fil-punt 6.1.1.4.7. |
6.1.1.4.7. Il-fattur ta’ dilwizzjoni (DF)
Il-fattur ta’ dilwizzjoni jiġi kkalkolat kif ġej:
|
Għal kull fjuwil ta’ referenza, minbarra l-idroġenu: Ekwazzjoni 2-48:
|
|
Għal fjuwil bil-kompożizzjoni CxHyOz, il-formula ġenerali hija: Ekwazzjoni 2-49:
|
|
Għall-H2NG, il-formula hija: Ekwazzjoni 2-50:
|
|
Għall-idroġenu, il-fattur ta’ dilwizzjoni jiġi kkalkolat kif ġej: Ekwazzjoni 2-51:
|
|
Għall-fjuwils ta’ referenza inklużi fl-Appendiċi x, il-valuri ta’ “X” huma kif ġej: Tabella 1-8 Il-fattur “X” fil-formuli għall-kalkolazzjoni tad-DF
F’dawn l-ekwazzjonijiet:
|
6.1.1.5. Il-ponderazzjoni tar-riżultati tat-test tat-tip I
6.1.1.5.1. Bil-kejl ripetut (ara l-punt 5.1.1.2.), għandha tittieħed il-medja tar-riżultati tal-emissjonijiet ta’ sustanza li tniġġes (mg/km) u tas-CO2 miksuba permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni deskritt fil-punt 6.1.1., kif ukoll tal-konsum tal-fjuwil/enerġija u l-medda elettrika stabbiliti skont l-Anness VII għal kull parti taċ-ċiklu.
6.1.1.5.1.1 Il-ponderazzjoni tar-riżultati miċ-ċikli tat-test skont ir-regolament Nru. 40 u r-regolament Nru. 47 tan-NU/KEE
Ir-riżultat (medju) tal-fażi kiesħa taċ-ċiklu tat-test skont ir-regolament Nru. 40 u tar-regolament Nru. 47 tan-NU/KEE jissejjaħ R1; ir-riżultat (medju) tal-fażi sħuna taċ-ċiklu tat-test skont ir-regolament Nru. 40 u tar-regolament Nru. 47 tan-NU/KEE jissejjaħ R2. Bl-użu ta’ dawn ir-riżultati tal-emissjonijiet ta’ sustanza li tniġġes (mg/km) u tas-CO2 (g/km), ir-riżultat finali R, skont il-kategorija tal-vettura kif definit fil-punt 6.3., għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
Ekwazzjoni 2-52:
fejn:
w1 |
= |
il-fattur tal-ponderazzjoni f’fażi kiesħa |
w2 |
= |
il-fattur tal-ponderazzjoni f’fażi sħuna |
6.1.1.5.1.2 Il-ponderazzjoni tar-riżultati tad-WMTC
Ir-riżultat (medju) tal-Parti 1 jew tal-Parti 1 bil-veloċità mnaqqsa tal-vettura jissejjaħ R1, ir-riżultat (medju) tal-Parti 2 jew tal-Parti 2 bil-veloċità mnaqqsa tal-vettura jissejjaħ R2 u r-riżultat (medju) tal-Parti 3 jew tal-Parti 3 bil-veloċità mnaqqsa tal-vettura jissejjaħ R3. Bl-użu ta’ dawn ir-riżultati tal-emissjonijiet (mg/km) u l-konsum tal-fjuwil (litri/100 km), ir-riżultat finali R, skont il-kategorija tal-vettura kif definit fil-punt 6.1.1.6.2., għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
Ekwazzjoni 2-53:
fejn:
w1 |
= |
il-fattur tal-ponderazzjoni f’fażi kiesħa |
w2 |
= |
il-fattur tal-ponderazzjoni f’fażi sħuna |
Ekwazzjoni 2-54:
fejn:
wn |
= |
il-fattur tal-ponderazzjoni fil-fażi n (n=1, 2 jew 3) |
6.1.1.6.2. Għal kull kostitwent tal-emissjoni ta’ sustanza li tniġġes, għandhom jintużaw il-fatturi tal-ponderazzjoni tal-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju murija fit-Tabelli 1-9 (Euro 4) u 1-10 (Euro 5).
Tabella 1-9
Iċ-ċikli tat-test tat-tip I (applikabbli wkoll għat-testijiet tat-tip VII u tat-tip VIII) għall-vetturi tal-kategorija L konformi mal-Euro 4, l-ekwazzjonijiet tal-ponderazzjoni u l-fatturi tal-poderazzjoni applikabbli
Kategorija tal-vettura |
Isem il-kategorija tal-vettura |
Ċiklu tat-test |
Ekwazzjoni numru# |
Fatturi tal-ponderazzjoni |
L1e-A |
Rota motorizzata |
ECE R47 |
2-52 |
w1 = 0,30 w2 = 0,70 |
L1e-B |
Moped b’żewġ roti |
|||
L2e |
Moped bi tliet roti |
|||
L6e-A |
Quad ħafif għat-triq |
|||
L6e-B |
Kwadrimobbli ħafif |
|||
L3e L4e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajrha vmax < 130 km/h |
WMTC, stadju 2 |
2-53 |
w1 = 0,30 w2 = 0,70 |
L5e-A |
Triċiklu vmax < 130 km/h |
|||
L7e-A |
Quad tqil għat-triq vmax < 130 km/h |
|||
L3e L4e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajrha vmax ≥ 130 km/h |
WMTC, stadju 2 |
2-54 |
w1 = 0,25 w2 = 0,50 w3 = 0,25 |
L5e-A |
Triċiklu vmax ≥ 130 km/h |
|||
L7e-A |
Quad tqil għat-triq vmax ≥ 130 km/h |
|||
L5e-B |
Triċiklu kummerċjali |
ECE R40 |
2-52 |
w1 = 0,30 w2 = 0,70 |
L7e-B |
Vetturi adatti għal kull xorta ta’ terren |
|||
L7e-C |
Kwadrimobbli tqal |
Tabella 1-10
Iċ-ċikli tat-test tat-tip I (applikabbli wkoll għat-testijiet tat-tip VII u tat-tip VIII) għall-vetturi tal-kategorija L konformi mal-Euro 5, l-ekwazzjonijiet tal-użin u l-fatturi tal-użin applikabbli
Kategorija tal-vettura |
Isem il-kategorija tal-vettura |
Ċiklu tat-test |
Ekwazzjoni # |
Fatturi tal-ponderazzjoni |
L1e-A |
Rota motorizzata |
WMTC, stadju 3 |
2-53 |
w1 = 0,50 w2 = 0,50 |
L1e-B |
Moped b’żewġ roti |
|||
L2e |
Moped bi tliet roti |
|||
L6e-A |
Quad ħafif għat-triq |
|||
L6e-B |
Kwadrimobbli ħafif |
|||
L3e L4e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajrha vmax < 130 km/h |
2-53 |
w1 = 0,50 w2 = 0,50 |
|
L5e-A |
Triċiklu vmax < 130 km/h |
|||
L7e-A |
Quad tqil għat-triq vmax < 130 km/h |
|||
L3e L4e |
Mutur b’żewġ roti bis-side-car u mingħajrha vmax ≥ 130 km/h |
2-54 |
w1 = 0,25 w2 = 0,50 w3 = 0,25 |
|
L5e-A |
Triċiklu vmax ≥ 130 km/h |
|||
L7e-A |
Quad tqil għat-triq vmax ≥ 130 km/h |
|||
L5e-B |
Triċiklu kummerċjali |
2-53 |
w1 = 0,30 w2 = 0,70 |
|
L7e-B |
Vetturi adatti għal kull xorta ta’ terren |
|||
L7e-C |
Kwadrimobbli tqal |
7. Ir-rekords meħtieġa
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata fir-rigward ta’ kull test:
(a) |
in-numru tat-test; |
(b) |
l-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema jew tal-komponent; |
(c) |
id-data u l-ħin tal-ġurnata għal kull parti mill-iskeda tat-test; |
(d) |
l-operatur tal-istrument; |
(e) |
is-sewwieq jew l-operatur; |
(f) |
il-vettura tat-test: il-marka, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, is-sena tal-mudell, it-tip ta’ sistema tal-mototrasmissjoni / trasmissjoni, il-qari tal-odometru fil-bidu tal-prekondizzjonament, il-kapaċità volumetrika tal-magna, il-familja tal-magna, is-sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet, il-veloċità rrakkomandata tal-magna mhux ingranata, il-kapaċità nominali tat-tank tal-fjuwil, it-tagħbija inerzjali, il-massa ta’ referenza rreġistrata f’0 km u l-pressjoni tat-tajers tar-roti; |
(g) |
in-numru tas-serje tad-dinamometru: bħala alternattiva għar-reġistrazzjoni tan-numru tas-serje, tista’ tintuża referenza għal numru ta’ ċellola tat-test tal-vettura, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Amministrazzjoni, diment li r-reġistri taċ-ċellola tat-test juru l-informazzjoni rilevanti tal-istrument; |
(h) |
l-informazzjoni rilevanti kollha tal-istrument, bħat-tuning, il-gain, in-numru tas-serje, in-numru tad-ditekter, il-medda. Bħala alternattiva, tista’ tintuża referenza għal numru ta’ ċellola tat-test tal-vettura, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Amministrazzjoni, diment li r-rekords dwar il-kalibrazzjoni taċ-ċellola tat-test juru l-informazzjoni rilevanti tal-istrument; |
(i) |
iċ-ċarts tar-rikorder: l-identifikazzjoni tal-punt żero, il-proċedura tal-kalibrazzjoni, il-gass tal-egżost u t-traċċi tal-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni; |
(j) |
il-pressjoni barometrika taċ-ċellola tat-test, it-temperatura ambjentali u l-umdità; Nota 7: Jista’ jintuża barometru ta’ laboratorju ċentrali; diment li jintwera li l-pressjonijiet barometriċi taċ-ċellola tat-test individwali huma fi ħdan ± 0,1 fil-mija tal-pressjoni barometrika fil-pożizzjoni tal-barometru ċentrali. |
(k) |
il-pressjoni tat-taħlita tal-egżost u tal-arja ta' dilwizzjoni li tidħol fl-apparat li jkejjel is-CVS, iż-żieda tal-pressjoni tul l-apparat u t-temperatura fil-bokka. It-temperatura għandha tiġi rreġistrata kontinwament jew b’mod diġitali sabiex jiġu ddeterminati l-varjazzjonijiet fit-temperatura; |
(l) |
in-numru ta’ dawriet tal-pompa volumetrika akkumulati matul kull fażi tat-test waqt li jkunu qegħdin jinġabru l-kampjuni tal-egżost. In-numru ta’ metri kubi standard imkejla permezz ta’ venturi bi fluss kritiku (CFV) matul kull fażi tat-test għandu jkun ir-rekord ekwivalenti għal CFV-CVS; |
(m) |
l-umdità tal-arja ta' dilwizzjoni. Nota 8: Jekk il-kolonni tal-kondizzjonament ma jintużawx, dan il-kejl jista’ jitħassar. Jekk il-kolonni tal-kondizzjonament jintużaw u tittieħed l-arja ta' dilwizzjoni miċ-ċellola tat-test, l-umdità ambjentali tista’ tintuża għal dan il-kejl; |
(n) |
id-distanza tas-sewqan għal kull parti tat-test, ikkalkolata mid-dawriet imkejla tar-romblu jew tax-xaft; |
(o) |
il-mudell proprju tal-veloċità tar-romblu għat-test; |
(p) |
l-iskeda tal-użu tal-gerijiet għat-test; |
(q) |
ir-riżultati tal-emissjonijiet tat-test tat-tip I għal kull parti tat-test u r-riżultati mkejla totali tat-test; |
(r) |
il-valuri tal-emissjonijiet sekonda b’sekonda tat-testijiet tat-tip I, jekk jitqiesu bħala meħtieġa; |
(s) |
ir-riżultati tal-emissjonijiet tat-test tat-tip II (ara l-Anness III). |
Appendiċi 1
Is-simboli użati fl-Anness II
Tabella Ap 1-1
Is-simboli użati fl-Anness II
Simbolu |
Definizzjoni |
Unità |
A |
Il-koeffiċjent ta’ funzjoni poligonali |
— |
aT |
Il-forza tar-reżistenza għad-dawrien tar-rota ta’ quddiem |
N |
B |
Il-koeffiċjent ta’ funzjoni poligonali |
— |
bT |
Il-koeffiċjent ta’ funzjoni ajrudinamika |
|
C |
Il-koeffiċjent ta’ funzjoni poligonali |
— |
CCO |
Il-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju |
volum fil-mija |
CCOcorr |
Il-konċentrazzjoni kkoreġuta tal-monossidu tal-karbonju |
volum fil-mija |
CO2c |
Il-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fil-gass dilwit, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni |
fil-mija |
CO2d |
Il-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża B |
fil-mija |
CO2e |
Il-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża A |
fil-mija |
CO2m |
Il-massa tad-dijossidu tal-karbonju li joħroġ waqt il-parti tat-test |
g/km |
Coc |
Il-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju fil-gass dilwit, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni |
ppm |
Cod |
Il-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża B |
ppm |
Coe |
Il-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża A |
Ppm |
Com |
Il-massa tal-monossidu tal-karbonju li joħroġ waqt il-parti tat-test |
mg/km |
d0 |
Id-densità relattiva tal-arja f’ambjent standard |
— |
dCO |
Id-densità tal-monossidu tal-karbonju |
mg/m3 |
dCO2 |
Id-densità tad-dijossidu tal-karbonju |
mg/m3 |
DF |
Il-fattur ta' dilwizzjoni |
— |
dHC |
Id-densità tal-idrokarbur |
mg/m3 |
S / d |
Id-distanza misjuqa f’parti taċ-ċiklu |
km |
dNOX |
Id-densità tal-ossidu tan-nitroġenu |
mg/m3 |
dT |
Id-densità relattiva tal-arja taħt il-kondizzjonijiet tat-test |
— |
Δt |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera |
s |
Δtai |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera mkejjel fl-ewwel test fit-triq |
s |
Δtbi |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera mkejjel fit-tieni test fit-triq |
s |
ΔTE |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera kkoreġut għall-massa tal-inerzja |
s |
ΔtE |
Il-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera fuq id-dinamometru tax-xażi fil-veloċità ta’ referenza |
s |
ΔTi |
Il-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera f’veloċità speċifikata |
s |
Δti |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera f’veloċità korrispondenti |
s |
ΔTj |
Il-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera f’veloċità speċifikata |
S |
ΔTtriq |
Il-ħin mixtieq tad-deċellerazzjoni libera fit-triq |
s |
|
Il-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera fuq id-dinamometru tax-xażi mingħajr assorbiment |
s |
Δv |
Intervall tal-veloċità tad-deċellerazzjoni libera ( ) |
km/h |
ε |
Żball fl-issettjar tad-dinamometru tax-xażi |
fil-mija |
F |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi |
N |
F* |
Il-forza mixtieqa tar-reżistenza tal-mixi |
N |
F*(v0) |
Il-forza mixtieqa tar-reżistenza tal-mixi fil-veloċità ta’ referenza fuq id-dinamometru tax-xażi |
N |
F*(vi) |
Il-forza mixtieqa tar-reżistenza tal-mixi fil-veloċità speċifikata fuq id-dinamometru tax-xażi |
N |
f*0 |
Ir-reżistenza għad-dawrien ikkoreġuta fil-kondizzjoni ambjentali standard |
N |
f*2 |
Il-koeffiċjent ikkoreġut tal-ġibda ajrudinamika fil-kondizzjoni ambjentali standard |
|
F*j |
Il-forza mixtieqa tar-reżistenza tal-mixi fil-veloċità speċifikata |
N |
f0 |
Ir-reżistenza għad-dawrien |
N |
f2 |
Il-koeffiċjent tal-ġibda ajrudinamika |
|
FE |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi ssettjata fuq id-dinamometru tax-xażi |
N |
FE(v0) |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi ssettjata fil-veloċità ta’ referenza fuq id-dinamometru tax-xażi |
N |
FE(v2) |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi ssettjata fil-veloċità speċifikata fuq id-dinamometru tax-xażi |
N |
Ff |
It-telf tal-frizzjoni totali |
N |
Ff(v0) |
It-telf tal-frizzjoni totali fil-veloċità ta’ referenza |
N |
Fj |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi |
N |
Fj(v0) |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi fil-veloċità ta’ referenza |
N |
Fpau |
Il-forza tal-ibbrejkjar tal-unità li tassorbi l-qawwa |
N |
Fpau(v0) |
Il-forza tal-ibbrejkjar tal-unità li tassorbi l-qawwa fil-veloċità ta’ referenza |
N |
Fpau(vj) |
Il-forza tal-ibbrejkjar tal-unità li tassorbi l-qawwa fil-veloċità speċifikata |
N |
FT |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi miksuba mit-tabella tar-reżistenza tal-mixi |
N |
H |
Umdità assoluta |
mg/km |
HCc |
Il-konċentrazzjoni tal-gassijiet dilwiti espressa fl-ekwivalenti għall-karbonju, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni |
ppm |
HCd |
Il-konċentrazzjoni tal-idrokarbonji espressa fl-ekwivalenti għall-karbonju, fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża B |
ppm |
Hce |
Il-konċentrazzjoni tal-idrokarbonji espressa fl-ekwivalenti għall-karbonju, fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża A |
ppm |
HCm |
Il-massa tal-idrokarbur li joħroġ waqt il-parti tat-test |
mg/km |
K0 |
Il-fattur ta’ korrezzjoni tat-temperatura għar-reżistenza għad-dawrien |
— |
Kh |
Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-umdità |
— |
L |
Il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet f’forma ta’ gass |
mg/km |
M |
Il-massa tal-vettura tal-kategorija L waqt it-test |
kg |
Ma |
Il-massa proprja tal-vettura tal-kategorija L waqt it-test |
kg |
mfi |
Il-massa tal-inerzja ekwivalenti tal-flywheel |
kg |
Mi |
Il-massa tal-inerzja ekwivalenti |
kg |
Mk |
Il-massa tal-kerb (vettura tal-kategorija L) |
kg |
Mr |
Il-massa tal-inerzja ekwivalenti tar-roti kollha |
kg |
Mri |
Il-massa tal-inerzja ekwivalenti tar-rota ta’ wara u tal-parts kollha ta’ vettura tal-kategorija L li jduru mar-rota |
kg |
mref |
Il-massa fl-ordni tat-tħaddim tal-vettura tal-kategorija L flimkien mal-massa tas-sewwieq (75 kg) |
kg |
Mrf |
Il-massa rotattiva tar-rota ta’ quddiem |
kg |
Mrid |
Il-massa tar-rikkieb |
kg |
N |
Veloċità tal-magna |
min–1 |
N |
In-numru ta’ dejta li tirrigwardja l-emissjoni jew it-test |
— |
N |
In-numru ta’ dawriet li tagħmel il-pompa P |
— |
Ng |
In-numru ta’ gerijiet ’il quddiem |
— |
nidle |
Il-veloċità bil-magna mhux ingranata |
min–1 |
n_max_acc (1) |
Il-veloċità wara tibdil għal ger ogħla mill-ewwel ger għat-tieni ger matul il-fażijiet tal-aċċellerazzjoni |
min–1 |
n_max_acc (i) |
Il-veloċità wara tibdil għal ger ogħla mill-ger i għall-ger i+1 matul il-fażijiet tal-aċċellerazzjoni, i > 1 |
min–1 |
n_min_acc (i) |
Il-veloċità minima tal-magna għal cruising jew deċellerazzjoni fl-ewwel ger |
min–1 |
NOxc |
Il-konċentrazzjoni tal-ossidu tan-nitroġenu tal-gassijiet dilwit, ikkoreġuta sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-arja ta' dilwizzjoni |
ppm |
NOxd |
Il-konċentrazzjoni tal-ossidu tan-nitroġenu fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża B |
ppm |
NOxe |
Il-konċentrazzjoni tal-ossidu tan-nitroġenu fil-kampjun tal-arja ta' dilwizzjoni miġbur fil-borża A |
ppm |
NOxm |
Il-massa tal-ossidi tan-nitroġenu li joħorġu waqt il-parti tat-test |
mg/km |
P0 |
Il-pressjoni ambjentali standard |
kPa |
Pa |
Il-pressjoni ambjentali/atmosferika |
kPa |
Pd |
Il-pressjoni saturata tal-ilma fit-temperatura tat-test |
kPa |
Pi |
Sottopressjoni medja waqt il-parti tat-test fis-sezzjoni tal-pompa P |
kPa |
Pn |
Il-qawwa nominali tal-magna |
kW |
PT |
Il-pressjoni ambjentali medja waqt it-test |
kPa |
ρ0 |
Il-massa volumetrika standard relattiva tal-arja ambjentali |
kg/m3 |
r(i) |
Il-proporzjon tal-ger fil-ger i |
— |
R |
Ir-riżultat tat-test finali tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu, tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-fjuwil |
mg/km, g/km, 1/100 km |
R1 |
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu, tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-fjuwil għall-ewwel parti taċ-ċiklu bi startjar fil-kesħa |
mg/km, g/km, 1/100 km |
R2 |
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu, tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-fjuwil għat-tieni parti taċ-ċiklu b’kondizzjoni sħuna |
mg/km, g/km, 1/100 km |
R3 |
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu, tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju jew tal-konsum tal-fjuwil għall-ewwel parti taċ-ċiklu b’kondizzjoni sħuna |
mg/km, g/km, 1/100 km |
Ri1 |
Ir-riżultati tal-ewwel test tat-tip I tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu |
mg/km |
Ri2 |
Ir-riżultati tat-tieni test tat-tip I tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu |
mg/km |
Ri3 |
Ir-riżultati tat-tielet test tat-tip I tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu |
mg/km |
S |
Il-veloċità nominali tal-magna |
min–1 |
TC |
It-temperatura tal-likwidu li jkessaħ |
K |
TO |
It-temperatura taż-żejt tal-magna |
K |
TP |
It-temperatura tal-isparkplagg seat/gasket |
K |
T0 |
It-temperatura ambjentali standard |
K |
Tp |
It-temperatura tal-gassijiet dilwit waqt il-parti tat-test, imkejla fis-sezzjoni fid-daħla tal-pompa P |
K |
TT |
It-temperatura ambjentali medja waqt it-test |
K |
U |
L-umdità |
fil-mija |
V |
Il-veloċità speċifikata |
|
V |
Il-volum totali tal-gass dilwit |
m3 |
vmax |
Il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura tat-test (vettura tal-kategorija L) |
km/h |
v0 |
Il-veloċità ta’ referenza tal-vettura |
km/h |
V0 |
Il-volum tal-gass irrilokat mill-pompa P waqt tidwira waħda |
m3/rev. |
v1 |
Il-veloċità tal-vettura li fiha jibda l-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera |
km/h |
v2 |
Il-veloċità tal-vettura li fiha jintemm il-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera |
km/h |
Vi |
Il-veloċità speċifikata tal-vettura magħżula għall-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera |
km/h |
w1 |
Il-fattur tal-ponderazzjoni tal-ewwel parti taċ-ċiklu bi startjar fil-kesħa |
— |
w1hot |
Il-fattur tal-ponderazzjoni tal-ewwel parti taċ-ċiklu b’kondizzjoni sħuna |
— |
w2 |
Il-fattur tal-ponderazzjoni tat-tieni parti taċ-ċiklu b’kondizzjoni sħuna |
— |
w3 |
Il-fattur tal-ponderazzjoni tat-tielet parti taċ-ċiklu b’kondizzjoni sħuna |
— |
Appendiċi 2
Il-fjuwils ta’ referenza
1. L-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza għall-ittestjar tal-vetturi f’testijiet ambjentali, b’mod partikolari għall-ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi u mill-egżost
1.1. |
It-tabelli li ġejjin jelenkaw id-dejta teknika dwar il-fjuwils likwidi ta’ referenza li għandhom jintużaw għall-ittestjar tal-prestazzjoni ambjentali. L-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils f’dan l-Appendiċi huma konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza fl-Anness 10 tar-regolament Nru. 83 tan-NU/KEEtan-NU/KEE, ir-Reviżjoni Nru. 4.
|
(1) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri limiti, ġew applikati t-termini ISO 4259:2006 (Prodotti taż-żejt mhux raffinat - Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni tad-dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test), filwaqt li sabiex jiġi ffissat valur minimu, ittieħed kont tad-differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; sabiex jiġi ffissat valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R= riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur medju meta jiġi biex jikkwota l-limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259:2003.
(2) Il-fjuwil jista’ jinkludi inibituri ta’ ossidazzjoni u sustanzi kontra l-attivazzjoni tal-metall li normalment jintużaw biex jistabbilizzaw il-flussi tal-gażolina tar-raffineriji, iżda ma għandhomx jiġu miżjuda addittivi deterġenti/dispersivi u żjut solventi.
(3) Għandu jiġi rrapportat il-kontenut attwali tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-tip I.
(4) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied b’mod intenzjonali mal-fjuwil ta’ referenza.
(5) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż jew iċ-ċomb ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(6) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri limiti, ġew applikati t-termini ISO 4259:2006 (Prodotti taż-żejt mhux raffinat - Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni tad-dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test), filwaqt li sabiex jiġi ffissat valur minimu, ittieħed kont tad-differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; sabiex jiġi ffissat valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R= riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur medju meta jiġi biex jikkwota l-limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259:2006.
(7) F’każijiet ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim u l-interpretazzjoni tar-riżultati fuq il-bażi ta’ preċiżjoni tal-metodu tat-test, kif deskritt fl-EN ISO 4259:2006.
(8) F’każijiet ta’ tilwim nazzjonali dwar il-kontenut tal-kubrit, għandha ssir referenza għall-istandard EN ISO 20846:2011 jew għall-istandard EN ISO 20884:2011 bl-istess mod bħal fl-anness nazzjonali ta' EN 228.
(9) Għandu jiġi rrapportat il-kontenut attwali ta’ kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-tip I.
(10) Il-kontenut tal-petrol bla ċomb għandu jiġi stabbilit bħala 100 nieqes is-somma tal-kontenut perċentwali ta’ ilma u alkoħol.
(11) Ma għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż jew iċ-ċomb, ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.
(12) L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiżdied b’mod intenzjonali mal-fjuwil ta’ referenza.
(13) Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjonijiet huma “valuri veri”. Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri limiti, ġew applikati t-termini ISO 4259:2006 (Prodotti taż-żejt mhux raffinat - Id-determinazzjoni u l-applikazzjoni tad-dejta ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test), filwaqt li sabiex jiġi ffissat valur minimu, ittieħed kont tad-differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero; sabiex jiġi ffissat valur massimu u minimu, id-differenza minima hija 4R (R= riproduċibbiltà).
Minkejja din il-miżura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifattur tal-fjuwils madankollu għandu jimmira għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur medju meta jiġi biex jikkwota l-limiti massimi u minimi. Jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati l-mistoqsijiet dwar jekk il-fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259:2006.
(14) Il-medda għan-numru taċ-Ċetan mhix skont ir-rekwiżiti ta' medda minima ta' 4R. Madankollu, it-termini tal-ISO 4259:2006 jistgħu jintużaw biex jirrisolvu t-tilwim bejn il-fornitur tal-fjuwil u l-utent tal-fjuwil, sakemm tingħata preferenza għall-użu ta' miżuri replikabbli fi kwantità suffiċjenti għall-arkivjar tal-preċiżjoni meħtieġa fuq l-użu ta' determinazzjonijiet individwali.
(15) Għandu jiġi rrapportat il-kontenut attwali ta’ kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-tip I.
(16) Minkejja li l-istabbiltà f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni hija kkontrollata, x'aktarx li t-tul tal-ħajja utli jkun limitat. Il-fornitur għandu jintalab jagħti struzzjonijiet dwar il-kondizjonijiet tal-ħżin u t-tul ta'l-ħajja utli tal-fjuwil.
(17) Il-kontenut ta' FAME (fatty acid methyl ester - ester metiliku tal-aċidi xaħmin) għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard EN 14214.
(18) L-istabbiltà f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni tista tintwera permezz tal-istandard EN ISO 12205:1995 jew EN 14112:1996. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi rivedut abbażi tal-evalwazzjonijiet CEN/TC19 tal-prestazzjoni tal-istabbiltà f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni u l-limiti tat-test.
(19) Il-bilanċ għandu jinqara kif ġej: .
(20) Dan il-metodu jista’ ma jiddeterminax b’mod preċiż il-preżenza tal-materjali korrużivi jekk il-kampjun ikun fih inibituri tal-korrużjoni jew sustanzi kimiċi oħrajn li jnaqqsu l-korrużività tal-kampjun fl-istrixxa tar-ram. Għaldaqstant, huwa pprojbit li jiżdiedu tali komposti għall-iskop waħdieni li jiġi ppreġudikat il-metodu tat-test.
(21) Bijofjuwil’ tfisser fjuwil f’forma ta’ likwidu jew gass għat-trasport, prodott minn bijomassa.
(22) Inerti (differenti minn N2) + C2 + C2+.
(23) Valur li jrid jiġi ddeterminat f’temperatura ta’ 293,2 K (20 °C) u 101,3 kPa.
(24) Valur li jrid jiġi ddeterminat f’temperatura ta’ 273,2 K (0 °C) u 101,3 kPa.
(25) Ma għandux jiġi kkondensat.
(26) Ilma, ossiġenu, nitroġenu u argon ikkombinati: 1 900 μmol/mol.
(27) L-idroġenu ma għandux ikun fih trab, ramel, ħmieġ, gomom, żjut jew sustanzi oħrajn f’ammont kbir biżżejjed biex jikkawża ħsara lill-apparat tal-istazzjon tal-alimentazzjoni tal-vettura (magna) li tkun qiegħda tieħu l-fjuwil.
(28) L-indiċi tal-fjuwil tal-idroġenu jiġi ddeterminat billi jitnaqqas il-kontenut totali tal-kostitwenti f’forma ta’ gass mhux idroġenu elenkati fit-tabella (il-gassijiet totali), espressi fil-perċentwali ta’ mole, minn 100 mole fil-mija. L-indiċi huwa inqas mis-somma tal-limiti massimi permessibbli tal-konstitwenti kollha f’forma ta’ gass mhux idroġenu murija fit-Tabella.
(29) Il-valur tal-gassijiet totali huwa s-somma tal-valuri tal-kostitwenti li mhumiex idroġenu elenkati fit-tabella, minbarra l-materja partikulata.
Appendiċi 3
Is-sistema tad-dinamometru tax-xażi
1. Speċifikazzjoni
1.1. Rekwiżiti ġenerali
1.1.1. |
Id-dinamometru għandu jkun kapaċi jissimula t-tagħbija fit-triq fi ħdan waħda mill-klassifikazzjonijiet li ġejjin:
|
1.1.2. |
Id-dinamometri b’simulazzjoni tal-inerzja elettrika għandhom jintwerew li huma ekwivalenti għas-sistemi tal-inerzja mekkanika. Il-mezzi li permezz tagħhom tiġi stabbilita l-ekwivalenza huma deskritti fil-punt 4. |
1.1.3. |
F’każ li r-reżistenza totali għall-progress fit-triq ma tkunx tista’ tiġi riprodotta fuq id-dinamometru tax-xażi bejn il-veloċitajiet ta’ 10 km/h u 120 km/h, huwa rrakkomandat li jintuża dinamometru tax-xażi bil-karatteristiċi definiti fil-punt 1.2. |
1.1.3.1. |
It-tagħbija assorbita mill-brejk u d-dinamometru tax-xażi (l-effetti frizzjonali interni) bejn il-veloċitajiet ta’ 0 u 120 km/h hija kif ġej: Ekwazzjoni Ap3-1: (mingħajr ma jkun negattiv) fejn:
|
1.2. Rekwiżiti speċifiċi
1.2.1. |
Is-setting tad-dinamometru ma għandux jiġi affettwat bil-mogħdija taż-żmien. Huwa ma għandux jipproduċi vibrazzjonijiet perċettibbli għall-vettura u li x’aktarx ifixklu t-tħaddim normali tal-vettura. |
1.2.2. |
Id-dinamometru tax-xażi jista’ jkollu romblu wieħed jew żewġ rombli fil-każijiet kemm tal-vetturi bi tliet roti li jkollhom żewġ roti fuq quddiem kif ukoll tal-kwadriċikli. F’każijiet bħal dawn, ir-romblu ta’ quddiem għandu jmexxi, direttament jew indirettament, l-apparat għall-assorbiment tas-saħħa u l-mases inerzjali. |
1.2.3. |
Għandu jkun possibbli li t-tagħbija indikata titkejjel u tinqara bi preċiżjoni ta’ ± 5 fil-mija. |
1.2.4. |
Fil-każ ta’ dinamometru b’kurva fissa tat-tagħbija, il-preċiżjoni tas-setting tat-tagħbija bi 80 km/h jew tas-setting tat-tagħbija bil-veloċitajiet ta’ referenza tal-vettura (30 km/h, rispettivament, 15-il km/h) imsemmija fil-punt 1.1.3.1., għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h, għandha tkun ta’ ± 5 %. Fil-każ ta’ dinamometru b’kurva aġġustabbli tat-tagħbija, il-preċiżjoni tat-tqabbil tat-tagħbija tad-dinamometru mat-tagħbija tat-triq għandha tkun ta’ ± 5 fil-mija għal veloċitajiet tal-vetturi > 20 km/h u ± 10 fil-mija għal veloċitajiet tal-vetturi ≤ 20 km/h. F’veloċità inqas minn din, l-assorbiment tad-dinamometru għandu jkun pożittiv. |
1.2.5. |
L-inerzja totali tal-parts li jduru (inkluża l-inerzja simulate, fejn applikabbli) għandha tkun magħrufa u għandha tkun fi ħdan ± 10 kg tal-kategorija tal-inerzja għat-test. |
1.2.6. |
Il-veloċità tal-vettura għandha titkejjel bil-veloċità tar-rotazzjoni tar-romblu (ir-romblu ta’ quddiem fil-każ ta’ dinamometru b’żewġ rombli). Hija għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ ± 1 km/h b’veloċità ta’ aktar minn 10 km/h. Id-distanza attwalment misjuqa mill-vettura għandha titkejjel permezz tal-moviment tar-rotazzjoni tar-romblu (ir-romblu ta’ quddiem fil-każ ta’ dinamometru b’żewġ rombli). |
2. Il-proċedura tal-kalibrazzjoni tad-dinamometru
2.1. Introduzzjoni
Din it-taqsima tiddeskrivi l-metodu li jrid jintuża biex jiddetermina t-tagħbija assorbita mill-brejk tad-dinamometru. It-tagħbija assorbita hija magħmula mit-tagħbija assorbita mill-effetti frizzjonali u t-tagħbija assorbita mill-apparat għall-assorbiment tas-saħħa. Id-dinamometru jibda jitħaddem ’lil hinn mill-firxa tal-veloċitajiet tat-test. L-l-apparat użat biex jistartja d-dinamometru mbagħad jiġi skonnettjat; il-veloċità rotazzjonali tar-romblu mħaddem tonqos. L-enerġija kinetika tar-rombli hija mferrxa mill-unità li tassorbi l-qawwa u mill-effetti frizzjonali. Dan il-metodu ma jikkunsidrax il-varjazzjonijiet fl-effetti frizzjonali interni tar-romblu kkawżati mir-rombli bil-vettura jew mingħajrha. L-effetti frizzjonali tar-romblu ta’ wara ma għandhomx jiġu kkunsidrati meta r-romblu jkun liberu.
2.2. Il-kalibrazzjoni tal-indikatur tat-tagħbija f’veloċità ta’ 80 km/h jew tal-indikatur tat-tagħbija msemmija fil-punt 1.1.3.1. għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu veloċità ta’ 80 km/h.
Il-proċedura li ġejja għandha tintuża għall-kalibrazzjoni tal-indikatur tat-tagħbija għal 80 km/h jew tal-indikatur tat-tagħbija kif imsemmi fil-punt 1.1.3.1. għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu veloċità ta’ 80 km/h, bħala funzjoni tat-tagħbija assorbita (ara wkoll il-Figura Ap3-1):
2.2.1. Kejjel il-veloċità rotazzjonali tar-romblu jekk dan ma sarx diġà. Barra minn hekk, tista’ tintuża wkoll il-ħames rota, apparat li jikkalkula d-dawriet tar-romblu jew xi metodu ieħor.
2.2.2. Qiegħed il-vettura fuq id-dinamometru jew oħloq xi metodu ieħor sabiex tistartja d-dinamometru.
2.2.3. Uża l-flywheel jew xi sistema oħra ta’ simulazzjoni tal-inerzja għall-kategorija partikolari tal-inerzja li trid tintuża.
Figura Ap3-1
is-saħħa assorbita mid-dinamometru tax-xażi
2.2.4. Ġib id-dinamometru għal veloċità ta’ 80 km/h jew għall-veloċità ta’ referenza msemmija fil-punt 1.1.3.1. għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h.
2.2.5. Ħu nota tat-tagħbija indikata Fi (N).
2.2.6. Ġib id-dinamometru għal veloċità ta’ 90 km/h jew għall-veloċità ta’ referenza rispettivi msemmija fil-punt 1.1.3.1. flimkien mal-veloċità ta’ 5 km/h għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h.
2.2.7. Skonnettja l-apparat użat sabiex tistartja d-dinamometru.
2.2.8. Ħu nota tal-ħin meħud mid-dinamometru sabiex jgħaddi minn veloċità ta’ 85 km/h għal veloċità ta’ 75 km/h jew, għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h imsemmija fit-Tabella Ap 8-1 tal-Appendiċi 8. Ħu nota tal-ħin meħud minn vj + 5 km/h sa vj – 5 km/h.
2.2.9. Issettja l-apparat għall-assorbiment tas-saħħa fuq livell differenti.
2.2.10. Ir-rekwiżiti tal-punti 2.2.4. sa 2.2.9. għandhom jiġu mtennija għal kemm-il darba jkun hemm bżonn sabiex ikopru l-firxa ta’ tagħbijiet użati.
2.2.11. Ikkalkula t-tagħbija assorbita billi tuża l-formula:
Ekwazzjoni Ap3-2:
fejn:
F |
= |
it-tagħbija assorbita (N); |
mi |
= |
l-inerzja ekwivalenti f’kg (minbarra l-effetti tal-inerzja tar-romblu liberu ta’ wara); |
Δ v |
= |
id-devjazzjoni tal-veloċità tal-vettura espressa f’m/s (10 km/h = 2,775 m/s); |
Δ t |
= |
il-ħin li jieħu r-romblu sabiex jgħaddi minn veloċità ta’ 85 km/h għal 75 km/h jew, għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h, minn 35 km/h għal 25 km/h, rispettivament 20 – 10 km/h, imsemmija fit-Tabella Ap 7-1 tal-Appendiċi 7. |
2.2.12. Il-figura Ap3-2 turi t-tagħbija indikata f’veloċità ta’ 80 km/h fir-rigward tat-tagħbija assorbita f’veloċità ta’ 80 km/h.
Figura Ap3-2
It-tagħbija indikata f’veloċità ta’ 80 km/h fir-rigward tat-tagħbija assorbita f’veloċità ta’ 80 km/h
2.2.13. Ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 2.2.3 sa 2.2.12 għandhom jiġu mtennija għall-kategoriji kollha tal-inerzja li jridu jintużaw.
2.3. Il-kalibrazzjoni tal-indikatur tat-tagħbija f’veloċitajiet oħrajn
Il-proċeduri deskritti fil-punt 2.2. għandhom jiġu mtennija kemm-il darba jkun hemm bżonn għall-veloċitajiet magħżula.
2.4. Il-kalibrazzjoni tal-forza jew tat-torque
Għandha tintuża l-istess proċedura għall-kalibrazzjoni tal-forza jew tat-torque.
3. Il-verifika tal-kurva tat-tagħbija
3.1. Il-proċedura
Il-kurva tal-assorbiment tat-tagħbija tad-dinamometru minn setting ta’ referenza f’veloċità ta’ 80 km/h jew, għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h, fil-veloċitajiet ta’ referenza rispettivi msemmija fil-punt 1.1.3.1., għandha tiġi vverifikata kif ġej:
3.1.1. |
Qiegħed il-vettura fuq id-dinamometru jew oħloq xi metodu ieħor sabiex tistartja d-dinamometru. |
3.1.2. |
Aġġusta d-dinamometru għat-tagħbija assorbita (F80) f’veloċità ta’ 80 km/h jew, għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h, għat-tagħbija assorbita Fvj fil-veloċità rispettiva mixtieqa vj imsemmija fil-punt 1.1.3.1. |
3.1.3. |
Ħu nota tat-tagħbija assorbita f’veloċitajiet ta’ 120, 100, 80, 60, 40 u 20 km/h jew, għall-vetturi li ma jistgħux jilħqu l-veloċità ta’ 80 km/h, tat-tagħbijiet assorbiti fil-veloċitajiet mixtieqa vj imsemmija fil-punt 1.1.3.1. |
3.1.4. |
Pinġi l-kurva F(v) u vverifika li hija tikkorrespondi għar-rekwiżiti tal-punt 1.1.3.1. |
3.1.5. |
Irrepeti l-proċedura stipulata fil-punti 3.1.1. sa 3.1.4. għal valuri oħrajn ta’ F80 u għal valuri oħrajn tal-inerzja. |
4 Verifika tal-inerzja simulata
4.1. Għan
Il-metodu deskritt f’dan l-Appendiċi jagħmilha possibbli li jiġi vverifikat li l-inerzja totali simulata tad-dinamometru qiegħda ssir b’mod sodisfaċenti fil-fażi tas-sewqan taċ-ċiklu tat-tħaddim. Il-manifattur tad-dinamometru tax-xażi għandu jispeċifika metodu għall-verifikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet skont il-punt 4.3.
4.2. Prinċipju
4.2.1. Ekwazzjonijiet biex jinħadmu s-somom totali
Billi d-dinamometru huwa soġġett għal varjazzjonijiet fil-veloċità tat-tidwir tar-romblu/i, il-forza fil-wiċċ tar-romblu/i tista’ tiġi espressa permezz tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni Ap3-3:
fejn:
|
F hija l-forza fil-wiċċ tar-romblu/i f’N; |
|
I hija l-inerzja totali tad-dinamometru (l-inerzja ekwivalenti tal-vettura); |
|
IM hija l-inerzja tal-mases mekkaniċi tad-dinamometru; |
|
γ hija l-aċċellerazzjoni tanġenzjali fil-wiċċ tar-romblu; |
|
F1 hija l-forza tal-inerzja. |
Nota: Hemm spjegazzjoni annessa ta’ din il-formula b’referenza għad-dinamometri b’inerzja simulata b’mod mekkaniku.
Għalhekk, l-inerzja totali hija espressa kif ġej:
Ekwazzjoni Ap3-4:
fejn
|
Im tista’ tiġi kkalkolata jew imkejla permezz ta’ metodi tradizzjonali; |
|
F1 tista’ titkejjel fuq id-dinamometru; |
|
γ tista’ tiġi kkalkolata mill-veloċità periferali tar-rombli. |
L-inerzja totali (I) sejra tiġi stabbilita waqt test tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni b’valuri ogħla minn jew ugwali għal dawk miksuba waqt ċiklu tat-tħaddim.
4.2.2. Speċifikazzjoni għall-kalkolazzjoni tal-inerzja totali
It-test u l-metodi ta’ kalkolazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li tiġi stabbilita l-inerzja totali I bi żball relattiv (DI/I) ta’ inqas minn ± 2 fil-mija.
4.3. Speċifikazzjoni
4.3.1. Il-massa tal-inerzja totali simulata I għandha tibqa’ l-istess bħall-valur teoretiku tal-inerzja ekwivalenti (ara l-Appendiċi 5) fi ħdan il-limiti li ġejjin:
4.3.1.1. |
± 5 fil-mija tal-valur teoretiku għal kull valur istantanju; |
4.3.1.2. |
± 2 fil-mija tal-valur teoretiku għall-valur medju kkalkolat għal kull sekwenza taċ-ċiklu. Il-limitu speċifikat fil-punt 4.3.1.1 jinġieb għal ± 50 fil-mija għal sekonda waħda meta tistartja l-vettura u, għall-vetturi bi trasmissjoni manwali, għal żewġ sekondi waqt it-tibdil tal-gerijiet. |
4.4. Il-proċedura ta’ verifika
4.4.1. Il-verifika ssir waqt kull test matul iċ-ċikli definiti fl-Appendiċi 6 tal-Anness II.
4.4.2. Madankollu, jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 4.3. jiġu ssodisfati, b’aċċellerazzjonijiet istantanji li huma mill-inqas tliet darbiet akbar jew iżgħar mill-valuri miksuba fis-sekwenzi taċ-ċiklu teoretiku, il-verifika deskritta fil-punt 4.4.1. ma tkunx meħtieġa.
Appendiċi 4
Is-sistema ta’ dilwizzjoni tal-egżost
1. Speċifikazzjoni tas-sistema
1.1. Ħarsa ġenerali lejn is-sistema
Għandha tintuża sistema ta’ dilwizzjoni tal-egżost bi fluss sħiħ. Din teħtieġ li l-egżost tal-vettura jitħallat kontinwament mal-arja ambjentali taħt kondizzjonijiet ikkontrollati. Għandu jitkejjel il-volum totali tat-taħlita tal-egżost u tal-arja mhux ikkonċentrata u għandu jinġabar kampjun kontinwament proporzjonali tal-volum għall-analiżi. Il-kwantitajiet tas-sustanzi li jniġġsu jiġu ddeterminati mill-konċentrazzjonijiet tal-kampjun, ikkoreġuti għall-kontenut tas-sustanzi li jniġġsu l-arja ambjentali u l-fluss totalizzat fuq il-perjodu tat-test. Is-sistema ta’ dilwizzjoni tal-egżost għandha tkun magħmula minn tubu tat-trasferiment, kompartiment fejn isir it-taħlit u mina ta' dilwizzjoni, kondizzjonament tal-arja ta' dilwizzjoni, apparat li jiġbed u apparat li jkejjel il-fluss. Is-sondi kampjunarji għandhom jitwaħħlu fil-mina ta' dilwizzjoni kif speċifikat fl-Appendiċi 3, 4 u 5. Il-kompartiment fejn isir it-taħlit deskritt f'dan il-punt sejjer iservi bħala kontenitur, bħal dawk deskritti fil-Figuri Ap4-1 u Ap4-2, fejn il-gassijiet tal-egżost tal-vetturi u l-arja ta' dilwizzjoni jitħalltu flimkien sabiex jipproduċu taħlita omoġenja fl-iżbokk tal-kompartiment.
1.2. Rekwiżiti ġenerali
1.2.1. Il-gassijiet tal-egżost tal-vettura għandhom jiġu dilwiti b’ammont suffiċjenti ta’ arja ambjentali sabiex ma jkunx hemm kondensazzjoni tal-ilma fis-sistema tat-teħid tal-kampjuni u tal-kejl taħt il-kondizzjonijiet kollha li jistgħu jitfaċċaw waqt test.
1.2.2. It-taħlita tal-arja u tal-gassijiet tal-egżost għandha tkun omoġenja fil-post fejn tinsab is-sonda kampjunarja (ara l-punt 1.3.3.). Is-sonda kampjunarja għandha tiġbed kampjun rappreżentattiv tal-gass tal-egżost dilwit.
1.2.3. Is-sistema għandha tagħti lok biex jitkejjel il-volum totali tal-gassijiet tal-egżost dilwiti.
1.2.4. Is-sistema kampjunarja ma għandhiex tnixxi gass minnha. Id-disinn tas-sistema kampjunarja bid-dilwizzjoni varjabbli u l-materjal li jintuża għandu jkun tali li ma jaffettwax il-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes fil-gassijiet tal-egżost dilwiti. Jekk xi komponent fis-sistema (skambjatur tas-sħana, separatur taċ-ċiklun, blower, eċċ.) jibdel il-konċentrazzjoni ta’ xi waħda mis-sustanzi li jniġġsu fil-gassijiet tal-egżost dilwiti u l-iżball ma jkunx jista’ jiġi kkoreġut, imbagħad it-teħid tal-kampjuni għal dik is-sustanza li tniġġes għandu jsir ’il fuq minn dak il-komponent.
1.2.5. Il-partijiet kollha tas-sistema ta' dilwizzjoni li huma f’kuntatt ma’ gass tal-egżost mhux maħdum u dilwit għandhom jiġu ddisinjati sabiex inaqqsu d-depożitu jew it-tibdil tal-materja partikulata jew tal-partikoli. Il-parts kollha għandhom isiru minn materjal li jgħaddi l-elettriku minnu li ma jirreaġixxix mal-komponenti tal-gass tal-egżost, filwaqt li għandhom ikunu marbuta elettrikament mal-art bil-għan li jiġu evitati effetti elettrostatiċi.
1.2.6. Jekk il-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata tkun mgħammra b’pajp tal-egżost li jkun magħmul minn diversi fergħat, it-tubi li jgħaqqdu għandhom ikunu mqabbdin mill-aktar qrib possibbli tal-vettura mingħajr ma jaffettwaw it-tħaddim tagħha b’mod negattiv.
1.2.7. Is-sistema ta’ dilwizzjoni varjabbli għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tagħti lok biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni tal-gassijiet tal-egżost mingħajr ma titbiddel sew il-kontropressjoni fil-iżbokk tal-pajp tal-egżost.
1.2.8. It-tubu li jgħaqqad bejn il-vettura u s-sistema ta’ dilwizzjoni għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jnaqqas it-telf tas-sħana.
1.3. Rekwiżiti speċifiċi
1.3.1. Konnessjoni mal-egżost tal-vettura
It-tubu li jgħaqqad bejn l-iżbokki tal-egżost tal-vettura u s-sistema ta’ dilwizzjoni għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
it-tubu għandu jkun iqsar minn 3,6 metri, jew iqsar minn 6,1 metri jekk ikun insulat għas-sħana. Id-dijametru intern tiegħu ma għandux jaqbeż il-105 mm; |
(b) |
huwa ma għandux iwassal sabiex il-pressjoni statika fl-iżbokki tal-egżost fil-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata tvarja b’aktar minn ± 0,75 kPa f’veloċità ta’ 50 km/h, jew b’aktar minn ± 1,25 kPa għat-tul kollu tat-test mill-pressjonijiet statiċi rreġistrati meta ma jkun hemm xejn imqabbad mal-iżbokki tal-egżost tal-vettura. Il-pressjoni għandha titkejjel fl-iżbokk tal-egżost jew f’estensjoni li jkollha l-istess dijametru, qrib kemm jista’ jkun tat-tarf tal-pajp. Is-sistemi kampjunarji li kapaċi jżommu l-pressjoni statika fi ħdan ± 0,25 kPa jistgħu jintużaw jekk ikun hemm talba bil-miktub minn manifattur lis-servizz tekniku li tissostanzja l-ħtieġa għal tolleranza eqreb; |
(c) |
ma għandux ibiddel in-natura tal-gass tal-egżost; |
(d) |
kwalunkwe konnettur elastomeriku li jiġi applikat għandu jkun kemm jista’ jkun termalment stabbli u jkollu espożizzjoni minima għall-gassijiet tal-egżost. |
1.3.2. Il-kondizzjonament tal-arja ta' dilwizzjoni
L-arja ta' dilwizzjoni u li tintuża għad-dilwizzjoni primarja tal-egżost fil-mina CVS għandha tiġi mgħoddija minn l-apparat li jkun kapaċi jnaqqas il-partikoli fl-aktar daqs penetranti tal-partikoli tal-materjal tal-filtru b’≥ 99,95 fil-mija, jew minn ġo filtru ta’ mill-inqas il-kategorija H13 ta’ EN 1822:1998. Din tirrappreżenta l-ispeċifikazzjoni tal-filtri għall-Arja ta’ Materja Partikulata b’Effiċjenza Għolja (HEPA). L-arja ta' dilwizzjoni tista’ tiġi ffiltrata bil-karbonju qabel ma tiġi mgħoddija mill-filtru HEPA. Huwa rrakkomandat li jitpoġġa filtru addizzjonali tal-partikoli ħorox qabel il-filtru HEPA u wara l-filtru tal-karbonju (charcoal scrubber), jekk jintuża. Fuq talba tal-manifattur tal-vettura, jistgħu jittieħdu kampjuni mill-arja ta' dilwizzjoni skont prattika inġineristika tajba sabiex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni tal-mina għal-livelli tal-massa tal-materja partikulata fl-isfond, li mbagħad jistgħu jitnaqqsu mill-valuri mkejla fl-egżost dilwit.
1.3.3. Il-mina ta' dilwizzjoni
Għandu jsir provvediment għall-gassijiet tal-egżost tal-vettura u l-arja ta' dilwizzjoni sabiex ikunu jistgħu jitħalltu flimkien. Jista’ jintuża ftuħ għat-taħlit. Sabiex jitnaqqsu l-effetti fuq il-kondizzjonijiet fl-iżbokk tal-egżost u tkun limitata l-waqgħa fil-pressjoni ġol-apparat għall-kondizzjonament tal-arja dilwita, jekk hemm, il-pressjoni fil-punt tat-taħlit ma għandhiex tvarja b’aktar minn ± 0,25 kPa mill-pressjoni atmosferika. L-omoġenità tat-taħlita fi kwalunkwe taqsima trasversali fejn tkun tinsab is-sonda kampjunarja ma għandhiex tvarja b’aktar minn ± 2 fil-mija mill-medja tal-valuri miksuba għal mill-inqas ħames punti li jinsabu f’intervalli ugwali fuq id-dijametru tal-kurrent tal-gass. Għat-teħid ta’ kampjuni tal-emissjonijiet ta’ materja partikulata u partikoli, għandha tintuża mina ta' dilwizzjoni li:
(a) |
għandha tkun magħmula minn pajp dritt ta’ materjal li jgħaddi l-elettriku minnu, li għandu jkun ertjat; |
(b) |
għandha tkun żgħira biżżejjed fid-dijametru li tkun tista’ tikkawża fluss turbulenti (Reynolds numru ≥ 4 000) u twila biżżejjed li tkun tista’ tikkawża taħlit komplet tal-egżost u tal-arja ta' dilwizzjoni; |
(c) |
għandu jkollha dijametru ta’ mill-inqas 200 mm; |
(d) |
tista’ tkun insulata. |
1.3.4. Apparat li jiġbed
Dan l-apparat jista’ jkollu firxa ta’ veloċitajiet fissi sabiex jiżgura fluss biżżejjed biex ma jħallix li ssir kondensazzjoni tal-ilma. Dan ir-riżultat ġeneralment jinkiseb jekk il-fluss ikun:
(a) |
għoli darbtejn aktar mill-fluss massimu tal-gass tal-egżost magħmul mill-aċċellerazzjonijiet taċ-ċiklu tas-sewqan; jew |
(b) |
biżżejjed biex jiżgura li l-konċentrazzjoni ta’ CO2 fil-borża kampjunarja tal-egżost dilwit tkun inqas minn 3 fil-mija fil-volum għall-petrol u d-diżil, inqas minn 2,2 fil-mija fil-volum għal-LPG u inqas minn 1,5 fil-mija fil-volum għall-NG/bijometanu. |
1.3.5. Il-kejl tal-volum fis-sistema primarja tad-dilwizzjoni
Il-metodu għall-kejl tal-volum totali tal-egżost dilwit inkorporat fil-kampjunarju ta’ volum kostanti għandu jkun tali li l-kejl ikun preċiż għal ± 2 fil-mija taħt il-kondizzjonijiet kollha tat-tħaddim. Jekk l-apparat ma jistax jagħmel tajjeb għall-varjazzjonijiet fit-temperatura tat-taħlita tal-gassijiet tal-egżost u l-arja ta' dilwizzjoni fil-punt tal-kejl, għandu jintuża skambjatur tas-sħana biex iżomm it-temperatura sa mhux aktar minn ± 6 K tat-temperatura tat-tħaddim speċifikata. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintuża xi forma ta’ protezzjoni għall-apparat li jkejjel il-volum, pereżempju, separatur taċ-ċiklun, filtru tal-kurrent f’bulk, eċċ. Għandu jitwaħħal sensur tat-temperatura eżatt qabel l-apparat li jkejjel il-volum. Dan is-sensur tat-temperatura għandu jkollu eżattezza u preċiżjoni ta’ ± 1 K u ħin li jirrispondi ta’ 0,1 s fi 62 fil-mija tal-varjazzjoni ta’ temperatura partikolari (valur imkejjel fiż-żejt bis-silikon). Il-kejl tad-differenza mill-pressjoni atmosferika għandu jittieħed ’il fuq u, jekk ikun meħtieġ, ’l isfel mill-apparat li jkejjel il-volum. Il-kejl tal-pressjoni għandu jkollu preċiżjoni u eżattezza ta’ ± 0,4 kPa waqt it-test.
1.4. Deskrizzjonijiet tas-sistema rrakkomandata
Il-Figura Ap 4-1 u l-Figura Ap 4-2 huma tpinġijiet skematiċi ta’ żewġ tipi ta’ sistemi rrakkomandati ta’ dilwizzjoni tal-egżost li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness. Billi hemm diversi konfigurazzjonijiet li jistgħu jipproduċu riżultati preċiżi, il-konformità eżatta ma’ dawn il-figuri mhijiex essenzjali. Jistgħu jintużaw komponenti addizzjonali bħal strumenti, valvi, solenojdi u swiċċijiet sabiex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u jikkoordinaw il-funzjonijiet tas-sistema tal-komponent.
1.4.1. Sistema bi fluss sħiħ ta’ dilwizzjoni b’pompa volumetrika
Figura Ap4-1
Sistema bi fluss sħiħ ta’ dilwizzjoni b’pompa volumetrika
Is-sistema bi fluss sħiħ ta’ dilwizzjoni b’pompa volumetrika (PDP) tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness billi tkejjel il-fluss tal-gass permezz tal-pompa f’temperatura u pressjoni kostanti. Il-volum totali jitkejjel billi jingħaddu d-dawriet li tagħmel il-pompa volumetrika kkalibrata. Il-kampjun proporzjonali jinkiseb permezz ta’ teħid ta’ kampjuni bil-pompa, bil-miter tal-fluss u bil-valv li jikkontrolla l-fluss b’rata ta’ fluss kostanti. It-tagħmir li jiġbor huwa magħmul minn:
1.4.1.1. |
Għandu jiġi installat filtru (irreferi għal DAF fil-Figura Ap 4-1) għall-arja ta' dilwizzjoni, li jista’ jissaħħan minn qabel jekk ikun meħtieġ. Dan il-filtru għandu jkun magħmul mill-filtri li ġejjin f’sekwenza: filtru fakultattiv tal-faħam tal-kannol attivat (fuq in-naħa ta’ ġewwa) u filtru għall-arja ta’ materja partikulata b’effiċjenza għolja (HEPA) (fuq in-naħa ta’ barra). Huwa rrakkomandat li jitqiegħed filtru addizzjonali tal-partikoli inferjuri quddiem il-filtru HEPA u wara l-filtru tal-faħam tal-kannol, jekk jintuża. L-għan tal-filtru tal-faħam tal-kannol huwa li jnaqqas u jistabbilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbur tal-emissjonijiet ambjentali fl-arja ta' dilwizzjoni; |
1.4.1.2. |
Tubu tat-trasferiment (TT) li permezz tiegħu l-egżost tal-vettura jiddaħħal f’mina ta' dilwizzjoni (DT) fejn il-gass tal-egżost u l-arja mhux ikkonċentrata jitħalltu flimkien b’mod omoġenju; |
1.4.1.3. |
Il-pompa volumetrika (PDP - Positive Displacement Pump), li tipproduċi fluss b’volum kostanti tat-taħlita tal-arja/gass tal-egżost. Id-dawriet tal-PDP, flimkien mat-temperatura assoċjata u l-kejl tal-pressjoni, jintużaw sabiex jiddeterminaw ir-rata tal-fluss; |
1.4.1.4. |
Skambjatur tas-sħana (HE) li jiflaħ biżżejjed biex jiżgura li, matul it-test, it-temperatura tat-taħlita tal-arja/gass tal-egżost imkejla f’punt eżatt ’il fuq mill-pompa volumetrika tkun fi ħdan 6 K tat-temperatura medja tat-tħaddim waqt it-test. Dan l-apparat ma għandux jaffettwa l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu tal-gassijiet dilwiti mneħħija wara għall-analiżi. |
1.4.1.5. |
Kompartiment tat-taħlit (MC) fejn il-gass tal-egżost u l-arja jitħalltu b’mod omoġenju u li jista’ jitqiegħed qrib il-vettura sabiex b’hekk jitnaqqas it-tul tat-tubu tat-trasferiment (TT). |
1.4.2. Sistema bi fluss sħiħ ta’ dilwizzjoni bi fluss kritiku tal-venturi
Figura Ap4-2
Sistema dilwizzjoni bi fluss kritiku tal-venturi
L-użu ta’ venturi bi fluss kritiku (CFV) għas-sistema bi fluss sħiħ ta’ dilwizzjoni huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-mekkaniċi tal-fluss għall-fluss kritiku. Ir-rata tal-fluss tat-taħlita varjabbli tal-gass tal-egżost u tad-dilwizzjoni tinżamm f’veloċità sonika li hija direttament proporzjonali għall-isquare root tat-temperatura tal-gass. Il-fluss jiġi mmonitorjat, maħdum u integrat kontinwament matul it-test. L-użu ta’ venturi kampjunarju addizzjonali tal-fluss kritiku jiżgura l-proporzjonalità tal-kampjuni tal-gass meħuda mill-mina ta' dilwizzjoni. Billi kemm il-pressjoni kif ukoll it-temperatura huma indaqs fiż-żewġ daħliet tal-venturi, il-volum tal-fluss tal-gass għat-teħid tal-kampjuni huwa proporzjonali għall-volum totali tat-taħlita dilwita tal-gass tal-egżost prodott u, għalhekk, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. L-apparat li jiġbor huwa magħmul minn:
1.4.2.1. |
Filtru (DAF) għall-arja ta' dilwizzjoni, li jista’ jissaħħan minn qabel jekk ikun meħtieġ. Dan il-filtru għandu jkun magħmul mill-filtri li ġejjin f’sekwenza: filtru fakultattiv tal-faħam tal-kannol attivat (fuq in-naħa ta’ ġewwa) u filtru għall-arja ta’ materja partikulata b’effiċjenza għolja (HEPA) (fuq in-naħa ta’ barra). Huwa rrakkomandat li jitqiegħed filtru addizzjonali tal-partikoli inferjuri quddiem il-filtru HEPA u wara l-filtru tal-faħam tal-kannol, jekk jintuża. L-għan tal-filtru tal-faħam tal-kannol huwa li jnaqqas u jistabbilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ idrokarbur tal-emissjonijiet ambjentali fl-arja ta' dilwizzjoni; |
1.4.2.2. |
Kompartiment tat-taħlit (MC) fejn il-gass tal-egżost u l-arja jitħalltu b’mod omoġenju u li jista’ jitqiegħed qrib il-vettura sabiex b’hekk jitnaqqas it-tul tat-tubu tat-trasferiment (TT); |
1.4.2.3. |
Mina ta' dilwizzjoni (DT) li minnha jittieħdu kampjuni ta’ partikoli u materja partikulata; |
1.4.2.4. |
Tista’ tintuża xi forma ta’ protezzjoni għas-sistema tal-kejl, pereżempju, separatur taċ-ċiklun, filtru tal-kurrent f’bulk, eċċ.; |
1.4.2.5. |
Tubu venturi li jkejjel il-fluss kritiku (CFV) sabiex ikejjel il-volum tal-fluss tal-gass tal-egżost dilwit; |
1.4.2.6. |
Blower (BL) li jiflaħ biżżejjed il-volum totali tal-gass tal-egżost dilwit. |
2. Il-proċedura ta’ kalibrazzjoni tas-sistema CVS
2.1. Rekwiżiti ġenerali
Is-sistema CVS għandha tiġi kkalibrata permezz ta’ miter tal-fluss preċiż u apparat li jirrestrinġi. Il-fluss mis-sistema għandu jitkejjel f’diversi qari tal-pressjoni u l-parametri tal-kontroll tas-sistema għandhom jitkejlu u jitqabblu mal-flussi. Il-miter tal-fluss għandu jkun dinamiku u addattat għar-rata għolja tal-fluss li jkun hemm fl-ittestjar tas-CVS. L-apparat għandu jkollu preċiżjoni ċċertifikata marbuta ma’ standard nazzjonali jew internazzjonali approvat.
2.1.1. Jistgħu jintużaw diversi tipi ta’ miters tal-fluss, pereżempju venturi kkalibrati, miter tal-fluss mhux turbolenti, miter tat-turbini kkalibrat, diment li jkunu sistemi ta’ kejl dinamiċi u li jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 1.3.5 ta’ dan l-Appendiċi.
2.1.2. Il-punti li ġejjin jagħtu dettalji tal-metodi għall-kalibrazzjoni tal-unitajiet PDP u CFV, li jużaw miter tal-fluss mhux turbolenti, li jagħti l-preċiżjoni meħtieġa, flimkien ma’ kontroll statistiku fuq il-validità tal-kalibrazzjoni.
2.2. Il-kalibrazzjoni tal-pompa volumetrika (PDP)
2.2.1. Il-proċedura ta’ kalibrazzjoni li ġejja tiddeskrivi l-apparat, il-konfigurazzjoni tat-test u l-parametri differenti li jitkejlu biex tiġi stabbilita r-rata tal-fluss tal-pompa CVS. Il-parametri kollha relatati mal-pompa jitkejlu fl-istess ħin mal-parametri relatati mal-miter tal-fluss li huwa mqabbad f’serje mal-pompa. Ir-rata tal-fluss ikkalkolata (mogħtija f’m3/min fid-daħla tal-pompa, il-pressjoni assoluta u t-temperatura assoluta) tista’ mbagħad tiġi pplottjata meta mqabbla mal-funzjoni tal-korrelazzjoni li hija l-valur ta’ taħlita speċifika ta’ parametri tal-pompa. Dan iwassal sabiex imbagħad tkun tista’ tiġi ddeterminata l-ekwazzjoni lineari li torbot il-fluss tal-pompa mal-funzjoni tal-korrelazzjoni. F’każ li s-CVS ikollha diversi veloċitajiet tas-sewqan, għandha ssir kalibrazzjoni għal kull firxa użata.
2.2.2. Din il-proċedura ta’ kalibrazzjoni hija bbażata fuq il-kejl tal-valuri assoluti tal-parametri tal-pompa u tal-miter tal-fluss li huma marbuta mar-rata tal-fluss f’kull punt. Għandhom jinżammu tliet kondizzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-preċiżjoni u l-integrità tal-kurva tal-kalibrazzjoni:
2.2.2.1. |
Il-pressjonijiet tal-pompi għandhom jitkejlu b’daqqiet żgħar fuq il-pompa minflok fuq il-pajp estern fid-daħla u fl-iżbokk tal-pompa. Il-viti tal-pressjoni li huma mwaħħlin fil-parti ta’ fuq taċ-ċentru u fil-parti ta’ isfel taċ-ċentru tal-headplate li jdawwar il-pompa huma esposti għall-pressjonijiet proprja tal-ħofra tal-pompa u, għalhekk, jirriflettu d-differenzi tal-pressjoni assoluta; |
2.2.2.2. |
It-temperatura għandha tinżamm stabbli waqt il-kalibrazzjoni. Il-miter tal-fluss mhux turbulenti huwa sensittiv għall-ossillazzjonijiet tat-temperatura fid-daħla li jikkawżaw it-tferrix tal-punti tad-dejta. Tibdiliet gradwali ta’ ± 1 K fit-temperatura huma aċċettabbli dejjem jekk iseħħu fuq perjodu ta’ diversi minuti; |
2.2.2.3. |
Il-konnessjonijiet kollha bejn il-miter tal-fluss u l-pompa CVS għandhom ikunu ħielsa minn kull tnixxija. |
2.2.3. Waqt test tal-emissjonijiet tal-egżost, il-kejl ta’ dawn l-istess parametri tal-pompa jagħti ċans lill-utent jikkalkula r-rata tal-fluss mill-ekwazzjoni tal-kalibrazzjoni.
2.2.4. Il-Figura Ap 4-3 ta’ dan l-Appendiċi turi mod wieħed kif jista’ jiġi organizzat it-test. Jista’ jkun hemm xi varjazzjonijiet, diment li dawn jiġu approvati mis-servizz tekniku bħala li għandhom preċiżjoni komparabbli. Jekk jintuża t-tqassim muri fil-Figura Ap 4-3, id-dejta li ġejja għandha tinstab li hija fil-limiti tal-preċiżjoni msemmija:
|
Il-pressjoni barometrika (ikkoreġuta) (Pb) ± 0,03 kPa |
|
It-temperatura ambjentali (T) ± 0,2 K |
|
It-temperatura tal-arja f’LFE (ETI) ± 0,15 K |
|
Id-dipressjoni fil-pressjoni ’l fuq minn LFE (EPI) ± 0,01 kPa |
|
Il-waqgħa fil-pressjoni tul il-matrix LFE (EDP) ± 0,0015 kPa |
|
It-temperatura tal-arja fid-daħla tal-pompa CVS (PTI) ± 0,2 K |
|
It-temperatura tal-arja fl-iżbokk tal-pompa CVS (PTO) ± 0,2 K |
|
Id-dipressjoni fil-pressjoni fid-daħla tal-pompa CVS (PPI) ± 0,22 kPa |
|
Ir-ras tal-pressjoni fl-iżbokk tal-pompa CVS (PPO) ± 0,22 kPa |
|
Id-dawrien tal-pompa matul il-perjodu tat-test (n) ± 1 min–1 |
|
Il-ħin li għadda għal perjodu (minimu ta’ 250 s) (t) ± 0,1 s |
Figura Ap4-3
Il-konfigurazzjoni tal-kalibrazzjoni PDP
2.2.5. Wara li s-sistema tkun ġiet imqabbda kif muri fil-Figura Ap 4-3 ta’ dan l-Appendiċi, issettja r-ristrinġitur varjabbli fil-pożizzjoni miftuħa għal kollox u ħaddem il-pompa CVS għal 20 minuta qabel tibda l-kalibrazzjoni.
2.2.6. Erġa’ ssettja l-valv tar-ristrinġitur f’kondizzjoni aktar ristretta b’żieda fid-dipressjoni fid-daħla tal-pompa (madwar 1 kPa) li tagħti minimu ta’ sitt punti tad-dejta għall-kalibrazzjoni totali. Ħalli lis-sistema tistabbilizza għal tliet minuti u tenni l-akkwist tad-dejta.
2.2.7. Ir-rata tal-fluss tal-arja (Qs) f’kull punt tat-test tiġi kkalkolata fi m3/min standard mid-dejta tal-miter tal-fluss permezz tal-metodu preskritt mill-manifattur.
2.2.8. Ir-rata tal-fluss tal-arja mbagħad tinqaleb fi fluss tal-pompa (V0) f’m3/rev f’temperatura assoluta u pressjoni assoluta fid-daħla tal-pompa.
Ekwazzjoni Ap 4 -1:
fejn:
V0 = ir-rata tal-fluss tal-pompa f’Tp u Pp (m3/rev);
Qs = il-fluss tal-arja f’101,33 kPa u 273,2 K (m3/min);
Tp = it-temperatura fid-daħla tal-pompa (K);
Pp = il-pressjoni assoluta fid-daħla tal-pompa (kPa);
n= il-veloċità tal-pompa (min–1).
2.2.9. Sabiex tagħmel tajjeb għall-interazzjoni tal-varjazzjonijiet tal-pressjoni fil-veloċità tal-pompa fir-rata tal-pompa u fir-rata fejn taqta’ l-pompa, il-funzjoni tal-korrelazzjoni (x0) bejn il-veloċità tal-pompa (n), id-differenza fil-pressjoni mid-daħla tal-pompa sal-iżbokk tal-pompa u l-pressjoni assoluta fl-iżbokk tal-pompa tiġi mbagħad ikkalkulata kif ġej:
Ekwazzjoni Ap 4-2:
fejn:
x0 = il-funzjoni tal-korrelazzjoni;
ΔPp = id-differenza fil-pressjoni mid-daħla tal-pompa sal-iżbokk tal-pompa (kPa);
Pe = il-pressjoni assoluta fl-iżbokk (PPO + Pb) (kPa).
2.2.9.1. |
L-inqas daqs ta’ kwadru li joqgħod b’mod lineari jsir biex jiġu ġġenerati l-ekwazzjonijiet tal-kalibrazzjoni li għandhom il-formula: Ekwazzjoni Ap 4-3:
D0, M, A u B huma l-kostanti tal-interċezzjoni tan-niżla li jiddeskrivu l-linji. |
2.2.10. Sistema CVS b’diversi veloċitajiet għandha tiġi kkalibrata fuq kull veloċità użata. Il-kurvi tal-kalibrazzjoni ġġenerati għall-firxiet għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor paralleli u l-valuri tal-interċezzjoni (D0) għandhom jiżdiedu hekk kif tonqos il-firxa tal-fluss tal-pompa.
2.2.11 Jekk il-kalibrazzjoni tkun saret sew u bir-reqqa, il-valuri kkalkolati mill-ekwazzjoni għandhom ikunu fi ħdan 0.5 fil-mija tal-valur imkejjel ta’ V0. Il-valuri ta’ M sejrin ivarjaw minn pompa għall-oħra. Il-kalibrazzjoni titwettaq meta tiġi startjata l-pompa u wara li ssirilha xi manutenzjoni kbira.
2.3. Il-kalibrazzjoni tal-venturi bi fluss kritiku (CFV)
2.3.1. Il-kalibrazzjoni tas-CFV hija bbażata fuq l-ekwazzjoni tal-fluss għal venturi bi fluss kritiku:
Ekwazzjoni Ap 4-4
fejn:
Qs = il-fluss;
Kv = il-koeffiċjent tal-kalibrazzjoni;
P= il-pressjoni assoluta (kPa);
T= it-temperatura assoluta (K).
Il-fluss tal-gass huwa funzjoni tal-pressjoni u t-temperatura fid-daħla tal-pompa. Il-proċedura tal-kalibrazzjoni deskritta fil-punti 2.3.2. sa 2.3.7. għandha tistabbilixxi l-valur tal-koeffiċjent tal-kalibrazzjoni f’valuri mkejla tal-pressjoni, tat-temperatura u tal-fluss tal-arja.
2.3.2. Il-proċedura rrakkomandata mill-manifattur għandha tiġi segwita sabiex jiġu kkalibrati l-porzjonijiet elettroniċi tas-CFV.
2.3.3. Jeħtieġ li titkejjel il-kalibrazzjoni tal-fluss tal-venturi bi fluss kritiku u d-dejta li ġejja għandha tinstab fi ħdan il-limiti ta’ preċiżjoni mogħtija:
|
Il-pressjoni barometrika (ikkoreġuta) (Pb) ± 0,03 kPa |
|
It-temperatura tal-arja f’LFE, il-miter tal-fluss (ETI) ± 0,15 K |
|
Id-dipressjoni fil-pressjoni ’l fuq minn LFE (EPI) ± 0,01 kPa |
|
Il-waqgħa fil-pressjoni tul il-matrix LFE (EDP) ± 0,0015 kPa |
|
Il-fluss tal-arja (Qs) ± 0,5 fil-mija |
|
Id-dipressjoni fid-daħla tas-CFV (PPI) ± 0,02 kPa |
|
It-temperatura fid-daħla tal-venturi (Tv) ± 0,2 K. |
2.3.4. It-tagħmir għandu jiġi organizzat kif jidher fil-Figura Ap 4-4 u għandu jiġi ċċekkjat jekk inixxix. Kull tnixxija bejn l-apparat li jkejjel il-fluss u l-venturi bi fluss kritiku taffettwa serjament il-preċiżjoni tal-kalibrazzjoni.
Figura Ap4-4
Il-konfigurazzjoni tal-kalibrazzjoni CFV
2.3.5. Ir-ristrinġitur tal-fluss varjabbli għandu jkun issettjat fil-pożizzjoni miftuħa, il-blower għandu jiġi startjat u s-sistema stabbilizzata. Għandha tiġi rreġistrata d-dejta miġbura mill-istrumenti kollha.
2.3.6. Ir-ristrinġitur tal-fluss għandu jkun varjat u għandhom jittieħdu mill-inqas tmien reġistrazzjonijiet taċ-ċifri tul il-firxa tal-fluss kritiku tal-venturi.
2.3.7. Id-dejta rreġistrata waqt il-kalibrazzjoni għandha tintuża fil-kalkoli li ġejjin. Ir-rata tal-fluss tal-arja (Qs) f’kull punt tat-test tiġi kkalkolata mid-dejta tal-miter tal-fluss permezz tal-metodu preskritt mill-manifattur. Ikkalkula l-valuri tal-koeffiċjent tal-kalibrazzjoni għal kull punt tat-test:
Ekwazzjoni Ap 4-5:
fejn:
Qs = ir-rata tal-fluss f’m3/min f’273,2 K u 101,3 kPa;
Tv = it-temperatura fid-daħla tal-venturi (K);
Pv = il-pressjoni assoluta fid-daħla tal-venturi (kPa).
Ipplottja Kv bħala funzjoni tal-pressjoni fid-daħla tal-venturi. Għall-fluss soniku, Kv ser ikollu valur relattivament kostanti. Hekk kif il-pressjoni tonqos (il-vakwu jiżdied), il-venturi jsir bla ċowk u l-Kv jonqos. Il-bidliet li jirriżultaw fil-Kv mhumiex permessibbli. Għal minimu ta’ tmien punti fir-reġjun kritiku, ikkalkula l-Kv medju u d-devjazzjoni standard. Jekk id-devjazzjoni standard taqbeż 0,3 fil-mija tal-Kv medju, ħu azzjoni korrettiva.
3. Il-proċedura ta’ verifika tas-sistema
3.1. Rekwiżiti ġenerali
Il-preċiżjoni totali tas-sistema kampjunarja CVS u tas-sistema analitika għandha tiġi stabbilita billi jiddaħħal massa magħruf ta’ sustanza li tniġġes tal-gass fis-sistema waqt li tkun qed titħaddem bħallikieku waqt test normali u mbagħad jiġi analizzat u kkalkolat il-massa tas-sustanza li tniġġes skont il-formula msemmija fil-punt 4, għajr li d-densità tal-propan għandha titqies bħala 1,967 gramma għal kull litru f’kondizzjonijiet standard. Iż-żewġ tekniki deskritti fil-punti 3.2. u 3.3. huma magħrufa bħala li jagħtu preċiżjoni suffiċjenti. Id-devjazzjoni massima permessibbli bejn il-kwantità ta’ gass imdaħħal u l-kwantità ta’ gass imkejjel hija ta’ 5 fil-mija.
3.2. Il-metodu CFO
3.2.1. Il-kejl ta’ fluss kostanti ta’ gass pur (CO jew C3H8) permezz ta’ apparat fil-ftuħ tal-fluss kritiku.
3.2.2. Kwantità magħrufa ta’ gass pur (CO jew C3H8) tiddaħħal fis-sistema CVS mill-bokka kritika kkalibrata. Jekk il-pressjoni fid-daħla tkun għolja biżżejjed, ir-rata tal-fluss (q), li hija aġġustata permezz tal-bokka tal-fluss kritiku, tkun indipendenti mill-pressjoni fl-iżbokk tal-fetħa (fluss kritiku). Jekk ikun hemm devjazzjonijiet li jaqbżu l-5 fil-mija, għandha tiġi stabbilita l-kawża tal-ħsara u mbagħad tiġi msewwija. Is-sistema CVS titħaddem bħal f’test tal-emissjonijiet tal-egżost għal madwar 5 sa 10 minuti. Il-gass miġbur fil-borża kampjunarja jiġi analizzat permezz tat-tagħmir tas-soltu u r-riżultati jitqabblu mal-konċentrazzjoni tal-kampjuni tal-gass li kienet magħrufa minn qabel.
3.3. Il-metodu gravimetriku
3.3.1. Il-kejl ta’ kwantità limitata ta’ gass pur (CO jew C3H8) permezz ta’ teknika gravimetrika
3.3.2. Il-proċedura gravimetrika li ġejja tista’ tintuża sabiex tivverifika s-sistema CVS. Il-piż ta’ ċilindru żgħir mimli bil-monossidu tal-karbonju jew bil-propan jiġi ddeterminat bi preċiżjoni ta’ ± 0,01 g. Is-sistema CVS titħaddem għal madwar 5 sa 10 minuti bħal f’test tal-emissjonijiet normali tal-egżost, filwaqt li s-CO jew il-propan jiġu injettati fis-sistema. Il-kwantità ta’ gass pur involut tiġi ddeterminata billi tintiżen b’modi differenti. Il-gass akkumulat fil-borża jiġi analizzat bl-użu tat-tagħmir li jintuża normalment għall-analiżi tal-gass tal-egżost. Ir-riżultati mbagħad jitqabblu mal-figuri tal-konċentrazzjoni maħduma qabel.
Appendiċi 5
Il-klassifikazzjoni tal-massa tal-inerzja ekwivalenti u r-reżistenza tal-mixi
1. |
Id-dinamometru tax-xażi jista’ jiġi ssettjat bl-użu tat-tabella tar-reżistenza tal-mixi minflok bil-forza tar-reżistenza tal-mixi miksuba permezz tal-metodi tat-test tad-deċellerazzjoni libera stipulati fl-Appendiċi 7 jew 8. F’dan il-metodu tat-tabella, id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat permezz tal-massa ta’ referenza, irrispettivament mill-karatteristiċi partikolari tal-vettura tal-kategorija L. |
2. |
Il-massa tal-inerzja ekwivalenti tal-flywheel mref għandha tkun il-massa tal-inerzja ekwivalenti mi speċifikata fil-punt 4.5.6.1.2. Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat mir-reżistenza għad-dawrien tar-rota ta’ quddiem “a” u l-koeffiċjent tal-ġibda ajrudinamika “b” speċifikati fit-tabella li ġejja. Tabella Ap5-1 Klassifikazzjoni tal-massa tal-inerzja ekwivalenti u r-reżistenza tal-mixi użata għall-vetturi tal-kategorija L
|
(*) Il-valur għandu jiġi aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.
(**) Il-valur għandu jiġi aġġustat sar-raba’ ċifra wara l-punt deċimali.
Appendiċi 6
Iċ-ċikli tas-sewqan għat-testijiet tat-tip I
1) Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq ir-Regolament Nru. 47 tan-NU/KEE (ECE R47)
1. Deskrizzjoni taċ-ċiklu tat-test tal-ECE R47
Iċ-ċiklu tat-test tal-ECE R47 li għandu jintuża fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jkun kif muri fil-graff ta’ hawn taħt:
Figura Ap6-1
Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R47
Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R47 idum għaddej 896 sekonda u jikkonsisti fi tmien ċikli elementari li għandhom jitwettqu mingħajr interruzzjoni. Kull ċiklu għandu jkun kompost minn seba’ fażijiet ta’ kondizzjoni tas-sewqan (bil-magna mhux ingranata, aċċellerazzjoni, veloċità stabbli, deċellerazzjoni, eċċ.) kif stipulat fil-punti 2 u 3. It-traċċa maqtugħa tal-veloċità tal-vettura ristretta għal massimu ta’ 25 km/h hija applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L1e-A u L1e-B b’veloċità massima tad-disinn ta’ 25 km/h.
2. Il-karatteristika li ġejja taċ-ċiklu elementari fil-forma tal-profil tal-veloċità tar-romblu tad-dinamometru versus il-ħin tat-test għandha tiġi mtennija għal total ta’ tmien darbiet. Il-fażi kiesħa tfisser l-ewwel 448 s (erba’ ċikli) wara startjar fil-kesħa tal-propulsjoni u t-tisħin tal-magna. Il-fażi sħuna hija l-aħħar 448 s (erba’ ċikli), meta l-propulsjoni tkompli tisħon u finalment titħaddem fit-temperatura tat-tħaddim.
Tabella Ap6-1
Il-profil tal-veloċità tal-vettura b’karatteristika ta’ ċiklu wieħed versus il-ħin tat-test skont l-ECE R47
In-numru tal-operazzjoni |
Operazzjoni |
Aċċellerazzjoni (m/s2) |
Il-veloċità tar-romblu (km/h) |
It-tul tal-operazzjoni (s) |
It-tul totali ta’ ċiklu wieħed (s) |
1 |
Bil-magna mhux ingranata |
— |
— |
8 |
|
2 |
Aċċellerazzjoni |
il-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu |
0-massimu |
|
8 |
3 |
Veloċità kostanti |
il-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu |
massimu |
57 |
|
4 |
Deċellerazzjoni |
–0,56 |
massimu -20 |
|
65 |
5 |
Veloċità kostanti |
— |
20 |
36 |
101 |
6 |
Deċellerazzjoni |
–0,93 |
20-0 |
6 |
107 |
7 |
Bil-magna mhux ingranata |
— |
— |
5 |
112 |
3. It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test tal-ECE R47
It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test indikati fil-Figura Ap 6-2 għal ċiklu elementari wieħed taċ-ċiklu tat-test tal-ECE R47 għandhom jiġu rrispettati fil-prinċipju matul iċ-ċiklu tat-test kollu.
Figura Ap6-2
It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test ibbażati fuq l-ECE R47
2) Iċ-ċiklu tas-sewqan ibbażat fuq ir-Regolament Nru. 40 tan-NU/KEE (ECE R40)
1. Deskrizzjoni taċ-ċiklu tat-test
Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R40 u li għandu jintuża fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jkun kif muri fil-graff ta’ hawn taħt:
Figura Ap6-3
Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R40
Iċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R40 idum għaddej 1 170 sekonda u jikkonsisti f’sitt ċikli tat-tħaddim urbani elementari li għandhom jitwettqu mingħajr interruzzjoni. Kull ċiklu urban elementari għandu jkun magħmul minn ħmistax-il fażi ta’ kondizzjoni tas-sewqan (bil-magna mhux ingranata, aċċellerazzjoni, veloċità stabbli, deċellerazzjoni, eċċ.) kif stipulat fil-punti 2 u 3.
2. Il-karatteristika li ġejja taċ-ċiklu fil-forma tal-profil tal-veloċità tar-romblu tad-dinamometru versus il-ħin tat-test għandha tiġi mtennija għal total ta’ 6 darbiet. Il-fażi kiesħa tfisser l-ewwel 195 s (ċiklu urban elementari wieħed) wara startjar fil-kesħa tal-propulsjoni u t-tisħin tal-magna. Il-fażi sħuna hija l-aħħar 975 s (ħames ċikli urbani elementari), meta l-propulsjoni tkompli tisħon u finalment titħaddem fit-temperatura tat-tħaddim.
Tabella Ap6-2
Il-karatteristika taċ-ċiklu urban elementari skont l-ECE R40, il-profil tal-veloċità tal-vettura versus il-ħin tat-test
Nru. |
Natura tal-operazzjoni |
Fażi |
Aċċellerazzjoni (m/s2) |
Veloċità (km/s) |
It-tul ta’ kull waħda |
Ħin kumulattiv (s) |
Il-ger li jrid jintuża fil-każ ta’ gerboks manwali |
|
Operazzjoni (s) |
Fażi (s) |
|||||||
1 |
Bil-magna mhux ingrata |
1 |
0 |
0 |
11 |
11 |
11 |
6 s PM + 5 s K (*) |
2 |
Aċċellerazzjoni |
2 |
1,04 |
0-15 |
4 |
4 |
15 |
Skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur |
3 |
Veloċità stabbli |
3 |
0 |
15 |
8 |
8 |
23 |
|
4 |
Deċellerazzjoni |
4 |
–0,69 |
15-10 |
2 |
5 |
25 |
|
5 |
Deċellerazzjoni, bil-klaċċ mhux magħfus |
–0,92 |
10-0 |
3 |
28 |
K (*) |
||
6 |
Bil-magna mhux ingrata |
5 |
0 |
0 |
21 |
21 |
49 |
16 s PM + 5 s K (*) |
7 |
Aċċellerazzjoni |
6 |
0,74 |
0-32 |
12 |
12 |
61 |
Skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur |
8 |
Veloċità stabbli |
7 |
|
32 |
24 |
24 |
85 |
|
9 |
Deċellerazzjoni |
8 |
–0,75 |
32-10 |
8 |
11 |
93 |
|
10 |
Deċellerazzjoni, bil-klaċċ mhux magħfus |
–0,92 |
10-0 |
3 |
96 |
K (*) |
||
11 |
Bil-magna mhux ingrata |
9 |
0 |
0 |
21 |
21 |
117 |
16 s PM + 5 s K (*) |
12 |
Aċċellerazzjoni |
10 |
0,53 |
0-50 |
26 |
26 |
143 |
Skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur |
13 |
Veloċità stabbli |
11 |
0 |
50 |
12 |
12 |
155 |
|
14 |
Deċellerazzjoni |
12 |
–0,52 |
50-35 |
8 |
8 |
163 |
|
15 |
Veloċità stabbli |
13 |
0 |
35 |
13 |
13 |
176 |
|
16 |
Deċellerazzjoni |
14 |
–0,68 |
35-10 |
9 |
|
185 |
|
17 |
Deċellerazzjoni, bil-klaċċ mhux magħfus |
–0,92 |
10-0 |
3 |
188 |
K (*) |
||
18 |
Bil-magna mhux ingrata |
15 |
0 |
0 |
7 |
7 |
195 |
7 s PM (*) |
3. It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test ibbażati fuq l-ECE R40
It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test indikati fil-Figura Ap 6-4 għal ċiklu urban elementari wieħed taċ-ċiklu tat-test ibbażat fuq l-ECE R40 għandhom jiġu rrispettati fil-prinċipju matul iċ-ċiklu tat-test kollu.
Figura Ap6-4
It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test ibbażati fuq l-ECE R40
4. It-tolleranzi taċ-ċiklu tat-test ġeneriċi applikabbli skont l-ECE R40 u R47
4.1. |
Għandha tkun permessa tolleranza ta’ 1 km/h aktar jew inqas mill-veloċità teoretika matul il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tat-test. Tolleranzi ta’ veloċità akbar minn dawk preskritti għandhom jiġu aċċettati waqt il-bidliet tal-fażijiet, diment li li t-tolleranzi ma jinqabżux għal aktar minn 0,5 s fi kwalunkwe okkażjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punti 4.3. u 4.4. It-tolleranza tal-ħin għandha tkun + 0,5 sek. |
4.2. |
Id-distanza misjuqa matul iċ-ċiklu għandha titkejjel għal (0 / + 2) fil-mija. |
4.3. |
Jekk il-kapaċità tal-aċċellerazzjoni tal-vettura tal-kategorija L ma tkunx biżżejjed sabiex jitwettqu l-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni fi ħdan il-limiti preskritti tat-tolleranzi jew inkella l-veloċità massima preskritta fiċ-ċikli individwali ma tkunx tista’ tintlaħaq minħabba nuqqas taż saħħa tal-propulsjoni, il-vettura għandha tinstaq bil-valv tal-aċċelleratur miftuħ kollu sakemm tintlaħaq il-veloċità preskritta għaċ-ċiklu u ċ-ċiklu jkun jista’ jitkompla b’mod normali. |
4.4. |
Jekk il-perjodu ta’ deċellerazzjoni jkun iqsar minn dak preskritt għall-fażi korrispondenti, it-tajming taċ-ċiklu teoretiku għandha tinġieb lura permezz ta’ perjodu ta' tħaddim b'veloċità kostanti jew ta’ perjodu ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata li jibqa' għaddej sat-tħaddim sussegwenti b'veloċità kostanti jew bil-magna mhux ingranata. F’każijiet bħal dawn, il-punt 4.1 ma għandux japplika. |
5. It-teħid ta’ kampjuni tal-fluss tal-egżost tal-vettura fiċ-ċikli tat-test ibbażati fuq l-ECE R40 u R47
5.1. Kontroll tal-kontropressjoni mill-apparat għat-teħid tal-kampjuni
Waqt it-testijiet preliminary, għandu jsir kontroll sabiex jiġi żgurat li l-back-pressure stabbilita mill-apparat għat-teħid tal-kampjuni tkun ugwali għall-pressjoni atmosferika fi ħdan ± 1 230 Pa.
5.2. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda minn t=0 ftit qabel il-cranking u l-istartjar tal-magna tal-kombustjoni jekk dik il-magna tkun tagħmel parti mit-tip ta’ propulsjoni.
5.3. Il-magna tal-kombustjoni għandha tiġi startjata permezz tal-mekkaniżmi pprovduti għal dak il-għan — iċ-ċowk, il-valv tal-istartjar, eċċ. — skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
5.4. Il-boroż kampjunarji għandhom jingħalqu b’mod ermetiku eżatt wara li jimtlew.
5.5. Fi tmiem iċ-ċiklu tat-test, is-sistema għall-ġbir tat-taħlita tal-egżost dilwit u tal-arja ta' dilwizzjoni għandha tingħalaq u l-gassijiet prodotti mill-magna għandhom jiġu rilaxxati fl-atmosfera.
6. Il-proċeduri tat-tibdil tal-gerijiet
6.1. |
It-test ibbażat fuq l-ECE R47 għandu jitwettaq bl-użu tal-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet stipulata fil-punt 2.3 tar-regolament Nru. 47 tan-NU/KEE. |
6.2. |
It-test ibbażat fuq l-ECE R40 għandu jitwettaq bl-użu tal-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet stipulata fil-punt 2.3 tar-regolament Nru. 40 tan-NU/KEE. |
3) Iċ-Ċiklu Dinji Armonizzat tal-Ittestjar tal-Muturi (WMTC), stadju 2
1. Deskrizzjoni taċ-ċiklu tat-test
L-istadju 2 tad-WMTC li għandu jintuża fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jkun kif muri fil-graff ta’ hawn taħt:
Figura Ap6-5
WMTC, stadju 2
1.1. L-istadju 2 tad-WMTC jinkludi l-istess traċċa ta’ veloċità tal-vettura bħall-istadju 1 tad-WMTC bi preskrizzjonijiet supplimentari għat-tibdil tal-gerijiet. L-istadju 2 tad-WMTC idum għaddej 1 800 sekonda u jikkonsisti fi tliet partijiet li għandhom jitwettqu mingħajr interruzzjoni. Il-karatteristiċi tal-kondizzjonijiet tas-sewqan (bil-magna mhux ingranata, aċċellerazzjoni, veloċità stabbli, deċellerazzjoni, eċċ.) huma stipulati fil-punti u t-tabelli ta’ hawn taħt.
2. L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu
Figura Ap6-6
L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti
2.1 L-istadju 2 tad-WMTC jinkludi l-istess traċċa ta’ veloċità tal-vettura bħall-istadju 1 tad-WMTC bi preskrizzjonijiet supplimentari għat-tibdil tal-gerijiet. Il-veloċità karatteristika tar-romblu versus il-ħin tat-test tal-ewwel parti taċ-ċiklu tal-istadju 2 tad-WMTC hija stipulata fit-tabelli li ġejjin.
2.2.1. |
Tabella Ap6-3 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 1 u 2-1, 0 sa 180 s.
|
2.2.2. |
Tabella Ap6-4 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 1 u 2-1, 181 sa 360 s
|
2.2.3. |
Tabella Ap6-5 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 1 u 2-1, 361 sa 540 s
|
2.2.4. |
Tabella Ap6-6 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 1 u 2-1, 541 sa 600 s
|
2.2.5. |
Tabella Ap6-7 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 0 sa 180 s
|
2.2.6. |
Tabella Ap6-8 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 181 sa 360 s
|
2.2.7. |
Tabella Ap6-9 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 361 sa 540 s
|
2.2.8 |
Tabella Ap6-10 L-istadju 2 tad-WMTC, l-ewwel parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 541 to 600 s
|
3. It-tieni parti tal-istadju 2 tad-WMTC
Figura Ap6-7
It-tieni parti tal-istadju 2 tad-WMTC
3.1. L-istadju 2 tad-WMTC jinkludi l-istess traċċa ta’ veloċità bħall-istadju 1 tad-WMTC bi preskrizzjonijiet supplimentari għat-tibdil tal-gerijiet. Il-veloċità karatteristika tar-romblu versus il-ħin tat-test tat-tieni parti tal-istadju 2 tad-WMTC hija stipulata fit-tabelli li ġejjin.
3.1.1. |
Tabella Ap6-11 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 2-1, 0 sa 180 s
|
3.1.2. |
Tabella Ap6-12 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 2-1, 181 sa 360 s
|
3.1.3. |
Tabella Ap6-13 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 2-1, 361 sa 540 s
|
3.1.4. |
Tabella Ap6-14 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategoriji tal-vetturi 2-1, 541 sa 600 s
|
3.1.5. |
Tabella Ap6-15 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 0 sa 180 s
|
3.1.6. |
Tabella Ap6-16 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 181 sa 360 s
|
3.1.7. |
Tabella Ap6-17 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 361 sa 540 s
|
3.1.8. |
Tabella Ap6-18 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tieni parti taċ-ċiklu għall-kategoriji tal-vetturi 2-2 u 3, 541 sa 600 s
|
4. It-tielet parti tal-istadju 2 tad-WMTC
Figura Ap6-8
It-tielet parti tal-istadju 2 tad-WMTC
4.1 L-istadju 2 tad-WMTC jinkludi l-istess traċċa ta’ veloċità bħall-istadju 1 tad-WMTC bi preskrizzjonijiet supplimentari għat-tibdil tal-gerijiet. Il-veloċità karatteristika tar-romblu versus il-ħin tat-test tat-tielet parti tal-istadju 2 tad-WMTC hija stipulata fit-tabelli li ġejjin.
4.1.1. |
Tabella Ap6-19 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategorija tal-vetturi 3-1, 1 sa 180 s
|
4.1.2. |
Tabella Ap6-20 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategorija tal-vetturi 3-1, 181 sa 360 s
|
4.1.3. |
Tabella Ap6-21 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategorija tal-vetturi 3-1, 361 sa 540 s
|
4.1.4. |
Tabella Ap6-22 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu, il-veloċità mnaqqsa għall-kategorija tal-vetturi 3-1, 541 sa 600 s
|
4.1.5. |
Tabella Ap6-23 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu għall-kategorija tal-vetturi 3-2, 0 sa 180 s
|
4.1.6. |
Tabella Ap6-24 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu għall-kategorija tal-vetturi 3-2, 181 sa 360 s
|
4.1.7. |
Tabella Ap6-25 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu għall-kategorija tal-vetturi 3-2, 361 sa 540 s tal-vetturi 3-2, 541 sa 600 s
|
4.1.8. |
Tabella Ap6-26 L-istadju 2 tad-WMTC, it-tielet parti taċ-ċiklu għall-kategorija tal-vetturi 3-2, 541 sa 600 s
|
4) Iċ-Ċiklu Dinji Armonizzat tal-Ittestjar tal-Muturi (WMTC), stadju 3 (WMTC Rivedut)
1. Deskrizzjoni tal-istadju 3 taċ-ċiklu tat-test tad-WMTC għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L3e, L4e, L5e-A, L7e-A, L7e-B u L7e-C
L-istadju 3 tad-WMTC li għandu jintuża fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jkun kif muri fil-graff li ġej għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L3e, L4e, L5e-A, L7e-A, L7e-B u L7e-C:
Figura Ap6-9
L-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tal-kategoriji L3e, L4e, L5e-A, L7e-A, L7e-B u L7e-C.
Id-“WMTC rivedut”, li ssir referenza għalih ukoll bħala “WMTC, stadju 3”, kif muri fil-Figura Ap 6-9, huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3e, L4e, L5e-A, L7e-A, L7e-B u L7e-C, filwaqt li t-traċċa tal-veloċità tal-vettura tal-istadju 3 tad-WMTC hija ekwivalenti għall-istadji 1 u 2 tad-WMTC. L-istadju 3 tad-WMTC idum għaddej 1 800 sekonda u jikkonsisti f’żewġ partijiet għal vettura b’veloċità aktar baxxa mill-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u tliet partijiet għall-vettura l-oħra tal-kategorija L, li għandhom jitwettqu mingħajr interruzzjoni jekk dan ikun permess mil-limitazzjoni massima tal-veloċità tal-vettura. Il-karatteristiċi tal-kondizzjonijiet tas-sewqan (bil-magna mhux ingranata, aċċellerazzjoni, veloċità stabbli, deċellerazzjoni, eċċ.) tal-istadju 3 tad-WMTC huma stipulati fil-kapitolu 3, li jistabbilixxi t-traċċa ddettaljata tal-veloċità tal-vettura tal-istadju 2 tad-WMTC.
2. Deskrizzjoni tal-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B
L-istadju 3 tad-WMTC li għandu jintuża fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jkun kif muri fil-graff li ġej għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L6e-A u L6e-B b’veloċità aktar baxxa mill-veloċità massima tad-disinn tal-vettura:
Figura Ap6-10
L-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tal-kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B. It-traċċa maqtugħa tal-veloċità tal-vettura limitata għal 25 km/h hija applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L1e-A u L1e-B b’veloċità massimatad-disinn tagħhom limitata ta’ 25 km/h.
2.1 It-traċċi tal-veloċità tal-vetturi f’fażi kiesħa u f’fażi sħuna huma identiċi.
3. Deskrizzjoni tal-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B
Figura Ap6-11
L-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B. It-traċċa maqtugħa tal-veloċità tal-vettura limitata għal 25 km/h hija applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L1e-A u L1e-B b’veloċità massima limitata ddisinjata għalihom ta’ 25 km/h.
3.1. It-traċċa tal-veloċità tal-vettura tal-istadju 3 tad-WMTC, kif murija fil-Figura Ap 6-10, hija applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B u hija ekwivalenti għat-traċċa tal-veloċità tal-vettura tal-istadji 1 u 2 tad-WMTC, l-ewwel parti għall-vetturi tal-kategorija 1, misjuqa darba f’fażi kiesħa, segwita mill-istess veloċità tal-vettura misjuqa bi propulsjoni msaħħna. L-istadju 3 tad-WMTC għas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B idum għaddej 1 200 sekonda u jikkonsisti f’żewġ partijiet ekwivalenti li għandhom jitwettqu mingħajr interruzzjoni.
3.2. Il-karatteristiċi tal-kondizzjonijiet tas-sewqan (bil-magna mhux ingranata, aċċellerazzjoni, veloċità stabbli, deċellerazzjoni, eċċ.) tal-istadju 3 tad-WMTC għall-vetturi tal-kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-A u L6e-B huma stipulati fil-punti u t-tabelli li ġejjin.
3.2.1. |
Tabella Ap6-27 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 25 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 0 sa 180 s
|
3.2.2. |
Tabella Ap6-28 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 25 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 181 sa 360 s
|
3.2.3. |
Tabella Ap6-29 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 25 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 361 sa 540 s
|
3.2.4. |
Tabella Ap6-30 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 25 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 541 sa 600 s
|
3.2.5. |
Tabella Ap6-31
|
3.2.6. |
Tabella Ap6-32 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 45 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 181 sa 360 s
|
3.2.7. |
Tabella Ap6-33 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 45 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 361 sa 540 s
|
3.2.8. |
Tabella Ap6-34 L-istadju 3 tad-WMTC, l-ewwel parti, il-kategorija 1, applikabbli għall-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A u L1e-B (vmass ≤ 45 km/h), f’fażi kiesħa jew sħuna, 541 sa 600 s
|
(*) PM = il-gerijiet f’pożizzjoni newtrali, bil-klaċċ magħfus. K = bil-klaċċ mhux magħfus.
Appendiċi 7
It-testijiet fit-triq ta’ vetturi tal-kategorija L mgħammra b’rota waħda fuq il-fus motorizzat jew b’roti doppji għad-determinazzjoni tas-settings tal-bank tat-test
1. Rekwiżiti għar-rikkieb
1.1. |
Ir-rikkieb għandu jilbes libsa ssikkata miegħu (magħmula minn biċċa waħda) jew ħwejjeġ simili, kif ukoll elmu protettiv, protezzjoni għall-għajnejn, stivali u ingwanti. |
1.2. |
Ir-rikkieb, liebes u armat kif deskritt fil-punt 1.1., għandu jkollu massa ta’ 75 kg ± 5 kg u jkun twil 1,75 m ± 0,05 m. |
1.3. |
Ir-rikkieb għandu jpoġġi bil-qiegħda fuq is-siġġu pprovdut, b’saqajh fuq il-parti li fuqha jisserrħu s-saqajn u b’dirgħajh estiżi b’mod normali. Din il-pożizzjoni għandha tagħti ċ-ċans lir-rikkieb ikollu kontroll xieraq tal-vettura l-ħin kollu waqt it-testijiet. |
2. Rekwiżiti għall-kondizzjonijiet ambjentali u tat-triq
2.1. |
It-triq tat-test għandha tkun ċatta, livell, dritta u lixxa. Il-wiċċ tat-triq għandu jkun xott u mingħajr ostakli jew barrieri tar-riħ li jistgħu jfixklu fil-kejl tar-reżistenza tal-mixi. L-inklinazzjoni tal-wiċċ ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,5 fil-mija bejn kwalunkwe żewġ punti f’distanza ta’ mill-inqas 2 metri bogħod minn xulxin. |
2.2. |
Matul il-perjodi tal-ġbir tad-dejta, ir-riħ għandu jkun stabbli. Il-veloċità tar-riħ u d-direzzjoni tar-riħ għandhom jitkejlu kontinwament jew bi frekwenza adegwata f’post fejn il-qawwa tar-riħ waqt id-deċellerazzjoni libera tkun waħda rappreżentattiva. |
2.3. |
Il-kondizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu fi ħdan il-limiti li ġejjin:
|
2.4. |
Il-kondizzjonijiet ambjentali standard għandhom ikunu kif ġej:
|
2.5. |
Id-densità relattiva tal-arja waqt l-ittestjar tal-vettura, ikkalkolata skont il-formula Ap 7-1, ma għandhiex tvarja b’aktar minn 7.5 fil-mija mid-densità tal-arja taħt il-kondizzjonijiet standard. |
2.6. |
Id-densità relattiva tal-arja, dT, għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja: Ekwazzjoni Ap 7-1:
fejn:
|
3. Il-kondizzjoni tal-vettura tat-test
3.1. Il-vettura tat-test għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet deskritti fil-punt 1 tal-Appendiċi 8.
3.2. Waqt l-installazzjoni tal-istrumenti tal-kejl fuq il-vettura tat-test, għandha tingħata attenzjoni sabiex jitnaqqsu l-effetti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tat-tagħbija bejn ir-roti. Waqt l-installazzjoni tas-sensur tal-veloċità barra l-vettura tat-test, għandha tingħata attenzjoni sabiex jitnaqqas it-telf ajrudinamiku addizzjonali.
3.3. Il-kontrolli
Il-kontrolli li ġejjin għandhom isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-użu meqjus: ir-roti, iċ-ċrieki li jissikkaw ir-roti, it-tajers (il-marka, it-tip, il-pressjoni), il-ġeometrija tal-fus ta’ quddiem, l-aġġustament għall-brejkijiet (l-eliminazzjoni tar-reżistenza parasitika tal-arja (parasitic drag)), il-lubrikazzjoni tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara, l-aġġustament tas-suspenxin u l-għoli tal-vettura mill-art, eċċ. Iċċekkja li matul is-sewqan bil-vettura mitfija jew mingħajr gass, ma jkun hemm l-ebda bbrejkjar elettriku.
4. Il-veloċitajiet speċifikati tad-deċellerazzjoni libera
4.1. |
Il-ħinijiet tat-test tad-deċellerazzjoni libera għandhom jitkejlu bejn v1 u v2 kif speċifikat fit-Tabella Ap 7-1, skont il-kategorija tal-vettura kif definit fil-punt 4.3. tal-Anness II. |
4.2 |
Tabella Ap7-1 Il-veloċità tal-bidu u l-veloċità tat-tmiem tal-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera
|
4.3. |
Meta r-reżistenza tal-mixi tiġi vverifikata skont il-punt 5.2.2.3.2., it-test jista’ jitwettaq f’vj ta’ ± 5 km/h, bil-kondizzjoni li tiġi żgurata l-preċiżjoni tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera msemmija fil-punt 4.5.7. tal-Anness II. |
5. Il-kejl tal-ħin tad-deċellerazzjoni libera
5.1. |
Wara perjodu li fih il-vettura tisħon, din għandha tkun aċċellerata għall-veloċità tal-bidu tad-deċellerazzjoni libera, f’liema punt għandha tinbeda l-proċedura tal-kejl tad-deċellerazzjoni libera. |
5.2. |
Billi jista’ jkun ta’ periklu u diffiċli mill-ottika tal-kostruzzjoni tal-vettura li jkollha t-trasmissjoni maqluba għal pożizzjoni newtrali, id-deċellerazzjoni libera tista’ ssir biss bil-klaċċ mhux magħfus. Dawk il-vetturi li ma għandhomx mezzi sabiex jaqtgħu l-qawwa trasmessa tal-magna qabel id-deċellerazzjoni libera jistgħu jiġu rmonkati sakemm jilħqu l-veloċità tal-bidu tad-deċellerazzjoni libera. Meta t-test tad-deċellerazzjoni libera jiġi riprodott fuq id-dinamometru tax-xażi, is-sistema tal-mototrasmissjoni u l-klaċċ għandhom ikunu fl-istess kondizzjoni li kienu fiha waqt it-test tat-triq. |
5.3. |
L-istering tal-vettura għandu jinbidel mill-inqas possibbli u l-brejkijiet ma għandhomx jitħaddmu qabel it-tmiem tal-perjodu tal-kejl tad-deċellerazzjoni libera. |
5.4. |
L-ewwel ħin tad-deċellerazzjoni libera Δtai, li jikkorrespondi għall-veloċità speċifikata vj, għandu jitkejjel bħala l-ħin li ħadet il-vettura sabiex tiddeċellera minn vj + Δv għal vj – Δv. |
5.5. |
Il-proċedura deskritta fil-punti 5.1. sa 5.4. għandha tiġi ripetuta fid-direzzjoni opposta sabiex jitkejjel it-tieni ħin tad-deċellerazzjoni libera Δtbi. |
5.6. |
Il-medja Δti taż-żewġ ħinijiet tad-deċellerazzjoni libera Δtai u Δtbi għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja: Ekwazzjoni Ap 7-2:
|
5.7. |
Għandhom jitwettqu mill-inqas erba’ testijiet u l-ħin medju tad-deċellerazzjoni libera ΔTj għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni Ap 7-3:
|
5.8. |
It-testijiet għandhom jitwettqu sakemm il-preċiżjoni statistika P tkun daqs jew inqas minn 3 fil-mija (P ≤ 3 fil-mija). Il-preċiżjoni statistika P (bħala perċentwal) tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
|
5.9. |
Meta jiġi ripetut it-test, għandha tingħata attenzjoni sabiex id-deċellerazzjoni libera tinbeda wara li jkunu ġew osservati l-istess kondizzjonijiet ta’ tisħin u l-istess veloċità tal-bidu tad-deċellerazzjoni libera. |
5.10. |
Il-ħinijiet tad-deċellerazzjoni libera għal bosta veloċitajiet speċifikati jistgħu jitkejlu fid-deċellerazzjoni libera kontinwa. F’dan il-każ, id-deċellerazzjoni libera għandha tiġi mtennija wara li tiġi osservata l-istess proċedura ta’ tisħin u bl-istess veloċità tal-bidu tad-deċellerazzjoni libera. |
5.11. |
Il-ħin tad-deċellerazzjoni libera għandu jiġi rreġistrat. Fir-Regolament għar-rekwiżiti amministrattivi qiegħda tingħata formola kampjun għar-reġistrazzjoni. |
6. L-ipproċessar tad-dejta
6.1. Il-kalkolazzjoni tal-forza tar-reżistenza tal-mixi
6.1.1. |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi Fj, espressa fi Newton, fil-veloċità speċifikata vj, għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni Ap7-6:
fejn: mref = il-massa ta’ referenza (kg); Δv= id-devjazzjoni tal-veloċità tal-vettura (km/h); Δt= id-differenza kkalkolata fil-ħin tad-deċellerazzjoni libera (s); |
6.1.2. |
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi Fj għandha tiġi kkoreġuta skont il-punt 6.2. |
6.2. Issetiljar tal-kurva tar-reżistenza tal-mixi
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi, F, għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
6.2.1. |
Din l-ekwazzjoni għandha tkun issetiljata b’regressjoni lineari tal-informazzjoni magħmula minn Fj u vj miksuba fil-punti 4 u 6.1. rispettivament sabiex jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti f0 u f2, Ekwazzjoni Ap7-7:
|
6.2.2. |
Il-koeffiċjenti f0 u f2 iddeterminati b’dan il-mod għandhom jiġu kkoreġuti għall-kondizzjonijiet ambjentali standard bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
|
6.3. Il-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa F* għall-issettjar tad-dinamometru tax-xażi
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi mixtieqa F*(v0) fuq id-dinamometru tax-xażi bil-veloċità ta’ referenza tal-vettura v0, espressa fi Newton, tiġi ddeterminata bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ekwazzjoni Ap7-10:
Appendiċi 8
It-testijiet fit-triq ta’ vetturi tal-kategorija L mgħammra b’żewġ roti jew aktar fuq il-fus motorizzat għad-determinazzjoni tas-settings tal-bank tat-test
1. Il-preparazzjoni tal-vettura
1.1. Ir-running-in
Il-vettura għandha tkun lesta għat-tħaddim u aġġustata b’mod normali wara li tkun tħaddmet għal mill-inqas 300 km. It-tajers għandhom jitħaddmu fl-istess ħin bħall-vettura jew għandu jkollhom fond ta’ wiċċ imfellel fi ħdan 90 u 50 fil-mija tal-fond inizjali tal-wiċċ imfellel.
1.2. Il-kontrolli
Il-kontrolli li ġejjin għandhom isiru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-użu meqjus: ir-roti, iċ-ċrieki li jissikkaw ir-roti, it-tajers (il-marka, it-tip, il-pressjoni), il-ġeometrija tal-fus ta’ quddiem, l-aġġustament għall-brejkijiet (l-eliminazzjoni tar-reżistenza parasitika tal-arja (parasitic drag)), il-lubrikazzjoni tal-fusien ta’ quddiem u ta’ wara, l-aġġustament tas-suspenxin u l-għoli tal-vettura mill-art, eċċ. Iċċekkja li matul is-sewqan bil-vettura mitfija jew mingħajr gass, ma jkun hemm l-ebda bbrejkjar elettriku.
1.3. Il-preparazzjoni għat-test
1.3.1. |
Il-vettura tat-test għandha titgħabba sal-massa tat-test tagħha, inklużi s-sewwieq u t-tagħmir tal-kejl, mifruxa b’mod uniformi fiż-żoni tat-tagħbija. |
1.3.2. |
It-twieqi tal-vettura għandhom jinżammu magħluqa. Kwalunkwe għata għas-sistemi tal-arja kkondizzjonata, għall-bozoz ta’ quddiem, eċċ. għandha tinżamm magħluqa. |
1.3.3. |
Il-vettura tat-test għandha tkun nadifa, saritilha manutenzjoni u użata b'mod xieraq. |
1.3.4. |
Immedjatament qabel it-test, il-vettura għandha tinġieb għat-temperatura normali tat-tħaddim b’mod xieraq. |
1.3.5. |
Waqt l-installazzjoni tal-istrumenti tal-kejl fuq il-vettura tat-test, għandha tingħata attenzjoni sabiex jitnaqqsu l-effetti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tat-tagħbija bejn ir-roti. Waqt l-installazzjoni tas-sensur tal-veloċità barra l-vettura tat-test, għandha tingħata attenzjoni sabiex jitnaqqas it-telf ajrudinamiku addizzjonali. |
2. Il-veloċità v speċifikata tal-vettura
Il-veloċità speċifikata hija meħtieġa biex tkun iddeterminata r-reżistenza tal-mixi fil-veloċità ta’ referenza mill-kurva tar-reżistenza tal-mixi. Sabiex tiġi ddeterminata r-reżistenza tal-mixi bħala funzjoni tal-veloċità tal-vettura fil-qrubija tal-veloċità ta’ referenza v0, ir-reżistenzi tal-mixi għandhom jitkejlu fil-veloċità speċifikata v. Għandhom jitkejlu mill-inqas erba’ sa ħames punti li jindikaw il-veloċitajiet speċifikati, flimkien mal-veloċitajiet ta’ referenza. Il-kalibrazzjoni tal-indikatur tat-tagħbija msemmija fil-punt 2.2. tal-Appendiċi 3 għandha titwettaq bil-veloċità ta' referenza applikabbli tal-vettura (vj) imsemmija fit-Tabella Ap8-1.
Tabella Ap8-1
Veloċitajiet speċifikati tal-vettura għat-twettiq tat-test b'deċellerazzjoni libera kif ukoll il-veloċità ta' referenza desinjata tal-vettura vj skont ma tkun il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura(vmax)
Kategorija vmax |
Il-veloċità tal-vetturi (km/h) |
|||||
> 130 |
120 (**) |
100 |
80 (*) |
60 |
40 |
20 |
130-100 |
90 |
80 (*) |
60 |
40 |
20 |
— |
100-70 |
60 |
50 (*) |
40 |
30 |
20 |
— |
70-45 |
50 (**) |
40 (*) |
30 |
20 |
— |
— |
45-25 |
|
40 |
30 (*) |
20 |
|
|
≤ 25 km/h |
|
|
|
20 |
15 (*) |
10 |
3. Il-varjazzjoni tal-enerġija waqt il-proċedura tad-deċellerazzjoni libera
3.1. Id-determinazzjoni tal-qawwa totali tat-tagħbija fit-triq
3.1.1. It-tagħmir u l-preċiżjoni tal-kejl
Il-marġini tal-iżball tal-kejl għandu jkun inqas minn 0.1 sekonda għall-ħin u inqas minn ± 0,5 km/h għall-veloċità. Ġib il-vettura u d-dinamometru tax-xażi għat-temperatura operattiva stabbilizzata, bil-għan li tapprossimizza l-kondizzjonijiet tat-triq.
3.1.2. Proċedura tat-test
3.1.2.1. Aċċellera l-vettura għal veloċità ta’ 5 km/h akbar mill-veloċità li biha jibda l-kejl tat-test.
3.1.2.2. Poġġi l-gerboks f’pożizzjoni newtrali jew skonnettja l-provvista tal-enerġija.
3.1.2.3. Kejjel il-ħin t1 li tieħu l-vettura sabiex tiddeċellera minn:
għal
fejn:
|
Δv < 5 km/h għall-veloċità nominali tal-vettura < 50 km/h; |
|
Δv < 10 km/h għall-veloċità nominali tal-vettura > 50 km/h. |
3.1.2.4. Wettaq l-istess test fid-direzzjoni opposta, bil-għan li tkejjel il-ħin t2.
3.1.2.5. Ħu l-medja ti taż-żewġ ħinijiet t1 u t2.
3.1.2.6. Irrepeti dawn it-testijiet sakemm tintlaħaq il-preċiżjoni statistika (p) tal-medja
Ekwazzjoni Ap 8-1:
Il-preċiżjoni statistika (p) hija definita permezz ta’:
Ekwazzjoni Ap 8-2:
mhux aktar minn 4 fil-mija (p ≤ 4 fil-mija).
fejn:
|
t hija l-koeffiċjent mogħti fit-Tabella Ap 8-2; |
|
s hija d-devjazzjoni standard. |
Ekwazzjoni Ap 8-3:
n hija n-numru ta’ testijiet
Tabella Ap8-2
Il-fatturi t u t/√n skont in-numru ta’ testijiet tad-deċellerazzjoni libera fit-triq imwettqa
n |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
t |
3,2 |
2,8 |
2,6 |
2,5 |
2,4 |
2,3 |
2,3 |
t/√n |
1,6 |
1,25 |
1,06 |
0,94 |
0,85 |
0,77 |
0,73 |
3.1.2.7. Il-kalkolazzjoni tal-forza tar-reżistenza tal-mixi
Il-forza tar-reżistenza tal-mixi F fil-veloċitajiet speċifikati tal-vettura v tiġi kkalkolata kif ġej:
Ekwazzjoni Ap 8-4:
fejn:
m ref = il-massa ta’ referenza (kg);
Δv = id-devjazzjoni tal-veloċità tal-vettura (km/h);
Δt = id-differenza kkalkolata fil-ħin tad-deċellerazzjoni libera fit-triq (s);
3.1.2.8. Ir-reżistenza tal-mixi ddeterminata fuq il-korsa għandha tiġi kkoreġuta skont il-kondizzjonijiet ambjentali ta’ referenza kif ġej:
Ekwazzjoni Ap 8-5:
Ekwazzjoni Ap 8-6:
fejn:
|
RR hija r-reżistenza għat-tidwir fil-veloċità v (N); |
|
RAERO hija l-ġibda ajrudinamika fil-veloċità v (N); |
|
RT hija (N); |
|
KR hija l-fattur tal-korrezzjoni tat-temperatura tar-reżistenza għat-tidwir, meqjus bħala li huwa ugwali għal: ; |
|
t hija t-temperatura ambjentali tat-test fit-triq espressa f’K; |
|
t0 hija t-temperatura ambjentali ta’ referenza (293,2 K); |
|
dt hija d-densità tal-arja fil-kondizzjonijiet tat-test (kg/m3); |
|
d0 hija d-densità tal-arja fil-kondizzjonijiet ta’ referenza (293,2 K, 101,3 kPa) = 1,189 kg/m3. |
Il-proporzjonijiet RR/RT u RAERO/RT għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura fuq il-bażi tad-dejta li normalment tkun disponibbli għall-kumpanija u għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku. Jekk dawn il-valuri ma jkunux disponibbli jew jekk is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni ma jaċċettawx dawn il-valuri, minflok jistgħu jintużaw il-figuri li ġejjin għall-proporzjon tar-reżistenza għat-tidwir/totali mogħti permezz tal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni Ap 8-7:
fejn:
m HP hija l-massa tat-test u, għal kull veloċità, il-koeffiċjenti a u b huma murija f’din it-tabella:
Tabella Ap8-3
Il-koeffiċjenti a u b għall-kalkolazzjoni tal-proporzjon tar-reżistenza għat-tidwir
v (km/h) |
a |
b |
20 |
7,24 · 10–5 |
0,82 |
40 |
1,59 · 10–4 |
0,54 |
60 |
1,96 · 10–4 |
0,33 |
80 |
1,85 · 10–4 |
0,23 |
100 |
1,63 · 10–4 |
0,18 |
120 |
1,57 · 10–4 |
0,14 |
3.2. L-issettjar tad-dinamometru tax-xażi
L-għan ta’ din il-proċedura huwa li tagħmel simulazzjoni fuq id-dinamometru tal-qawwa totali tat-tagħbija fit-triq b’veloċità partikolari.
3.2.1. It-tagħmir u l-preċiżjoni tal-kejl
It-tagħmir tal-kejl għandu jkun simili għal dak użat fuq il-korsa tat-test u għandu jkun konformi mal-punt 4.5.7. tal-Anness II u mal-punt 1.3.5 ta’ dan l-Appendiċi.
3.2.2. Proċedura tat-test
3.2.2.1 |
Installa l-vettura fuq id-dinamometru tax-xażi. |
3.2.2.2. |
Aġġusta l-pressjoni tat-tajers (kiesħa) tar-roti tas-sewqan kif inhu meħtieġ għad-dinamometru tax-xażi. |
3.2.2.3. |
Aġġusta l-massa ta’ inerzja ekwivalenti tad-dinamometru tax-xażi skont it-Tabella Ap8-4.
|
3.2.2.4. |
Ġib il-vettura u d-dinamometru tax-xażi għat-temperatura operattiva stabbilizzata, bil-għan li tapprossimizza l-kondizzjonijiet tat-triq. |
3.2.2.5. |
Wettaq l-operazzjonijiet speċifikati fil-punt 3.1.2, bl-eċċezzjoni ta’ dawk speċifikati fil-punti 3.1.2.4. u 3.1.2.5. |
3.2.2.6. |
Aġġusta l-brejk biex tirriproduċi r-reżistenza tal-mixi ikkoreġuta (ara l-punt 3.1.2.8.) u biex tieħu f’kunsiderazzjoni l-massa ta’ referenza. Dan jista’ jsir billi jiġi kkalkolat il-ħin medju u kkoreġut tat-test taddeċellerazzjoni libera fit-triq minn v1 għal v2 u jiġi riprodott l-istess ħin fuq id-dinamometru kif ġej: Ekwazzjoni Ap 8-8:
|
3.2.2.7. |
Għandha tkun iddeterminata l-qawwa Pa li għandha tiġi assorbita mill-bank biex tkun tista’ tiġi riprodotta l-istess qawwa totali tat-tagħbija fit-triq għall-istess vettura f’jiem differenti jew fuq dinamometri tax-xażi differenti tal-istess tip. |
(*) il-veloċità ta' referenza applikabbli tal-vettura vj
(**) jekk il-veloċità tal-vettura tkun tista’ tintlaħaq mill-vettura.
Appendiċi 9
Nota ta’ spjegazzjoni dwar il-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet għal test tat-tip I
0 Din in-nota ta’ spjegazzjoni tispjega kwistjonijiet li huma speċifikati jew deskritti fir-Regolament, fl-Annessi jew fl-Appendiċijiet, kif ukoll kwistjonijiet relatati magħhom fir-rigward tal-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet.
1. Approċċ
1.1. |
L-iżvilupp tal-proċedura tat-tibdil tal-gerijiet kien ibbażat fuq analiżi tal-punti tat-tibdil tal-gerijiet fid-dejta waqt l-użu. Sabiex jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet ġeneralizzati bejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-vetturi u l-veloċitajiet ibbażati fuq it-tibdil tal-gerijiet, il-veloċitajiet tal-magna ġew normalizzati għall-medda li tista’ tintuża bejn il-veloċità nominali u l-veloċità bil-magna mhux ingranata. |
1.2. |
It-tieni pass kien jirrikjedi li l-veloċitajiet aħħarija (il-veloċità tal-vettura kif ukoll il-veloċità normalizzata tal-magna) għat-tibdil tal-gerijiet ’il fuq u ’l isfel jiġu ddeterminati u rreġistrati f’tabella separata. Il-medji ta’ dawn il-veloċitajiet għal kull ger u vettura ġew ikkalkolati u kkorrelati bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-vetturi. |
1.3. |
Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi u l-kalkoli jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
1.4. |
Sabiex jinstab kompromess bilanċjat bejn it-tliet reġjuni, ġiet ikkalkolata funzjoni ta’ approssimazzjoni ġdida għall-veloċitajiet normalizzati tat-tibdil għal ger ogħla versus il-proporzjon potenza/massa tal-vettura bħala medja peżata tal-kurva tal-UE/USA (b'ponderazzjoni ta’ 2/3) u tal-kurva Ġappuniża (b’ponderazzjoni ta’ 1/3), li tirriżulta fl-ekwazzjonijiet li ġejjin għall-veloċitajiet normalizzati tal-magna wara tibdil għal ger ogħla:
|
2. Eżempju ta’ kalkolazzjoni
2.1 Il-figura Ap 9-1 turi eżempju tal-użu ta’ tibdil tal-gerijiet għal vettura żgħira:
(a) |
il-linji f’tipa grassa juru l-użu tal-gerijiet għall-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni; |
(b) |
il-linji ttikkjati juru l-punti ta’ tibdil għal ger aktar baxx għall-fażijiet ta’ deċellerazzjoni; |
(c) |
fil-fażijiet ta’ cruising, tista’ tintuża l-medda sħiħa ta’ veloċitajiet bejn il-veloċità ta’ tibdil għal ger aktar baxx u l-veloċità ta’ tibdil għal ger ogħla. |
2.2 Meta l-veloċità tal-vettura tiżdied b’mod gradwali matul il-fażijiet ta’ cruising, il-veloċitajiet wara tibdil għal ger ogħla (v1→2, v2→3 u vi→i+1) espressi f’km/h jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjonijiet li ġejjin:
|
Ekwazzjoni Ap9-3:
|
|
Ekwazzjoni Ap9-4:
|
|
Ekwazzjoni Ap9-5: , i = 3 to ng |
Figura Ap9-1:
Eżempju ta’ sketch li jirrigwardja tibdil tal-gerijiet — L-użu tal-gerijiet matul il-fażijiet ta’ deċellerazzjoni u cruising
L-użu tal-gerijiet matul il-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni
Sabiex is-servizz tekniku jingħata aktar flessibbiltà u tiġi żgurata l-abbiltà tas-sewqan, il-funzjonijiet ta’ regressjoni wara t-tibdil tal-gerijiet għandhom jitqiesu bħala limiti aktar baxxi. Veloċitajiet ogħla tal-magna huma permessi fi kwalunkwe fażi taċ-ċiklu.
3. Indikaturi tal-fażijiet
3.1 Sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti fl-applikazzjoni tal-ekwazzjonijiet li jirrigwardjaw it-tibdil tal-gerijiet u b’hekk tittejjeb il-komparabbiltà tat-test, qegħdin jiġu assenjati indikaturi ta’ fażi fissa għall-mudell tal-veloċità taċ-ċikli. L-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi tal-fażijiet hija bbażata fuq id-definizzjoni mill-Japan Automobile Research Institute (JARI) tal-erba’ modalitajiet tas-sewqan murija fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tabella Ap9-1:
Definizzjoni tal-modalitajiet tas-sewqan
4 modalitajiet |
Definizzjoni |
Il-modalità tal-idling |
il-veloċità tal-vettura < 5 km/h u -0,5 km/h/s (-0,139 m/s2) < aċċellerazzjoni < 0,5 km/h/s (0,139 m/s2) |
Il-modalità tal-aċċellerazzjoni |
aċċellerazzjoni > 0,5 km/h/s (0,139 m/s2) |
Il-modalità tad-deċellerazzjoni |
aċċellerazzjoni < - 0,5 km/h/s (- 0,139 m/s2) |
Il-modalità tal-cruising |
il-veloċità tal-vettura ≥ 5 km/h u -0,5 km/h/s (-0,139 m/s2) < aċċellerazzjoni < 0,5 km/h/s (0,139 m/s2) |
3.2 L-indikaturi mbagħad ġew immodifikati sabiex jiġu evitati l-bidliet frekwenti matul partijiet relattivament omoġenji taċ-ċiklu u b’hekk tittejjeb l-abbiltà tas-sewqan. Il-figura Ap9-2 turi eżempju mill-ewwel parti taċ-ċiklu.
Figura Ap9-2:
Eżempju għall-indikaturi tal-fażi mmodifikata
4. Eżempju ta’ kalkolazzjoni
4.1. |
Fit-tabella Ap 9-2 qiegħed jintwera eżempju tad-dejta tal-input li hija meħtieġa għall-kalkolazzjoni tal-veloċitajiet wara tibdil tal-gerijiet. Il-veloċitajiet wara tibdil għal ger ogħla għall-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni għall-ewwel ger u għal gerijiet ogħla jiġu kkalkolati bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 9-1 u 9-2. Id-denormalizzazzjoni tal-veloċitajiet tal-magni tista’ titwettaq bl-użu tal-ekwazzjoni . |
4.2. |
Il-veloċitajiet wara tibdil għal ger aktar baxx għall-fażijiet ta’ deċellerazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu tal-Ekwazzjonijiet 9-3 u 9-4. Il-valuri ndv fit-Tabella Ap 9-2 jistgħu jintużaw bħala proporzjonijiet tal-gerijiet. Dawn il-valuri jistgħu jintużaw ukoll għall-kalkolazzjoni tal-veloċitajiet korrispondenti tal-vettura ( . Ir-riżultati huma murija fit-Tabelli Ap9-3 u Ap9-4. |
4.3. |
Twettqu analiżi u kalkoli addizzjonali sabiex jiġi investigat jekk dawn l-algoritmi tat-tibdil tal-gerijiet jistgħux jiġu ssimplifikati u, b’mod partikolari, jekk il-veloċitajiet tal-magna wara tibdil tal-gerijiet jistgħux jiġu sostitwiti mill-veloċitajiet tal-vettura wara tibdil tal-gerijiet. L-analiżi wriet li l-veloċitajiet tal-vettura ma setgħux jinġiebu f’konformità mal-imġiba tat-tibdil tal-gerijiet tad-dejta waqt l-użu. |
4.3.1. |
Tabella Ap9-2: Id-dejta ta’ input għall-kalkolazzjoni tal-veloċitajiet tal-magna u tal-vettura wara tibdil tal-gerijiet
|
4.3.2. |
Tabella Ap9-3: Il-veloċitajiet wara tibdil tal-gerijiet għall-fażijiet ta’ aċċellerazzjoni għall-ewwel ger u għal gerijiet ogħla (ara t-Tabella Ap9-1)
|
4.3.3. |
Tabella Ap9-4: Il-veloċitajiet tal-magna u tal-vettura wara tibdil tal-gerijiet ibbażati fuq it-Tabella Ap9-2
|
(*) ndv tfisser il-proporzjon bejn il-veloċità tal-magna espressa f’min-1 u l-veloċità tal-vettura espressa f’km/h
(**) pmr tfisser il-proporzjon potena/massa tal-vettura kkalkolat permezz ta’
1.
(***) n_norm tfisser il-valur ikkalkolat bl-użu tal-ekwazzjonijiet Ap9-1 u Ap9-2.
(****) “cl” tfisser it-tajming “bil-klaċċ mhux magħfus” (Clutch-Off timing).
Appendiċi 10
Testijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għall-vetturi tal-kategorija L bħala unitajiet tekniċi separati
1. Ambitu tal-Appendiċi
Dan l-Appendiċi japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ unitajiet tekniċi separati skont it-tifsira tal-Artikolu 23(10) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 dwar l-apparat għall-kontroll tat-tniġġis li għandu jitwaħħal bħala parts sostituti fuq tip wieħed jew aktar ta’ vetturi tal-kategorija L.
2. Definizzjonijiet
2.1. |
“apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis, inklużi sensuri tal-ossiġenu, tipi ta’ konvertituri katalitiċi, assemblaġġi ta’ konvertituri katalitiċi, filtri għall-materja partikulata u kaxxetti tal-karbonju għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi, kopert mill-approvazzjoni tat-tip u oriġinarjament maħsub għall-vettura approvata; |
2.2. |
“apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser apparat għall-kontroll tat-tniġġis, inklużi sensuri tal-ossiġenu, tipi ta’ konvertituri katalitiċi, assemblaġġi ta’ konvertituri katalitiċi, filtri għall-materja partikulata u kaxxetti tal-karbonju għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi, intiż biex jissostitwixxi apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis fuq tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni approvat skont dan l-Appendiċi u li jista’ jkun ta’ tip approvat bħala unità teknika separata skont ir-Regolament (UE) Nru. 168/2013; |
3. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali
3.1. |
L-applikazzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip għal xi tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis bħala unità teknika separata għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur tas-sistema jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
3.2. |
Fl-Artikolu 27 (4) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 jissemma mudell għad-dokument ta’ informazzjoni. |
3.3. |
Għal kull tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis li għalih tintalab approvazzjoni, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin, kif ukoll mid-dettalji segwenti:
|
3.4. |
Dawn li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:
|
4. Rekwiżiti
4.1. Rekwiżiti ġenerali
Id-disinn, il-bini u l-immuntar tat-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandhom ikunu tali li:
4.1.1. |
il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament taħt il-kondizzjonijiet normali tal-użu u, b’mod partikolari, irrispettivament minn kwalunkwe vibrazzjonijiet li tista’ tkun soġġetta għalihom; |
4.1.2. |
l-apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis juri reżistenza raġonevoli għall-fenomenu ta’ korrużjoni li għalih ikun espost, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet normali tal-użu tal-vettura; |
4.1.3. |
ma jitnaqqsux l-għoli mill-art disponibbli bit-tip ta’ apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u l-angolu li fih tista’ tmil il-vettura; |
4.1.4. |
is-superfiċje tal-apparat ma tilħaqx temperaturi għoljin ħafna; |
4.1.5. |
il-profil tal-apparat ma jkollu ebda ħruġ jew tarf jaqta’; |
4.1.6. |
l-ammortizzaturi u s-sospensjonijiet ikollhom spazju adegwat; |
4.1.7. |
jiġi pprovdut spazju adegwat ta’ sigurtà għall-pajpijiet; |
4.1.8. |
l-apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ikun reżistenti għall-impatt b’tali mod li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti definiti b’mod ċar ta’ manutenzjoni u installazzjoni; |
4.1.9. |
jekk l-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis jinkludi protezzjoni termali, it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jinkludi protezzjoni ekwivalenti; |
4.1.10. |
jekk sonda/i tal-ossiġenu u sensuri jew attwaturi oħrajn ikunu oriġinarjament installati fuq il-linja tal-egżost, it-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jiġi installat eżattament fl-istess pożizzjoni bħall-apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, filwaqt li l-pożizzjoni fuq il-linja tal-egżost tas-sonda/i tal-ossiġenu u ta’ sensuri jew attwaturi oħrajn ma għandhiex tiġi mmodifikata. |
4.2. Rekwiżiti fir-rigward tal-emissjonijiet
4.2.1. |
Il-vettura msemmija fil-punt 3.4.1, mgħammra b’apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis tat-tip li għalih tintalab approvazzjoni tat-tip, għandha tkun soġġetta għat-testijiet stipulati fl-Annessi II u VI (skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura) (1).
|
4.2.2. |
Rekwiżiti fir-rigward tal-livell tal-ħoss permessibbli Il-vetturai msemmija fil-punt 3.4.1, mgħammra b' apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ta’ tip li jista’ jippermetti emissjonijiet agħar ta’ ħsejjes mit-tip li għalih tintalab l-approvazzjoni tat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IX (skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura) (1). Ir-riżultat tat-test għall-vettura miexja u tat-test għall-vettura wieqfa għandu jissemma fir-rapport tat-test. |
4.3. Ittestjar tal-prestazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura
4.3.1. |
It-tip ta’ apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandu jkun tali li jiżgura li l-prestazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura tkun komparabbli ma’ dik miksuba bit-tip ta’ apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis. |
4.3.2. |
Il-prestazzjoni tal-propulsjoni tal-vettura mgħammra bl-apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis għandha titqabbel ma’ dik ta’ apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis, anki f’kondizzjoni ġdida, li min-naħa tiegħu jkun installat fuq il-vettura msemmija fil-punt 3.4.1. |
4.3.3. |
Dan it-test jitwettaq skont il-proċedura applikabbli stabbilita fl-Anness X. Il-qawwa u t-torque netti massimi, kif ukoll il-veloċità massima li tista’ tintlaħaq mill-vettura, jekk applikabbli, imkejla permezz tal-apparat sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn + 5 % minn dawk imkejla taħt l-istess kondizzjonijiet bit-tip ta’ apparat oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis li jkun soġġett għal approvazzjoni tat-tip. |
(1) Kif previst f’dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dik il-vettura.
Appendiċi 11
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi ibridi tal-kategorija L
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Appendiċi jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardjaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi ibridi tal-kategorija L (HEV). |
1.2. |
Fil-prinċipju, għat-testijiet ambjentali tat-tipi I sa IX, il-vetturi ibridi li jaħdmu bl-elettriku għandhom jiġu ttestjati skont dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan l-Appendiċi. |
1.3. |
Għat-testijiet tat-tip I u tat-tip VII, il-vetturi b’iċċarġjar mhux fuq il-vettura (OVC) (kif ikkategorizzati fil-punt 2) għandhom jiġu ttestjati skont il-Kondizzjonijiet A u B. Iż-żewġ settijiet ta’ riżultati tat-test u l-valuri peżati għandhom jiġu rrapportati fir-rapport tat-test imfassal skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. |
1.4. |
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru. 168/2013 taħt il-kondizzjonijiet kollha tal-ittestjar speċifikati f’dan ir-Regolament. |
2. Kategoriji ta’ vetturi ibridi
Tabella Ap11-1
Kategoriji ta’ vetturi ibridi
Iċċarġjar tal-Vettura |
Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (1) (OVC) |
Iċċarġjar Fuq il-Vettura (2) (NOVC) |
||
Swiċċ operattiv tal-modalitajiet |
Mingħajr |
Bi |
Mingħajr |
Bi |
3. Il-metodi tat-test tat-tip I
Għat-test tat-tip I, il-vetturi ibridi li jaħdmu bl-elettriku tal-kategorija L għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test applikabbli msemmija fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. Għal kull kondizzjoni tat-test, ir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandu jkun konformi mal-limiti speċifikati fil-Partijiet A1 u A2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, skont liema hija applikabbli b’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
3.1. Vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC HEVs) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet
3.1.1. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Il-kondizzjoni A: it-test għandu jitwettaq b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat kompletament. |
(b) |
Il-kondizzjoni B: it-test għandu jitwettaq b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat ta’ ċċarġjar minimu (id-disċarġ massimu tal-kapaċità). |
Il-profil tal-istat tal-iċċarġjar (SOC) tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika matul l-istadji differenti tat-test huwa mogħti fl-Appendiċi 3.1. għall-Anness VII.
3.1.2. Il-Kondizzjoni A
3.1.2.1. Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika waqt li l-vettura tkun miexja (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
(a) |
b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil; |
(b) |
jekk vettura ma tistax tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ tilħaq veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal ħin definit jew distanza definita (li għandhom jiġu ddeterminati mis-servizz tekniku u mill-manifattur soġġetti għall-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni); |
(c) |
skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi ħdan 10 sekondi minn xħin tistartja b’mod awtomatiku.
3.1.2.2. Il-kondizzjonament tal-vettura
Il-kondizzjonament tal-vettura għandu jsir permezz tat-tħaddim taċ-ċiklu tas-sewqan tat-tip I kif stabbilit fl-Appendiċi 6.
3.1.2.3. Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, filwaqt li l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika jiġi ċċarġjat kompletament bħala riżultat tal-iċċarġjar preskritt fil-punt 3.1.2.4.
3.1.2.4. Waqt il-immersjoni, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat b'wieħed miċ-ċarġers li ġejjin:
(a) |
iċ-ċarġer abbord, jekk ikun imwaħħal; |
(b) |
ċarġer estern irrakkomandat mill-manifattur u msemmi fil-manwal tal-utenti, bl-użu tal-proċedura għall-iċċarġjar normali mal-lejl stipulata fil-punt 3.2.2.4. tal-Appendiċi 3 għall-Anness VII. |
Din il-proċedura teskludi t-tipi kollha ta’ ċarġijiet speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, pereżempju, iċ-ċarġijiet ta’ ekwalizzazzjoni jew iċ-ċarġijiet fl-għoti ta’ servis.
Il-manifattur għandu jiddikjara li waqt it-test ma kien hemm ebda proċedura għall-iċċarġjar speċjali.
Il-kriterju ta’ tmiem iċ-ċarġ.
Il-kriterju ta’ tmiem iċ-ċarġ jikkorrespondi għal ħin ta’ ċċarġjar ta’ 12-il siegħa, ħlief jekk tingħata indikazzjoni ċara lis-sewwieq permezz tal-istrumentazzjoni standard li l-apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika jkun għadu mhux iċċarġjat għal kollox.
F’dan il-każ, il-ħin massimu huwa = 3 darbiet aktar mill-kapaċità tal-batterija ddikjarata (Wh) / il-provvista tal-enerġija mill-mejn (W).
3.1.2.5. Proċedura tat-test
3.1.2.5.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
3.1.2.5.2. |
Għandhom jintużaw il-proċeduri tat-test deskritti fil-punti 3.1.2.5.2.1. jew 3.1.2.5.2.2. skont il-proċedura tat-test tat-tip I stipulata fl-Appendiċi 6. |
3.1.2.5.2.1. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)). |
3.1.2.5.2.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali ta' tħaddim bil-magna mhux ingranata fiċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I, li matulu l-batterija tkun laħqet l-istat ta’ ċċarġjar minimu skont il-kriterju definit hawn taħt (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).
|
3.1.2.5.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 6. |
3.1.2.5.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness II. |
3.1.2.5.5. |
Ir-riżultati tat-test għandhom jitqabblu mal-limiti stipulati fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, filwaqt li għandha tiġi kkalkolata l-emissjoni medja ta’ kull sustanza li tniġġes (espressa f’mg għal kull kilometru) għall-Kondizzjoni A (M1i). Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.5.2.1., (M1i) hija r-riżultat taċ-ċiklu wieħed ikkombinat. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 3.1.2.5.2.2., ir-riżultat tat-test ta’ kull ċiklu wieħed ikkombinat (M1ia), immultiplikat bil-fattur xieraq ta’ deterjorazzjoni u l-fatturi Ki, għandu jkun inqas mil-limiti stipulati fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni fil-punt 3.1.4., M1i għandha tiġi definita bħala: Ekwazzjoni Ap11-1:
fejn:
|
3.1.3. Il-Kondizzjoni B
3.1.3.1. Il-kondizzjonament tal-vettura
Il-kondizzjonament tal-vettura għandu jsir permezz tat-tħaddim taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I kif stabbilit fl-Appendiċi 6.
3.1.3.2. L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jitneħħa minn fuq iċ-ċarġ waqt is-sewqan (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.):
(a) |
b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, jew |
(b) |
jekk vettura ma tistax tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ tilħaq veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna ma tistartjax għal ħin definit jew distanza definita (li għandhom jiġu ddeterminati mis-servizz tekniku u mill-manifattur), jew |
(c) |
skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi ħdan 10 sekondi minn xħin tistartja b’mod awtomatiku.
3.1.3.3. Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u l-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
3.1.3.4. Proċedura tat-test
3.1.3.4.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
3.1.3.4.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)). |
3.1.3.4.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 6. |
3.1.3.4.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont l-Anness II. |
3.1.3.5. Ir-riżultati tat-test għandhom jitqabblu mal-limiti stipulati fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, filwaqt li għandha tiġi kkalkolata l-emissjoni medja ta’ kull sustanza li tniġġes (M2i) għall-Kondizzjoni B. Ir-riżultati tat-test M2i, immultiplikati bil-fattur xieraq ta’ deterjorazzjoni u l-fatturi Ki, għandhom ikunu inqas mil-limiti preskritti fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
3.1.4. Ir-riżultati tat-test
3.1.4.1. Ittestjar skont il-punt 3.1.2.5.2.1.
Għar-rapportar, il-valuri peżati għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Ekwazzjoni Ap11-2:
fejn:
Mi |
= |
l-emissjoni tal-massa tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km; |
||||||
M1i |
= |
l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, ikkalkolata skont il-punt 3.1.2.5.5.; |
||||||
M2i |
= |
l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità), ikkalkolata skont il-punt 3.1.3.5.; |
||||||
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura ddeterminataa skont il-proċedura stipulata fl-Appendiċi 3.3. għall-Anness VII, fejn il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl bil-vettura miexja f’modalità purament elettrika; |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, kif ġej:
|
3.1.4.2. Ittestjar skont il-punt 3.1.2.5.2.2.
Għall-komunikazzjoni, il-valuri peżati għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Ekwazzjoni Ap11-3:
fejn:
Mi |
= |
l-emissjoni tal-massa tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km; |
||||||
M1i |
= |
l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, ikkalkolata skont il-punt 3.1.2.5.5.; |
||||||
M2i |
= |
l-emissjoni tal-massa medja tas-sustanza li tniġġes “i” f’mg/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità), ikkalkolata skont il-punt 3.1.3.5.; |
||||||
Dovc |
= |
il-medda tal-OVC stabbilita skont il-proċedura stipulata fl-Appendiċi 3.3. għall-Anness VII; |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, kif ġej:
|
3.2. Vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC HEVs) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet.
3.2.1. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
3.2.1.1. Il-Kondizzjoni A: it-test għandu jitwettaq b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox.
3.2.1.2. Il-Kondizzjoni B: it-test għandu jitwettaq b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċarġ (id-disċarġ massimu tal-kapaċità).
3.2.1.3. Is-swiċċ operattiv tal-modalitajiet għandu jiġi ppożizzjonat skont it-tabella Ap11-2.
Tabella Ap11-2
Tabella ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-Kondizzjoni A jew B skont il-kunċetti differenti ta’ vettura ibrida u skont il-pożizzjoni tas-swiċċ għall-għażla tal-modalità ibrida
|
Modalitajiet ibridi -› |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Stat taċ-ċarġ tal-batterija |
|
Is-swiċċ fil-pożizzjoni tiegħu |
Is-swiċċ fil-pożizzjoni tiegħu |
Is-swiċċ fil-pożizzjoni tiegħu |
Is-swiċċ fil-pożizzjoni tiegħu |
||||||||||||||||||
Il-Kondizzjoni A Iċċarġjata għal kollox |
Ibrida |
Ibrida |
L-aktar modalità elettrika li taħdem bl-elettriku (4) |
Ibrida |
|||||||||||||||||||
Il-Kondizzjoni B Stat ta’ ċarġ minimu |
Tikkonsma l-fjuwil |
Tikkonsma l-fjuwil |
L-aktar modalità li tikkonsma fjuwil (5) |
Ibrida |
3.2.2. Il-Kondizzjoni A
3.2.2.1. Jekk il-medda purament elettrika tal-vettura hija ogħla minn ċiklu wieħed komplut, fuq talba tal-manifattur, it-test tat-tip I jista’ jitwettaq f’modalità purament elettrika. F’dan il-każ, jista’ jitħalla barra l-prekondizzjonament tal-magna preskritt fil-punt 3.2.2.3.1. jew 3.2.2.3.2.
3.2.2.2. Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura waqt li din tkun qiegħda tinstaq bis-swiċċ f’pożizzjoni purament elettrika (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal 70 fil-mija ± 5 % tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura tat-test stipulata fl-Appendiċi 1 għall-Anness X.
It-twaqqif tad-disċarġ iseħħ fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
(a) |
meta l-vettura ma tkunx tista’ tinstaq b’65 % tal-veloċità massima fi tletin minuta; |
(b) |
meta s-sewwieq tingħatalu indikazzjoni bl-istrumentazzjoni standard ta’ abbord biex iwaqqaf il-vettura; |
(c) |
wara 100 km. |
Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b’modalità purament elettrika, id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
(a) |
b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna tal-vettura HEV li tikkonsma l-fjuwil; |
(b) |
jekk vettura ma tkunx tista’ tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tiġi startjata l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċita għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ taħdem b’veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal ħin definit jew distanza definita (li għandhom jiġu ddeterminati mis-servizz tekniku u mill-manifattur); |
(c) |
skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien għaxar sekondi minn xħin tiġi startjata b’mod awtomatiku. Permezz ta’ deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta.
3.2.2.3. Kondizzjonament tal-vettura
3.2.2.4. Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, filwaqt li l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika jkun iċċarġjat kollu permezz tal-proċedura tal-iċċarġjar preskritta fil-punt 3.2.2.5.
3.2.2.5. Waqt l-immersjoni, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat bi kwalunwe wieħed minn dawn iċ-ċarġers:
(a) |
iċ-ċarġer abbord, jekk ikun imwaħħal; |
(b) |
b’ċarġer estern irrakkomandat mill-manifattur, bl-użu tal-proċedura normali ta’ ċċarġjar matul il-lejl. |
Din il-proċedura teskludi t-tipi kollha ta’ ċarġijiet speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, pereżempju, iċ-ċarġijiet ta’ ekwalizzazzjoni jew iċ-ċarġijiet fl-għoti ta’ servis.
Il-manifattur għandu jiddikjara li waqt it-test ma kien hemm ebda proċedura ta’ ċċarġjar speċjali.
(c) |
Il-kriterju ta’ tmiem iċ-ċarġ |
Il-kriterju ta’ tmiem iċ-ċarġ jikkorrespondi għal ħin ta’ ċċarġjar ta’ 12-il siegħa, ħlief jekk tingħata indikazzjoni ċara lis-sewwieq permezz tal-istrumentazzjoni standard li l-apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika jkun għadu mhux iċċarġjat għal kollox.
F’dan il-każ, il-ħin massimu huwa = 3 darbiet aktar mill-kapaċità tal-batterija ddikjarata (Wh) / il-provvista tal-enerġija mill-mejn (W).
3.2.2.6. Proċedura tat-test
3.2.2.6.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
3.2.2.6.1.1. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)). |
3.2.2.6.1.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata fiċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I, li matulu l-batterija tkun laħqet l-istat ta’ ċċarġjar minimu skont il-kriterju definit hawn taħt (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)):
|
3.2.2.6.2. |
Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 6. |
3.2.2.6.3. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness II. |
3.2.2.7. Ir-riżultati tat-test għandhom jitqabblu mal-limiti tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness VI(A) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, filwaqt li għandha tiġi kkalkolata l-emissjoni medja ta’ kull sustanza li tniġġes (espressa f’mg/km) għall-Kondizzjoni A (M1i).
Ir-riżultat tat-test ta’ kull ċiklu kkombinat (M1ia), immultiplikat bil-fattur xieraq ta’ deterjorazzjoni u l-fatturi Ki, għandu jkun inqas mil-limiti tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti A jew B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni fil-punt 3.2.4., M1i għandha tiġi kkalkolata skont l-Ekwazzjoni Ap11-1.
3.2.3. Il-Kondizzjoni B
3.2.3.1. Il-kondizzjonament tal-vettura
Il-kondizzjonament tal-vettura għandu jsir permezz tat-tħaddim taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I kif stabbilit fl-Appendiċi 6.
3.2.3.2. L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jitneħħa minn fuq iċ-ċarġ skont il-punt 3.2.2.2.
3.2.3.3. Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperatura taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
3.2.3.4. Proċedura tat-test
3.2.3.4.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali lis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
3.2.3.4.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)). |
3.2.3.4.3. |
Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi 6. |
3.2.3.4.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont l-Anness II. |
3.2.3.5. Ir-riżultati tat-test għandhom jitqabblu mal-limiti tas-sustanzi li jniġġsu stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, filwaqt li għandha tiġi kkalkolata l-emissjoni medja ta’ kull sustanza li tniġġes għall-Kondizzjoni B. Ir-riżultati tat-test M2i, immultiplikati bil-fattur xieraq ta’ deterjorazzjoni u l-fatturi Ki, għandhom ikunu inqas mil-limiti stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
3.2.4. Ir-riżultati tat-test
3.2.4.1. |
Ittestjar skont il-punt 3.2.2.6.2.1. Għall-komunikazzjoni, il-valuri peżati għandhom jiġu kkalkolati bħal fl-Ekwazzjoni Ap11-2 fejn:
|
3.2.4.2. |
Ittestjar skont il-punt 3.2.2.6.2.2. Għall-komunikazzjoni, il-valuri peżati għandhom jiġu kkalkolati bħal fl-Ekwazzjoni Ap11-3 fejn:
|
3.3. Vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (HEVs mhux OVC) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet
3.3.1. Dawn il-vetturi għandhom jiġu ttestjati skont l-Appendiċi 6.
3.3.2. Għall-prekondizzjonament, għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ ċikli ta’ sewqan kompluti konsekuttivi mingħajr immersjoni.
3.3.3. Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 6.
3.4. Vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (HEVs mhux OVC) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet
3.4.1. Dawn il-vetturi jiġu prekondizzjonati u ttestjati f’modalità ibrida skont l-Anness II. Jekk ikun hemm diversi modalitajiet ibridi disponibbli, it-test għandu jitwettaq fil-modalità li tiġi ssettjata awtomatikament hekk kif tiddawwar iċ-ċavetta tal-ignition (modalità normali). Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur, is-servizz tekniku għandu jagħmel ċert li l-valuri tal-limitu jiġu ssodisfati fil-modalitajiet ibridi kollha.
3.4.2. Għall-prekondizzjonament, għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ ċikli ta’ sewqan kompluti u applikabbli konsekuttivi mingħajr immersjoni.
3.4.3. Il-vettura għandha tinstaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II.
(1) Magħrufa wkoll bħala “vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament”
(2) Magħrufa wkoll bħala “vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament”
(3) Pereżempju: modalità sport, ekonomika, urbana, ekstra-urbana, etc.
(4) Modalità ibrida l-biċċa l-kbira elettrika: il-modalità ibrida li jista' jiġi ppruvat li tikkonsma l-aktar elettriku mill-modalitajiet ibridi kollha li jistgħu jintagħżlu meta ttestjata skont il-kondizzjoni A tal-punt 4 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/KEE, li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku.
(5) Modalità ibrida bl-akbar konsum tal-fjuwil: il-modalità ibrida li jista' jiġi ppruvat li tikkonsma l-aktar fjuwil mill-modalitajiet ibridi kollha li jistgħu jintagħżlu meta ttestjata skont il-kondizzjoni B tal-punt 4 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/KEE, li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku.
Appendiċi 12
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi tal-kategorija L b’karburant ta’ LPG, NG/bijometanu, fleksfjuwil H2NG jew idroġenu
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi r-rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-ittestjar tal-LPG, tal-NG/bijometanu, tal-H2NG jew tal-gass tal-idroġenu għall-approvazzjoni ta’ vetturi alternattivi li jieħdu l-fjuwil u li jaħdmu b’dawk il-fjuwils jew li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bil-LPG, bl-NG/bijometanu, bl-H2NG jew bl-idroġenu. |
1.2. |
Il-kompożizzjoni ta’ dawn il-fjuwils f’forma ta’ gass, kif mibjugħa fis-suq, tista’ tvarja bil-kbir u s-sistemi tal-alimentazzjoni għandhom jadattaw ir-rati tal-alimentazzjoni tagħhom kif xieraq. Sabiex turi din l-adattabilità, il-vettura tal-oriġini mgħammra b’sistema rappreżentattiva ta’ alimentazzjoni b’LPG, NG/bijometanu jew H2NG għandha tiġi ttestjata bit-testijiet tat-tip I fuq żewġ fjuwils ta’ referenza estremi. |
1.3. |
Ir-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi fir-rigward tal-idroġenu għandhom japplikaw biss għall-vetturi li jużaw l-idroġenu bħala fjuwil ta’ kombustjoni u mhux għal dawk li huma mgħammra b’ċellola ta’ fjuwil li taħdem fuq l-idroġenu. |
2. L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip għal vettura tal-kategorija L mgħammra b’sistema ta’ fjuwil f’forma ta’ gass
L-approvazzjoni tat-tip tingħata bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin:
2.1. L-approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ fjuwil f’forma ta’ gass
Għandu jintwera li l-vettura tal-oriġini mgħammra b’sistema rappreżentattiva ta’ alimentazzjoni b’LPG, NG/bijometanu, H2NG jew idroġenu tista’ tiġi adattata għal kwalunkwe kompożizzjoni ta’ fjuwils li jistgħu jidhru fis-suq u li hija konformi ma’ dawn li ġejjin:
2.1.1. |
Fil-każ tal-LPG, hemm varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni ta’ C3/C4 (ir-rekwiżiti A u B tal-fjuwil tat-test) u, għalhekk, il-vettura tal-oriġini għandha tiġi ttestjata fuq il-fjuwils ta’ referenza A u B imsemmija fl-Appendiċi 2; |
2.1.2. |
Fil-każ tal-NG/bijometanu ġeneralment hemm żewġ tipi ta’ fjuwil, jiġifieri fjuwil b’valur kalorifiku għoli (G20) u fjuwil b’valur kalorifiku baxx (G25), iżda b’firxa sinjifikanti fi ħdan iż-żewġ meded; huma jvarjaw b’mod sinjifikanti fl-indiċi Wobbe. Dawn il-varjazzjonijiet huma riflessi fil-fjuwils ta’ referenza. Il-vettura tal-oriġini għandha tiġi ttestjata fuq iż-żewġ fjuwils ta’ referenza msemmija fl-Appendiċi 2; |
2.1.3. |
Fil-każ ta’ vettura li tieħu fleksfjuwil H2NG, il-firxa tal-kompożizzjoni tista’ tvarja minn 0 % ta’ idroġenu (gass L) għal perċentwal massimu ta’ idroġenu fit-taħlita (gass H), kif speċifikat mill-manifattur. Għandu jintwera li l-vettura tal-oriġini tista’ tiġi adattata għal kwalunkwe perċentwal fil-firxa speċifikata mill-manifattur u l-vettura għandha tiġi ttestjata skont it-test tat-tip I fuq 100 % ta’ gass H u 100 % ta’ gass L. Din għandha turi wkoll il-kapaċità tagħha li tadatta għal kwalunkwe kompożizzjoni ta’ NG/bijometanu li jista’ jkun hemm fis-suq, irrispettivament minkejja l-persentaġġ tal-idroġenu fit-taħlita."; irrispettivament mill-perċentwal ta’ idroġenu fit-taħlita. |
2.1.4. |
Għall-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ fjuwil ta’ idroġenu, il-konformità tista’ tiġi ttestjata fuq il-fjuwil uniku ta’ referenza ta’ idroġenu msemmi fl-Appendiċi 2. |
2.1.5. |
Jekk it-tranżizzjoni minn fjuwil għall-ieħor fil-prattika tkun megħjuna bl-użu ta’ swiċċ, dan is-swiċċ ma għandux jintuża waqt l-approvazzjoni tat-tip. F’każijiet bħal dawn, fuq talba tal-manifattur u bil-qbil tas-servizz tekniku, iċ-ċiklu tal-prekondizzjonament imsemmi fil-punt 5.2.4 tal-Anness II jista’ jiġi estiż. |
2.1.6. |
Il-proporzjon tar-riżultati tal-emissjonijiet “r” għandu jiġi stabbilit għal kull sustanza li tniġġes kif muri fit-Tabella Ap12-1 għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, bl-NG/bijometanu u bl-H2NG.
|
2.2. Approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost ta’ membru tal-familja tal-propulsjoni
Għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi monofjuwil u għall-vetturi bifjuwil u li jaħdmu fil-modalità tal-gass, b’karburant ta’ LPG, NG/bijometanu, H2NG jew idroġenu, bħala membru tal-familja tal-propulsjoni fl-Anness XI, għandu jitwettaq test tat-tip I bi fjuwil ta’ referenza wieħed f’forma ta’ gass. Għall-vetturi li jaħdmu bl-LPG, bl-NG/bijometanu u H2NG, dan il-fjuwil ta’ referenza jista’ jkun kwalunkwe wieħed mill-fjuwils ta’ referenza msemmija fl-Appendiċi 2. Il-vettura li taħdem bil-gass titqies li hija konformi jekk tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
2.2.1. |
Il-vettura tat-test għandha tkun konformi mad-definizzjoni ta’ membru tal-familja tal-propulsjoni fl-Anness XI. |
2.2.2. |
Jekk il-fjuwil tat-test huwa fjuwil ta’ referenza A għal-LPG jew G20 għall-NG/bijometanu, ir-riżultat tal-emissjonijiet għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur rilevanti “r” jekk r > 1; jekk r < 1, ma tkun meħtieġa ebda korrezzjoni. |
2.2.3. |
Jekk il-fjuwil tat-test huwa fjuwil ta’ referenza B għal-LPG jew G25 għall-NG/bijometanu, ir-riżultat tal-emissjonijiet għandu jiġi diviż bil-fattur rilevanti “r” jekk r < 1; jekk r > 1, ma tkun meħtieġa ebda korrezzjoni. |
2.2.4. |
Fuq talba tal-manifattur, it-test tat-Tip I jista’ jitwettaq fuq iż-żewġ fjuwils ta’ referenza, sabiex b’hekk ma tkun meħtieġa ebda korrezzjoni. |
2.2.5. |
Il-vettura tal-oriġini għandha tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet għall-kategorija rilevanti stipulata fl-Anness VI(A) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 jew għall-emissjonijiet imkejla u kkalkolati. |
2.2.6. |
Jekk isiru testijiet ripetuti fuq l-istess magna, għandha l-ewwel tittieħed medja tar-riżultati fuq il-fjuwil ta’ referenza G20, jew A, u dawk fuq il-fjuwil ta’ referenza G25, jew B; imbagħad għandu jiġi kkalkolat il-fattur “r” minn dawn ir-riżultati li tagħhom tkun ittieħdet il-medja. |
2.2.7. |
Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura li taħdem bi fleksfjuwil H2NG bħala membru ta’ familja, għandhom jitwettqu żewġ testijiet tat-tip I, l-ewwel test b’100 % ta’ G20 jew G25, u t-tieni test bit-taħlita ta’ idroġenu u l-istess fjuwil ta’ NG/bijometanu li ntuża waqt l-ewwel test, bil-perċentwal massimu ta’ idroġenu speċifikat mill-manifattur.
|
2.2.8. |
Waqt it-test tat-tip I, il-vettura għandha tuża biss petrol għal massimu ta’ 60 sekonda konsekuttivi direttament wara l-krank tal-magna u wara li tistartja meta topera f’modalità b’alimentazzjoni ta’ gass. |
Appendiċi 13
Il-proċedura tat-test tat-tip I għall-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika
1. Introduzzjoni
Dan l-Appendiċi jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika.
2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika fir-rigward tat-testijiet tat-tip I.
2.1. Il-vetturi tal-kategorija L li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013 u li huma mgħammra b’sistemi b'riġenerazzjoni perjodika għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Appendiċi.
2.2. Minflok ma jitwettqu l-proċeduri tat-test li ġew definiti fil-punt li ġej, jista’ jintuża valur Ki fiss ta’ 1,05, jekk is-servizz tekniku ma jara l-ebda raġuni għaliex dan il-valur jista’ jinqabeż u wara li jiġi approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.
2.3. Waqt iċ-ċikli li fihom tkun qed isseħħ ir-riġenerazzjoni, l-istandards tal-emissjonijiet jistgħu jinqabżu. F'każ li riġenerazzjoni ta' tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis isseħħ minn tal-anqas darba għal kull test tat-Tip I u li tkun irriġenerat minn tal-anqas darba waqt iċ-ċiklu tal-preparazzjoni tal-vettura, din titqies bħala b'riġenerazzjoni kontinwa li ma teħtieġx proċedura tat-test speċjali.
3. Il-proċedura tat-test
Il-vettura tista’ tkun mgħammra bi swiċċ li jista’ jipprevjeni jew jippermetti l-proċess ta’ riġenerazzjoni sakemm din l-operazzjoni ma jkollha l-ebda effett fuq il-kalibrazzjoni oriġinali tal-magna. Dan is-swiċċ għandu jkun permess biss biex jipprevjeni r-riġenerazzjoni matul it-tagħbija tas-sistema ta’ riġenerazzjoni u matul iċ-ċikli ta’ prekondizzjonament. Madanakollu, ma għandux jintuża matul il-kejl tal-emissjonijiet waqt il-fażi ta’ riġenerazzjoni; minflok, it-test tal-emissjonjiet għandu jitwettaq bl-unità ta’ kontroll tas-sistema tal-motopropulsjoni / bl-unita ta’ kontroll tal-magna / bl-unità tas-sistema tal-mototrasmissjoni tat-tagħmir oriġinali u mhux mibdul tal-manifattur, jekk applikabbli, u bis-softwer tas-sistema tal-motopropulsjoni.
3.1. Il-kejl tal-emissjoni tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil bejn iż-żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerattivi.
3.1.1. Il-medja tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil bejn il-fażijiet riġenerattivi u matul it-tagħbija tal-apparat riġenerattiv għandha tiġi ddeterminata mill-valur aritmetiku medju ta’ diversi ċikli operattivi tat-Tip I bejn wieħed u ieħor ekwidistanti (jekk aktar minn tnejn).
Bħala alternattiva, il-manifattur jista’ jipprovdi dejta biex juri li l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil jibqgħu kostanti (± 4 fil-mija) bejn il-fażijiet riġenerattivi. F’dan il-każ, jistgħu jintużaw l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil imkejla waqt it-test regolari tat-Tip I. F’kull każ ieħor, l-emissjonijiet għandhom jitkejlu għal mill-inqas żewġ ċikli operattivi tat-Tip I: wieħed immedjatament wara r-riġenerazzjoni (qabel it-tagħbija l-ġdida) u wieħed mill-aktar qrib possibbli qabel fażi riġenerattiva. Il-qisien u l-kalkoli kollha tal-emissjonijiet għandhom jitwettqu skont l-Anness II. L-emissjonijiet medji għal sistema riġenerattiva waħda għandhom jiġu ddeterminati skont il-punt 3.3 u dawk għal sistemi ta’ riġenerazzjoni multipli skont il-punt 3.4.
3.1.2. Il-proċess ta’ tagħbija u d-determinazzjoni tal-Ki għandhom jitwettqu fuq dinamometru tax-xażi matul iċ-ċiklu operattiv tat-Tip I. Dawn iċ-ċikli jistgħu jitħaddmu kontinwament (jiġifieri mingħajr il-ħtieġa li tintefa l-magna bejn iċ-ċikli). Wara kwalunkwe numru ta’ ċikli kkompletati, il-vettura tkun tista’ titneħħa mid-dinamometru tax-xażi u t-test jitkompla aktar tard.
3.1.3. In-numru ta’ ċikli (D) bejn żewġ ċikli fejn iseħħu l-fażijiet riġenerativi, in-numru ta’ ċikli li matulhom isir il-kejl tal-emissjonijiet (n) u kull kejl tal-emissjonijiet (M’sij) għandhom jiġu rrapportati skont il-mudell tar-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013.
3.2. Il-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil waqt ir-riġenerazzjoni
3.2.1. Jekk ikun hemm bżonn, il-vettura tista’ tiġi mħejjija għat-test tal-emissjonijiet waqt fażi riġenerattiva bl-użu taċ-ċikli ta’ tħejjija msemmija fl-Appendiċi 6.
3.2.2. Il-kondizzjonijiet tat-test u tal-vettura għat-test tat-tip I deskritti fl-Anness II japplikaw qabel ma jitwettaq l-ewwel test validu tal-emissjonijiet.
3.2.3. Ir-riġenerazzjoni ma għandhiex isseħħ waqt it-tħejjija tal-vettura. Dan jista’ jiġi żgurat permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
3.2.3.1. |
Għaċ-ċikli ta’ prekondizzjonament tista’ tiġi installata sistema b'riġenerazzjoni “finta” jew sistema b'riġenerazzjoni “finta” parzjali; |
3.2.3.2. |
kwalunkwe metodu ieħor maqbul bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni. |
3.2.4. Għandu jitwettaq test tal-emissjonijiet tal-egżost bi startjar kiesaħ, inkluż proċess ta’ riġenerazzjoni, skont iċ-ċiklu operattiv tat-Tip I applikabbli.
3.2.5. Jekk il-proċess ta’ riġenerazzjoni jkun jeħtieġ aktar minn ċiklu operattiv wieħed, iċ-ċiklu/i tat-test susswegenti għandu/għandhom jinstaq(u) immedjatament, mingħajr ma tintefa l-magna, sakemm tintlaħaq riġenerazzjoni kompluta (kull ċiklu għandu jitlesta kollu). Il-ħin meħtieġ biex jiġi stabbilit test ġdid għandu jkun l-iqsar possibbli (eż. dak meħtieġ għat-tibdil ta’ filtru għall-materja partikulata). Matul dan il-perjodu, il-magna għandha tintefa.
3.2.6. Il-valuri tal-emissjonijiet, inklużi l-valuri tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u tad-dijossidu tal-karbonju, kif ukoll il-konsum tal-fjuwil waqt ir-riġenerazzjoni (Mri), għandhom jiġu kkalkolati skont l-Anness II u l-punt 3.3. Barra minn hekk, għandu jiġi rreġistrat in-numru ta’ ċikli operattivi (d) imkejla għal riġenerazzjoni kompleta.
3.3. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet imħallta tal-egżost ta’ sistema riġenerattiva waħda:
|
Ekwazzjoni Ap13-1: n ≥ 2 |
|
Ekwazzjoni Ap13-2:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-3:
|
fejn għal kull sustanza li tniġġes ikkunsidrata:
M’sij |
= |
l-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza li tniġġes (i), l-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjwul f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-tip I mingħajr riġenerazzjoni; |
M’rij |
= |
l-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza li tniġġes (i), l-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjwul f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-tip I waqt ir-riġenerazzjoni (fejn n > 1, l-ewwel test tat-Tip I isir kiesaħ, u ċ-ċikli sussegwenti jsiru sħan); |
Msi |
= |
il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km jew il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjwul f’l/100 km fuq parti waħda (i) taċ-ċiklu operattiv mingħajr riġenerazzjoni; |
Mri |
= |
il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km jew il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjwul f’l/100 km fuq parti waħda (i) taċ-ċiklu operattiv waqt ir-riġenerazzjoni; |
Mpi |
= |
il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km jew il-valur medju tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjwul f’l/100 km; |
n |
= |
in-numru ta’ punti tat-test fejn isir il-kejl tal-emissjonijiet (iċ-ċikli operattivi tat-Tip I) bejn żewġ ċikli fejn iseħħu fażijiet riġenerattivi, ≥ 2; |
d |
= |
in-numru ta’ ċikli operattivi meħtieġa għar-riġenerazzjoni; |
D |
= |
in-numru ta’ ċikli operattivi bejn żewġ ċikli fejn iseħħu fażijiet riġenerattivi. |
Figura Ap13-1
Eżempju ta’ parametri tal-kejl. Il-parametri mkejla waqt it-test tal-emissjonijiet jew tal-konsum tal-fjuwil matul u bejn iċ-ċikli fejn isseħħ ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku - l-emissjonijiet waqt “D” jistgħu jiżdiedu jew jonqsu)
3.3.1. Il-kalkolazzjoni tal-fattur ta’ riġenerazzjoni K għal kull sustanza li tniġġes (i), għall-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju u għall-konsum tal-fjuwil (i) ikkunsidrati:
Ekwazzjoni Ap13-4:
Ir-riżultati ta’ Msi, Mpi u Ki għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test ikkomunikat mis-servizz tekniku.
Ki jista’ jiġi stabbilit wara li titlesta sekwenza waħda.
3.4. Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet imħallta tal-egżost, tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil ta’ sistemi multipli b'riġenerazzjoni perjodika
|
Ekwazzjoni Ap13-5: nk ≥ 2 |
|
Ekwazzjoni Ap13-6:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-7:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-8:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-9:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-10:
|
|
Ekwazzjoni Ap13-11:
|
fejn għal kull sustanza li tniġġes ikkunsidrata:
M’sik |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, l-emissjonijiet totali tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjuwil f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-tip I mingħajr riġenerazzjoni; |
Mrik |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, l-emissjonijiet totali tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjuwil f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-tip I waqt ir-riġenerazzjoni (jekk d > 1, l-ewwel test tat-tip I isir kiesaħ u ċ-ċikli sussegwenti jkunu sħan); |
M’sik,j |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, l-emissjonijiet totali tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjuwil f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-Tip I mingħajr riġenerazzjoni mkejla fil-punt j; 1 ≤ j ≤ n; |
M’rik,j |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avveniment k tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, l-emissjonijiet totali tas-CO2 fi g/km u l-konsum tal-fjuwil f’l/100 km fuq ċiklu operattiv wieħed tat-Tip I waqt ir-riġenerazzjoni (fejn j > 1, l-ewwel test tat-tip I isir kiesaħ u ċ-ċikli sussegwenti jkunu sħan) imkejla fiċ-ċiklu operattiv j; 1 ≤ j ≤ d; |
Msi |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avvenimenti k kollha tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, tas-CO2 fi g/km u tal-konsum tal-fjuwil f’l/100 km mingħajr riġenerazzjoni; |
Mri |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avvenimenti k kollha tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, tas-CO2 fi g/km u tal-konsum tal-fjuwil f’l/100 km waqt ir-riġenerazzjoni; |
Mpi |
= |
l-emissjonijiet totali tal-avvenimenti k kollha tas-sustanza li tniġġes (i) f’mg/km, tas-CO2 fi g/km u tal-konsum tal-fjuwil f’l/100 km; |
nk |
= |
l-għadd ta’ punti tat-test tal-avveniment k fejn isir il-kejl tal-emissjonijiet (iċ-ċikli operattivi tat-Tip I) bejn żewġ ċikli fejn iseħħu fażijiet riġenerattivi; |
dk |
= |
in-numru ta’ ċikli operattivi tal-avveniment k meħtieġa għar-riġenerazzjoni; |
Dk |
= |
in-numru ta’ ċikli operattivi tal-avveniment k bejn żewġ ċikli fejn iseħħu fażijiet riġenerattivi. |
Figura Ap13-2
Il-parametri mkejla waqt it-test tal-emissjonijiet waqt u bejn iċ-ċikli fejn issir ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku)
Figura Ap13-3
Il-parametri mkejla waqt it-test tal-emissjonijiet waqt u bejn iċ-ċikli fejn issir ir-riġenerazzjoni (eżempju skematiku)
Għall-applikazzjoni ta’ każ sempliċi u realistiku, id-deskrizzjoni li ġejja tagħti spjegazzjoni ddettaljata tal-eżempju skematiku muri fil-Figura Ap13-3:
1. |
“Filtru tal-Materja Partikulata”: avvenimenti riġenerattivi, ekwidistanti, emissjonijiet simili (± 15 per cent) minn avveniment għall-ieħor
|
2. |
“DeNOx”: l-avveniment ta’ desulfurizzazzjoni (tneħħija ta’ SO2) jinbeda qabel ma tkun instabet influwenza ta’ kubrit fuq l-emissjonijiet (± 15 fil-mija tal-emissjonijiet imkejla) u f’dan l-eżempju, għal raġunijiet esotermiċi, flimkien mal-aħħar avveniment ta’ riġenerazzjoni DPF li jkun seħħ. Ekwazzjoni Ap13-15
Għal avveniment ta’ tneħħija ta’ SO2: Mri2, Msi2, d2, D2, n2 = 1 |
3. |
Sistema kompleta (DPF + DeNOx):
|
Il-kalkolazzjoni tal-fattur (Ki) għal sistemi b'riġenerazzjoni perjodika multipli hija possibbli biss wara ċertu numru ta’ fażijiet ta’ riġenerazzjoni għal kull sistema. Wara li titlesta l-proċedura kollha (minn A sa B, ara l-Figura Ap13-2), ikunu jridu jerġgħu jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet oriġinali tal-bidu (A).
3.4.1. Estensjoni tal-approvazzjoni għal sistema b'riġenerazzjoni perjodika multipla
3.4.1.1. |
Jekk il-parametri tekniċi jew l-istrateġija ta’ riġenerazzjoni ta’ sistema ta’ riġenerazzjoni multipla għall-avvenimenti kollha fi ħdan din is-sistema kkombinata jinbidlu, il-proċedura kollha, inkluż l-apparat riġenerattiv kollu, għandha titwettaq permezz ta’ kejl għall-aġġornament tal-fattur Ki multiplu. |
3.4.1.2. |
Jekk apparat wieħed tas-sistema ta’ riġenerazzjoni multipla jinbidel biss fil-parametri strateġiċi (jiġifieri bħal “D” jew “d” għal DPF) u l-manifattur ikun jista’ jipprovdi lis-servizz tekniku b’dejta teknika fattibbli u informazzjoni li turi li:
il-proċedura ta’ aġġornament neċessarja għal ki tista’ tkun issimplifikata. Kif maqbul bejn il-manifattur u s-servizz tekniku, f’każijiet bħal dawn għandu jkun hemm avveniment wieħed biss ta’ teħid ta’ kampjuni/ħażna u riġenerazzjoni, filwaqt li r-riżultati tat-test (“Msi”, “Mri”), flimkien mal-parametri mibdula (“D” jew “d”), jistgħu jiġu introdotti fil-formula/i rilevanti għall-aġġornament tal-fattur Ki multiplu b’mod matematiku minflok il-formuli bażiċi eżistenti tal-fattur Ki. |
ANNESS III
Rekwiżiti tat-test tat-tip II: emissjonijiet tal-egżost bil-magna mhux ingranata (irrevjata) u b'aċċellerazzjoni ħielsa
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-testijiet tat-tip II, kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru. 168/2013, li huwa mfassal biex jiżgura r-rekwiżit tal-kejl tal-emissjonijiet waqt l-ittestjar għall-affidabbiltà stradali tal-vetturi. L-iskop tar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Anness huwa li juri l-vettura approvata tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/40/KE (1).
2. Skop
2.1. Waqt il-proċess għall-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali għandu jintwera, lis-servizz tekniku u lill-awtorità tal-approvazzjoni, li l-vetturi tal-kategorija L li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma konformi mar-rekwiżiti tat-test tat-tip II.
2.2. Il-vetturi mgħammra b'tip ta' propulsjoni li tinkludi magna bi tqabbid bl-ispark plaggs għandhom ikunu suġġetti biss għal test tal-emissjonijiet tat-tip II kif stipulat fil-punti 3, 4 u 5.
2.3. Il-vetturi mgħammra mgħammra b'tip ta' propulsjoni li tinkludi magna bi tqabbid bil-kompressjoni għandhom ikunu suġġetti biss għal test tal-emissjonijiet tat-tip II b'aċċellerazzjoni ħielsa kif stipulat fil-punti 3, 6 u 7. F'dan il-każ, il-punt 3.8 mhux applikabbli.
3. Kondizzjonijiet ġenerali tal-ittestjar tal-emissjonijiet tat-tip II
3.1. Għandha ssir spezzjoni viżwali ta' kwalunkwe tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet qabel ma jibda jsir it-test tal-emissjonijiet tat-tip II, sabiex jiġi ċċekkjat li l-vettura hija kompleta, f'kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jkun hemm ebda tnixxija mis-sistemi tal-fjuwil, tal-proviżjoni tal-arja u tal-egżost. Il-vettura tat-test għandha tkun saritilha manutenzjoni u ġiet użata b'mod xieraq.
3.2. Il-fjuwil li jintuża għat-twettiq tat-test tat-tip II għandu jkun il-fjuwil ta' referenza, li l-ispeċifikazzjonijiet għalih huma mogħtija fl-Appendiċi 2 tal-Anness II skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.3. Waqt it-test, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C).
3.4. Fil-każ ta' vetturi b'gerboks manwali jew semi-awtomatika, it-test tat-tip II għandu jitwettaq bil-gerliver fil-pożizzjoni “newtrali” u bil-klaċċ magħfus.
3.5. Fil-każ ta' vetturi b'gerboks awtomatika, it-test tat-tip II bil-magna mhux ingranata għandu jitwettaq bis-selettur tal-ger fil-pożizzjoni “newtrali” jew “parkjar”. Meta jkun installat klaċċ awtomatiku wkoll, il-fus misjuq għandu jittella' sa punt li fih ir-roti jkunu jistgħu iduru liberament.
3.6. It-test tal-emissjonijiet tat-tip II għandu jitwettaq immedjatament wara t-test tal-emissjonijiet tat-tip I. Fi kwalunkwe każ, il-magna għandha tissaħħan sakemm it-temperaturi tal-likwidu li jkessaħ u tal-lubrikant u l-pressjoni tal-lubrikant jilħqu ekwilibriju fil-livelli tat-tħaddim.
3.7. L-iżbokki tal-egżost għandu jkollhom estensjoni ermetika, sabiex is-sonda kampjunarja li tintuża biex jinġabru l-gassijiet tal-egżost tkun tista' tiddaħħal minn tal-inqas 60 cm fl-iżbokk tal-egżost mingħajr ma l-kontropressjoni tiżdied għal aktar minn 120 mm H2O u bla ma jiġi interrott it-tħaddim tal-vettura. Din l-estensjoni għandu jkollha forma tali li ma tkunx possibbli d-dilwizzjoni tal-gassijiet tal-egżost fl-arja fil-pożizzjoni tas-sonda kampunarja. Meta vettura tkun mgħammra b'sistema tal-egżost bi żbokki multipli, dawn għandhom jiġġantu ma' pajp komuni jew il-kontenut tal-monossidu tal-karbonju għandu jiġi miġbur individwalment mit-tnejn li huma u tittieħed il-medja aritmetika tagħhom.
3.8. It-tagħmir tat-test tal-emissjonijiet u l-analizzaturi li jintużaw għat-twettiq tat-test tat-tip II għandha ssirilhom kalibrazzjoni u manutenzjoni regolament. Għall-kejl tal-idrokarburi jistgħu jintużaw id-detezzjoni ta’ jonizzazzjoni ta’ fjamma jew analizzatur NDIR.
3.9. Il-vetturi għandhom jiġu ttestjati bil-magna li tikkonsma l-fjuwil qiegħda taħdem.
3.9.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi “modalità ta' servizz” għat-test tat-tip II li permezz tagħha jkun possibbli li l-vettura tiġi spezzjonata f'testijiet għall-affidabbiltà stradali b'magna li tikkonsma l-fjuwil qiegħda taħdem, sabiex tiġi ddeterminata l-prestazzjoni tagħha fir-rigward tad-dejta miġbura. Meta l-ispezzjoni teħtieġ proċedura speċjali, din għandha tiġi ddettaljata fil-manwal tal-manutenzjoni (jew mezz ekwivalenti). Dik il-proċedura speċjali ma għandhiex teħtieġ l-użu ta' tagħmir speċjali differenti minn dak ipprovdut mal-vettura. |
4. Test tat-Tip II – deskrizzjoni tal-proċedura tat-test għall-kejl tal-emissjonijiet tal-egżost bil-magna mhux ingranata (irrevjata) u b'aċċellerazzjoni ħielsa
4.1 Il-komponenti għall-aġġustament tal-veloċità bil-magna mhux ingranata
4.1.1. |
Il-komponenti għall-aġġustament tal-veloċità bil-magna mhux ingranata għall-fini ta' dan l-Anness jirreferu għal kontrolli għat-tibdil tal-kondizzjonijiet ta' tħaddim bil-magna mhux ingranata tal-magna li tista' titħaddem faċilment minn mekkanik bl-użu tal-għodda msemmija fil-punt 4.1.2. B'mod partikolari, l-apparati li jintużaw għall-kalibrazzjoni tal-flussi tal-fjuwil u tal-arja ma jitqisux bħala komponenti ta' aġġustament jekk is-setting tagħhom ikun jeħtieġ it-tneħħija tas-set-stops, li hija funzjoni li normalment tista' titwettaq biss minn mekkanik professjonali. |
4.1.2. |
L-għodod li jistgħu jintużaw għall-aġġustament tal-veloċità bil-magna mhux ingranata huma tornaviti (normali jew b'ras salib), spaners (ċirku, miftuħa jew aġġustabbli), plajers, allen-keys u għadda ġenerika tal-kalibrazzjoni. |
4.2 Id-determinazzjoni tal-punti tal-kejl u l-kriterji ta' jekk il-vettura tgħaddix/teħel mit-test tat-tip II bil-magna mhux ingranata
4.2.1. |
L-ewwel nett, jittieħed kejl bis-setting skont il-kondizzjonijiet kif stipulati mill-msanifattur. |
4.2.2. |
Għal kull komponent għall-aġġustament b'varjazzjoni kontinwa, għandu jiġi ddeterminat għadd suffiċjenti ta' pożizzjonijiet karatteristiċi. It-test għandu jitwettaq bil-veloċità normali tal-magna mhux ingranata u bil-veloċità għolja tal-magna mhux ingranata. Il-veloċità għolja tal-magna mhux ingranata tiġi ddefinita mill-manifattur, iżda għandha tken ogħla minn 2 000 min–1. |
4.2.3. |
Il-kejl tal-kontenut tal-monossidu tal-karbonju tal-gassijiet tal-egżost għandu jitwettaq għall-pożizzjonijiet kollha possibbli tal-komponenti għall-aġġustament, iżda għall-komponenti b'varjazzjoni kontinwa għandhom jitwettqu biss għall-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt 4.2.2. |
4.2.4. |
Il-magna għandha titqies li għaddiet mit-test tat-tip II bil-magna mhux ingranata jekk tiġi ssodisfata waħda jew aktar minn dawn il-kondizzjonijiet:
|
4.2.5. |
Il-pożizzjonijiet possibbli tal-komponenti tal-aġġustament għandhom ikunu limitati b'xi wieħed mill-valuri li ġejjin:
|
4.2.6. |
Is-settings li mhumiex kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tal-magna ma għandhomx jiġu adottati bħala settings tal-kejl. B'mod partikolari, jekk il-magna tkun mgħammra b'diversi karburaturi, il-karburaturi kollha għandu jkollhom l-istess setting. |
4.3. Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu mkejla u rreġistrati bil-veloċità normali tal-magna mhux ingranata u bil-veloċità għolja tal-magna mhux ingranata:
(a) |
il-kontenut tal-monossidu tal-karbonju (CO) skont il-volum tal-gassijiet tal-egżost emessi (f' vol%); |
(b) |
il-kontenut tad-diossidu tal-karbonju (CO2) skont il-volum tal-gassijiet tal-egżost emessi (f' vol%); |
(c) |
l-idrokarburi (HC) f' ppm; |
(d) |
il-kontenut tal-ossiġenu (O2) skont il-volum tal-gassijiet tal-egżost emessi (f' vol%) jew lambda, kif jagħżel il-manifattur; |
(e) |
il-veloċità tal-magna waqt it-test, inkluż kwalunkwe tolleranzi; |
(f) |
it-temperatura taż-żejt tal-magna fil-ħin tat-test. Alternattivament, għall-magni mkessħa b'likwidu, it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ għandha tkun aċċettabbli. |
4.3.1. |
Fir-rigward tal-parametri tal-punt 4.3. (d) għandu japplika dan li ġej:
|
5. Il-kejl tal-konċentrazzjoni ta' CO fit-test tat-tip II bil-magna mhux ingranata
5.1. Il-konċentrazzjoni ta' CO (CCO) u ta' CO2 (CCO2 ) għandha tiġi ddeterminata mill-qari u r-reġistrazzjonijiet tal-istrument tal-kejl, permezz tal-użu tal-kurvi x-xierqa tal-kalibrazzjoni.
5.2. Il-konċentrazzjoni kkoreġuta għall-monossidu tal-karbonju hija:
Ekwazzjoni 2-1:
5.3. Il-konċentrazzjoni CCO (ara l-punt 5.1.) għandha titkejjel skont il-formuli indikati fil-punt 5.2. u ma teħtieġx li tiġi kkoreġuta jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet imkejla (CCO + CCO2 ) tkun minn tal-inqas:
(a) |
għal petrol (E5): 15 fil-mija; |
(b) |
għal LPG: 13,5 fil-mija; |
(c) |
għal NG/bijometanu: 11,5 fil-mija. |
6 Test tat-tip II – proċedura tat-test b'aċċellerazzjoni ħielsa
6.1. Il-magna tal-kombustjoni u kwalunkwe turboċarġer jew superċarġer armat għandhom ikunu qed jaħdmu bil-magna mhux ingranata qabel ma jibda kull ċiklu ta' ttestjar b'aċċellerazzjoni ħielsa.
6.2. Sabiex jinbeda kull ċiklu b'aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-aċċelleratur għandha tingħafas malajr u kontinwament (f'inqas minn sekonda) iżda mhux b'saħħa qawwija, sabiex il-pompa tal-fjuwil titfa' l-massimu possibbli.
6.3. Waqt kull ċiklu b'aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq il-veloċità cut-off jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, il-veloċità speċifikata mill-manifattur jew, jekk din id-dejta ma tkunx disponibbli, il-veloċità cut-off, qabel ma l-pedala tal-aċċelleratur tiġi rilaxxata. Dan jista' jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-magna jew billi jitħallew jgħaddu mill-inqas żewġ sekondi mill-mument li l-pedala tingħafas għall-mument li tiġi rilaxxata.
6.4. Għall-vetturi mgħammra b'CVT u bi klaċċ awtomatiku, ir-roti misjuqa jistgħu jiġu maqtugħa mill-art.
Għall-magni li jkollhom limiti ta' sikurezza fil-kontroll tal-magna (eż. massimu ta' 1 500 rpm mingħajr roti misjuqa jew mingħajr ger), din il-veloċità massima tal-magna għandha tintlaħaq.
6.5. Il-livell tal-konċentrazzjoni medja tal-materja partikulata (f' m–1) fil-fluss tal-egżost (opaċità) għandu jitkejjel waqt ħames testijiet b'aċċellerazzjoni ħielsa. Opaċità, tfisser il-kejl ottiku tad-densità tal-materja partikulata fil-fluss tal-egżost tal-magna, espressa f' m–1;
7 Test tat-tip II – riżultati u rekwiżiti tat-test b'aċċellerazzjoni ħielsa
7.1. Il-valur tat-test imkejjel skont il-punt 6.5 għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 8.2.2.2. (b) tal-Anness II tad-Direttiva 2009/40/KE.
7.1.1. |
In-Nota ta' qiegħ il-paġna (7) għall-punt 8.2.2.2. (b) ma għandhiex tkun applikabbli għall-vetturi li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
7.1.2. |
Il-valur tal-opaċità imkejjel f'test tat-tip II għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat ta' konformità. Alternattivament, il-manifattur tal-vettura jista' jispeċifika l-livell xieraq ta' opaċità u jniżżel dan il-limitu fiċ-ċertifikat ta' konformità. |
7.1.3. |
Il-vetturi li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma eżenti mir-rekwiżit li jindikaw il-valur tat-test tal-opaċità fuq il-pjanċa statutorja. |
ANNESS IV
Rekwiżiti tat-test tat-tip III: Emissjonijiet ta’ gassijiet mill-kaxxa tal-krank
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-tip III, imsemmija fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2. Dispożizzjonijiet ġenerali
2.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b’dettalji tekniċi u tpinġijiet li juru li l-magna/i nbniet/nbnew sabiex jipprevjenu kwalunkwe fjuwil, żejt tal-lubrikazzjoni jew gassijiet mill-kaxxa tal-krank milli jaħarbu fl-atmosfera minn ġos-sistema ta’ ventilazzjoni tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank. |
2.2. |
Huwa biss fil-każijiet li ġejjin li s-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni jitolbu lill-manifattur sabiex iwettaq it-test tat-tip III:
|
2.3. |
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, it-test tat-tip III għandu jiġi rrinunzjat. |
2.4. |
Vetturi tal-kategorija L mgħammra b’magna two-stroke li jkun fiha bokka tal-kompartiment tal-kombustjoni (scavenging port) bejn il-kaxxa tal-krank u ċ-ċilindru/i jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżiti tat-test tat-tip III fuq talba tal-manifattur. |
2.5. |
Il-manifattur għandu jehmeż kopja tar-rapport tat-test dwar il-vettura tal-oriġini bir-riżultat pożittiv mit-test tat-tip III fil-folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
3. Il-kondizzjonijiet tal-ittestjar
3.1. |
It-test tat-tip III għandu jitwettaq fuq vettura tat-test li tkun ġiet soġġetta għat-test tat-tip I fl-Anness II u għat-test tat-tip II fl-Anness III. |
3.2. |
Il-vettura ttestjata għandu jkollha magna/i li ma tnixxix/jnixxux ta’ tip ieħor għajr dawk iddisinjati b’tali mod li anki l-iċken tnixxija tista’ tikkawża ħsarat operattivi inaċċettabbli. Il-vettura tat-test għandha tkun saritilha manutenzjoni xierqa u tkun użata. |
4. Il-metodi tat-test
4.1. It-test tat-tip III għandu jitwettaq skont il-proċedura tat-test li ġejja:
4.1.1. Il-veloċità bil-magna mhux ingranata għandha tiġi rregolata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.
4.1.2. Il-kejl għandu jsir fis-settijiet li ġejjin ta’ kondizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna:
Tabella 3-1
Il-veloċitajiet tal-vettura tat-test waqt li tkun qed taħdem mhux ingranata jew fi stat stabbli u s-saħħa li jassorbi d-dinamometru tax-xażi waqt it-test tat-tip III
Numru tal-kondizzjoni |
Veloċità tal-vettura (km/h) |
||||
1 |
Bil-magna mhux ingranata |
||||
2 |
L-ogħla minn:
|
||||
3 |
Numru tal-kondizzjoni |
Is-saħħa li jassorbi l-brejk |
1 |
Żero |
2 |
Dik li tikkorrespondi għas-setting għat-test tat-tip I f’veloċità ta’ 50 km/h jew, jekk din ma tistax tinkiseb, għat-test tat-tip I f’veloċità ta’ 50 % tal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura. |
3 |
L-istess bħal għall-kondizzjoni 2, immultiplikata b’fattur ta’ 1,7 |
4.1.3. Għall-kondizzjonijiet kollha tat-tħaddim elenkati fil-punt 4.1.2., għandu jiġi ċċekkjat il-funzjonament affidabbli tas-sistema ta’ ventilazzjoni tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank.
4.1.4. Il-metodu ta’ verifikazzjoni tas-sistema ta’ ventilazzjoni tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank
4.1.4.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif instabu. |
4.1.4.2. |
Il-pressjoni fil-kaxxa tal-krank għandha titkejjel f’post xieraq. Hija għandha tiġi mkejla fit-toqba tad-dip-stick b’manometru ta’ tubu inklinat. |
4.1.4.3. |
Il-vettura għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, f’kull kondizzjoni ta’ kejl definita fil-punt 4.1.2. hawn fuq, il-pressjoni mkejla fil-kaxxa tal-krank ma taqbiżx il-pressjoni atmosferika prevalenti fil-ħin tal-kejl. |
4.1.5. Għat-test bil-metodu deskritt fil-punti 4.1.4.1. sa 4.1.4.3., il-pressjoni fil-manifold tad-dħul għandha titkejjel fi ħdan ± 1 kPa.
4.1.6. Il-veloċità tal-vettura kif indikata fid-dinamometru għandha titkejjel fi ħdan ± 2 km/h.
4.1.7. Il-pressjoni fil-kaxxa tal-krank u l-pressjoni ambjentali għandhom jiġu mkejla fi ħdan ± 0.1 kPa u l-kampjuni tagħhom għandhom jittieħdu bi frekwenza ≥ 1 Hz f’perjodu ta’ żmien ta’ ≥ 60 s meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 4.1.2. jitħaddmu u jiġu stabbilizzati kontinwament.
4.2. Jekk, f’waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet tal-kejl imsemmija fil-punt 4.1.2., l-ogħla valur ta’ pressjoni mkejjel fil-kaxxa tal-krank fil-perjodu ta’ żmien stipulat fil-punt 4.1.7. jaqbeż il-pressjoni atmosferika, għandu jitwettaq test addizzjonali kif definit fil-punt 4.2.1. jew 4.2.3. (skont l-għażla tal-manifattur) għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni.
4.2.1. Metodu addizzjonali tat-test tat-tip III (Nru. 1)
4.2.1.1. |
L-aperturi tal-magna għandhom jitħallew kif instabu. |
4.2.1.2. |
Għandha titwaħħal borża flessibbli li ma tħallix il-gassijiet tal-kaxxa tal-krank jgħaddu minnha u li tesa’ madwar ħames litri mat-toqba tad-dipstick. Il-borża għandha tkun vojta qabel kull kejl. |
4.2.1.3. |
Il-borża għandha tingħalaq qabel kull kejl. Hija għandha tinfetaħ għall-kaxxa tal-krank għal ħames minuti għal kull kondizzjoni ta’ kejl kif preskritt fil-punt 4.1.2. |
4.2.1.4. |
Il-vettura għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk, f’kull kondizzjoni ta’ kejl definita fil-punti 4.1.2. u 4.2.1.3., ma jkun hemm ebda nefħa viżibbli tal-borża. |
4.2.2. Jekk it-tqassim strutturali tal-magna huwa tali li t-test ma jistax isir bil-metodi deskritti fil-punt 4.2.1., il-kejl għandu jsir b’dak il-metodu mmodifikat kif ġej:
4.2.2.1. |
Qabel it-test, għandhom jingħalqu l-aperturi kollha barra dawk meħtieġa għall-irkuprar tal-gassijiet; |
4.2.2.2. |
Il-borża għandha titqiegħed f’post adattat tat-tluq li ma jdaħħal ebda telf addizzjonali ta’ pressjoni u għandha titwaħħal fuq iċ-ċirkwit tar-riċiklaġġ tal-apparat direttament fl-apertura mqabbda mal-magna. |
4.2.2.3. |
Figura 3-1 Diversi arranġamenti tal-ittestjar għall-metodu Nru 1 tat-test tat-tip III Test ta 'immaġni |
4.2.3. Metodu addizzjonali alternattiv (Nru. 2) tat-test tat-tip III
4.2.3.1. |
Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistema ta’ ventilazzjoni tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank tal-magna ma tnixxix billi jwettaq kontroll tat-tnixxija b’arja kkompressata li tinduċi pressjoni eċċessiva fis-sistema ta’ ventilazzjoni tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank. |
4.2.3.2. |
Il-magna tal-vettura għandha tiġi installata fuq rig tat-test u l-manifolds tad-dħul u tal-egżost jistgħu jitneħħew u jinbidlu minn plaggs li jissiġillaw b’mod ermetiku d-dħul tal-arja u l-ftuħ tal-evakwazzjoni tal-egżost tal-magna. B’mod alternattiv, is-sistemi tad-dħul u tal-egżost jistgħu jiġu pplaggjati fuq vettura tat-test rappreżentattiva f’postijiet magħżula mill-manifattur u għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku u tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
4.2.3.3. |
Il-krankxaft tista’ tiddawwar sabiex tottimizza l-pożizzjoni tal-pistuni, filwaqt li tnaqqas it-telf tal-pressjoni għall-kompartiment(i) tal-kombustjoni. |
4.2.3.4. |
Il-pressjoni fis-sistema tal-kaxxa tal-krank għandha titkejjel f’post addattat għajr il-ftuħ għas-sistema tal-kaxxa tal-krank li tintuża sabiex toħloq pressjoni fil-kaxxa tal-krank. Meta jkunu preżenti, l-għatu tal-oil fill, id-drejnplagg, il-level check port u l-għatu tad-dipstick jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jiffaċilitaw il-pressjonizzazzjoni u l-kejl tal-pressjoni; madankollu, is-siġilli kollha bejn l-iscrew-thread, il-gaskets, l-O-rings u siġilli oħrajn (tal-pressjoni) tal-magna għandhom jibqgħu intatti u jirrappreżentaw it-tip ta’ magna. It-temperatura ambjentali u l-pressjoni għandhom jibqgħu kostanti matul it-test. |
4.2.3.5. |
Is-sistema tal-kaxxa tal-krank għandha timtela bil-pressjoni ta’ arja kkompressata sal-pressjoni massima rreġistrata fil-quċċata kif immonitorjata matul it-tliet kondizzjonijiet tat-test speċifikati fil-punt 4.1.2. u mill-inqas fi pressjoni ta’ 5 kPa fuq il-pressjoni ambjentali jew fi pressjoni ogħla skont l-għażla tal-manifattur. Il-pressjoni minima ta’ 5 kPa għandha tkun permessa biss jekk ikun jista’ jintwera permezz ta’ kalibrazzjoni traċċabbli li t-tagħmir tat-test għandu riżoluzzjoni preċiża għall-ittestjar f’dik il-pressjoni. Altrimenti, għandha tintuża pressjoni ogħla għall-ittestjar, skont ir-riżoluzzjoni kkalibrata tat-tagħmir. |
4.2.3.5. |
Is-sors tal-arja kkompressata li jinduċi l-pressjoni eċċessiva għandu jingħalaq u l-pressjoni fil-kaxxa tal-krank għandha tiġi mmonitorjata għal 300 sekonda. Il-kondizzjoni tat-test għandha tkun: il-pressjoni tal-kaxxa tal-krank ≥ 0.95 darba mill-pressjoni eċċessiva inizjali għal 300 sekonda wara l-għeluq tas-sors tal-arja kkompressata. |
ANNESS V
Rekwiżiti tat-test tat-tip IV: Emissjonijiet evaporattivi
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-appendiċi |
Paġna |
1 |
Il-proċedura tat-test tal-permeabbiltà tat-tank tal-fjuwil |
168 |
2 |
Il-proċedura tat-test tal-permeabbiltà tas-sistema għall-kunsinna u l-ħażna tal-fjuwil |
169 |
3 |
Il-proċedura tat-test f'Kompartiment Siġillat għad-Determinazzjoni tal-Evaporazzjoni (SHED) |
174 |
3.1. |
Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjonament għal applikazzjoni ibrida qabel il-bidu tat-test SHED |
181 |
3.2. |
Il-proċedura tat-test tat-tiqdim għall-apparati li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi |
183 |
4 |
Il-kalibrazzjoni tat-tagħmir għall-ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi |
185 |
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura tat-test tat-tip IV kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
1.2. |
L-Appendiċi 1 jiddeskrivi l-proċedura tat-test tal-permeabbiltà ta' materjali mhux metalliċi tat-tank tal-fjuwil u għandu jintuża wkoll bħala ċiklu tat-test ta' prekondizzjonament għall-ittestjar tal-ħżin tal-fjuwil imsemmi fin-Numru C8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) nru 168/2013 |
1.3. |
L-Appendiċi 2 u 3 jiddeskrivu metodi għad-determinazzjoni tat-telf tal-idrokarburi permezz ta’ evaporazzjoni mis-sistemi tal-fjuwil ta’ vetturi mgħammra b’għamla ta’ propulsjoni li tuża fjuwil likwidu u volatili. L-Appendiċi 4 jistabbilixxi l-proċedura ta’ kalibrazzjoni għall-apparat li jintuża għat-test tal-emissjonijiet evaporattivi. |
2. Rekwiżiti ġenerali
2.1. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri lis-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li t-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-alimentazzjoni ma jnixxux. |
2.2. |
L-issikkar tas-sistema tal-alimentazzjoni għandu jkun konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II (C8) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
2.3. |
Il-vetturi kollha tas-(sub-)kategoriji L mgħammra b’sistema mhux metallika għall-ħażna tal-fjuwil għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test tal-permeabbiltà stipulata fl-Appendiċi 1. Fuq talba tal-manifattur, it-test tal-permeazzjoni tal-fjuwil stipulat fl-Appendiċi 2 jew it-test SHED stipulat fl-Appendiċi 3 jista’ jissostitwixxi l-parti evaporattiva tat-test tal-permeabbiltà stipulat fl-Appendiċi 1. |
2.4. |
Il-vetturi kollha tas-(sub-)kategoriji L3e, L4e, L5e-A, L6e-A u L7e-A għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test SHED stipulata fl-Appendiċi 3. |
2.5. |
Il-proċedura tat-test tal-permeazzjoni tal-fjuwil stipulata fl-Appendiċi 2 għandha tkun soġġetta għall-valutazzjoni ġenerali fl-istudju dwar l-effett ambjentali msemmi fil-punt 5(b) tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Dan l-istudju għandu jikkonferma jekk il-vetturi tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-B, L7e-B u L7e-C għandhomx jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test tal-permeazzjoni stipulata fl-Appendiċi 2 jew inkella skont il-proċedura tat-test SHED stipulata fl-Appendiċi 3. |
2.6. |
Jekk vettura tas-(sub-)kategoriji L1e-A, L1e-B, L2e, L5e-B, L6e-B, L7e-B u L7e-C tkun soġġetta għal proċedura tat-test SHED stipulata fil-Parti Ċ tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Appendiċi 3, hija għandha tkun eżentata mill-proċedura tat-test tal-permeazzjoni tal-fjuwil stipulata fl-Appendiċi 2 u viċi versa. |
Appendiċi 1
Il-proċedura tat-test tal-permeabbiltà tat-tank tal-fjuwil
1. Kamp ta’ applikazzjoni
1.1. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-vetturi kollha tal-kategorija L mgħammra b’tank tal-fjuwil mhux metalliku intiż għall-ħażna ta’ fjuwil likwidu u volatili, kif applikabbli għall-vetturi mgħammra b’magna b’kombustjoni positive-ignition.
1.2. Il-vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Appendiċi 2 jew 3 jew il-vetturi mgħammra b’magna compression-ignition li tuża fjuwil b’volatilità baxxa għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi biss bħala proċedura ta’ prekondizzjonament għall-ittestjar tat-tank tal-fjuwil kif imsemmi fin-Numru C8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. It-tankijiet tal-fjuwil fuq dawk il-vetturi huma eżentati mir-rekwiżiti evaporattivi stipulati fil-punti 2.1.5, 2.1.6, 2.3. u 2.4.
2. It-test tal-permeabbiltà tat-tank tal-fjuwil
2.1. Il-metodu tat-test
2.1.1. It-temperatura tat-test
It-tank tal-fjuwil għandu jiġi ttestjat f’temperatura ta’ 313.2 ± 2K (40 ± 2 °C).
2.1.2. Il-fjuwil tat-test
Il-fjuwil tat-test li għandu jintuża għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza msemmi fl-Appendiċi 2 tal-Anness II. Jekk din il-proċedura tat-test tintuża biss bħala prekondizzjonament għat-testijiet sussegwenti tat-tank tal-fjuwil imsemmija fin-Numru C8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, jista’ jintuża fjuwil kummerċjali ta’ grad primjum skont l-għażla tal-manifattur u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni.
2.1.3. It-tank jimtela bil-fjuwil tat-test sa 50 % tal-kapaċità nominali totali tiegħu u jitħalla joqgħod fl-arja ambjentali f’temperatura ta’ 313.2 K ± 2 K sakemm ikun hemm telf kostanti tal-piż. Dak il-perjodu għandu jkun twil mill-inqas erba’ ġimgħat (perjodu ta’ qabel il-ħażna). Imbagħad, it-tank għandu jitbattal u jerġa’ jimtela mill-ġdid bil-fjuwil tat-test sa 50 % tal-kapaċità nominali tiegħu.
2.1.4. It-tank għandu jinħażen taħt il-kondizzjonijiet li jistabbilizzaw f’temperatura ta’ 313.2 ± 2 K sakemm il-kontenut tiegħu jkun fit-temperatura tat-test. Imbagħad, it-tank għandu jiġi ssiġillat. Iż-żieda tal-pressjoni fit-tank matul it-test tista’ tiġi kkumpensata.
2.1.5. It-telf tal-piż minħabba diffużjoni għandu jiġi stabbilit matul it-test mifrux fuq tmien ġimgħat. Matul dak it-test, tista’ toħroġ kwantità massima ta’ 20 000 mg, bħala medja, kull 24 siegħa.
2.1.6. Jekk it-telf minħabba diffużjoni jkun akbar, it-telf tal-fjuwil għandu jiġi stabbilit ukoll f’temperatura tat-test ta’ 296.2 K ± 2 K (23 ± 2 °C), bil-kondizzjonijiet l-oħrajn kollha jibqgħu jinżammu (qabel il-ħażna fi 313.2 K ± 2 K). It-telf stabbilit taħt dawk il-kondizzjonijiet ma għandux jaqbeż l-10 000 mg kull 24 siegħa.
2.2. It-tankijiet tal-fjuwil kollha li jgħaddu minn din il-proċedura tat-test bħala prekondizzjonament għall-ittestjar imsemmi fin-Numru C8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jiġu identifikati kif xieraq.
2.3. Ma għandhiex tittieħed medja tar-riżultati tat-test tal-evaporazzjoni tal-permeabbiltà bejn it-tankijiet tal-fjuwil differenti li jiġu ttestjati, iżda minflok għandha tittieħed ir-rata tat-telf minħabba diffużjoni tal-agħar każ li tiġi osservata minn kwalunkwe wieħed minn dawk it-tankijiet tal-fjuwil u tiġi mqabbla mar-rata massima tat-telf permess kif stipulat fil-punt 2.1.5 u, jekk applikabbli, fil-punt 2.1.6.
2.4. Test tal-permeabbiltà tat-tank tal-fjuwil imwettaq b’kumpens tal-pressjoni interna
Jekk it-test tal-permeabbiltà tat-tank tal-fjuwil jitwettaq b’kumpens tal-pressjoni interna, li għandu jiġi nnotat fir-rapport tat-test, it-telf tal-fjuwil li jirriżulta mill-kumpens tal-pressjoni għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni meta jiġi kkalkolat it-telf minħabba diffużjoni.
Appendiċi 2
Il-proċedura tat-test tal-permeazzjoni tas-sistema għall-kunsinna u l-ħażna tal-fjuwil
1 Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-limiti tat-test
1.1. Il-permeazzjoni tas-sistema tal-fjuwil għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura tat-test stipulata fil-punt 2 mid-data tal-ewwel applikazzjoni stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Dan ir-rekwiżit bażiku għandu japplika għall-vetturi kollha tal-kategorija L mgħammra b’tank tal-fjuwil għall-ħażna ta’ fjuwil likwidu u b’volatilità għolja, kif applikabbli għal vettura mgħammra b’magna b’kombustjoni positive-ignition, skont il-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u sakemm joħorġu r-riżultati tal-istudju dwar l-effett ambjentali stipulat fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
1.2. Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi, il-komponenti minimi tas-sistema tal-alimentazzjoni li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Appendiċi jikkonsistu f’tank għall-ħażna tal-fjuwil u sub-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil. Komponenti oħrajn li jifformaw parti mis-sistema għall-kunsinna tal-fjuwil, mis-sistema li tkejjel il-fjuwil u mis-sistema ta’ kontroll mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi.
2. Deskrizzjoni tat-test tal-permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil
2.1 Kejjel l-emissjonijiet tal-permeazzjoni billi tiżen tank tal-fjuwil issiġillat qabel u wara immersjoni b’temperatura kkontrollata skont il-flow charts li ġejjin:
Figura Ap2-1
Testijiet qosra u sħaħ ta’ permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil
2.2. It-tankijiet tal-metall huma eżentati mit-testijiet tad-durabbiltà.
3. Prekondizzjonament b'immersjoni tal-fjuwil għat-test tal-permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil
Għall-prekondizzjonament tat-tank tal-fjuwil fit-test ta’ permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil, għandhom jiġu segwiti l-ħames passi li ġejjin:
3.1. It-tank għandu jimtela bil-fjuwil ta’ referenza speċifikat fl-Appendiċi 2 għall-Anness II u mbagħad jiġi ssiġillat. It-tank mimli għandu jiġi suġġett għal immersjoni f’temperatura ambjentali ta’ 301.2 ± 5 K (28 ± 5 °C) għal 20 ġimgħa jew f’temperatura ta’ 316.2 ± 5 K (43 ± 5 °C) għal għaxar ġimgħat. B’mod alternattiv, jista’ jintuża perjodu ta’ żmien iqsar f’temperatura ogħla bħala żmien tal-immersjoni jekk il-manifattur ikun jista’ juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li r-rata ta’ permeazzjoni tal-idrokarburi ġiet stabbilizzata.
3.2. L-erja tas-superfiċje interna tat-tank tal-fjuwil għandha tiġi stabbilita f’metri kwadri bi preċiżjoni għal mill-inqas tliet figuri sinjifikanti. Il-manifattur jista’ juża estimi inqas preċiżi tal-erja tas-superfiċje jekk jiġi assigurat li l-erja tas-superfiċje mhijiex kbira żżejjed.
3.3. It-tank tal-fjuwil għandu jimtela bil-fjuwil ta’ referenza sal-kapaċità nominali tiegħu.
3.4. It-tank u l-fjuwil għandhom jiġu ekwilibrijati sa 301.2 ± 5 K (28 ± 5 °C) jew 316.2 ± 5 K (43 ± 5 °C) fil-każ tat-test qasir alternattiv.
3.5. It-tank tal-fjuwil għandu jiġi ssiġillat bl-użu ta’ tappijiet tal-fjuwil u fittings oħrajn (minbarra petcocks) li jistgħu jintużaw sabiex jissiġillaw il-fetħiet f’tank tal-fjuwil tal-produzzjoni. Fil-każijiet fejn mhuwiex normali li l-fetħiet jiġu ssiġillati fuq it-tank tal-fjuwil (bħal fittings li jitqabbdu mal-pajpijiet u l-ventijiet fit-tappijiet tal-fjuwil), dawn il-fetħiet jistgħu jiġu ssiġillati bl-użu ta’ fittings mhux permeabbli, bħal plaggijiet tal-metall jew tal-fluoropolymer.
4. Il-proċedura tat-test tal-permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil
Għat-twettiq tat-test, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin għal tank prekondizzjonat kif speċifikat fil-punt 3.
4.1. Iżen it-tank tal-fjuwil issiġillat u rreġistra l-piż f’mg. Dan il-kejl għandu jittieħed fi żmien tmien sigħat minn xħin jimtela t-tank bil-fjuwil tat-test.
4.2. It-tank għandu jitqiegħed f’kamra jew post magħluq bit-temperatura kkontrollata.
4.3. Il-kamra jew il-post magħluq fejn isir it-test għandha/għandu tingħalaq/jingħalaq u tiġi/jiġi ssiġillat(a) u jiġi rreġistrat il-ħin tat-test.
4.4. It-temperatura fil-kamra jew fil-post magħluq fejn isir it-test għandha tinżamm kontinwament fi 301.2 ± 2 K (28 ± 5 °C) għal 14-il jum. Din it-temperatura għandha tiġi mmonitorjata u rreġistrata kontinwament.
5. Il-kalkolazzjoni tar-riżultat tat-test tal-permeazzjoni tat-tank tal-fjuwil
5.1. Fi tmiem il-perjodu tal-immersjoni, għandu jiġi rreġistrat il-piż espress f’mg tat-tank tal-fjuwil issiġillat. Sakemm l-istess fjuwil ma jintużax fil-prekondizzjonament b'immersjoni tal-fjuwil u fit-test tal-permeazzjoni, il-kejl tal-piż għandu jiġi rreġistrat fuq ħamest ijiem separati fil-ġimgħa tal-ittestjar. It-test jitqies bħala null jekk plott lineari ta’ piż tat-tank vs. il-jiem tat-test għall-perjodu sħiħ tal-immersjoni għat-testijiet tal-permeazzjoni jipproduċi koeffiċjent ta’ korrelazzjoni b’rigressjoni lineari r2 < 0.8.
5.2. Il-piż tat-tank tal-fjuwil mimli fi tmiem it-test għandu jitnaqqas mill-piż tat-tank tal-fjuwil mimli fil-bidu tat-test.
5.3. Id-differenza fil-piż għandha tiġi diviża bl-erja tas-superfiċje interna tat-tank tal-fjuwil.
5.4. Ir-riżultat tal-kalkolu skont il-punt 5.3., espress f’mg/m2, għandu jiġi diviż bin-numru ta’ jiem tat-test sabiex tiġi kkalkolata r-rata tal-emissjonijiet f’mg/m2/jum u mbagħad jiġi mqarreb għall-istess numru ta’ postijiet deċimali bħall-istandard tal-emissjonijiet stipulat fil-Parti C2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
5.5. Fil-każijiet fejn ir-rati ta’ permeazzjoni matul perjodu tal-immersjoni ta’ 14-il jum ikunu tali li l-manifattur iqis li dak il-perjodu mhuwiex twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jitkejlu l-bidliet sinjifikanti fil-piż, il-perjodu jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ 14-il jum addizzjonali. F’dan il-każ, il-passi tat-test stipulati fil-punti 4.5 sa 4.8 għandhom jiġu mtennija sabiex tiġi stabbilita l-bidla fil-piż għall-perjodu sħiħ ta’ 28 jum.
5.6. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ deterjorazzjoni fl-applikazzjoni tal-proċedura sħiħa tat-test tal-permeazzjoni
Il-fattur ta’ deterjorazzjoni (DF) għandu jiġi ddeterminat b'waħda mill-alternattivi li ġejjin skont l-għażla tal-manifattur:
5.6.1. |
il-proporzjon bejn il-permeazzjoni finali u t-testijiet tal-linja bażi; |
5.6.2. |
id-DF fiss għall-idrokarburi totali stipulati fil-Parti B tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
5.7. Id-determinazzjoni tar-riżultati tat-test finali tal-permeazzjoni tat-tank
5.7.1. Il-proċedura sħiħa tat-test
Sabiex jiġi ddeterminat ir-riżultat tat-test tal-permeazzjoni, il-fattur ta’ deterjorazzjoni stabbilit fil-punt 5.6. għandu jiġi mmultiplikat bir-riżultat imkejjel mit-test tal-permeazzjoni stabbilit fil-punt 5.4. Il-prodott tal-multiplikazzjoni ma għandux ikun akbar mil-limitu applikabbli tat-test tal-permeazzjoni stipulat fil-Parti C2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
5.7.2. Il-proċedura aċċellerata (qasira) tat-test
Ir-riżultat imkejjel mit-test tal-permeazzjoni stabbilit fil-punt 5.4. ma għandux ikun akbar mil-limitu applikabbli tat-test tal-permeazzjoni stipulat fil-Parti C2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
6. L-ittestjar tad-durabbiltà tat-tank tal-fjuwil
6.1. Għandha ssir dimostrazzjoni separata tad-durabbiltà għal kull taħlita sostanzjalment differenti ta’ approċċi ta’ trattament u materjali tat-tank mhux tal-metall billi jittieħdu l-passi li ġejjin:
6.1.1. Test ċikliku tal-pressjoni
Għandu jitwettaq test tal-pressjoni billi t-tank jiġi ssiġillat u ċiklat fi pressjoni assoluta ta’ bejn 115.1 kPa (+2.0 psig) u 97.9 kPa (-0.5 psig) u lura fi pressjoni assoluta ta’ 115.1 kPa (+2.0 psig) għal 10 000 ċiklu b’rata ta’ 60 sekonda għal kull ċiklu.
6.1.2. Espożizzjoni għall-UV
Għandu jitwettaq test ta’ espożizzjoni għad-dawl tax-xemx billi t-tank tal-fjuwil jiġi espost għal dawk ultravjola ta’ mill-inqas 24 W/m2 (0.40 W-hr/m2/min) fuq is-superfiċje tat-tank għal mill-inqas 450 siegħa. B’mod alternattiv, it-tank tal-fjuwil mhux tal-metall jista’ jiġi espost għad-dawl dirett u naturali tax-xemx għal perjodu ta’ żmien ekwivalenti, diment li jiġi żgurat li dan ikun espost għal mill-inqas 450 siegħa ta’ dawl tax-xemx.
6.1.3. Ittestjar tal-moviment tal-likwidu fit-tank tal-fjuwil
Test tal-moviment tal-likwidu fit-tank tal-fjuwil (hekk imsejjaħ ‘slosh test’) isir billi t-tank tal-fjuwil mhux tal-metall jimtela sa 40 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-fjuwil ta’ referenza msemmi fl-Appendiċi 2 għall-Anness II jew bi fjuwil kummerċjali ta’ grad primjum skont l-għażla tal-manifattur u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. Waqt l-assemblaġġ tat-tank tal-fjuwil, il-bandla għandha tiġi mbandla b’rata ta’ 15-il ċiklu fil-minuta sakemm jintlaħqu total ta’ miljun ċiklu. Għandu jintuża angolu b’devjazzjoni ta’ +15° sa -15° mil-livell, filwaqt li t-test tal-moviment tal-likwidu fit-tank tal-fjuwil għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ 301.2 ± 5 K (28 ± 5 °C).
6.2. Ir-riżultati finali tat-test tad-durabbiltà tat-tank tal-fjuwil
Wara li jsir it-test tad-durabbiltà, it-tank tal-fjuwil għandu jiġi suġġett għal immersjoni skont ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3 sabiex jiġi żgurat li r-rata tal-permeazzjoni tkun stabbli. Il-perjodu tal-ittestjar tal-moviment tal-likwidu fit-tank tal-fjuwil u l-perjodu tal-ittestjar tal-ultravjola jistgħu jitqiesu bħala parti minn dan il-proċess ta’ immersjoni, diment li l-immersjoni tibda immedjatament wara t-test tal-moviment tal-likwidu fit-tank tal-fjuwil. Sabiex tiġi ddeterminata r-rata tal-permeazzjoni finali, it-tank tal-fjuwil għandu jitbattal u mbagħad jimtela mill-ġdid bi fjuwil tat-test frisk kif stabbilit fl-Appendiċi 2 għall-Anness II. It-test tal-permeazzjoni stipulat fil-punt 4 għandu jiġi mtenni immedjatament wara dan il-perjodu tal-immersjoni. Għal dan it-test tal-permeazzjoni għandu jintuża l-istess fjuwil tat-test bħal dak użat għat-test tal-permeazzjoni mwettaq qabel it-test tad-durabbiltà. Ir-riżultati finali tat-test għandhom jiġu kkalkolati skont il-punt 5.
6.3. Il-manifattur jista’ jitlob li jiġi eskluż kwalunkwe wieħed mit-testijiet tad-durabbiltà jekk ikun jista’ jintwera b’mod ċar lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li dan ma jaffettwax l-emissjonijiet mit-tank tal-fjuwil.
6.4. It-tul tal-‘immersjoni’ matul it-test tad-durabbiltà jista’ jiġi inkluż fil-perjodu tal-immersjoni tal-fjuwil diment li l-fjuwil jibqa’ fit-tank. Il-perjodi tal-immersjoni jistgħu jitqassru għal għaxar ġimgħat jekk it-testijiet isiru f’temperatura ta’ 316.2 ± 5 K (43 ± 5 °C).
7. Ir-rekwiżiti tat-test tal-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil
7.1. Il-proċedura tat-test fiżiku għall-permeazzjoni tal-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil
Il-manifattur għandu jwettaq test tal-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil, inklużi l-hose clamps tal-fjuwil u l-materjal li miegħu huma mqabbdin il-linji tal-fjuwil fuq iż-żewġ naħat, billi jitwettaq test fiżiku skont waħda minn dawn il-proċeduri tat-test li ġejjin:
(a) |
skont ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 6.2 sa 6.4. Il-materjal tal-pajp li miegħu huma mqabbdin il-linji tal-fjuwil fuq iż-żewġ naħat tal-linja tal-fjuwil għandu jiġi pplaggjat mal-materjal impermeabbli. Il-kelmiet ‘tank tal-fjuwil’ fil-punti 6.2 sa 6.4 għandhom jinbidlu bil-kelmiet ‘assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil’. Il-hose clamps tal-fjuwil għandhom jiġu ssikkati bit-torque speċifikat għall-produzzjoni tas-serje; |
(b) |
il-manifattur jista’ juża proċedura ta’ test proprjetarju jekk ikun jista’ jintwera lill-awtorità tal-approvazzjoni li dan it-test huwa sever daqs il-metodu tat-test (a). |
7.2. Il-limiti tat-test għall-permeazzjoni tal-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil fil-każ ta’ test fiżiku
Il-limiti tat-test għat-tubi tal-fjuwil fil-Parti C2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jiġu ssodisfati meta jitwettqu l-proċeduri tat-test stipulati fil-punt 7.1.
7.3. Mhuwiex meħtieġ li jsir test fiżiku għall-permeazzjoni tal-assemblaġġ tal-linja tal-fjuwil jekk:
(a) |
il-linji tal-fjuwil jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-permeazzjoni R11–A jew R12 f’SAE J30, jew |
(b) |
il-linji mhux metalliċi tal-fjuwil jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kategorija 1 għall-permeazzjoni f’SAE J2260, u |
(c) |
il-manifattur jista’ juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-konnessjonijiet bejn it-tank tal-fjuwil u komponenti oħrajn tas-sistema tal-fjuwil ma jnixxux grazzi għal disinn robust. |
Jekk il-pajpijiet tal-fjuwil imwaħħlin fuq il-vettura jissodisfaw it-tliet speċifikazzjonijiet kollha, ir-rekwiżiti dwar il-limiti tat-test tat-tubi tal-fjuwil fil-Parti C2 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati.
Appendiċi 3
Il-proċedura tat-test f'Kompartiment Siġillat għad-Determinazzjoni tal-Evaporazzjoni (SHED)
1. Kamp ta’ applikazzjoni
1.1. |
Mid-data tal-applikazzjoni stipulata fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, l-emissjonijiet evaporattivi tal-vetturi tas-sub-kategoriji L3e, L4e (il-bażi biss tal-vettura oriġinali tas-sub-kategorija L3e tal-mutur bis-side-car), L5e-A, L6e-A u L7e-A għandhom jiġu ttestjati fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip għall-prestazzjoni ambjentali skont il-proċedura li ġejja tat-test SHED. |
2. Deskrizzjoni tat-test SHED
It-test SHED tal-emissjonijiet evaporattivi (Figura Ap3-1) jikkonsisti f’fażi ta’ kondizzjonament u fażi ta’ test, kif ġej:
(a) |
il-fażi tal-kondizzjonament:
|
(b) |
il-fażi tat-test:
|
L-emissjonijiet totali tal-idrokarburi mill-fażijiet tat-telf minħabba evaporazzjoni mit-tank u mill-fażijiet tat-telf f'immersjoni sħuna jiġu miżjuda flimkien sabiex jipprovdu riżultat globali għat-test.
Figura Ap3-1
Flow chart – it-test SHED tal-emissjonijiet evaporattivi
3. Il-vetturi tat-test u r-rekwiżit tal-fjuwil tat-test
3.1. Il-vetturi tat-test
It-test SHED għandu jitwettaq skont l-għażla tal-manifattur b’vettura tat-test ‘degreened’ waħda jew aktar mgħammra b’:
3.1.1. |
apparati ‘degreened’ għall-kontroll tal-emissjonijiet; għandu jiżdied fattur ta’ deterjorazzjoni fissa ta’ 0,3 g/test mar-riżultat tat-test SHED. |
3.1.2. |
apparati li għaddew minn proċess ta’ tiqdim għall-kontroll ta’ emissjonijiet evaporattivi; għandha tapplika l-proċedura tat-test ta’ tiqdim stabbilita fis-sub-Appendiċi 3.2. |
3.2. Il-vetturi tat-test
Il-vettura tat-test ‘degreened’, li għandha tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali li għandha tiġi approvata, għandha tkun f’kondizzjoni mekkanika tajba u, qabel it-test tal-emissjonijiet evaporattivi, ikun sarilha running-in u nstaqet għal mill-inqas 1 000 km wara l-ewwel startjar fuq il-linja tal-produzzjoni. Is-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet evaporattivi għandha tkun imqabbda u tkun ilha taħdem sewwa tul dan il-perjodu, filwaqt li l-kaxxetta tal-karbonju u l-valv li jikkontrolla l-emissjonijiet evaporattivi għandhom ikunu sottoposti għall-użu normali, bla ma xi wieħed minnhom ikun tnaddaf jew ġie mgħobbi b’mod mhux normali.
3.3. Il-fjuwil tat-test
Għandu jintuża l-fjuwil tat-test addattat, kif definit fl-Appendiċi 2 għall-Anness II.
4. Id-dinamometru tax-xażi u l-ispazju magħluq għall-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi
4.1. Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi 3 tal-Anness II.
4.2. L-ispazju magħluq għall-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi (it-test SHED)
L-ispazju magħluq għall-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi għandu jkun kompartiment tal-kejl f’forma ta’ rettangolu li ma jnixxix gass minnu u li kapaċi jżomm fih il-vettura li tkun sejra tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli minn kull naħa meta tkun ġewwa, filwaqt li ma għandux inixxi gass mill-ispazju magħluq meta dan ikun issiġillat. Is-superfiċje interna tal-ispazju magħluq għandu jkun tali li ma jgħaddux idrokarburi minnu. Mill-inqas wieħed mill-uċuħ għandu jinkorpora fih materjal impermeabbli flessibbli jew xi apparat ieħor li jippermetti l-ekwilibriju tal-bidliet fil-pressjoni li jirriżultaw minn bidliet żgħar fit-temperatura. Id-disinn tal-ħajt għandu jkun tali li jgħin sabiex is-sħana tinfirex sewwa.
4.3. Sistemi analitiċi
4.3.1. Analizzatur tal-idrokarburi
4.3.1.1. |
L-atmosfera fil-kompartiment tiġi mmonitorjata permezz ta’ ditekter tal-idrokarburi tat-tip ta’ ditekter tal-jonizzazzjoni bil-fjamma (FID). Għandu jittieħed kampjun tal-gass mill-punt tan-nofs ta’ naħa ta’ ħajt wieħed jew tas-saqaf tal-kamra u kull fluss bypass għandu jkun jintbagħat lura fl-ispazju magħluq, preferibbilment f’punt immedjatament ’l isfel mill-fan li jħallat. |
4.3.1.2. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkollu ħin ta’ rispons ta’ 90 % ta’ qari finali ta’ inqas minn 1,5 sekondi. L-istabbiltà tiegħu għandha tkun aħjar minn 2% ta’ skala sħiħa f’żero u f’80 ± 20 % ta’ skala sħiħa matul perjodu ta’ 15-il minuta għall-meded operattivi kollha. |
4.3.1.3. |
Ir-repetibbiltà tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard għandha tkun aħjar minn 1 % ta’ diflezzjoni sħiħa fuq l-iskala kollha f’żero u f’80 ± 20 % ta’ skala sħiħa fuq il-meded kollha użati. |
4.3.1.4. |
Għandhom jintgħażlu l-meded operattivi kollha tal-analizzatur sabiex jagħtu l-aħjar riżoluzzjoni fuq il-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrazzjoni u tal-kontroll tat-tnixxijiet. |
4.3.2. Is-sistema ta’ reġistrazzjoni tad-dejta dwar l-analizzatur tal-idrokarburi
4.3.2.1. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jiġi mgħammar b’apparat li jirreġistra sinjal elettriku permezz ta’ strip chart recorder jew b’sistema oħra li tipproċessa d-dejta bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema ta’ reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi mill-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi rreġistrat u għandha tipprovdi rekord permanenti tar-riżultati. Ir-rekord għandu juri indikazzjoni pożittiva tal-bidu u t-tmiem tal-proċess ta’ tisħin tat-tank tal-fjuwil u tal-perjodi tal-immersjoni sħuna, flimkien mal-ħin li jkun għadda bejn il-bidu u t-tlestija ta’ kull test. |
4.4. It-tisħin tat-tank tal-fjuwil
4.4.1. Is-sistema tat-tisħin tat-tank tal-fjuwil għandha tikkonsisti f’żewġ sorsi ta’ sħana separati b’żewġ kontrolluri tat-temperatura. Tipikament, is-sorsi tas-sħana għandhom ikunu strixxi ta’ tisħin elettriku, iżda jistgħu jintużaw sorsi oħrajn fuq talba tal-manifattur. Il-kontrolluri tat-temperatura jistgħu jkunu manwali, bħal transformers varjabbli, jew inkella awtomatizzati. Billi l-fwar u t-temperatura tal-fjuwil għandhom jiġu kkontrollati separatament, huwa rrakkomandat li jintuża kontrollur awtomatiku għall-fjuwil. Is-sistema tat-tisħin ma għandhiex tikkawża hot-spots fuq is-superfiċje mxarrba tat-tank li jistgħu jwasslu għal tisħin eċċessiv lokali tal-fjuwil. L-istrixxi tat-tisħin għall-fjuwil għandhom jitpoġġew kemm jista’ jkun fil-baxx tat-tank tal-fjuwil u għandhom ikopru mill-inqas 10 % tas-superfiċje mxarrba. Il-linja taċ-ċentru tal-istrixxi tat-tisħin għandha tkun taħt it-30 % tal-fond tal-fjuwil, kif imkejjel mill-qiegħ tat-tank tal-fjuwil, u bejn wieħed u ieħor f’livell parallel għal-livell tal-fjuwil fit-tank. Il-linja taċ-ċentru tal-istrixxi għat-tisħin tal-fwar, jekk jintużaw, għandha tkun bejn wieħed u ieħor fl-għoli taċ-ċentru tal-volum tal-fwar. Il-kontrolluri tat-temperatura għandhom ikunu kapaċi jikkontrollaw it-temperaturi tal-fjuwil u tal-fwar b’mod li jissodisfaw il-funzjoni tat-tisħin deskritta fil-punt 5.3.1.6.
4.4.2. Bis-sensuri tat-temperatura ppożizzjonati kif deskritt fil-punt 4.5.2., l-apparat għat-tisħin tal-fjuwil għandu jagħmilha possibbli li l-fjuwil u l-fwar tal-fjuwil fit-tank jissaħħnu indaqs skont il-funzjoni tat-tisħin deskritta fil-punt 5.3.1.6. Is-sistema tat-tisħin għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperaturi tal-fjuwil u tal-fwar għal ± 1,7 K tat-temperatura meħtieġa matul il-proċess ta’ tisħin tat-tank.
4.4.3. Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-punt 4.4.2., jekk manifattur ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżit tat-tisħin speċifikat, pereżempju minħabba l-użu ta’ tankijiet tal-fjuwil magħmula minn plastik oħxon, allura għandha tintuża l-eqreb inklinazzjoni tas-sħana alternattiva possibbli. Qabel il-bidu ta’ kwalunkwe test, il-manifattur għandu jissottometti dejta inġineristika lis-servizz tekniku bil-għan li jappoġġja l-użu ta’ inklinazzjoni tas-sħana alternattiva.
4.5. Ir-reġistrazzjoni tat-temperatura
4.5.1. It-temperatura fil-kompartiment tiġi rreġistrata f’żewġ punti permezz ta’ sensuri tat-temperatura li jitqabbdu sabiex juru valur medju. Il-punti tal-kejl jiġu estiżi madwar 0,1 m fl-ispazju magħluq mil-linja tan-nofs vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ± 0,2 m.
4.5.2. It-temperaturi tal-fjuwil u tal-fwar tal-fjuwil għandhom jiġu rreġistrati permezz ta’ sensuri li jitpoġġew fit-tank tal-fjuwil kif deskritt fil-punt 5.1.1. Meta s-sensuri ma jkunux jistgħu jitpoġġew kif speċifikat fil-punt 5.1.1, pereżempju meta jintuża tank tal-fjuwil b’żewġ kompartimenti apparentement separati, is-sensuri għandhom jitpoġġew fil-volum bejn wieħed u ieħor ċentrali ta’ kull kompartiment li jkun fih il-fjuwil jew il-fwar. F’dan il-każ, il-medja tal-qari ta’ dawn it-temperaturi għandha tikkostitwixxi t-temperaturi tal-fjuwil u tal-fwar.
4.5.3. Matul il-kejl tal-emissjonijiet evaporattivi, it-temperaturi għandhom jiġu rreġistrati jew imdaħħla f’sistema ta’ pproċessar tad-dejta bi frekwenza ta’ mill-inqas darba fil-minuta.
4.5.4. Il-preċiżjoni tas-sistema tar-reġistrazzjoni tat-temperatura għandha tkun fi ħdan ± 1,7 K u kapaċi tirrisolvi t-temperaturi sa 0,5 K.
4.5.5. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew tal-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi tirrisolvi l-ħin sa ± 15-il sekonda.
4.6. Il-fannijiet
4.6.1. Għandu jkun possibbli li l-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fil-kompartiment titnaqqas għal-livell tal-idrokarburi ambjentali permezz tal-użu ta’ fann jew blower wieħed jew aktar bil-bibien tax-SHED miftuħa.
4.6.2. Il-kompartiment għandu jkollu fann jew blower wieħed jew aktar bl-istess kapaċità ta’ 0,1 sa 0,5 m3/s, li permezz tagħhom tkun tista’ titħallat sewwa l-atmosfera fl-ispazju magħluq. Għandu jkun possibbli li jinkisbu temperatura u konċentrazzjoni uniformi ta’ idrokarburi fil-kompartiment matul il-kejl. Il-vettura fl-ispazju magħluq ma għandhiex tiġi sottoposta għal fluss dirett ta’ arja mill-fannijiet jew mill-blowers.
4.7. Il-gassijiet
4.7.1. Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-kalibrazzjoni u t-tħaddim:
(a) |
arja sintetika purifikata (purità: < 1 ppm C1 ekwivalenti < 1 ppm CO, < 400 ppm CO2, 0,1 ppm NO); kontenut ta’ ossiġenu bejn 18 u 21 % skont il-volum; |
(b) |
gass tal-fjuwil użat mill-analizzatur tal-idrokarburi (40 ± 2 % idroġenu u l-bilanċ tal-elju b’inqas minn 1 ppm C1 ta’ idrokarbur ekwivalenti, inqas minn 400 ppm CO2); |
(c) |
propan (C3H8), purità minima ta’ 99,5 %. |
4.7.2. Għandhom ikunu disponibbli gassijiet ta’ kalibrazzjoni u gassijiet span li jkun fihom taħlitiet ta’ propan (C3H8) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet veri ta’ gass ta’ kalibrazzjoni għandhom ikun fil-medda ta’ ± 2 % tal-figuri mogħtija. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti miksuba waqt l-użu ta’ apparat li jiddividi l-gass għandha tkun sa ± 2 % tal-valur veru. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ apparat li jiddividi l-gass bl-użu ta’ arja sintetika bħala l-gass li jiddilwixxi.
4.8. Tagħmir addizzjonali
4.8.1. L-umdità relattiva fiż-żona tat-test għandha tkun tista’ titkejjel sa ± 5 %.
4.8.2. Il-pressjoni fiż-żona tat-test għandha tkun tista’ titkejjel sa ± 0,1 kPa.
4.9 Tagħmir alternattiv
4.9.1 Fuq talba tal-manifattur u bil-kunsens tal-awtorità tal-approvazzjoni, is-servizz tekniku jista’ jawtorizza l-użu ta’ tagħmir alternattiv, diment li jkun jista’ jintwera li dan jagħti riżultati ekwivalenti.
5. Il-proċedura tat-test
5.1. It-tħejjija għat-test
5.1.1. Il-vettura għandha titħejja b’mod mekkaniku qabel it-test kif ġej:
(a) |
is-sistema tal-egżost tal-vettura ma għandhiex tkun tnixxi; |
(b) |
il-vettura tista’ titnaddaf bl-istim qabel it-test; |
(c) |
it-tank tal-fjuwil tal-vettura għandu jkun mgħammar b’sensuri tat-temperatura sabiex ikunu jistgħu jitkejlu t-temperatura tal-fjuwil u l-fwar tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil meta dan ikun mimli sa 50 % ± 2 % tal-kapaċità nominali tiegħu. |
(d) |
b’mod fakultattiv, jistgħu jitwaħħlu fittings, adapters jew apparati addizzjonali sabiex it-tank tal-fjuwil ikun jista’ jitbattal kompletament. B’mod alternattiv, it-tank tal-fjuwil jista’ jiġi evakwat permezz ta’ pompa jew sifun bil-għan li ma jkunx hemm tixrid ta’ fjuwil. |
5.2. Il-fażi tal-kondizzjonament
5.2.1. Il-vettura għandha tittieħed fiż-żona tat-test fejn it-temperatura ambjentali tkun bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C).
5.2.2. Il-vettura titqiegħed fuq dinamometru tax-xażi u titħaddem matul iċ-ċiklu tat-test speċifikat fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 kif xieraq għall-kategorija tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata. Matul dan it-tħaddim jista’ jinġabar kampjun tal-emissjonijiet tal-egżost, iżda r-riżultati ma għandhomx jintużaw għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-egżost.
5.2.3. Il-vettura tiġi pparkjata fiż-żona tat-test għall-perjodu minimu msemmi fit-Tabella Ap3-1.
Tabella Ap3-1
It-test SHED – il-perjodi minimi u massimi ta’l-immersjoni
Kapaċità tal-magna |
Sigħat minimi |
Sigħat massimi |
≤ 169 cm3 |
6 |
36 |
170 cm3 < kapaċità tal-magna ≤ 279 cm3 |
8 |
36 |
> 280 cm3 |
12 |
36 |
5.3. Il-fażijiet tat-test
5.3.1 It-test tal-emissjonijiet evaporattivi minħabba evaporazzjoni mit-tank (mal-ġurnata)
5.3.1.1. |
Il-kompartiment tal-kejl għandu jitnaddaf għal diversi minuti immedjatament qabel it-test sakemm jinkiseb sfond stabbli. Il-fann(ijiet) li jintużaw għat-taħlit fil-kompartiment għandhom jinxtegħlu wkoll f’dan il-ħin. |
5.3.1.2. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel it-test. |
5.3.1.3. |
It-tankijiet tal-fjuwil għandhom jitbattlu kif deskritt fil-punt 5.1.1 u jerġgħu jimtlew bil-fjuwil tat-test f’temperatura ta’ bejn 283,2 K u 287,2 K (10 °C u 14 °C) sa 50 ± 2 % tal-kapaċità volumetrika normali tagħhom. |
5.3.1.4. |
Il-vettura tat-test għandha tiddaħħal fl-ispazju magħluq fejn isir it-test bil-magna mitfija u pparkjata f’pożizzjoni wieqfa. Għandhom jitqabbdu s-sensuri fit-tank tal-fjuwil u l-apparat tat-tisħin, jekk ikun hemm bżonn. Minnufih għandu jingħata bidu għar-reġistrazzjoni tat-temperatura tal-fjuwil u tat-temperatura tal-arja. Jekk il-fann li jnaddaf ikun għadu qiegħed jaħdem, huwa għandu jintefa f’dan il-ħin. |
5.3.1.5. |
Il-fjuwil u l-fwar jistgħu jissaħħnu b’mod artifiċjali sat-temperaturi inizjali ta’ 288,7 K (15,5 °C) u 294,2 K (21,0 °C) ± 1 K rispettivament. |
5.3.1.6. |
Hekk kif it-temperatura tal-fjuwil tilħaq 287,0 K (14,0 °C):
Hekk kif il-fjuwil jilħaq temperatura ta’ 288,7 K (15,5 °C) ± 1 K il-proċedura tat-test għandha tkompli kif ġej:
|
5.3.1.7. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel tmiem it-test. |
5.3.1.8. |
Jekk ir-rekwiżiti tat-tisħin elenkati fil-punt 5.3.1.6. ma jkunux ġew issodisfati matul il-perjodu tat-test ta’ 60 ± 2 minuti, għandha titkejjel il-konċentrazzjoni finali tal-idrokarburi fl-ispazju magħluq (CHC,f). Barra minn hekk, għandu jiġi rreġistrat il-ħin jew il-ħin li jkun għadda mit-twettiq ta’ dan it-test, flimkien mat-temperatura finali u l-pressjoni barometrika Tf u pf. |
5.3.1.9. |
Is-sors tas-sħana jintefa u l-bieb tal-ispazju magħluq ma jibqax issiġillat u jinfetaħ. L-apparat tat-tisħin u s-sensur tat-temperatura jinqalgħu minn mal-apparat tal-ispazju magħluq. Il-vettura issa titneħħa mill-ispazju magħluq bil-magna mitfija. |
5.3.1.10. |
Bil-għan li tiġi evitata t-tagħbija anormali tal-kaxxetta, it-tappijiet tat-tank tal-fjuwil jistgħu jitneħħew mill-vettura matul il-perjodu bejn it-tmiem tal-fażi tat-test ta’ mal-ġurnata u l-bidu taċ-ċiklu tas-sewqan. Iċ-ċiklu tas-sewqan għandu jibda fi żmien 60 minuta mit-tlestija tat-test tat-telf minħabba evaporazzjoni mit-tank. |
5.3.2. Ċiklu tas-sewqan
5.3.2.1. |
Il-frażi ‘telf minħabba evaporazzjoni mit-tank’ tfisser l-emissjonijiet tal-idrokarburi kkawżati mill-bidliet fit-temperatura fil-provvista u l-ħażna tal-fjuwil. Wara t-test tat-telf minħabba evaporazzjoni mit-tank, il-vettura tiġi mbottata jew immanuvrata b’mod ieħor għal fuq id-dinamometru tax-xażi bil-magna mitfija. Hija mbagħad tinstaq tul iċ-ċiklu tas-sewqan speċifikat għall-kategorija tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata. Fuq talba tal-manifattur, matul dan it-tħaddim jista’ jinġabar kampjun tal-emissjonijiet tal-egżost, iżda r-riżultati ma għandhomx jintużaw għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-egżost. |
5.3.3. Test tal-emissjonijiet evaporattivi f’immersjoni sħuna
Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi tiġi konkluża bil-kejl tal-emissjonijiet tal-idrokarburi fuq perjodu tal-immersjoni sħuna ta’ 60 minuta. It-test tal-immersjoni sħuna għandu jibda sa seba’ minuti mit-tlestija taċ-ċiklu tas-sewqan speċifikat fil-punt 5.3.2.1.
5.3.3.1. |
Qabel jitlesta t-test, il-kamra fejn isir il-kejl għandha tissaffa għal diversi minuti sakemm jinkiseb sfond stabbli ta’ idrokarburi. Il-fann(ijiet) intiż(i) għat-taħlit fl-ispazju magħluq għandu(hom) jinxtegħlu f’dan il-ħin ukoll. |
5.3.3.2. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel it-test. |
5.3.3.3. |
Il-vettura għandha tiġi mbottata jew imċaqilqa b’mod ieħor lejn il-kamra fejn isir il-kejl bil-magna mitfija. |
5.3.3.4. |
Il-bibien tal-ispazju magħluq jingħalqu u jiġu ssiġillati sa seba’ minuti mit-tmiem taċ-ċiklu tas-sewqan. |
5.3.3.5 |
Il-perjodu tal-immersjoni sħuna ta’ 60 ± 0,5 minuti jibda meta jiġi ssiġillat il-kompartiment. Għandhom jitkejlu l-konċentrazzjoni tal-idrokarburi, it-temperatura u l-pressjoni barometrika sabiex jingħata l-qari inizjali CHC, i. Pi u Ti għat-test tal-immersjoni sħuna. Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi murija fil-kapitolu 6. |
5.3.3.6. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel tmiem il-perjodu tat-test ta’ 60 ± 0,5 minuti. |
5.3.3.7. |
Fi tmiem il-perjodu tat-test ta’ 60 ± 0,5 minuti, kejjel il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fil-kompartiment. Għandhom jitkejlu wkoll it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn huma l-figuri finali tal-qari CHC, f. pf u Tf għat-test tal-immersjoni sħuna li jintuża għall-kalkolazzjoni fil-kapitolu 6. Dawn il-passi jikkompletaw il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet evaporattivi. |
5.4. Proċeduri alternattivi tat-test
5.4.1. Fuq talba tal-manifattur, bil-kunsens tas-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, jistgħu jintużaw metodi alternattivi sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi. F’każijiet bħal dawn, il-manifattur għandu jissodisfa lis-servizz tekniku li r-riżultati mit-test alternattiv jistgħu jiġu kkorrelati ma’ dawk li jirriżultaw mill-proċedura deskritta f’dan l-Anness. Din il-korrelazzjoni għandha tiġi ddokumentata u mehmuża fil-folder ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
6. Il-kalkolazzjoni tar-riżultati
6.1. It-testijiet tal-emissjonijiet evaporattivi deskritti fil-kapitolu 5 jippermettu li jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tal-idrokarburi mill-fażijiet tat-telf minħabba evaporazzjoni mit-tank u l-fażijiet tal-immersjoni sħuna. It-telf tal-emissjonijiet evaporattivi minn kull waħda minn dawn il-fażijiet jiġi kkalkolat bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali ta’ idrokarburi, it-temperaturi u l-pressjonijiet fl-ispazju magħluq, flimkien mal-volum nett tal-ispazju magħluq.
Għandha tintuża l-formula li ġejja:
Ekwazzjoni Ap3-3:
fejn:
MHC |
= |
il-massa tal-idrokarburi li joħorġu matul il-fażi tat-test (fi grammi); |
CHC |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi mkejla fl-ispazju magħluq (ppm (volum) ekwivalenti għal Ci); |
V |
= |
il-volum nett tal-ispazju magħluq f’metri kubi kkoreġut għall-volum tal-vettura. Jekk il-volum tal-vettura ma jiġix stabbilit, allura għandu jitnaqqas volum ta’ 0,14 m3; |
T |
= |
it-temperatura ambjentali tal-kompartiment, f'K; |
p |
= |
il-pressjoni barometrika espressa f’kPa; |
H/C |
= |
il-proporzjon tal-idroġenu għall-karbonju; |
fejn:
|
i huwa l-qari inizjali; |
|
f huwa l-qari finali; |
|
H/C jitqies bħala 2,33 għat-telf minħabba evaporazzjoni mit-tank; |
|
H/C jitqies bħala 2,20 għat-telf f'immersjoni sħuna. Il-frażi ‘telf f'immersjoni sħuna’ tirreferi għall-emissjonijiet tal-idrokarbonju li joħorġu mis-sistema tal-fjuwil ta’ vettura wieqfa wara perjodu ta’ sewqan (jekk wieħed jassumi proporzjon ta’ C1 H2,20 ); |
6.2. Ir-riżultati globali tat-test
L-emissjonijiet globali tal-idrokarburi evaporattivi għall-vettura jitqiesu bħala:
Ekwazzjoni Ap3-4
fejn:
Mtotal |
= |
il-massa globali tal-emissjonijiet evaporattivi tal-vettura (fi grammi); |
MTH |
= |
il-massa tal-emissjonijiet evaporattivi għaż-żieda tas-sħana fit-tank (fi grammi); |
MHS |
= |
il-massa tal-emissjonijiet tal-idrokarburi evaporattivi għall-immersjoni sħuna (fi grammi). |
7. Valuri ta’ limitu
Meta tiġi ttestjata skont dan l-Anness, il-massa globali tal-emissjonijiet tal-idrokarburi evaporattivi għall-vettura (Mtotal) għandha tkun kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
8. Dispożizzjonijiet ulterjuri
Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi għandha tingħata mingħajr ma jiġi ttestjat jekk tistax tiġi pprovduta Ordni Eżekuttiva ta’ Kalifornja lill-awtorità tal-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali li għaliha ssir applikazzjoni.
Appendiċi 3.1
Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjonament għal applikazzjoni ibrida qabel il-bidu tat-test SHED
1. Kamp ta’ applikazzjoni
1.1. |
Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjonament li ġejjin qabel il-bidu tat-test SHED għandhom japplikaw biss għall-vetturi tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni ibrida. |
2. Il-metodi tat-test
2.1. |
Qabel jingħata bidu għall-proċedura tat-test SHED, il-vettura/i tat-test għandha/għandhom tkun/ikunu soġġetta/i għal prekondizzjonament kif ġej:
|
Appendiċi 3.2
Il-proċedura tat-test tat-tiqdim għall-apparati li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi
1. Il-metodi tat-test tat-tiqdim tal-apparati li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi
It-test SHED għandu jsir bl-apparati li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi mwaħħlin. It-testijiet tat-tiqdim għal dawk l-apparati għandhom isiru skont il-proċeduri msemmija f’dan is-Sub-appendiċi.
2. It-tiqdim tal-kaxxetta tal-karbonju
Figura Ap3.2-1
dijagramma tal-fluss tal-gass fil-kaxxetta tal-karbonju u l-ports
Għandha tintgħażel kaxxetta tal-karbonju li tkun rappreżentattiva tal-familja tal-propulsjoni, kif stipulat fl-Anness XI, bħala l-kaxxetta tat-test, u din għandha tiġi mmarkata kif maqbul mal-awtorità tal-approvazzjoni u mas-servizz tekniku.
2.1. Il-proċedura tat-test tat-tiqdim tal-kaxxetta
Fil-każ ta’ sistema b’aktar minn kaxxetta waħda, kull kaxxetta għandha tkun soġġetta għall-proċedura separatament. In-numru ta’ ċikli tat-test għat-tagħbija u d-disċarġ tal-kaxxetta għandu jikkorrespondi għan-numru stipulat fit-tabella Ap3.1-1, filwaqt li l-ħin ta’ waqfien u t-tindif sussegwenti tal-fwar tal-fjuwil għandhom isiru għat-tiqdim tal-kaxxetta tat-test f’temperatura ambjentali ta’ 297 ± 2 K kif ġej:
2.1.1. Il-parti tat-tagħbija tal-kaxxetta taċ-ċiklu tat-test
2.1.1.1. |
It-tagħbija tal-kaxxetta għandha tibda fi żmien minuta mit-tlestija tal-porzjon tat-tindif taċ-ċiklu tat-test. |
2.1.1.2. |
Il-vent port (arja nadifa) tal-kaxxetta għandu jkun miftuħ u l-purge port għandu jingħalaq b’tapp. Għandha tiddaħħal taħlita b’volum ta’ 50 % arja u 50 % petrol kummerċjalment disponibbli jew petrol tat-test kif speċifikat fl-Appendiċi 2 għall-Anness II minn ġol-port tat-tank tal-kaxxetta tat-test b’rata tal-fluss ta’ 40 gramma fis-siegħa. Il-fwar tal-petrol għandu jiġi ġġenerat f’temperatura tal-petrol ta’ 313 ± 2 K. |
2.1.1.3. |
Il-kaxxetta tat-test għandha titgħabba kull darba sakemm ikun hemm penetrazzjoni ta' 2.0 ± 0.1 gramma identifikati permezz ta’:
|
2.1.2. Ħin ta’ waqfien
Għandu jiġi applikat perjodu ta’ waqfien ta’ ħames minuti bejn it-tagħbija tal-kaxxetta u t-tindif bħala parti miċ-ċiklu tat-test.
2.1.3 It-tindif tal-kaxxetta bħala parti miċ-ċiklu tat-test
2.1.3.1. |
Il-kaxxetta tat-test għandu jitnaddaf mill-purge port, filwaqt li l-port tat-tank għandu jingħalaq b’tapp. |
2.1.3.2. |
Il-kaxxetta għandha titnaddaf b’rata ta’ 24 l/m fil-vent port sakemm jintlaħqu 400 skambju tal-volum ta' qiegħ il-kaxxetta. |
Tabella Ap3.2-1
L-ammont ta’ ċikli tat-test għall-iċċarġjar u t-tindif tal-kaxxetta tat-test
Kategorija tal-vettura |
Isem il-kategorija tal-vettura |
In-numru ta’ ċikli tat-test imsemmija |
L1e-A |
Rota motorizzata |
45 |
L3e-AxT (x=1, 2 jew 3) |
Mutur tat-trial b’żewġ roti |
|
L1e-B |
Moped b’żewġ roti |
90 |
L2e |
Moped bi tliet roti |
|
L3e-AxE (x=1, 2 jew 3) |
Mutur Enduro b’żewġ roti |
|
L6e-A |
Quad ħafif għat-triq |
|
L7e-B |
Quad tqil adatt għal kull tip ta’ terren |
|
L3e u L4e (vmax < 130 km/h) |
Mutur b’żewġ roti, bis-side-car jew mingħajrha |
170 |
L5e |
Triċiklu |
|
L6e-B |
Kwadrimobbli ħafif |
|
L7e-C |
Kwadrimobbli tqil |
|
L3e u L4e (vmax ≥ 130 km/h) |
Mutur b’żewġ roti, bis-side-car jew mingħajrha |
300 |
L7e-A |
Quad tqil għat-triq |
3. Il-proċedura tat-test tat-tiqdim tal-valvi, il-kejbils u l-konnessjonijiet li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi
3.1. |
It-test tad-durabbiltà għandu jattwa l-valvi, il-kejbils u l-konnessjonijiet ta’ kontroll, fejn applikabbli, għal minimu ta’ 5 000 ċiklu. |
3.2. |
B’mod alternattiv, il-parts li jintużaw għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi, soġġetti għall-proċess ta’ tiqdim u ttestjati skont il-punt 3.1. jistgħu jinbidlu b’valvi, kejbils u konnessjonijiet ‘tad-deheb’ intiżi għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt 3.5. tal-Anness VI u li għandhom jiġu installati fuq il-vettura tat-test tat-tip IV skont l-għażla tal-manifattur qabel il-bidu tat-test SHED imsemmi fl-Appendiċi 3. |
4. Rapportar
Il-manifattur għandu jirrapporta r-riżultati tat-testijiet imsemmija fil-punti 2 u 3 f’rapport tat-test abbozzat skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
Appendiċi 4
Il-kalibrazzjoni tat-tagħmir għall-ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi
1. Il-frekwenza u l-metodi tal-kalibrazzjoni
1.1. It-tagħmir kollu għandu jiġi kkalibrat qabel jintuża għall-ewwel darba u mbagħad jiġi kkalibrat kemm ikun hemm bżonn u, fi kwalunkwe każ, fix-xahar qabel isir it-test tal-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrazzjoni li jridu jintużaw huma deskritti f’dan l-Appendiċi.
2. Il-kalibrazzjoni tal-ispazju magħluq
2.1. Id-determinazzjoni inizjali tal-volum intern tal-ispazju magħluq
2.1.1. |
Il-volum intern tal-kompartiment għandu jiġi ddeterminat qabel jintuża għall-ewwel darba kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kompartiment għandhom jitkejlu bir-reqqa, sabiex tkun tista’ tiġi identifikata kwalunkwe irregolarità bħal bracing struts. Il-volum intern tal-kompartiment jiġi stabbilit minn dan il-kejl. |
2.1.2. |
Il-volum intern nett jiġi stabbilit billi jitnaqqas 0,14 m3 mill-volum intern tal-kompartiment. B’mod alternattiv, jista’ jitnaqqas il-volum proprju tal-vettura tat-test. |
2.1.3. |
Il-kompartiment jista’ jiġi ċċekkjat kif stipulat fil-punt 2.3. Jekk il-massa tal-propan ma taqbilx mal-massa injettata sa ± 2 %, allura jkun hemm bżonn li tittieħed azzjoni korrettiva. |
2.2. Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-isfond tal-kompartiment
Din l-operazzjoni tistabbilixxi li l-kompartiment ma fih ebda materjal li minnu joħorġu ammonti sinjifikanti ta’ idrokarburi. Il-kontroll għandu jsir proprju meta jiġi introdott l-ispazju magħluq, wara kull operazzjoni li ssir fih li tista’ taffettwa l-emissjonijiet fl-isfond u mill-inqas darba fis-sena.
2.2.1. |
L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat (jekk ikun hemm bżonn). L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel it-test. |
2.2.2. |
L-ispazju magħluq għandu jitnaddaf sakemm jinkiseb qari stabbli tal-idrokarburi. Hawnhekk għandu jinxtegħel il-fann li jintuża għat-taħlit, jekk ma jkunx mixgħul diġà. |
2.2.3. |
Imbagħad għandu jiġi ssiġillat il-kompartiment u jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi. Dawn ikunu l-figuri tal-qari inizjali CHCi. pi u Ti li jintużaw għall-kalkolazzjoni fl-isfond tal-ispazju magħluq. |
2.2.4. |
L-ispazju magħluq jitħalla mingħajr disturb, bil-fann li jintuża għat-taħlit mixgħul għal perjodu ta’ erba’ sigħat. |
2.2.5. |
L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel tmiem it-test. |
2.2.6. |
Fl-aħħar ta’ dan il-ħin jintuża l-istess analizzatur biex ikejjel il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fil-kompartiment. F’dan il-punt jitkejlu wkoll it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn ikunu l-figuri tal-qari finali CHCf. Pf u Tf. |
2.2.7. |
Il-bidla fil-massa tal-idrokarburi fl-ispazju magħluq għandha tiġi kkalkolata fuq il-ħin tat-test skont il-punt 2.4. L-emissjoni fl-isfond tal-ispazju magħluq ma għandhiex taqbeż 0,4 g. |
2.3. It-test tal-kalibrazzjoni u taż-żamma tal-idrokarburi fil-kompartiment
It-test tal-kalibrazzjoni u taż-żamma tal-idrokarburi fil-kompartiment jipprovdi verifika tal-volum ikkalkolat fil-punt 2.1. kif ukoll ikejjel rata ta’ tnixxija eventwali.
2.3.1. |
L-ispazju magħluq għandu jitnaddaf sakemm tintlaħaq konċentrazzjoni stabbli ta’ idrokarburi. Hawnhekk għandu jinxtegħel il-fann li jintuża għat-taħlit, jekk ma jkunx mixgħul diġà. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jiġi kkalibrat (jekk ikun hemm bżonn) u mbagħad ikun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel it-test. |
2.3.2. |
Imbagħad għandu jiġi ssiġillat l-ispazju magħluq u jitkejlu l-konċentrazzjoni fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn huma l-figuri tal-qari inizjali CHCi., pi u Ti li jintużaw fil-kalibrazzjoni tal-ispazju magħluq. |
2.3.3. |
Għandha tiġi injettata kwantità ta’ bejn wieħed u ieħor 4 grammi ta’ propan fl-ispazju magħluq. Il-massa tal-propan għandha titkejjel bi preċiżjoni ta’ ± 2 % tal-valur imkejjel. |
2.3.4. |
Il-kontenut tal-kompartiment għandu jitħalla jitħallat għal ħames minuti. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel it-test li jkun imiss. Imbagħad għandhom jitkejlu l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika tal-idrokarburi. Dawn ikunu l-figuri tal-qari finali CHCf, pf u Tf għall-kalibrazzjoni tal-ispazju magħluq. |
2.3.5. |
Abbażi tal-qari meħud skont il-punti 2.3.2 u 2.3.4 u bl-użu tal-formula stipulata fil-punt 2.4, għandha tiġi kkalkolata l-massa tal-propan fl-ispazju magħluq. Din għandha tkun sa ± 2 % tal-massa tal-propan imkejla skont il-punt 2.3.3. |
2.3.6. |
Il-kontenut tal-kompartiment għandu jitħalla jitħallat għal perjodu minimu ta’ erba’ sigħat. Imbagħad għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali tal-idrokarburi. L-analizzatur tal-idrokarburi għandu jkun issettjat fuq żero u kkalibrat immedjatament qabel tmiem it-test. |
2.3.7. |
Bl-użu tal-formula stipulata fil-punt 2.4, għandha tiġi kkalkolata l-massa tal-idrokarburi mill-qari meħud fil-punti 2.3.6 u 2.3.2. Il-massa ma tistax tvarja b’aktar minn 4 % mill-massa tal-idrokarburi kkalkolata skont il-punt 2.3.5. |
2.4. Kalkolazzjonijiet
Il-kalkolazzjoni tal-bidla netta fil-massa tal-idrokarburi fl-ispazju magħluq għandha tintuża biex tiddetermina r-rata ta’ tnixxija u l-isfond tal-idrokarburi fil-kompartiment. Il-figuri tal-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika tal-idrokarburi jintużaw fil-formula li ġejja sabiex tiġi kkalkolata l-bidla fil-massa:
Ekwazzjoni Ap3-5:
fejn:
MHC |
= |
il-massa tal-idrokarburi fi grammi; |
CHC |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi fl-ispazju magħluq (karbonju f’ppm (NB: )); |
V |
= |
il-volum nett tal-ispazju magħluq espress f’metri kubi mkejjel skont il-punt 2.1.1; |
T |
= |
it-temperatura ambjentali fl-ispazju magħluq, K; |
p |
= |
il-pressjoni barometrika f’kPa; |
k |
= |
17,6; |
fejn:
|
i huwa l-qari inizjali; |
|
f huwa l-qari finali. |
3. Kontroll tal-analizzatur tal-idrokarburi FID
3.1. Titjib fir-rispons tad-ditekter
L-analizzatur FID għandu jiġi aġġustat kif speċifikat mill-manifattur tal-istrument. Għandu jintuża propan fl-arja bil-għan li jtejjeb ir-rispons fuq l-aktar medda komuni tat-tħaddim.
3.2. Kalibrazzjoni tal-analizzatur HC
L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat bl-użu ta’ propan fl-arja u ta’ arja sintetika purifikata. Għandha tiġi stabbilita kurva tal-kalibrazzjoni kif deskritt fil-punti 4.1 sa 4.5.
3.3. Kontroll tal-interferenza tal-ossiġenu u l-limiti rrakkomandati
Il-fattur tar-rispons (Rf) għal speċi partikolari ta’ idrokarbur huwa l-proporzjon tal-qari FID C1 għall-konċentrazzjoni fiċ-ċilindru tal-gass, espress bħala ppm C1.
Il-konċentrazzjoni tal-gass tat-test għandha tkun fuq livell li jagħti rispons ta’ madwar 80 % tad-diflezzjoni fuq skala sħiħa, għall-medda tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni għandha tkun magħrufa bi preċiżjoni ta’ ± 2 % b’referenza għal standard gravimetriku espress bħala volum. Barra minn hekk, iċ-ċilindru tal-gass għandu jkun prekondizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C).
Il-fatturi tar-rispons għandhom jiġu ddeterminati meta jibda jitħaddem analizzatur u minn hemm ’il quddiem f’intervalli manutenzjoni rilevanti. Il-gass ta’ referenza li jrid jintuża huwa propan ibbilanċjat b’arja purifikata li titqies bħala li tagħti fattur tar-rispons ta’ 1,00.
Il-gass tat-test li jrid jintuża għall-interferenza tal-ossiġenu u l-firxa rrakkomandata tal-fattur tar-rispons huma mogħtija din il-medda ta' fatturi tar-rispons għall-Propan u n-Nitroġenu: 0,95 ≤ Rf ≤ 1,05.
4. Kalibrazzjoni tal-analizzatur tal-idrokarburi
Kull waħda mill-meded operattivi li normalment jintużaw tiġi kkalibrata permezz tal-proċedura li ġejja:
4.1. |
Stabbilixxi l-kurva tal-kalibrazzjoni b’mill-inqas ħames punti ta’ kalibrazzjoni spazjati kemm jista’ jkun indaqs tul il-medda tat-tħaddim. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrazzjoni bl-ogħla konċentrazzjonijiet għandha tkun mill-inqas 80 % tal-iskala sħiħa. |
4.2. |
Ikkalkula l-kurva tal-kalibrazzjoni permezz tal-metodu tal-inqas kwadri. Jekk il-grad polinomjali li jirriżulta jkun akbar minn 3, allura n-numru ta’ punti ta’ kalibrazzjoni għandu jkun mill-inqas in-numru tal-grad polinomjali miżjud bi 2. |
4.3. |
Il-kurva tal-kalibrazzjoni ma għandhiex tvarja b’aktar minn 2 % mill-valur nominali ta’ kull gass tal-kalibrazzjoni. |
4.4. |
Bl-użu tal-koeffiċjenti polinomjali derivati mill-punt 4.2, għandha tissawwar tabella bil-qari indikat imqabbel mal-konċentrazzjoni vera fi stadji ta’ mhux akbar minn 1 % tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull firxa kkalibrata tal-analizzatur. It-tabella għandha tinkludi wkoll dawn l-elementi kollha:
|
4.5. |
Tista’ tintuża teknoloġija alternattiva (pereżempju; kompjuter, swiċċ bil-medda kkontrollata b’mod elettroniku) jekk ikun jista’ jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li din tista’ tagħti preċiżjoni ekwivalenti. |
ANNESS VI
Rekwiżiti tat-test tat-tip V: id-durabbiltà tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-Appendiċi |
Paġna |
1 |
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq għall-Vetturi tal-Kategorija L (SRC-LeCV) |
194 |
2 |
Iċ-ċiklu tad-durabbiltà tal-Akkumulazzjoni tal-Mili Approvati (AMA) mill-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerika |
204 |
0 Introduzzjoni
0.1. |
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test tat-tip V sabiex tiġi vverifikata d-durabbiltà tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis tal-vetturi tal-kategorija L mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
0.2. |
Il-proċedura tat-test tat-tip V tinkludi l-proċeduri tal-akkumulazzjoni tal-mili għat-tiqdim tal-vetturi tat-test b’mod definit u ripetut u tinkludi wkoll il-frekwenza tal-proċeduri applikati tat-test tal-verifika tal-emissjonijiet tat-tip I imwettqa qabel, waqt u wara l-akkumulazzjoni tal-mili tal-vetturi tat-test. |
1. Rekwiżiti ġenerali
1.1. |
Is-sistema tal-motopropulsjoni (il-powertrain) tal-vetturi tat-test u l-apparat għall-kontroll tat-tniġġis imwaħħal fuq il-vettura/i tat-test għandhom jiġu ddokumentati u elenkati mill-manifattur. Bħala minimu, il-lista għandha tinkludi tali informazzjoni bħall-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ propulsjoni u s-sistema tal-motopropulsjoni tal-vettura, fejn applikabbli, is-sensur(i) tal-ossiġenu tal-egżost, it-tip ta’ konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi, il-filtru tal-materja partikulata jew apparat ieħor għall-kontroll tat-tniġġis, is-sistemi tad-dħul u tal-egżost u kwalunkwe apparat periferali ieħor li jista’ jkollu impatt fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura approvata. Din id-dokumentazzjoni għandha tiżdied mar-rapport tat-test. |
1.2. |
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza tal-impatti possibbli fuq ir-riżultati tat-test tat-tip V ta’ kwalunkwe modifikazzjoni għall-konfigurazzjoni tas-sistema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew apparat periferali ieħor li jinteraġixxi mal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis, fil-produzzjoni tat-tip ta’ vettura wara l-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b’din id-dokumentazzjoni u evidenza oħra fuq talba li ssirlu sabiex juri li l-prestazzjoni tad-durabbiltà tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali mhix ser tiġi affettwata b’mod negattiv minn kwalunkwe bidla fil-produzzjoni tal-vettura, minn bidliet retrospettivi fil-konfigurazzjoni tal-vettura, minn bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip ta’ apparat għall-kontroll tat-tniġġis jew minn bidliet fl-apparat periferali mwaħħal fuq it-tip ta’ vettura approvata. |
1.3. |
Il-muturi bis-side-car tal-kategorija L4e għandhom jiġu eżentati mit-test tad-durabbiltà tat-tip V jekk il-manifattur ikun jista’ jipprovdi l-evidenza u d-dokumentazzjoni msemmija f’dan l-Anness għall-mutur b’żewġ roti tal-kategorija L3e li fuqhom kien ibbażat l-assemblaġġ tal-vettura tal-kategorija L4e. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għall-muturi bis-side-car tal-kategorija L4e għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. |
2. Rekwiżiti speċifiċi
2.1 Ir-rekwiżiti tal-vettura tat-test
2.1.1. Il-vetturi tat-test li jintużaw għall-ittestjar tad-durabbiltà tat-tip V u, b’mod partikolari, l-apparat periferali u t-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis li huma rilevanti għas-sistema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali prodott f’serje u mqiegħed fis-suq.
2.1.2. Il-vettura tat-test għandha tkun f’kondizzjoni mekkanika tajba fil-bidu tal-akkumulazzjoni tal-mili u ma għandux ikollha aktar minn 100 km akkumulati wara li tkun ġiet startjata għall-ewwel darba fi tmiem il-linja tal-produzzjoni. It-tagħmir tal-propulsjoni u l-apparat għall-kontroll tat-tniġġis ma għandhomx ikunu ntużaw minn mindu ġew immanifatturati, bl-eċċezzjoni tat-twettiq tat-testijiet għall-kontroll tal-kwalità u l-akkumulazzjoni tal-ewwel 100 km.
2.1.3. Irrispettivament mill-proċedura tat-test tad-durabbiltà magħżula mill-manifattur, l-apparat u s-sistemi kollha li jintużaw għall-kontroll tat-tniġġis, li jinkludu l-ħardwer, is-softwer u l-kalibrazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni, li jitwaħħlu fuq il-vetturi tat-test, għandhom jiġu installati u jitħaddmu għall-perjodu kollu tal-akkumulazzjoni tal-mili.
2.1.4. L-apparat għall-kontroll tat-tniġġis fuq il-vetturi tat-test għandu jiġi mmarkat b’mod permanenti taħt is-sorveljanza tas-servizz tekniku qabel il-bidu tal-akkumulazzjoni tal-mili u għandu jiġi elenkat flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, is-softwer tas-sistema tal-motopropulsjoni u s-settijiet tal-kalibrazzjoni tas-sistema tal-motopropulsjoni. Il-manifattur għandu jagħmel dik il-lista disponibbli fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni.
2.1.5. Il-manutenzjoni, l-aġġustamenti u l-użu tal-kontrolli tal-vetturi tat-test għandhom ikunu kif irrakkomandati mill-manifattur fl-informazzjoni xierqa dwar it-tiswija u l-manutenzjoni u fil-manwal tal-utenti.
2.1.6. It-test tad-durabbiltà għandu jsir bi fjuwil adegwat li jkun kummerċjalment disponibbli skont id-diskrezzjoni tal-manifattur. Jekk il-vettura tat-test tkun mgħammra b’magna two-stroke, allura għandu jintuża żejt tal-lubrikazzjoni fil-proporzjon u l-grad irrakkomandati mill-manifattur fil-manwal tal-utenti.
2.1.7. Is-sistema ta’ tkessiħ tal-vettura/i tat-test għandha tagħti lok lill-vettura biex taħdem f’temperaturi simili għal dawk miksuba waqt il-kondizzjonijiet tal-użu normali fit-triq (żejt, likwidu li jkessaħ, sistema tal-egżost, eċċ.).
2.1.8. Jekk it-test tad-durabbiltà jitwettaq fuq korsa tat-test jew fit-triq, il-massa ta’ referenza tal-vettura tat-test għandha tkun mill-anqas ugwali għal dik użata għat-testijiet tal-emissjonijiet tat-tip I imwettqa fuq dinamometru tax-xażi.
2.1.9. Jekk tiġi approvata mis-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-proċedura tat-test tat-tip V tista’ titwettaq bl-użu ta’ vettura tat-test li l-istil tal-qafas, il-gerboks (awtomatika jew manwali) u d-daqs tar-rota jew tat-tajer tagħha jkunu differenti minn dawk tat-tip ta’ vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali.
2.2. Fil-proċedura tat-test tat-tip V, il-mili għandhom jiġu akkumulati billi l-vettura tat-test tinstaq fuq korsa tat-test, fit-triq jew fuq dinamometru tax-xażi. Il-korsa tat-test jew it-triq tat-test għandha tintgħażel skont id-diskrezzjoni tal-manifattur.
2.2.1. Id-dinamometru tax-xażi li jintuża għall-akkumulazzjoni tal-mili
2.2.1.1. |
Id-dinamometri tax-xażi li jintużaw għall-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà tat-test tat-tip V għandhom jippermettu t-twettiq taċ-ċiklu tal-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà fl-Appendiċi 1 jew 2, kif applikabbli. |
2.2.1.2. |
B’mod partikolari, id-dinamometru għandu jkun mgħammar b’sistemi li jissimulaw l-istess inerzja u reżistenza għall-progress bħal dawk li jintużaw fit-test tal-laboratorju għall-emissjonijiet tat-tip I imsemmi fl-Anness II. L-apparat għall-analiżi tal-emissjonijiet mhuwiex meħtieġ għall-akkumulazzjoni tal-mili. Barra minn hekk, għandhom jintużaw l-istess settings tal-flywheel u l-inerzja, kif ukoll l-istess proċeduri ta’ kalibrazzjoni għad-dinamometru tax-xażi msemmi fl-Anness II, bil-għan li jiġu akkumulati l-mili permezz tal-vettura/i tat-test. |
2.2.1.3. |
Il-vettura tat-test tista’ tiġi mċaqilqa għal fuq bank differenti sabiex isiru t-testijiet tal-verifika tal-emissjonijiet tat-tip I. Il-mili akkumulati waqt it-testijiet ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I jistgħu jiżdiedu mal-mili totali li jiġu akkumulati. |
2.3. It-testijiet ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I li jsiru qabel, waqt u wara l-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà għandhom jitwettqu skont il-proċeduri tat-test għall-emissjonijiet wara startjar fil-kesħa kif stabbilit fl-Anness II. Ir-riżultati kollha tat-test ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I għandhom jiġu elenkati u magħmula disponibbli għas-servizz tekniku u għall-awtorità tal-approvazzjoni fuq talba. Ir-riżultati tat-testijiet ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I fil-bidu u fi tmiem l-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà għandhom jiġu inklużi fir-rapport tat-test. Mill-inqas l-ewwel u l-aħħar testijiet ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I għandhom jitwettqu jew jiġu attestati mis-servizz tekniku u rrapportati lill-awtorità tal-approvazzjoni. Ir-rapport tat-test għandu jikkonferma u jiddikjara jekk is-servizz tekniku wettaqx jew attestax l-ittestjar tal-verifika tal-emissjonijiet tat-tip I.
2.4. Ir-rekwiżiti tat-test tat-tip V għal vettura tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni ibrida
2.4.1. Għall-vetturi OVC:
L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika jista’ jiġi ċċarġjat darbtejn f’ġurnata waqt l-akkumulazzjoni tal-mili.
Għall-vetturi OVC bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet, l-akkumulazzjoni tal-mili għandha titħaddem fil-modalità li tiġi ssettjata b’mod awtomatiku wara li tiddawwar iċ-ċavetta tal-istartjar (modalità normali).
Waqt l-akkumulazzjoni tal-mili jista’ jkun hemm bidla għal modalità ibrida oħra jekk ikun hemm bżonn sabiex tissokta l-akkumulazzjoni tal-mili, wara li jingħata l-kunsens mis-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. Din il-bidla fil-modalità ibrida għandha tiġi rreġistrata fir-rapport tat-test.
L-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitkejlu taħt l-istess kondizzjonijiet speċifikati mill-Kondizzjoni B tat-test tat-tip I (il-punti 3.1.3. u 3.2.3.).
2.4.2. Għall-vetturi NOVC:
Għall-vetturi NOVC bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet, l-akkumulazzjoni tal-mili għandha titħaddem fil-modalità li tiġi ssettjata b’mod awtomatiku wara li tiddawwar iċ-ċavetta tal-istartjar (modalità normali).
L-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitkejlu taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fit-test tat-tip I.
3. L-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura tat-test tad-durabbiltà tat-tip V
L-ispeċifikazzjonijiet tat-tliet proċeduri tat-test tad-durabbiltà stipulati fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma dawn li ġejjin:
3.1. Ittestjar tad-durabbiltà proprja b’akkumulazzjoni sħiħa tal-mili
Il-proċedura tat-test tad-durabbiltà b’akkumulazzjoni sħiħa tal-mili għat-tiqdim tal-vettura/i tat-test għandha tirreferi għall-Artikolu 23(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Akkumulazzjoni sħiħa tal-mili għandha tfisser it-tlestija sħiħa tad-distanza tat-test assenjat kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. billi jiġu mtennija l-manuvri tas-sewqan imsemmija fl-Appendiċi 1 jew, jekk ikun applikabbli, fl-Appendiċi 2.
3.1.1. Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li turi li l-limiti tal-emissjonijiet fiċ-ċiklu applikabbli tal-ittestjar fil-laboratorju għall-emissjonijiet tat-tip I, kif stipulat fil-Parti A jew B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, fir-rigward tal-vettura tat-test li tkun soġġetta għall-proċess ta’ tiqdim, ma jinqabżux meta tinbeda l-akkumulazzjoni tal-mili, waqt il-fażi tal-akkumulazzjoni u wara li tkun ġiet iffinalizzata l-akkumulazzjoni sħiħa tal-mili.
3.1.2. Matul il-fażi sħiħa tal-akkumulazzjoni tal-mili għandhom jitwettqu testijiet tal-emissjonijiet tat-tip I multipli bi frekwenza u ammont ta’ proċeduri tat-test tat-tip I skont l-għażla tal-manifattur u għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku u tal-awtorità tal-approvazzjoni. Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I għandhom jipprovdu biżżejjed rilevanza statistika sabiex tiġi identifikata x-xejra tad-deterjorazzjoni, li għandha tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali kif imqiegħed fis-suq (ara l-Figura 5-1).
Figura 5-1
Test tat-tip V – il-proċedura tat-test tad-durabbiltà b’akkumulazzjoni sħiħa tal-mili
3.2. Ittestjar tad-durabbiltà proprja b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili
Il-proċedura tat-test tad-durabbiltà għall-vetturi tal-kategorija L b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili għandha tirreferi għall-Artikolu 23(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. L-akkumulazzjoni parzjali tal-mili għandha tinvolvi t-tlestija ta’ minimu ta’ 50 % tad-distanza tat-test speċifikata fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u tkun konformi mal-kriterji ta’ waqfien stipulati fil-punt 3.2.3.
3.2.1. Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza li turi li l-limiti tal-emissjonijiet fiċ-ċiklu applikabbli tal-ittestjar fil-laboratorju għall-emissjonijiet tat-tip I, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, fir-rigward tal-vettura tat-test li tkun soġġetta għall-proċess ta’ tiqdim, ma jinqabżux meta tinbeda l-akkumulazzjoni tal-mili, waqt il-fażi tal-akkumulazzjoni u wara l-akkumulazzjoni parzjali.
3.2.2. Matul il-fażi parzjali tal-akkumulazzjoni tal-mili għandhom jitwettqu testijiet tal-emissjonijiet tat-tip I multipli bil-frekwenza u l-għadd ta’ proċeduri tat-test tat-tip I magħżula mill-manifattur. Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I għandhom jipprovdu biżżejjed rilevanza statistika sabiex tiġi identifikata x-xejra tad-deterjorazzjoni, li għandha tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali mqiegħed fis-suq (ara l-Figura 5-2).
Figura 5-2
Test tat-tip V – il-proċedura aċċellerata tat-test tad-durabbiltà b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili
3.2.3. Il-kriterji ta’ waqfien għall-proċedura tat-test tad-durabbiltà b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili
L-akkumulazzjoni parzjali tal-mili tista’ titwaqqaf jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
3.2.3.1. |
jekk tiġi akkumulata mill-inqas 50 % tad-distanza tat-test applikabbli stipulata fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; u |
3.2.3.2. |
jekk ir-riżultati kollha tat-test ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I ikunu taħt il-limiti tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 f’kull ħin matul il-fażi parzjali tal-akkumulazzjoni tal-mili; jew |
3.2.3.3. |
jekk il-manifattur ma jkunx jista’ juri li l-kriterji ta’ waqfien stipulati fil-punti 3.2.3.1. u 3.2.3.2. ġew issodisfati, l-akkumulazzjoni tal-mili għandha tissokta sal-punt meta dawk il-kriterji jiġu ssodisfati jew meta titwettaq l-akkumulazzjoni sħiħa tal-mili kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
3.2.4. Ir-rapportar u l-ipproċessar tad-dejta għall-proċedura tat-test tad-durabbiltà b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili
3.2.4.1. |
Il-manifattur għandu juża l-medja aritmetika tar-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I f’kull intervall tat-test, b’minimu ta’ żewġ testijiet tal-emissjonijiet għal kull intervall tat-test. Ir-riżultati kollha tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I soġġetti għall-medja aritmetika għandhom jiġu plottjati bħala THC, CO, Nox u, jekk applikabbli, NMHC u PM, bħala kostitwenti tal-emissjonijiet, meta mqabbla mad-distanza tal-akkumulazzjoni mqarrba lejn l-eqreb kilometru. |
3.2.4.2. |
Il-linja lineari li toqgħod l-aħjar (linja tax-xejra: ) għandha tiġi plottjata u mpinġija fuq dawn il-punti tad-dejta kollha abbażi tal-metodu tal-inqas kwadri. Din il-linja tax-xejra dritta li toqgħod l-aħjar għandha tiġi estrapolata fuq il-mili sħaħ tad-durabbiltà kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Fuq talba tal-manifattur, il-linja tax-xejra tista’ tibda bħala 20 % tal-mili tad-durabbiltà kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-effetti possibbli tat-tħaddim tal-apparat għall-kontroll tat-tniġġis. |
3.2.4.3. |
Għandhom jintużaw mill-inqas erba’ punti tad-dejta kkalkolati skont il-medja aritmetika sabiex tiġi mpinġija kull linja tax-xejra, bl-ewwel wieħed fi, jew qabel, 20 % tal-mili tad-durabbiltà kif stipulat fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u l-aħħar wieħed fi tmiem l-akkumulazzjoni tal-mili; mill-inqas żewġ punti tad-dejta oħrajn għandhom ikunu fi spazju indaqs bejn l-ewwel distanza tal-kejl tat-test tat-tip I u d-distanza finali. |
3.2.4.4. |
Il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stipulati fil-Parti A tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jiġu plottjati fil-graffs għal kull kostitwent tal-emissjonijiet kif stipulat fil-punti 3.2.4.2. u 3.2.4.3. It-trend line plottjata ma għandhiex taqbeż dawn il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli fi kwalunkwe punt tad-dejta dwar il-mili. Il-graff ipplottjata bħala THC, CO, Nox u, jekk applikabbli, NMHC u PM, bil-kostitwenti tal-emissjonijiet ipplottjati kif imqabbla mad-distanza tal-akkumulazzjoni, għandha tiżdied mar-rapport tat-test. Il-lista bir-riżultati kollha tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I, li tintuża sabiex tistabbilixxi l-linja tax-xejra dritta li toqgħod l-aħjar, għandha titpoġġa disponibbli għas-servizz tekniku, jekk jintalab dan. Figura A5-3 Eżempju teoretiku tar-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tal-idrokarburi totali (THC) tat-tip I ipplottjati fuq il-graff, il-limitu tat-test tat-THC tat-tip I skont l-Euro 4 ipplottjat fuq il-graff (170 mg/km) u l-linja tax-xejra dritta li toqgħod l-aħjar ta’ mutur tal-Euro 4 (L3e b’vmass > 130 km/h), kollha versus il-mili akkumulati |
3.2.4.5. |
Il-parametri tal-linja tax-xejra a, x u b tal-linji dritti li joqogħdu l-aħjar u l-valur ikkalkolat tas-sustanzi li jniġġsu fil-kejl finali tal-mili skont il-kategorija tal-vettura għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport tat-test. Il-graff għall-kostitwenti tal-emissjonijiet kollha għandha tiġi plottjata fir-rapport tat-test. Fir-rapport tat-test għandu jiġi ddikjarat ukoll liema kejl ittieħed jew ġie attestat mis-servizz tekniku u liema kejl ittieħed mill-manifattur. |
3.3. Il-proċedura matematika tad-durabbiltà
Il-vetturi tal-kategorija L li jużaw il-proċedura matematika tad-durabbiltà għandhom jirreferu għall-punt 3(c) tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.3.1. Ir-riżultati tal-emissjonijiet tal-vettura li akkumulat aktar minn 100 km wara li ġiet startjata għall-ewwel darba fi tmiem il-linja tal-produzzjoni, il-fatturi tad-deterjorazzjoni applikati stipulati fil-Parti B tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, kif ukoll il-prodott tal-multiplikazzjoni tat-tnejn u l-limitu tal-emissjonijiet imsemmi fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandhom jiżdiedu mar-rapport tat-test.
3.4. Iċ-ċikli tal-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà
Għandu jitwettaq wieħed miż-żewġ ċikli li ġejjin tat-test tal-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà għall-finijiet tat-tiqdim tal-vettura(i) tat-test sakemm titlesta kompletament id-distanza tat-test assenjata stipulata fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 skont il-proċedura tat-test tal-akkumulazzjoni sħiħa tal-mili stabbilita fil-punt 3.1. jew sakemm tali distanza titlesta parzjalment skont il-proċedura tat-test tal-akkumulazzjoni parzjali tal-mili stabbilita fil-punt 3.2.:
3.4.1. Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC-LeCV) għall-vetturi tal-kategorija L
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq (SRC-LeCV) imfassal apposta għall-vetturi tal-kategorija L huwa ċ-ċiklu tat-test tat-tip V prinċipali kompost minn sett ta’ erba’ ċikli tal-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà. Intant, għandu jintuża wieħed minn dawn iċ-ċikli tal-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà sabiex jiġu akkumulati l-mili mill-vettura/i tat-test skont id-dettalji tekniċi stipulati fl-Appendiċi 1.
3.4.2. Iċ-Ċiklu tal-Akkumulazzjoni tal-Mili Approvat mill-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerika
Skont l-għażla tal-manifattur, iċ-ċiklu tal-AMA għall-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà jista’ jitwettaq bħala alternattiva għaċ-ċiklu tal-akkumulazzjoni tal-mili tat-tip V sa u inkluża l-aħħar data tar-reġistrazzjoni stabbilita fil-punt 1.5.2. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Iċ-ċiklu tal-AMA għall-akkumulazzjoni tal-mili tad-durabbiltà għandu jitwettaq skont id-dettalji tekniċi stipulati fl-Appendiċi 2.
3.5. L-ittestjar tal-verifika tad-durabbiltà tat-tip V bl-użu ta’ apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis
3.5.1. L-apparat għall-kontroll tat-tniġġis jista’ jitneħħa mill-vettura/i tat-test:
3.5.1.2. |
wara li titlesta l-akkumulazzjoni sħiħa tal-mili skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-punt 3.1. jew |
3.5.1.3. |
wara li titlesta l-akkumulazzjoni parzjali tal-mili skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-punt 3.2.. |
3.5.2. Skont l-għażla tal-manifattur, l-apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis jista’ jintuża ripetutament għall-verifika tal-prestazzjoni tad-durabbiltà u għall-ittestjar tal-wiri tal-approvazzjoni fuq l-istess tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali billi jitwaħħal fuq vettura tal-oriġini rappreżentattiva li tkun tirrappreżenta l-familja tal-propulsjoni stabbilita fl-Anness XI, aktar tard fl-iżvilupp tal-vettura.
3.5.3. L-apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis għandu jiġi mmarkat b’mod permanenti u n-numru tal-immarkar, ir-riżultati assoċjati tat-test tal-emissjonijiet tat-tip I u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitpoġġew disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni, fuq talba ta’ din tal-aħħar.
3.5.4. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jimmarka u jaħżen apparat ġdid u li ma kienx soġġett għal proċess ta’ tiqdim intiż għall-kontroll tat-tniġġis bl-istess speċifikazzjonijiet bħal dawk tal-apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis u, fil-każ ta’ talba skont il-punt 3.5.5., għandu jagħmilhom disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni, bħala bażi ta’ referenza.
3.5.5. L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizz tekniku għandhom jingħataw aċċess fi kwalunkwe ħin waqt jew wara l-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali kemm għall-apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis, kif ukoll għall-apparat ‘ġdid u li ma kienx soġġett għal proċess ta’ tiqdim’ intiż għall-kontroll tat-tniġġis. L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizz tekniku jistgħu jitolbu u jattestaw test ta’ verifika mill-manifattur jew jistgħu jitolbu li t-tagħmir ‘ġdid u li ma kienx soġġett għal proċess ta’ tiqdim’ u l-apparat ‘tad-deheb’ għall-kontroll tat-tniġġis jiġu ttestjati minn laboratorju indipendenti li jagħmel testijiet mhux distruttivi.
Appendiċi 1
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq għall-Vetturi tal-Kategorija L (SRC-LeCV)
1. Introduzzjoni
1.1. |
Iċ-Ċiklu Standard tat-Triq għall-Vetturi tal-Kategorija L (SRC-LeCV) huwa ċiklu rappreżentattiv għall-akkumulazzjoni tal-kilometri għall-finijiet tat-tiqdim tal-vetturi tal-kategorija L u, b’mod partikolari, tal-apparat tagħhom intiż għall-kontroll tat-tniġġis b’mod definit, rappreżentattiv u li jista’ jiġi ripetut. Il-vettura tat-test tista’ tħaddem l-SRC-LeCV fit-triq, fuq korsa tat-test jew fuq dinamometru tax-xażi għall-akkumulazzjoni tal-kilometri. |
1.2. |
L-SRC-LeCV għandu jikkonsisti f’ħames dawriet ta’ korsa b’tul ta’ 6 km. It-tul tad-dawra jista’ jinbidel sabiex jakkomoda t-tul tal-korsa jew tat-triq tat-test għall-akkumulazzjoni tal-kilometri. L-SRC-LeCV għandu jinkludi erba’ profili differenti ta’ veloċitajiet tal-vetturi. |
1.3. |
B’mod alternattiv, il-manifattur jista’ jitlob li jkun permess li jitwettaq l-ogħla ċiklu tat-test innumerat li jkun imiss, bil-kunsens tal-awtorità tal-approvazzjoni, jekk huwa jkun tal-fehma li dan jirrappreżenta aħjar l-użu tal-vettura fid-dinja reali. |
2. Ir-rekwiżiti tat-test tal-SRC-LeCV
2.1. Jekk l-SRC-LeCV isir fuq dinamometru tax-xażi għall-akkumulazzjoni tal-kilometri:
2.1.1. |
id-dinamometru tax-xażi għandu jkun mgħammar b’sistemi ekwivalenti għal dawk użati fit-test tal-laboratorju għall-emissjonijiet tat-tip I stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li jissimulaw l-istess inerzja u reżistenza għall-progress. L-apparat li jintuża għall-analiżi tal-emissjonijiet ma għandux ikun meħtieġ għall-akkumulazzjoni tal-mili. Barra minn hekk, għandhom jintużaw l-istess settings tal-flywheel u l-inerzja u proċeduri tal-kalibrazzjoni għad-dinamometru tax-xażi li jintuża għall-akkumulazzjoni tal-mili bil-vettura/i tat-test kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
2.1.2. |
il-vettura tat-test tista’ tiġi ttrasferita għal fuq dinamometru tax-xażi differenti sabiex jitwettaq it-test ta’ verifika tal-emissjonijiet tat-tip I. Dan id-dinamometru għandu jippermetti t-twettiq tal-SRC-LeCV; |
2.1.3. |
id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi kkonfigurat sabiex jagħti indikazzjoni wara li jgħaddi kull kwart tal-korsa ta’ 6 km li s-sewwieq tal-vettura tat-test jew is-sewwieq robot għandu jipproċedi bis-sett ta’ azzjonijiet li ġejjin; |
2.1.4. |
għandu jitpoġġa disponibbli timer li juri s-sekondi għat-twettiq tal-perjodi tas-sewqan tal-vettura bil-magna mhux ingranata; |
2.1.5. |
id-distanza vvjaġġata għandha tiġi kkalkolata min-numru ta’ dawriet tar-romblu u miċ-ċirkonferenza tar-romblu. |
2.2. Jekk l-SRC-LeCV ma jsirx fuq dinamometru tax-xażi għall-akkumulazzjoni tal-kilometri:
2.2.1. l-għażla tal-korsa jew tat-triq tat-test għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-manifattur għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni;
2.2.2. il-korsa jew it-triq magħżula għandha tiġi fformata b’tali mod li ma tfixkilx b’mod sinjifikanti l-eżekuzzjoni xierqa tal-istruzzjonijiet tat-test;
2.2.3. ir-rotta li tintuża għandha tifforma ċirkwit li jippermetti eżekuzzjoni kontinwa;
2.2.4. għandhom ikunu permessi tulijiet tal-korsa li jkunu multipli, nofs jew kwart ta’ dan it-tul. It-tul tad-dawra jista’ jitbiddel sabiex jakkomoda t-tul tal-korsa jew tat-triq li tintuża għall-akkumulazzjoni tal-mili;
2.2.5. għandhom jiġu mmarkati erba’ punti, jew jiġu identifikati xi landmarks, fuq il-korsa jew it-triq, li jkunu ugwali għall-intervalli f’kull kwart tad-dawra;
2.2.6. id-distanza akkumulata għandha tiġi kkalkolata min-numru ta’ ċikli meħtieġa għall-ikkompletar tad-distanza tat-test. Din il-kalkolazzjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni t-tul tat-triq jew tal-korsa u t-tul tad-dawra magħżula. B’mod alternattiv, jista’ jintuża mezz elettroniku għall-kejl b’mod preċiż tad-distanza proprja vvjaġġata. L-odometru tal-vettura ma għandux jintuża.
2.2.7. Eżempji ta’ konfigurazzjonijiet fuq il-korsa tat-test:
Figura Ap1-1.
Grafika ssimplifikata tal-konfigurazzjonijiet possibbli fuq il-korsa tat-test
2.3. Id-distanza totali vvjaġġata għandha tkun il-mili tad-durabbiltà applikabbli kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, flimkien ma’ sub-ċiklu wieħed komplet tal-SRC-LeCV (30 km).
2.4. Ma huwa permess ebda waqfien waqt iċ-ċiklu tan-nofs. Kwalunkwe waqfiet għat-testijiet tal-emissjonijiet tat-tip I, għall-manutenzjoni, għall-perjodi tal-immersjoni, għall-alimentazzjoni mill-ġdid, eċċ. għandhom isiru fi tmiem sub-ċiklu komplet wieħed tal-SRC-LeCV, jiġifieri l-kulminazzjoni tal-pass 47 fit-Tabella Ap1-4. Jekk il-vettura tivvjaġġa saż-żona tal-ittestjar bil-potenza tagħha stess, għandhom jintużaw biss aċċellerazzjoni u deċellerazzjoni moderati u l-vettura ma għandhiex titħaddem bil-pedala tal-gass magħfusa kollha.
2.5. L-erba’ ċikli għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura tal-kategorija L u fuq il-bażi tal-kapaċità tal-magna jew, fil-każ ta’ propulsjonijiet purament elettriċi jew ibridi, fuq il-bażi tal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura u l-qawwa netta.
2.6. Għall-finijiet tal-akkumulazzjoni tal-mili fl-SRC-LeCV, il-kategoriji tal-vetturi L għandhom jinġabru flimkien kif ġej:
Tabella Ap1-1
Il-gruppi tal-kategoriji tal-vetturi L għall-SRC-LeCV
Ċiklu |
Kategorija tad-WMTC |
Il-veloċità massima ddisinjata għall-vettura (km/h) |
Il-kapaċità tal-magna tal-vettura (PI) |
Il-qawwa netta (kW) |
1 |
1 |
vmass ≤ 50 km/h |
Vd ≤ 50 cm3 |
≤ 6 kW |
2 |
50 km/h < vmass< 100 km/h |
50 cm3 < Vd< 150 cm3 |
< 14 kW |
|
3 |
2 |
100 km/h ≤ vmass< 130 km/h |
|
|
|
|
|
|
|
fejn:
Vd = kapaċità volumetrika tal-magna espress f’cm3
vmass = il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura espressa f’km/h
2.7. Struzzjonijiet rigward is-sewqan ġenerali skont l-SRC-LeCV
2.7.1. Struzzjonijiet rigward is-sewqan tal-vettura bil-magna mhux ingranata
2.7.1.1. |
Jekk ma tkunx twaqqfet diġà, il-vettura għandha tnaqqas l-aċċellerazzjoni sakemm tieqaf għal kollox u l-ger jinqaleb f’pożizzjoni newtrali. Il-pedala tal-gass għandha tiġi rrilaxxata kompletament u l-vettura għandha tibqa’ mixgħula. Jekk vettura tkun mgħammra b’sistema stop-start jew, fil-każ ta’ vettura elettrika ibrida, il-magna b’kombustjoni tintefa meta l-vettura tkun wieqfa; għandu jiġi żgurat li l-magna b’kombustjoni tkompli titħaddem bil-magna mhux ingranata. |
2.7.1.2. |
Il-vettura ma għandhiex tiġi mħejjija għall-azzjoni li jmiss fiċ-ċiklu tat-test qabel ma jkun għadda l-perjodu ta’ żmien sħiħ meħtieġ għas-sewqan tal-vettura bil-magna mhux ingranata. |
2.7.2. Struzzjonijiet rigward l-aċċellerazzjoni:
2.7.2.1. |
l-aċċellerazzjoni għall-veloċità mixtieqa tal-vettura għandha ssir bl-użu ta' dawn il-metodoloġiji tas-sub-azzjoni li ġejjin: 2.7.2.1.1. aċċellerazzjoni moderata: aċċellerazzjoni normali b’tagħbija parzjali medja, bejn wieħed u ieħor sa nofs l-aċċelleratur. 2.7.2.1.2. aċċellerazzjoni f’daqqa: aċċellerazzjoni għolja b’tagħbija parzjali bl-aċċelleratur magħfus kollu. |
2.7.2.2. |
jekk l-aċċellerazzjoni moderata ma tkunx tista’ tkompli tipprovdi żieda notevoli fil-veloċità attwali tal-vettura sabiex tintlaħaq il-veloċità mixtieqa tal-vettura, imbagħad għandha tintuża aċċellerazzjoni f’daqqa u fl-aħħar mill-aħħar aċċellerazzjoni bl-aċċelleratur magħfus kollu. |
2.7.3. Struzzjonijiet rigward id-deċellerazzjoni:
2.7.3.1. |
deċellerazzjoni mill-azzjoni preċedenti jew mill-veloċità massima tal-vettura miksuba fl-azzjoni preċedenti, skont liema tkun l-aktar baxxa. |
2.7.3.2. |
jekk l-azzjoni li jmiss tistabbilixxi l-veloċità mixtieqa tal-vettura bħala 0 km/h, il-vettura għandha titwaqqaf qabel tipproċedi. |
2.7.3.3. |
deċellerazzjoni moderata: l-aċċelleratur jintelaq b’mod normali. Jistgħu jintużaw il-brejkijiet, il-gerijiet u l-klaċċ, skont kif ikun meħtieġ. |
2.7.3.4. |
deċellerazzjoni ‘coast-through’: l-aċċelleratur jintelaq f’daqqa, il-klaċċ diżattivat u bil-ger imdaħħal, ebda attivazzjoni ta’ kontroll bis-saqajn/bl-idejn, mingħajr applikazzjoni tal-brejkijiet. Jekk il-veloċità mixtieqa hija 0 km/h (bil-magna mhux ingranata) u jekk il-veloċità attwali tal-vettura hija ≤ 5 km/h, il-klaċċ jista’ jiġi diżattivat, il-ger jista’ jinqaleb għal pożizzjoni newtrali u jintużaw il-brejkijiet sabiex jipprevjenu l-waqfien ħesrem tal-magna u l-vettura titwaqqaf għal kollox. Waqt id-deċellerazzjoni ‘coast-through’ mhuwiex permess tibdil għal ger ogħla. Ir-rikkieb jista’ jnaqqas il-ger sabiex iżid l-effett tal-ibbrejkjar tal-magna. Matul it-tibdil tal-gerijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġi żgurat li t-tibdil tal-gerijiet isir malajr, b’‘coasting’ minimu (jiġifieri < 2 sekondi) f’ger newtrali, bl-użu tal-klaċċ u klaċċ parzjali. Il-manifattur tal-vettura jista’ jitlob għall-estensjoni ta’ dan il-ħin bil-kunsens tal-awtorità tal-approvazzjoni jekk ikun assolutament meħtieġ. |
2.7.3.5. |
deċellerazzjoni ‘coast-down’ (deċellerazzjoni libera): id-deċellerazzjoni għandha tinbeda permezz tat-tneħħija tal-klaċċ (jiġifieri s-separazzjoni tat-trasmissjoni mir-roti) mingħajr l-użu tal-brejkijiet sakemm tintlaħaq il-veloċità mixtieqa tal-vettura. |
2.7.4. Struzzjonijiet rigward il-veloċità stabbli:
2.7.4.1. |
jekk l-azzjoni li ġejja hija ‘veloċità stabbli’, il-vettura tista’ tiġi aċċellerata sakemm tinkiseb il-veloċità mixtieqa tal-vettura. |
2.7.4.2. |
l-aċċelleratur għandu jkompli jitħaddem kif meħtieġ sabiex tintlaħaq u tinżamm il-veloċità stabbli mixtieqa tal-vettura. |
2.7.5. Struzzjoni ta’ sewqan għandha tiġi segwita fl-intier tagħha. Il-ħin addizzjonali tas-sewqan bil-magna mhux ingranata, l-aċċellerazzjoni ’l fuq mill-veloċità mixtieqa tal-vettura u d-deċellerazzjoni ’l isfel mill-veloċità mixtieqa tal-vettura huma permessi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet jitwettqu b’mod sħiħ.
2.7.6. It-tibdil tal-gerijiet għandu jsir skont il-gwida stipulata fil-punt 4.5.5. tal-Appendiċi 9 tal-Anness II. B’mod alternattiv, il-gwida pprovduta mill-manifattur lill-konsumatur tista’ tintuża jekk tiġi approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni.
2.7.7. F’każ li l-vettura tat-test ma tkunx tista’ tilħaq il-veloċitajiet mixtieqa tal-vettura stabbiliti fl-SRC-LeCV applikabbli, hija għandha titħaddem bl-aċċelleratur magħfus kollu u tuża għażliet disponibbli oħrajn sabiex tilħaq il-veloċità massima ddisinjata għaliha.
2.8. Il-passi tat-test tal-SRC-LeCV
It-test tal-SRC-LeCV għandu jikkonsisti fil-passi li ġejjin:
2.8.1. |
għandha tinkiseb il-veloċità massima ddisinjata għall-vettura u l-kapaċità tal-magna jew il-potenza netta, kif applikabbli; |
2.8.2. |
l-SRC-LeCV meħtieġa għandha tintgħażel mit-Tabella Ap1-1, filwaqt li l-veloċitajiet mixtieqa tal-vettura u l-istruzzjonijiet iddettaljati tas-sewqan għandhom jintgħażlu mit-Tabella Ap1-3. |
2.8.3. |
Il-kolonna ‘deċellerazzjoni bi’ għandha tindika l-veloċità tal-vettura delta li għandha titnaqqas mill-veloċità mixtieqa tal-vettura miksuba qabel jew inkella mill-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, skont liema tkun l-aktar baxxa. Eżempju tal-ewwel dawra:
Tabella Ap1-2 Eżempju ta’ moped b’veloċità baxxa tas-sub-kategorija L1e-B u ta’ moped b’veloċità għolja tas-sub-kategorija L1e-B, il-veloċitajiet attwali tal-vettura vs. il-veloċitajiet mixtieqa tal-vettura
|
2.8.4. |
Għandha titħejja tabella ta’ veloċitajiet mixtieqa tal-vetturi li tindika l-veloċitajiet nominali mixtieqa tal-vetturi stabbiliti fit-Tabelli Ap1-3 u Ap-4, kif ukoll il-veloċitajiet mixtieqa li jistgħu jintlaħqu mill-vetturi f’format ippreferut mill-manifattur għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
2.8.5. |
Skont il-punt 2.2.5., għandhom jiġu mmarkati jew identifikati d-diviżjonijiet tat-tul tad-dawra maqsuma f’erbgħa fuq il-korsa tat-test jew fit-triq, jew inkella tintuża sistema li tindika d-distanza li tkun għaddiet fuq id-dinamometru tax-xażi. |
2.8.6. |
Wara kull sub-dawra li tgħaddi, għandhom jitwettqu l-lista meħtieġa ta’ azzjonijiet tat-Tabelli Ap1-3 u Ap-4 u skont il-punt 2.7 rigward l-istruzzjonijiet ġenerali tas-sewqan għal jew fil-veloċità mixtieqa li jkun imiss tal-vettura. |
2.8.7. |
Il-veloċità massima miksuba mill-vettura tista’ tiddevja mill-veloċità massima tad-disinn tal-vettura skont it-tip ta’ aċċellerazzjoni meħtieġa u skont il-kondizzjonijiet tal-korsa. Għalhekk, matul it-test, il-veloċitajiet attwali miksuba mill-vettura għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jiġi vverifikat jekk il-veloċitajiet mixtieqa tal-vettura humiex qegħdin jintlaħqu kif mitlub. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ogħla veloċitajiet tal-vettura u għall-veloċitajiet stabbli tal-vettura qrib il-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u d-differenzi sussegwenti tal-veloċitajiet tal-vettura fid-deċellerazzjonijiet. |
2.8.8. |
F’każ li konsistentement tinstab devjazzjoni sinjifikanti fit-twettiq ta’ diversi sub-ċikli, il-veloċitajiet mixtieqa tal-vettura għandhom jiġu aġġustati fit-tabella msemmija fil-punt 2.8.4. L-aġġustament jeħtieġ li jsir biss meta jinbeda sub-ċiklu u mhux fiż-żmien reali. |
2.9. Deskrizzjoni ddettaljata taċ-ċiklu tat-test tal-SRC-LeCV
2.9.1. Ħarsa ġenerali grafika tal-SRC-LeCV
Figura Ap1-2
SRC-LeCV, eżempju tal-karatteristiċi tal-akkumulazzjoni tad-distanza għall-erba’ ċikli kollha
2.9.2. Struzzjonijiet iddettaljati taċ-ċiklu tal-SRC-LeCV
Tabella Ap1-3
l-azzjonijiet u s-sub-azzjonijiet għal kull ċiklu u sub-ċiklu, l-1, it-2 u t-3 dawra
Ċiklu: |
1 |
2 |
3 |
4 |
||||||||
Dawra |
Sub-dawra |
Azzjoni |
Sub- azzjoni |
Ħin [s] |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
1 |
L-ewwel kwart |
|
|
|
(km/h) |
|||||||
|
|
Waqfien u sewqan bil-magna mhux ingranata |
|
10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Aċċellerazzjoni |
F’daqqa |
|
35 |
|
50 |
|
55 |
|
90 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
35 |
|
50 |
|
55 |
|
90 |
|
|
It-tieni kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
35 |
|
50 |
|
55 |
|
90 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
35 |
|
50 |
|
55 |
|
90 |
|
|
It-tielet kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
45 |
|
60 |
|
75 |
|
100 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
45 |
|
60 |
|
75 |
|
100 |
|
|
Ir-raba’ kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
20 |
|
10 |
|
15 |
|
20 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
45 |
|
60 |
|
75 |
|
100 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
45 |
|
60 |
|
75 |
|
100 |
|
2 |
L-ewwel nofs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Coast- through |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
|
|
Waqfien u sewqan bil-magna mhux ingranata |
|
10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Aċċellerazzjoni |
F’daqqa |
|
50 |
|
100 |
|
100 |
|
130 |
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Coast-down |
|
|
10 |
|
20 |
|
10 |
|
15 |
|
|
Aċċellerazzjoni fakultattiva |
F’daqqa |
|
40 |
|
80 |
|
90 |
|
115 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
40 |
|
80 |
|
90 |
|
115 |
|
|
It-tieni nofs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
15 |
|
20 |
|
25 |
|
35 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
50 |
|
75 |
|
80 |
|
105 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
50 |
|
75 |
|
80 |
|
105 |
|
3 |
L-ewwel nofs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
25 |
|
15 |
|
15 |
|
25 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
50 |
|
90 |
|
95 |
|
120 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
50 |
|
90 |
|
95 |
|
120 |
|
|
It-tieni nofs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
25 |
|
10 |
|
30 |
|
40 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
45 |
|
70 |
|
90 |
|
115 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
45 |
|
70 |
|
90 |
|
115 |
|
Tabella Ap1-4
azzjonijiet u sub-azzjonijiet għal kull ċiklu u sub-ċiklu, ir-raba’ u l-ħames dawra
Ċiklu: |
1 |
2 |
3 |
4 |
||||||||
Dawra |
Sub-dawra |
Azzjoni |
Sub- azzjoni |
Ħin (s) |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
Għal/fi |
Bi |
4 |
L-ewwel nofs |
|
|
|
[km/h] |
|||||||
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
20 |
|
20 |
|
25 |
|
35 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
45 |
|
70 |
|
90 |
|
115 |
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Coast-down |
|
|
20 |
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
|
Aċċellerazzjoni fakultattiva |
Moderata |
|
35 |
|
55 |
|
75 |
|
100 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
35 |
|
55 |
|
75 |
|
100 |
|
|
It-tieni nofs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
10 |
|
10 |
|
10 |
|
20 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
105 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
105 |
|
5 |
L-ewwel kwart |
|
|
|
(km/h) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Coast- through |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
|
|
Waqfien u sewqan bil-magna mhux ingranata |
|
45 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Aċċellerazzjoni |
F’daqqa |
|
30 |
|
55 |
|
70 |
|
90 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
30 |
|
55 |
|
70 |
|
90 |
|
|
It-tieni kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
15 |
|
15 |
|
20 |
|
25 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
30 |
|
55 |
|
70 |
|
90 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
30 |
|
55 |
|
70 |
|
90 |
|
|
It-tielet kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
20 |
|
25 |
|
20 |
|
25 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
20 |
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
20 |
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
|
Ir-raba’ kwart |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Moderata |
|
|
10 |
|
15 |
|
15 |
|
15 |
|
|
Aċċellerazzjoni |
Moderata |
|
20 |
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
|
|
Veloċità stabbli |
|
|
20 |
|
45 |
|
65 |
|
80 |
|
|
|
Deċellerazzjoni |
Coast- through |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
0 |
|
2.9.3. Il-proċeduri tal-immersjoni fl-SRC-LeCV
Il-proċedura tal-immersjoni tal-SRC-LeCV għandha tikkonsisti fil-passi li ġejjin:
2.9.3.1. |
għandu jitlesta sub-ċiklu sħiħ tal-SRC-LeCV (ta’ bejn wieħed u ieħor 30 km); |
2.9.3.2. |
jista’ jsir test tal-emissjonijiet tat-tip I jekk jitqies bħala meħtieġ għar-rilevanza statistika; |
2.9.3.3. |
għandha ssir kwalunkwe manutenzjoni meħtieġa u l-vettura tat-test tista’ tiġi alimentata mill-ġdid; |
2.9.3.4. |
il-vettura tat-test għandha tiġi ssettjata għal sewqan bil-magna mhux ingranatabil-magna b’kombustjoni titħaddem għal minimu ta’ siegħa mingħajr ebda input mill-utent; |
2.9.3.5. |
il-propulsjoni tal-vettura tat-test għandha tintefa; |
2.9.3.6. |
il-vettura tat-test għandha titkessaħ u tiġi suġġetta għal immersjoni taħt kondizzjonijiet ambjentali għal minimu ta’ sitt sigħat (jew erba’ sigħat b’fann u żejt tal-lubrikazzjoni f’temperatura ambjentali); |
2.9.3.7. |
il-vettura tista’ tiġi alimentata mill-ġdid u l-akkumulazzjoni tal-mili għandha tissokta kif mitlub fl-ewwel dawra, is-sub-dawra 1 tas-sub-ċiklu tal-SRC-LeCV fit-Tabella Ap1-3. |
2.9.3.8. |
il-proċedura tal-immersjoni tal-SRC-LeCV ma għandhiex tieħu post il-ħin tal-immersjoni regolari allokat għat-testijiet tal-emissjonijiet tat-tip I stipulati fl-Anness II. Il-proċedura tal-immersjoni tal-SRC-LeCV tista’ tiġi kkoordinata b’tali mod li titwettaq wara kull intervall ta’ manutenzjoni jew wara kull test tal-emissjonijiet fil-laboratorju. |
2.9.3.9 |
Il-proċedura tal-immersjoni tat-test tat-tip V għall-ittestjar tad-durabbiltà attwali b’akkumulazzjoni sħiħa tal-mili
|
2.9.3.10 |
Il-proċedura tal-immersjoni tat-test tat-tip V għall-ittestjar tad-durabbiltà attwali b’akkumulazzjoni parzjali tal-mili Matul il-fażi tal-akkumulazzjoni parzjali tal-mili stabbilita fil-punt 3.2 tal-Anness VI, il-vettura tat-test għandha tkun soġġetta għal erba’ proċeduri tal-immersjoni kif stabbilit fil-punt 3.1. Dawn il-proċeduri għandhom jitqassmu b’mod uniformi tul il-mili akkumulati. |
Appendiċi 2
Iċ-ċiklu tad-durabbiltà tal-Akkumulazzjoni tal-Mili Approvati (AMA) mill-EPA tal-Istati Uniti tal-Amerika
1. Introduzzjoni
1.1. |
Iċ-ċiklu tad-durabbiltà tal-Akkumulazzjoni tal-Mili Approvati (AMA) mill-aġenzija għall-ħarsien ambjentali (EPA) tal-Istati Uniti tal-Amerika (USA) huwa ċiklu tal-akkumulazzjoni tal-mili li jintuża għat-tiqdim tal-vetturi tat-test u tal-apparat tagħhom intiż għall-kontroll tat-tniġġis b’mod li jkun jista’ jiġi ripetut, iżda li huwa ferm inqas rappreżentattiv għall-flotta tal-UE u għas-sitwazzjoni tat-traffiku fl-UE mill-SRC-LeCV. Iċ-ċiklu tat-test tal-AMA għandu jitneħħa gradwalment, iżda jista’ jintuża f’perjodu tranżitorju sa u inkluża d-data tal-ewwel reġistrazzjoni stabbilita fil-punt 1.5.2. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, sakemm tingħata l-konferma fl-istudju dwar l-effett ambjentali msemmi fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Il-vetturi tat-test tal-kategorija L jistgħu jagħmlu ċ-ċiklu tat-test fit-triq, fuq korsa tat-test jew fuq dinamometru tax-xażi għall-akkumulazzjoni tal-kilometri. |
1.2. |
Iċ-ċiklu tat-test tal-AMA għandu jiġi kkompletat billi jiġi mtenni s-sub-ċiklu tal-AMA stabbilit fil-punt 2 sakemm ikunu ġew akkumulati l-mili tad-durabbiltà applikabbli fil-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
1.3. |
Iċ-ċiklu tat-test tal-AMA għandu jkun kompost minn 11-il sub-ċiklu li jkopru sitt kilometri kull wieħed. |
2. Ir-rekwiżiti taċ-ċiklu tat-test tal-AMA
2.1. |
Għall-finijiet tal-akkumulazzjoni tal-mili fiċ-ċiklu tat-test tal-AMA, il-vetturi tal-kategorija L għandhom jinġabru flimkien kif ġej: Tabella Ap2-1 Ir-raggruppament tal-vetturi tal-kategorija L għall-finijiet tat-test tal-akkumulazzjoni tal-mili tal-AMA
|
2.2. |
Jekk iċ-ċiklu tat-test tal-AMA jitwettaq fuq dinamometru tax-xażi għall-akkumulazzjoni tal-kilometri, id-distanza vvjaġġata għandha tiġi kkalkolata min-numru ta’ dawriet tar-romblu u miċ-ċirkonferenza tar-romblu. |
2.3. |
Għandu jitwettaq sub-ċiklu tat-test wieħed tal-AMA kif ġej:
|
ANNESS VII
Rekwiżiti tat-test tat-tip VII; emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u d-determinazzjoni tal-medda elettrika
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-Appendiċi |
Paġna |
1. |
Il-metodu għall-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni interna biss |
211 |
2. |
Il-metodu għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika ta’ vettura li titħaddem b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss |
215 |
3. |
Il-metodu għall-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda tas-sewqan tal-vetturi li jitħaddmu b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida |
218 |
3.1. |
Il-profil tal-Istat tal-Iċċarġjar (SOC) tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għal Vettura Elettrika Ibrida li tista’ tiġi ċċarġjata esternament (OVC HEV) f’test tat-tip VII |
234 |
3.2. |
Il-metodu għall-kejl tal-bilanċ tal-elettriku tal-batterija tal-OVC u l-NOVC HEV |
235 |
3.3. |
Il-metodu għall-kejl tal-medda elettrika tal-vetturi li jitħaddmu b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss jew b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida, kif ukoll għall-kejl tal-medda OVC tal-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida |
236 |
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tal-vetturi tal-kategorija L, b'mod partikolari fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2, u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija kif ukoll tal-medda elettrika tal-vettura. |
1.2. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness japplikaw għal dawn it-testijiet ta' vetturi tal-kategorija L mgħammra b'konfigurazzjonijiet assoċjati ta' sistema tal-motopropulsjoni:
|
2. Speċifikazzjonijiet u testijiet
2.1. Ġenerali
Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew il-konsum tal-enerġija elettrika għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u armati b’tali mod li l-vettura, f’użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta, tkun tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness. Il-vettura tat-test għandha tkun saritilha manutenzjoni u ġiet użata b'mod xieraq.
2.2. Deskrizzjoni tat-testijiet għall-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni interna biss
2.2.1. |
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jitkejlu skont il-proċedura tat-test deskritta fl-Appendiċi 1. Dawk il-vetturi li ma jilħqux il-valuri tal-aċċellerazzjoni u tal-veloċità massima mistennija fiċ-ċiklu tat-test għandhom jitħaddmu bil-pedala tal-aċċelleratur magħfusa kollha sakemm jerġgħu jilħqu l-kurva operattiva meħtieġa. Id-devjazzjonijiet miċ-ċiklu tat-test għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test. Il-vettura tat-test għandha tkun saritilha manutenzjoni xierqa u tkun użata. |
2.2.2. |
Għall-emissjonijiet tas-CO2, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu espressi fi grammi għal kull kilometru (g/km) imqarrba għall-eqreb numru sħiħ. |
2.2.3. |
Il-valuri tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu espressi f’litri għal kull 100 km fil-każ tal-petrol, l-LPG, l-etanol (E85) u d-diżil jew f’kg u m3 għal kull 100 km fil-każ tal-idroġenu, l-NG/bijometanu u l-H2NG. Il-valuri għandhom jiġu kkalkolati skont il-punt 1.4.3. tal-Anness II permezz tal-metodu tal-bilanċ tal-karbonju, bl-użu tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla u l-emissjonijiet l-oħrajn relatati mal-karbonju (CO u HC). Ir-riżultati għandhom jiġu mqarrba għal punt deċimali wieħed. |
2.2.4. |
Għall-ittestjar għandhom jintużaw il-fjuwils ta’ referenza xierqa stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Anness II. Għal-LPG, l-NG/bijometanu u l-H2NG, il-fjuwil ta’ referenza li jintuża għandu jkun dak li jintgħażel mill-manifattur għall-kejl tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni skont l-Anness X. Il-fjuwil magħżul għandu jkun speċifikat fir-rapport tat-test skont il-mudell stabbilit fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni msemmija fil-punt 2.2.3., il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi espress f’unitajiet xierqa, filwaqt li għandhom jintużaw il-karatteristiċi tal-fjuwil li ġejjin:
|
2.3. Deskrizzjoni tat-testijiet għall-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss
2.3.1. |
Is-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet għandu jwettaq il-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika skont il-metodu u ċ-ċiklu tat-test deskritti fl-Appendiċi 6 għall-Anness II. |
2.3.2. |
Is-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet għandu jwettaq il-kejl tal-medda elettrika tal-vettura skont il-metodu deskritt fis-Sub-Appendiċi 3.3. |
2.3.2.1. |
Il-medda elettrika mkejla permezz ta’ dan il-metodu għandha tkun l-unika waħda msemmija f’materjal promozzjonali. |
2.3.2.2. |
Il-vetturi tal-kategorija L1e ddisinjati għall-pedala msemmija fl-Artikolu 2(94) għandhom ikunu eżentati mit-test tal-medda elettrika. |
2.3.3. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi espress f’Watt sigħat għal kull kilometru (Wh/km) u l-medda għandha tiġi espressa f’km, it-tnejn li huma aġġustati għall-eqreb numru sħiħ. |
2.4. Deskrizzjoni tat-testijiet għall-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida
2.4.1. |
Is-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet għandu jkejjel l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija elettrika skont il-proċedura tat-test deskritta fl-Appendiċi 3. |
2.4.2. |
Ir-riżultati tat-test għall-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu espressi fi grammi għal kull kilometru (g/km) aġġustati għall-eqreb numru sħiħ. |
2.4.3. |
Il-konsum tal-fjuwil, espress f’litri għal kull 100 km (fil-każ tal-petrol, l-LPG, l-etanol (E85) u d-diżil) jew f’kg u m3 għal kull 100 km (fil-każ tal-NG/bijometanu, l-H2NG u l-idroġenu), għandu jiġi kkalkolat skont il-punt 1.4.3. tal-Anness II permezz tal-metodu tal-bilanċ tal-karbonju, bl-użu tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla u l-emissjonijiet l-oħrajn relatati mal-karbonju (CO u HC). Ir-riżultati għandhom jiġu mqarrba għall-ewwel punt deċimali. |
2.4.4. |
Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni msemmija fil-punt 2.4.3., għandhom japplikaw il-preskrizzjonijiet u l-valuri ta’ referenza msemmija fil-punt 2.2.4.. |
2.4.5. |
Jekk applikabbli, il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi espress f’Watt sigħat għal kull kilometru (Wh/km), aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. |
2.4.6. |
Is-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet għandu jkejjel il-medda elettrika tal-vettura skont il-metodu deskritt fis-Sub-Appendiċi 3.3. Ir-riżultat għandu jiġi espress f’kilometri, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. Il-medda elettrika mkejla permezz ta’ dan il-metodu għandha tkun l-unika waħda li tissemma f’materjal promozzjonali u li tintuża għall-kalkoli fl-Appendiċi 3. |
2.5. Interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet
2.5.1. |
Il-valur tas-CO2 jew il-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika adottat bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun dak iddikjarat mill-manifattur jekk dan ma jinqabiżx b’aktar minn 4 fil-mija mill-valur imkejjel mis-servizz tekniku. Il-valur imkejjel jista’ jkun aktar baxx mingħajr ebda limitazzjoni. Fil-każ ta’ vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni interna biss li huma mgħammra b’sistemi b'riġenerazzjoni perjodika kif definiti fl-Artikolu 2(16), ir-riżultati jiġu mmultiplikati bil-fattur Ki li jinkiseb mill-Appendiċi 13 għall-Anness II qabel ma jitqabblu mal-valur iddikjarat. |
2.5.2. |
Jekk il-valur imkejjel tal-emissjonijiet tas-CO2 jew tal-konsum tal-enerġija elettrika jaqbeż il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 jew tal-konsum tal-enerġija elettrika ddikjarat mill-manifattur b’aktar minn 4 fil-mija, allura għandu jsir test ieħor fuq l-istess vettura. Meta l-medja taż-żewġ riżultati tat-test ma taqbiżx il-valur iddikjarat mill-manifattur b’aktar minn 4 fil-mija, allura l-valur iddikjarat mill-manifattur jitqies bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip. |
2.5.3. |
Jekk, f’każ li jkun qiegħed isir test ieħor, il-medja xorta waħda taqbeż il-valur iddikjarat b’aktar minn 4 fil-mija, għandu jsir test finali fuq l-istess vettura. Il-medja tat-tliet riżultati tat-test għandha tittieħed bħala l-valur tal-approvazzjoni tat-tip. |
3. Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip approvat
3.1. |
Għat-tipi approvati kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni li approvat it-tip għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe modifika li ssir. Imbagħad, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’:
|
3.2. |
Il-konferma jew l-estensjoni tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
3.3. |
L-awtorità tal-approvazzjoni li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal tali estensjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
4. Il-kondizzjonijiet tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura
4.1. Il-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni interna biss, għajr dawk li huma mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika għall-kontroll tal-emissjonijiet
L-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi estiża għal dawk il-vetturi li jiġu prodotti mill-istess manifattur u li huma tal-istess tip jew ta’ tip li jvarja fir-rigward tal-karatteristiċi li ġejjin fl-Appendiċi 1, diment li l-emissjonijiet tas-CO2 imkejla mis-servizz tekniku ma jaqbżux il-valur tat-tip approvat b’aktar minn 4 fil-mija:
4.1.1. |
il-massa ta’ referenza; |
4.1.2. |
il-massa massima awtorizzata; |
4.1.3. |
it-tip ta’ qafas; |
4.1.4. |
il-proporzjonijiet globali tal-gerijiet; |
4.1.5. |
it-tagħmir u l-aċċessorji tal-magna; |
4.1.6. |
id-dawriet tal-magna għal kull kilometru fl-ogħla ger bi preċiżjoni ta’ +/– 5 %. |
4.2. Il-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni interna biss u li huma mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika għall-kontroll tal-emissjonijiet
L-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi estiża għal dawk il-vetturi li jiġu prodotti mill-istess manifattur u li huma tal-istess tip jew ta’ tip li jvarja fir-rigward tal-karatteristiċi msemmija fl-Appendiċi 1, kif issir referenza għalihom fil-punti 4.1.1. sa 4.1.6., mingħajr ma jaqbżu l-karatteristiċi tal-familja tal-propulsjoni msemmija fl-Anness XI, diment li l-emissjonijiet tas-CO2 imkejla mis-servizz tekniku ma jaqbżux il-valur tat-tip approvat b’aktar minn 4 fil-mija, fejn ikun applikabbli l-istess fattur Ki.
L-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi estiża wkoll għall-vetturi tal-istess tip, iżda b’fattur Ki differenti, diment li l-valur ikkoreġut tas-CO2 imkejjel mis-servizz tekniku ma jaqbiżx il-valur tat-tip approvat b’aktar minn 4 fil-mija.
4.3. Il-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss
L-estensjonijiet jistgħu jingħataw wara qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni.
4.4. Il-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida
L-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi estiża għal dawk il-vetturi li huma tal-istess tip jew ta’ tip li jvarja fir-rigward tal-karatteristiċi li ġejjin fl-Appendiċi 3, diment li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija elettrika mkejla mis-servizz tekniku ma jaqbżux il-valur tat-tip approvat b’aktar minn 4 fil-mija:
4.4.1. |
il-massa ta’ referenza; |
4.4.2. |
il-massa massima awtorizzata; |
4.4.3. |
it-tip ta’ qafas; |
4.4.4. |
it-tip u l-għadd ta’ batteriji bi propulsjoni. Meta jitwaħħlu aktar minn batterija waħda, pereżempju sabiex tiġi estiża l-estrapolazzjoni tal-medda tal-kejl, il-konfigurazzjoni tal-bażi, li tieħu f’kunsiderazzjoni l-kapaċitajiet u l-mod li bih jiġu konnessi l-batteriji (b’mod parallel, mhux f’serje), għandha titqies bħala suffiċjenti. |
4.5. Meta tinbidel kwalunkwe karatteristika oħra, l-estensjonijiet jistgħu jingħataw wara qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni.
5. Dispożizzjonijiet speċjali
Il-vetturi li jiġu prodotti fil-ġejjieni b’teknoloġiji ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija jistgħu jkunu soġġetti għal programmi ta’ testijiet kumplimentari, li għandhom jiġu speċifikati fi stadju aktar tard. Tali testijiet għandhom jagħtu ċ-ċans lill-manifatturi juru l-vantaġġi tat-teknoloġiji.
(1) Il-valur medju tal-fjuwils ta’ referenza G20 u G25 f’temperatura ta’ 288.2 K (15 °C).
Appendiċi 1
Il-metodu għall-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni biss
1. Speċifikazzjoni tat-test
1.1. L-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi li jitħaddmu b’magna b’kombustjoni biss għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura għat-test tat-tip I fl-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura.
1.2. Minbarra r-riżultati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għat-test kollu tat-tip I, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati wkoll separatament għall-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, bl-użu tal-proċedura applikabbli tat-test tat-tip I fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura skont il-punt 1.1.1. tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
1.3. Minbarra l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
1.3.1. |
Matul it-test għandu jintuża biss l-apparat meħtieġ għat-tħaddim tal-vettura. Jekk ikun hemm xi apparat li jiġi kkontrollat b’mod manwali għat-temperatura tal-arja li tidħol fil-magna, dan għandu jkun fil-pożizzjoni preskritta mill-manifattur għat-temperatura ambjentali li fiha jitwettaq it-test. B’mod ġenerali, għandu jintuża l-apparat awżiljarju meħtieġ għat-tħaddim normali tal-vettura. |
1.3.2. |
Jekk il-fann tar-radjatur ikun ikkontrollat bit-temperatura, dan għandu jkun f’kondizzjoni ta’ tħaddim normali. Is-sistema ta’ tisħin tal-kompartiment tal-passiġġieri, jekk ikun hemm, għandha tkun mitfija, l-istess bħal kwalunkwe sistema ta’ arja kkondizzjonata, iżda l-kompressur ta’ sistemi bħal dawn għandu jkun qiegħed jiffunzjona b’mod normali. |
1.3.3. |
Jekk jitwaħħal super-charger, dan għandu jkun f’kondizzjoni ta’ tħaddim normali għall-kondizzjonijiet tat-test. |
1.3.4. |
Il-lubrikanti kollha għandhom ikunu dawk li ġew irrakkomandati mill-manifattur tal-vettura u għandhom ikunu speċifikati fir-rapport tat-test. |
1.3.5. |
Għandu jintgħażel l-aktar tajer wiesa’, għajr meta jkun hemm aktar minn tliet daqsijiet ta’ tajers, f’liema każ għandu jintgħażel it-tieni l-aktar tajer wiesa’. Il-pressjonijiet għandhom jiġu indikati fir-rapport tat-test. |
1.4. Il-kalkolazzjoni tal-valuri tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil
1.4.1. |
L-emissjoni totali tas-CO2, espressa fi g/km, għandha tiġi kkalkolata mill-kejl li jittieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Anness II. |
1.4.1.1. |
Għal din il-kalkolazzjoni, id-densità tas-CO2 għandha tiġi preżunta bħala li hija QCO2 = 1,964 g/litru. |
1.4.2. |
Il-valuri tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkalkolati mill-kejl tal-emissjonijiet tal-idrokarburi, tal-monossidu tal-karbonju u tad-dijossidu tal-karbonju meħud skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura. |
1.4.3. |
Il-konsum tal-fjuwil (FC), espress f’litri għal kull 100 km (fil-każ tal-petrol, l-LPG, l-etanol (E85) u d-diżil) jew f’kg għal kull 100 km (fil-każ ta’ vettura li tieħu fjuwil alternattiv u li titħaddem bl-NG/bijometanu, l-H2NG jew l-idroġenu) jiġi kkalkolat bl-użu tal-formuli li ġejjin:
|
1.4.4. |
F’dawn il-formuli:
Fil-każ tal-fjuwils f’forma ta’ gass, D hija d-densità f’temperatura ta’ 15 °C u fi pressjoni ambjentali ta’ 101,3 kPa:
Il-fattur tal-kompressibilità għandu jinkiseb mit-tabella li ġejja: Tabella Ap1-1 Il-fattur tal-kompressibilità Zx tal-fjuwil f’forma ta’ gass
|
Appendiċi 2
Il-metodu għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika ta’ vettura li titħaddem b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss
1. Is-sekwenza tat-test
1.1. |
Il-konsum tal-enerġija elettrika tal-vetturi purament elettriċi għandu jiġi ddeterminat skont il-proċedura għat-test tat-tip I fl-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura. Għal dan l-għan, vettura pura għandha tiġi kklassifikata skont il-veloċità massima ddisinjata għaliha u li tista’ tilħaq. Jekk il-vettura jkollha diversi modalitajiet ta’ sewqan, li jistgħu jingħażlu mis-sewwieq, l-operatur għandu jagħżel dik li taqbel l-aktar mal-kurva fil-mira. |
2. Il-metodu tat-test
2.1. Il-prinċipju
Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika, espress f’Wh/km:
Tabella Ap2-1
Il-parametri, l-unitajiet u l-preċiżjoni tal-kejl
Parametru |
Unitajiet |
Preċiżjoni |
Riżoluzzjoni |
Ħin |
S |
0,1 s |
0,1 s |
Distanza |
M |
± 0,1 fil-mija |
1 m |
Temperatura |
K |
± 1 K |
1 K |
Veloċità |
km/h |
± 1 fil-mija |
0,2 km/h |
Massa |
kg |
± 0,5 fil-mija |
1 kg |
Enerġija |
Wh |
± 0,2 fil-mija |
Il-klassi 0,2 s Skont l-IEC (1) 687 |
2.3. Il-vettura tat-test
2.3.1. Il-kondizzjoni tal-vettura
2.3.1.1. It-tajers tal-vettura għandhom jintefħu sal-pressjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura meta t-tajers ikunu f’temperatura ambjentali.
2.3.1.2. Il-viskożità taż-żjut għall-partijiet mekkaniċi li jiċċaqilqu għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur tal-vettura.
2.3.1.3. L-apparat tat-tidwil, l-apparat tas-sinjalar bid-dawl u l-mezzi awżiljarji għandhom ikunu mitfija, ħlief dawk meħtieġa għall-ittestjar u għat-tħaddim tas-soltu tal-vettura matul il-jum.
2.3.1.4. Is-sistemi kollha li jintużaw għall-ħażna tal-enerġija u li huma disponibbli għal skopijiet oħrajn li mhumiex ta’ trazzjoni (elettriċi, idrawliċi, pnewmatiċi, eċċ.) għandhom jiġu ċċarġjati sal-livell massimu tagħhom kif speċifikat mill-manifattur.
2.3.1.5. Jekk il-batteriji jitħaddmu f’temperaturi ogħla mit-temperatura ambjentali, l-operatur għandu jsegwi l-proċedura rrakkomandata mill-manifattur tal-vettura biex iżomm it-temperatura tal-batterija fil-medda tat-tħaddim normali.
Il-manifattur għandu jkun f’pożizzjoni li jafferma li s-sistema tal-ġestjoni termali tal-batterija la għandha xi ħsara u lanqas ma hija mnaqqsa.
2.3.1.6. Il-vettura għandha tkun ivvjaġġat għal mill-inqas 300 km fis-sebat ijiem ta’ qabel it-test bil-batteriji installati għat-test.
2.3.2. Il-klassifikazzjoni tal-vettura purament elettrika tat-test fiċ-ċiklu tat-test tat-tip I.
Sabiex jitkejjel il-konsum elettriku tal-vettura tat-test fiċ-ċiklu tat-test tat-tip I, din għandha tiġi kklassifikata biss skont il-valuri limiti tal-veloċità massima tad-disinn tagħha u li tista’ tilħaq stabbiliti fil-punt 4.3. tal-Anness II.
2.4. Il-modalità tat-tħaddim
It-testijiet kollha jitwettqu f’temperatura ta’ bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C).
Il-metodu tat-test jinkludi l-erba’ passi li ġejjin:
(a) |
iċ-ċarġ inizjali tal-batterija; |
(b) |
żewġ testijiet taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I; |
(c) |
l-iċċarġjar tal-batterija; |
(d) |
kalkolazzjoni tal-konsum tal-enerġija elettrika. |
Jekk il-vettura tiċċaqlaq bejn dawn il-passi, hija għandha tiġi mbottata lejn iż-żona fejn isir it-test li jmiss (mingħajr iċċarġjar riġenerattiv mill-ġdid).
2.4.1. Iċ-ċarġ inizjali tal-batterija
L-iċċarġjar tal-batterija jikkonsisti fil-proċeduri li ġejjin:
2.4.1.1. Id-disċarġ tal-batterija
Id-disċarġ tal-batterija jsir waqt li l-vettura tkun qiegħda tinstaq (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) f’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, kif stabbilita skont il-proċedura tat-test stipulata fl-Appendiċi 1 għall-Anness X.
Id-disċarġ għandu jieqaf:
(a) |
meta l-vettura ma tkunx tista’ tinstaq f’65 fil-mija tal-veloċità massima fi tletin minuta, jew |
(b) |
meta l-istrumentazzjoni standard abbord tindika li l-vettura għandha titwaqqaf, jew |
(c) |
wara 100 km. |
Permezz ta’ deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta.
2.4.1.2. L-applikazzjoni ta’ ċarġ normali mal-lejl
Il-batterija għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura li ġejja:
2.4.1.2.1. Il-proċedura tal-iċċarġjar normali mal-lejl
Iċ-ċarġ għandu jitwettaq:
(a) |
biċ-ċarġer abbord, jekk ikun imwaħħal; |
(b) |
b’ċarġer estern irrakkomandat mill-manifattur, bl-użu tal-mudell tal-iċċarġjar preskritt għall-iċċarġjar normali; |
(c) |
f’temperatura ambjentali ta’ bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). |
Din il-proċedura teskludi t-tipi kollha ta’ ċarġijiet speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, pereżempju, iċ-ċarġijiet ta’ ekwalizzazzjoni jew iċ-ċarġijiet fl-għoti ta’ servis.
Il-manifattur tal-vettura għandu jiddikjara li waqt it-test ma kien hemm ebda proċedura ta’ ċċarġjar speċjali.
2.4.1.2.2. Kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ
Il-kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ għandhom jikkorrespondu għal ħin ta’ ċċarġjar ta’ 12-il siegħa, ħlief jekk l-istrumentazzjoni standard tindika b’mod ċar li l-batterija għadha ma ġietx iċċarġjata għal kollox, f’liema każ:
Ekwazzjoni Ap2-1:
2.4.1.2.3. Batterija ċċarġjata għal kollox
Il-batteriji bi propulsjoni għandhom jitqiesu bħala li ġew iċċarġjati għal kollox meta jkunu ġew iċċarġjati skont il-proċedura ta’ ċċarġjar mal-lejl sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ.
2.4.2. L-applikazzjoni taċ-ċiklu tat-test tat-tip I u l-kejl tad-distanza
Għandu jiġi rrapportat it-tmiem tal-ħin tal-iċċarġjar t0 (bil-plagg maqlugħa).
Id-dinamometru tax-xażi għandu jiġi ssettjat skont il-metodu stipulat fil-punt 4.5.6. tal-Anness II.
It-test applikabbli tat-tip I, li għandu jibda fi żmien erba’ sigħat minn t0, għandu jsir darbtejn fuq dinamometru tax-xażi u wara għandha tiġi rreġistrata d-distanza koperta f’km (Dtest). Jekk il-manifattur jista' juri, lill-awtorità tal-approvazzjoni, li l-vettura kapaċi tikseb id-doppju tad-distanza tat-test tat-tip I, iċ-ċiklu tat-test għandu jsir darba u wara jiġi segwit b'tieni test parzjali. It-tieni test jista' jieqaf f'każ li jintlaħaq l-istat ta' ċċarġjar minimu tal-batterija tal-propulsjoni kif imsemmi fl-Appendiċi 3.1.
2.4.3. Iċċarġjar tal-batterija
Il-vettura tat-test għandha tiġi konnessa mal-mejn fi żmien 30 minuta mit-tieni test taċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I.
Il-vettura għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura ta’ ċċarġjar normali mal-lejl stipulata fil-punt 2.4.1.2.
L-apparat li jintuża għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, ikejjel l-enerġija miċ-ċarġ E mwassla mill-mejnijiet, kif ukoll it-tul tagħha.
L-iċċarġjar għandu jieqaf 24 siegħa wara t-tmiem tal-ħin tal-iċċarġjar preċedenti (t0).
Nota:
Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija mill-mejnijiet, il-perjodu ta’ 24 siegħa jista’ jiġi estiż b’konformità mat-tul tal-qtugħ. Il-validità taċ-ċarġ għandha tiġi diskussa bejn is-servizzi tekniċi tal-laboratorju tal-approvazzjoni u l-manifattur tal-vettura għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni.
2.4.4. Il-kalkolazzjoni tal-konsum tal-enerġija elettrika
Il-kejl tal-enerġija E f’Wh u tal-ħin tal-iċċarġjar għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test.
Il-konsum tal-enerġija elettrika c għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-formula:
Ekwazzjoni Ap2-2:
(espressa f’Wh/km u aġġustata għall-eqreb numru sħiħ)
fejn Dtest hija d-distanza koperta matul it-test (espressa f’km).
(1) Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (International Electro technical Commission).
Appendiċi 3
Il-metodu għall-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija elettrika u l-medda tas-sewqan tal-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida
1. Introduzzjoni
1.1. Dan l-Appendiċi jippreskrivi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi elettriċi ibridi (HEV) tal-kategorija L fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, tal-konsum tal-fjuwil, tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-medda tas-sewqan.
1.2. Bħala prinċipju ġenerali għat-testijiet tat-tip VII, l-HEVs għandhom jiġu ttestjati skont iċ-ċikli u r-rekwiżiti speċifikati tat-test tat-tip I u, b’mod partikolari, skont l-Appendiċi 6 għall-Anness II, għajr fejn immodifikat minn dan l-Appendiċi.
1.3. L-OVC HEVs (li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament) għandhom jiġu ttestjati skont il-Kondizzjonijiet A u B.
Ir-riżultati tat-test skont il-Kondizzjonijiet A u B u l-medja peżata msemmija fil-punt 3 għandhom jingħataw fir-rapport tat-test.
1.4. Iċ-ċikli tas-sewqan u l-punti tat-tibdil tal-gerijiet
1.4.1. |
Għandu jintuża ċ-ċiklu tas-sewqan imsemmi fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Appendiċi 6 għall-Anness II ta' dan ir-Regolament applikabbli fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura, inklużi l-punti tat-tibdil tal-gerijiet stipulati fil-punt 4.5.5. tal-Anness II. |
1.4.4. |
Għall-kondizzjonament tal-vettura, għandha tintuża taħlita taċ-ċikli tas-sewqan imsemmija fl-Appendiċi 6 għall-Anness II applikabbli fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura kif stipulat f’dan l-Appendiċi. |
2. Il-kategoriji tal-vetturi elettriċi ibridi (HEV)
Tabella Ap3-1
Iċċarġjar tal-vettura |
Iċċarġjar Mhux fuq il-Vettura (1) (OVC) |
Iċċarġjar Fuq il-Vettura (2) (NOVC) |
||
Swiċċ operattiv tal-modalitajiet |
Mingħajr |
Bi |
Mingħajr |
Bi |
3. OVC HEV (li tista’ tiġi ċċarġjata esternament) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet
3.1. Għandhom isiru żewġ testijiet tat-tip I taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
a) |
kondizzjoni A: it-test għandu jsir permezz ta’ apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat kollu; |
b) |
kondizzjoni B: it-test għandu jsir permezz ta’ apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità). |
Il-profil tal-istat tal-iċċarġjar (SOC) tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stadji differenti tat-test huwa stabbilit fl-Appendiċi 3.1.
3.2. Il-kondizzjoni A
3.2.1. Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika skont il-punt 3.2.1.1.:
3.2.1.1. Id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika
Id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura jsir waqt is-sewqan (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ) f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
— |
b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h sakemm tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil; |
— |
jekk vettura ma tistax tilħaq veloċità stabbli ta’ 50 km/h mingħajr ma tistartja l-magna li tikkonsma l-fjuwil, il-veloċità għandha titnaqqas sakemm il-vettura tkun tista’ tilħaq veloċità stabbli aktar baxxa fejn il-magna li tikkonsma l-fjuwil ma tistartjax għal ħin definit jew distanza definita (li għandhom jiġu ddeterminati mis-servizz tekniku u mill-manifattur għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni); |
— |
skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur. |
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien għaxar sekondi minn xħin tiġi startjata b’mod awtomatiku.
3.2.2. Il-kondizzjonament tal-vettura
3.2.2.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi prekondizzjonata billi jitwettaq iċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I, flimkien mat-tibdil tal-gerijiet applikabbli kif stabbilit fil-punt 4.5.5. tal-Anness II.
3.2.2.2. Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293.2 K u 303.2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jitwettaq għal mill-inqas sitt sigħat u jkompli sakemm it-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu ta’ tkessiħ, jekk ikun hemm, ikunu fi ħdan ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, filwaqt li l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika jiġi ċċarġjat kompletament bħala riżultat tal-iċċarġjar preskritt fil-punt 3.2.2.4.
3.2.2.3. Waqt l-immersjoni, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-proċedura normali ta’ ċċarġjar mal-lejl deskritta fil-punt 3.2.2.4.
3.2.2.4. L-applikazzjoni ta’ ċarġ normali mal-lejl
L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-proċedura li ġejja:
3.2.2.4.1. Il-proċedura normali ta’ ċċarġjar mal-lejl
L-iċċarġjar għandu jsir kif ġej:
(a) |
biċ-ċarġer abbord, jekk ikun imwaħħal jew |
(b) |
b’ċarġer estern irrakkomandat mill-manifattur bl-użu tal-mudell tal-iċċarġjar preskritt għall-iċċarġjar normali; u |
(c) |
f’temperatura ambjentali ta’ bejn 20 °C u 30 °C. Din il-proċedura għandha teskludi t-tipi kollha ta’ ċarġijiet speċjali li jistgħu jinbdew b’mod awtomatiku jew manwali bħal, pereżempju, iċ-ċarġijiet ta’ ekwalizzazzjoni jew iċ-ċarġijiet fl-għoti ta’ servis. Il-manifattur għandu jiddikjara li waqt it-test ma kien hemm ebda proċedura ta’ ċċarġjar speċjali. |
3.2.2.4.2. Kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ
Il-kriterji ta’ tmiem iċ-ċarġ għandhom jikkorrespondu għal ħin ta’ ċċarġjar ta’ 12-il siegħa, ħlief jekk l-istrumentazzjoni standard tindika b’mod ċar li l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għadu ma ġiex iċċarġjat għal kollox, f’liema każ:
Ekwazzjoni Ap3-1:
3.2.3. Il-proċedura tat-test
3.2.3.1. Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali mis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.
3.2.3.2. Jistgħu jintużaw il-proċeduri tat-test definiti fil-punt 3.2.3.2.1. jew 3.2.3.2.2.
3.2.3.2.1. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).
3.2.3.2.2. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jkompli fuq numru ta’ ċikli tat-test ripetuti. Huwa għandu jintemm mal-konklużjoni taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I, li matulu l-batterija tkun laħqet l-istat ta’ ċċarġjar minimu skont il-proċedura li ġejja (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)):
3.2.3.2.2.1. |
Il-bilanċ tal-elettriku Q (Ah) jitkejjel fuq kull ċiklu kkombinat permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fl-Appendiċi 3.2., filwaqt li jintuża biex jiddetermina meta jkun intlaħaq l-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-batterija. |
3.2.3.2.2.2. |
L-istat ta’ ċċarġjar minimu tal-batterija jitqies bħala li ntlaħaq fiċ-ċiklu kkombinat N jekk il-bilanċ tal-elettriku Q imkejjel matul iċ-ċiklu kkombinat N + 1 ma jkollux disċarġ ta’ aktar minn 3 fil-mija, espress bħala perċentwal tal-kapaċità nominali tal-batterija (f’Ah) fl-istat ta’ ċċarġjar massimu tagħha, kif iddikjarat mill-manifattur. Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jitwettqu ċikli tat-test addizzjonali u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli deskritti fil-punti 3.2.3.5. u 3.4., diment li l-bilanċ tal-elettriku għal kull ċiklu ta’ test addizzjonali juri inqas disċarġ tal-batterija milli kien hemm matul iċ-ċiklu preċedenti. |
3.2.3.2.2.3. |
Huwa permess perjodu tal-immersjoni sħuna li jdum sa għaxar minuti bejn kull par ta’ ċikli. Matul dan il-perjodu, is-sistema tal-motopropulsjoni għandha tintefa. |
3.2.3.3. Il-vettura għandha tinstaq skont iċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet stipulati fl-Anness II.
3.2.3.4. L-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost tal-vettura għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura.
3.2.3.5. Ir-riżultati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil miċ-ċiklu/i tat-test għall-Kondizzjoni A għandhom jiġu rreġistrati (m1 (g) u c1 (l) rispettivament). Il-parametri m1 u c1 għandhom ikunu s-somom tar-riżultati taċ-ċikli kkombinati N.
Ekwazzjoni Ap3-2:
Ekwazzjoni Ap3-3:
3.2.4. Fi żmien 30 minuta wara l-konklużjoni taċ-ċiklu, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4. L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, ikejjel l-enerġija taċ-ċarġ e1 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
3.2.5. Il-konsum tal-enerġija elettrika għall-Kondizzjoni A għandu jkun e1 (Wh).
3.3. Il-kondizzjoni B
3.3.1. Il-kondizzjonament tal-vettura
3.3.1.1. L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jitneħħa minn fuq iċ-ċarġ skont il-punt 3.2.1.1. Fuq talba tal-manifattur, jista’ jitwettaq kondizzjonament skont il-punt 3.2.2.1. qabel id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika.
3.3.1.2. Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra.
3.3.2. Il-proċedura tat-test
3.3.2.1. Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali mis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura.
3.3.2.2. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)).
3.3.2.3. Il-vettura għandha tinstaq bl-użu taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 għall-Anness II.
3.3.2.4. L-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost tal-vettura għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II.
3.3.2.5. Ir-riżultati tat-test għall-Kondizzjoni B għandhom jiġu rreġistrati (m2 (g) u c2 (l) rispettivament).
3.3.3. Fi żmien 30 minuta mit-tmiem taċ-ċiklu, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4.
L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, ikejjel l-enerġija taċ-ċarġ e2 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
3.3.4. Id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jsir skont il-punt 3.2.1.1.
3.3.5. Fi żmien 30 minuta mid-disċarġ, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4.
L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, ikejjel l-enerġija taċ-ċarġ e3 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
3.3.6. Il-konsum tal-enerġija elettrika e4 (Wh) għall-Kondizzjoni B huwa:
Ekwazzjoni Ap3-4:
3.4. Ir-riżultati tat-testijiet
3.4.1. Il-valuri tas-CO2 għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-5:
u
Ekwazzjoni Ap3-6:
(mg/km)
fejn:
Dtest1 u Dtest2 |
= |
id-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 3.2.) u B (il-punt 3.3.) rispettivament, u |
m1 u m2 |
= |
ir-riżultati tat-test iddeterminati fil-punti 3.2.3.5. u 3.3.2.5. rispettivament. |
3.4.2.1. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.1.:
Il-valuri peżati tas-CO2 għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Ekwazzjoni Ap3-7:
fejn:
M |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru, |
||||||
M1 |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
M2 |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura determinata skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3., fejn il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl waqt li l-vettura tkun qiegħda tinstaq fi stat ta’ tħaddim purament elettriku, |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
3.4.2.2. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.2.:
Ekwazzjoni Ap3-8:
fejn:
M |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru, |
||||||
M1 |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
M2 |
= |
l-emissjonijiet totali ta’ CO2 fi grammi għal kull kilometru b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
Dovc |
= |
il-medda tal-OVC skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3., |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
3.4.3. Il-valuri tal-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-9:
Ekwazzjoni Ap3-10:
(l/100 km) għal fjuwils likwidi u (kg/100) km għal fjuwils f’forma ta’ gass
fejn:
Dtest1 u Dtest2 |
= |
id-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 3.2.) u B (il-punt 3.3.) rispettivament, u |
c1 u c2 |
= |
ir-riżultati tat-test iddeterminati fil-punti 3.2.3.8. u 3.3.2.5. rispettivament. |
3.4.4. Il-valuri peżati tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
3.4.4.1. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.1.:
Ekwazzjoni Ap3-11:
fejn:
C |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km, |
||||||
C1 |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
C2 |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura determinata skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3., fejn il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl waqt li l-vettura tkun qiegħda tinstaq fi stat ta’ tħaddim purament elettriku, |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
3.4.4.2. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.2.:
Ekwazzjoni Ap3-12:
fejn:
C |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km, |
||||||
C1 |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
C2 |
= |
il-konsum tal-fjuwil f’l/100 km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
Dovc |
= |
il-medda tal-OVC skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3. |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
3.4.5. Il-valuri tal-konsum tal-enerġija elettrika għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-13:
u
Ekwazzjoni Ap3-14:
(Wh/km)
b’Dtest1 u Dtest2 ikunu d-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 3.2.) u B (il-punt 3.3.) rispettivament, kif ukoll e1 u e4 stabbiliti fil-punti 3.2.5. u 3.3.6. rispettivament.
3.4.6. Il-valuri peżati tal-konsum tal-enerġija elettrika għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
3.4.6.1. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.1.:
Ekwazzjoni Ap3-15:
fejn:
E |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km, |
||||||
E1 |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
E4 |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
De |
= |
il-medda elettrika tal-vettura determinata skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3., fejn il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl waqt li l-vettura tkun qiegħda tinstaq fi stat ta’ tħaddim purament elettriku, |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
3.4.6.2. Għal ittestjar skont il-punt 3.2.3.2.2.:
Ekwazzjoni Ap3-16:
fejn:
E |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km, |
||||||
E1 |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat għal kollox, |
||||||
E4 |
= |
il-konsum elettriku f’Wh/km b’apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità), |
||||||
Dovc |
= |
il-medda tal-OVC skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 3.3. |
||||||
Dav |
= |
id-distanza medja bejn iż-żewġ ċarġijiet mill-ġdid tal-batterija, Dav =:
|
4. OVC HEV (li tista’ tiġi ċċarġjata esternament) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet
4.1. Għandhom isiru żewġ testijiet taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
4.1.1. Kondizzjoni A: it-test għandu jsir permezz ta’ apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika li jkun iċċarġjat kollu.
4.1.2. Kondizzjoni B: it-test għandu jsir permezz ta’ apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika fi stat minimu ta’ ċċarġjar (id-disċarġ massima tal-kapaċità).
4.1.3. L-iswiċċ operattiv tal-modalitajiet għandu jiġi ppożizzjonat skont it-Tabella Ap11-2, il-punt 3.2.1.3. tal-Appendiċi 11 tal-Anness II.
4.2. Il-kondizzjoni A
4.2.1. Jekk il-medda elettrika tal-vettura, kif imkejla skont l-Appendiċi 3.3., tkun ogħla minn ċiklu wieħed komplut, it-test tat-tip I għall-kejl tal-enerġija elettrika jista’ jitwettaq f’modalità purament elettrika fuq talba tal-manifattur bil-kunsens tas-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. F’dan il-każ, il-valuri ta’ M1 u C1 fil-punt 4.4. għandhom jitqiesu bħala li huma ugwali għal 0.
4.2.2. Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura kif deskritt fil-punt 4.2.2.1.
4.2.2.1. |
Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura waqt li din tkun qiegħda tinstaq bis-swiċċ f’pożizzjoni purament elettrika (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal 70 fil-mija ± 5 % tal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura f’modalità purament elettrika, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura tat-test għall-kejl tal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura stabbilita fl-Appendiċi 1 għall-Anness X. Id-disċarġ għandu jieqaf f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra b’modalità purament elettrika, id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien għaxar sekondi minn xħin tiġi startjata b’mod awtomatiku. Permezz ta’ deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta. |
4.2.3. Il-kondizzjonament tal-vettura
4.2.3.1. |
Il-prekondizzjonament tal-vettura tat-test għandu jsir billi jitwettaq iċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I flimkien mal-preskrizzjonijiet applikabbli tat-tibdil tal-gerijiet stipulati fil-punt 4.5.5. tal-Anness II. |
4.2.3.2. |
Wara dan il-prekondizzjonament u qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra, filwaqt li l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika jkun iċċarġjat għal kollox bħala riżultat tal-iċċarġjar preskritt fil-punt 4.2.3.3. |
4.2.3.3. |
Waqt l-immersjoni, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat bl-użu tal-proċedura normali ta’ ċċarġjar mal-lejl kif definit fil-punt 3.2.2.4. |
4.2.4. Il-proċedura tat-test
4.2.4.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali mis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
4.2.4.2. |
Jistgħu jintużaw il-proċeduri tat-test definiti fil-punt 4.2.4.2.1. jew 4.2.4.2.2.
|
4.2.4.3. |
Il-vettura għandha tinstaq bl-użu taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet definiti fl-Appendiċi 9 għall-Anness II. |
4.2.4.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont l-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura. |
4.2.4.5. |
Ir-riżultati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fuq iċ-ċiklu tat-test għall-Kondizzjoni A għandhom jiġu rreġistrati (m1 (g) u c1 (l) rispettivament). Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 4.2.4.2.1., m1 u c1 huma r-riżultati tat-test waħdieni fuq iċ-ċiklu kkombinat. Fil-każ ta’ ttestjar skont il-punt 4.2.4.2.2., m1 u c1 huma s-somom tar-riżultati taċ-ċikli kkombinati N: Ekwazzjoni Ap3-17: Ekwazzjoni Ap3-18: |
4.2.5. Fi żmien 30 minuta mit-tmiem taċ-ċiklu, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4.
L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, ikejjel l-enerġija taċ-ċarġ e1 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
4.2.6. Il-konsum tal-enerġija elettrika għall-Kondizzjoni A għandu jkun e1 (Wh).
4.3. Il-kondizzjoni B
4.3.1. Il-kondizzjonament tal-vettura
4.3.1.1. |
L-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jitneħħa minn fuq iċ-ċarġ skont il-punt 4.2.2.1. Fuq talba tal-manifattur, jista’ jitwettaq kondizzjonament skont il-punt 4.2.3.1. qabel id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika. |
4.3.1.2. |
Qabel l-ittestjar, il-vettura għandha tinżamm f’kamra fejn it-temperatura tibqa’ relattivament kostanti bejn 293,2 K u 303,2 K (20 °C u 30 °C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għal mill-inqas sitt sigħat u jibqa’ sejjer sakemm it-temperaturi taż-żejt tal-magna u tal-likwidu li jkessaħ, jekk ikun hemm, ikunu sa ± 2 K tat-temperatura tal-kamra. |
4.3.2. Il-proċedura tat-test
4.3.2.1. |
Il-vettura għandha tiġi startjata bil-mezzi pprovduti għal użu normali mis-sewwieq. L-ewwel ċiklu jibda mal-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura. |
4.3.2.2. |
It-teħid tal-kampjuni għandu jibda (BS) qabel jew fil-bidu tal-proċedura tal-istartjar tal-vettura u għandu jintemm mal-konklużjoni tal-perjodu finali tat-tħaddim bil-magna mhux ingranata taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-tip I (tmiem it-teħid tal-kampjuni (ES)). |
4.3.2.3. |
Il-vettura għandha tinstaq bl-użu taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet definiti fl-Anness II. |
4.3.2.4. |
Il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II fis-seħħ fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-vettura. |
4.3.2.5. |
Ir-riżultati tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fuq iċ-ċiklu/i tat-test għall-Kondizzjoni B għandhom jiġu rreġistrati (m2 (g) u c2 (l) rispettivament). |
4.3.3. Fi żmien 30 minuta mit-tmiem taċ-ċiklu, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4.
L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, għandu jkejjel l-enerġija taċ-ċarġ e2 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
4.3.4. Id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura għandu jsir skont il-punt 4.2.2.1.
4.3.5. Fi żmien 30 minuta mid-disċarġ, l-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jiġi ċċarġjat skont il-punt 3.2.2.4. L-apparat għall-kejl tal-enerġija, imqiegħed bejn is-sokit tal-mejnijiet u ċ-ċarġer tal-vettura, għandu jkejjel l-enerġija taċ-ċarġ e3 (Wh) imwassla mill-mejnijiet.
4.3.6. Il-konsum tal-enerġija elettrika e4 (Wh) għall-Kondizzjoni B għandu jkun:
Ekwazzjoni Ap3-19:
4.4. Ir-riżultati tat-testijiet
4.4.1. Il-valuri tas-CO2 għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-20:
(mg/km) u
Ekwazzjoni Ap3-21:
(mg/km)
fejn:
Dtest1 u Dtest2 |
= |
id-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 4.2.) u B (il-punt 4.3.) rispettivament, u |
m1 u m2 |
= |
ir-riżultati tat-test iddeterminati fil-punti 4.2.4.5. u 4.3.2.5. rispettivament. |
4.4.2. Il-valuri peżati tas-CO2 għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
4.4.2.1. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.1.: Ekwazzjoni Ap3-22: fejn:
|
4.4.2.2. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.2.: Ekwazzjoni Ap3-23: fejn:
|
4.4.3. Il-valuri tal-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-24:
u
Ekwazzjoni Ap3-25:
(l/100 km)
fejn:
Dtest1 u Dtest2 |
= |
id-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 4.2.) u B (il-punt 4.3.) rispettivament. |
c1 u c2 |
= |
ir-riżultati tat-test iddeterminati fil-punti 4.2.4.5. u 4.3.2.5. rispettivament. |
4.4.4. Il-valuri peżati tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
4.4.4.1. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.1.: Ekwazzjoni Ap3-26: fejn:
|
4.4.4.2. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.2.: Ekwazzjoni Ap3-27: fejn:
|
4.4.5. Il-valuri tal-konsum tal-enerġija elettrika għandhom ikunu:
Ekwazzjoni Ap3-28:
u
Ekwazzjoni Ap3-29:
(Wh/km)
fejn:
Dtest1 u Dtest2 |
= |
id-distanzi proprji misjuqa fit-testijiet imwettqa skont il-Kondizzjonijiet A (il-punt 4.2.) u B (il-punt 4.3.) rispettivament, u |
e1 u e4 |
= |
ir-riżultati tat-test iddeterminati fil-punti 4.2.6. u 4.3.6. rispettivament. |
4.4.6. Il-valuri peżati tal-konsum tal-enerġija elettrika għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
4.4.6.1. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.1.: Ekwazzjoni Ap3-30: fejn:
|
4.4.6.2. |
Għal ittestjar skont il-punt 4.2.4.2.2.: Ekwazzjoni Ap3-31: fejn:
|
5. Vettura li ma tistax tiġi ċċarġjata esternament (NOVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet
5.1. Il-prekondizzjonament tal-vettura tat-test għandu jsir billi jitwettaq iċ-ċiklu applikabbli tat-test tat-tip I flimkien mal-preskrizzjonijiet applikabbli tat-tibdil tal-gerijiet stipulati fil-punt 4.5.5. tal-Anness II.
5.1.1. L-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati separatament għall-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli fl-Appendiċi 6 għall-Anness II.
5.2. Għall-prekondizzjonament, għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ ċikli ta’ sewqan kompluti konsekuttivi mingħajr immersjoni intermedja, bl-użu taċ-ċiklu ta’ sewqan applikabbli u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet stabbiliti fil-punt 4.5.5. tal-Anness II.
5.3. Ir-riżultati tat-testijiet
5.3.1. Ir-riżultati tat-testijiet (il-konsum tal-fjuwil C (l/100 km għall-fjuwils likwidi jew kg/100 km għall-fjuwils f’forma ta’ gass) u l-emissjoni M tas-CO2 (g/km)) ta’ dan it-test għandhom jiġu kkoreġuti skont il-bilanċ tal-enerġija ΔEbatt tal-batterija tal-vettura.
Il-valuri kkoreġuti C0 (l/100 km jew kg/100 km) u M0 (g/km) għandhom jikkorrespondu għal bilanċ ta’ enerġija żero (ΔEbatt = 0) u għandhom jiġu kkoreġuti bl-użu ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni ddeterminat mill-manifattur għal sistemi ta’ ħażna għajr batteriji elettriċi, kif ġej: ΔEbatt għandu jirrappreżenta ΔEħażna, il-bilanċ tal-enerġija tal-apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika.
5.3.1.1. |
Il-bilanċ tal-elettriku Q (Ah), imkejjel bl-użu tal-proċedura stipulata fl-Appendiċi 3,2, għal dan l-Appendiċi, għandu jintuża bħala kejl tad-differenza bejn il-kontenut tal-enerġija fil-batterija tal-vettura fi tmiem iċ-ċiklu u dak fil-bidu taċ-ċiklu. Il-bilanċ tal-elettriku għandu jiġi ddeterminat separatament għall-partijiet individwali 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I fl-Anness II. |
5.3.2. il-valuri mkejla u mhux ikkoreġuti C u M jistgħu jitqiesu bħala r-riżultati tat-test b'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-manifattur jista’ juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li ma hemm ebda relazzjoni bejn il-bilanċ tal-enerġija u l-konsum tal-fjuwil, |
(b) |
ΔEbatt dejjem tikkorrespondi għal iċċarġjar tal-batterija, |
(c) |
ΔEbatt dejjem tikkorrespondi għal disċarġ tal-batterija u ΔEbatt hija fi ħdan 1 fil-mija tal-kontenut tal-enerġija tal-fjuwil ikkonsmat (jiġifieri l-konsum totali tal-fjuwil fuq ċiklu wieħed). |
Il-bidla fil-kontenut tal-enerġija fil-batterija, ΔEbatt, għandha tiġi kkalkolata mill-bilanċ tal-elettriku mkejjel, Q, kif ġej:
Ekwazzjoni Ap3-32:
fejn:
ETEbatt |
= |
il-kapaċità totali tal-ħażna tal-enerġija tal-batterija (MJ) u |
Vbatt |
= |
il-vultaġġ nominali tal-batterija (V). |
5.3.3. Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) definit mill-manifattur
5.3.3.1. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) għandu jiġi ddeterminat minn sett ta’ kejl n, li għandu jinkludi mill-inqas kejl wieħed bi Qi < 0 u mill-inqas wieħed bi Qj > 0. Jekk dan it-tieni kejl ma jkunx jista’ jittieħed fuq iċ-ċiklu tas-sewqan applikabbli tat-test tat-tip I użat f’dan it-test, għandu jkun is-servizz tekniku li jiġġudika s-sinjifikat statistiku tal-estrapolazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat il-valur tal-konsum tal-fjuwil bħala ΔEbatt = 0 għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
5.3.3.2. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) għandu jiġi definit bħala: Ekwazzjoni Ap3-33: (l/100 km/Ah) fejn:
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandu jiġi aġġustat għal erba’ figuri sinjifikanti (eż. 0.xxxx jew xx.xx). Is-sinjifikat statistiku tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandu jiġi ġġudikat mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
5.3.3.3 |
Għandhom jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil separati għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I fl-Anness II. |
5.3.4. Il-konsum tal-fjuwil meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero (C0)
5.3.4.1. |
Il-konsum tal-fjuwil C0 meta ΔEbatt = 0 jiġi ddeterminat bl-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni Ap3-34: (l/100 km jew kg/100km) fejn:
|
5.3.4.2. |
Il-konsum tal-fjuwil meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero għandu jiġi ddeterminat separatament għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I fl-Anness II. |
5.3.5. Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 (KCO2 ) definit mill-manifattur
5.3.5.1. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 (KCO2 ) għandu jiġi ddeterminat kif ġej minn sett ta’ kejl n, li għandu jinkludi mill-inqas kejl wieħed bi Qi < 0 u mill-inqas wieħed bi Qj > 0. Jekk dan it-tieni kejl ma jkunx jista’ jittieħed fuq iċ-ċiklu tas-sewqan użat f’dan it-test, għandu jkun is-servizz tekniku li jiġġudika s-sinjifikat statistiku tal-estrapolazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 bħala ΔEbatt = 0 għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
5.3.5.2. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 huwa definit bħala: Ekwazzjoni Ap3-35: (g/km/Ah) fejn:
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi aġġustat għal erba’ figuri sinjifikanti (eż. 0.xxxx jew xx.xx). Is-sinjifikat statistiku tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi ġġudikat mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
5.3.5.3. |
Għandhom jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 separati għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tas-sewqan tat-tip I fl-Anness II. |
5.3.6. L-emissjoni tas-CO2 meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero (M0)
5.3.6.1. |
L-emissjoni tas-CO2 M0 meta ΔEbatt = 0 tiġi ddeterminata bl-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni Ap3-36: (g/km) fejn:
|
5.3.6.2. |
L-emissjonijiet tas-CO2 meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero għandhom jiġu ddeterminati separatament għall-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I stabbilit fl-Appendiċi 6 għall-Anness II. |
6. Vettura li ma tistax tiġi ċċarġjata esternament (NOVC HEV) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet
6.1. Dawn il-vetturi għandhom jiġu ttestjati f’modalità ibrida skont l-Appendiċi 1, bl-użu taċ-ċiklu ta’ sewqan applikabbli u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet kif stipulat fil-punt 4.5.5. tal-Anness II. Jekk ikunu disponibbli diversi modalitajiet ibridi, it-test għandu jitwettaq fil-modalità li tiġi ssettjata b’mod awtomatiku wara li tiddawwar iċ-ċavetta tal-istartjar (il-modalità normali).
6.1.1. L-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati separatament għall-partijiet 1, 2 u 3 taċ-ċiklu tat-test tat-tip I stabbilit fl-Anness II.
6.2. Għall-prekondizzjonament, għandhom jitwettqu mill-inqas żewġ ċikli ta’ sewqan kompluti konsekuttivi mingħajr immersjoni intermedja, bl-użu taċ-ċiklu tat-test tat-tip I applikabbli u skont il-preskrizzjonijiet tat-tibdil tal-gerijiet stipulati fl-Anness II.
6.3. Ir-riżultati tat-testijiet
6.3.1. Ir-riżultati tal-konsum tal-fjuwil C (l/100 km) u tal-emissjoni M tas-CO2 (g/km)) ta’ dan it-test għandhom jiġu kkoreġuti skont il-bilanċ tal-enerġija ΔEbatt tal-batterija tal-vettura.
Il-valuri kkoreġuti (C0 (l/100 km għall-fjuwils likwidi jew kg/100 km għall-fjuwils f’forma ta’ gass) u M0 (g/km)) għandhom jikkorrespondu għal bilanċ ta’ enerġija żero (ΔEbatt = 0) u għandhom jiġu kkoreġuti bl-użu ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni ddeterminat mill-manifattur kif definit fil-punti 6.3.3 u 6.3.5.
Għal sistemi ta’ ħażna għajr batteriji elettriċi, ΔEbatt għandu jirrappreżenta ΔEħażna, il-bilanċ tal-enerġija tal-apparat għall-ħażna tal-enerġija elettrika.
6.3.1.1. |
Il-bilanċ tal-elettriku Q (Ah), imkejjel permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fl-Appendiċi 3.2., għandu jintuża bħala kejl tad-differenza bejn il-kontenut tal-enerġija tal-batterija tal-vettura fi tmiem iċ-ċiklu u dak fil-bidu taċ-ċiklu. Il-bilanċ tal-elettriku għandu jiġi ddeterminat separatament għall-partijiet 1, 2 u 3 taċ-ċiklu tat-test applikabbli tat-tip I stabbilit fl-Anness II. |
6.3.2. Il-valuri mkejla u mhux ikkoreġuti C u M jistgħu jitqiesu bħala r-riżultati tat-test b'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-manifattur jista’ juri li ma hemm ebda relazzjoni bejn il-bilanċ tal-enerġija u l-konsum tal-fjuwil, |
(b) |
ΔEbatt dejjem tikkorrespondi għal iċċarġjar tal-batterija, |
(c) |
ΔEbatt dejjem tikkorrespondi għal disċarġ tal-batterija u ΔEbatt hija fi ħdan 1 fil-mija tal-kontenut tal-enerġija tal-fjuwil ikkonsmat (jiġifieri l-konsum totali tal-fjuwil fuq ċiklu wieħed). Il-bidla fil-kontenut tal-enerġija fil-batterija, ΔEbatt, għandha tiġi kkalkolata mill-bilanċ tal-elettriku mkejjel, Q, kif ġej: Ekwazzjoni Ap3-37: fejn:
|
6.3.3. Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) definit mill-manifattur
6.3.3.1. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) għandu jiġi ddeterminat minn sett ta’ kejl n, li għandu jinkludi mill-inqas kejl wieħed bi Qi < 0 u mill-inqas wieħed bi Qj > 0. Jekk dan it-tieni kejl ma jkunx jista’ jittieħed fuq iċ-ċiklu tas-sewqan f’dan it-test, għandu jkun is-servizz tekniku li jiġġudika s-sinjifikat statistiku tal-estrapolazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat il-valur tal-konsum tal-fjuwil bħala ΔEbatt = 0 għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
6.3.3.2. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil (Kfjuwil) għandu jiġi definit bħala: Ekwazzjoni Ap3-38: f’(l/100 km/Ah) fejn:
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandu jiġi aġġustat għal erba’ figuri sinjifikanti (eż. 0.xxxx jew xx.xx). Is-sinjifikat statistiku tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandu jiġi ġġudikat mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
6.3.3.3. |
Għandhom jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-konsum tal-fjuwil separati għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I stabbilit fl-Anness II. |
6.3.4. Il-konsum tal-fjuwil meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero (C0)
6.3.4.1. |
Il-konsum tal-fjuwil C0 meta ΔEbatt = 0 jiġi ddeterminat bl-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni AP-39: (f’l/100 km għall-fjuwils likwidi u kg/100 km għall-fjuwils f’forma ta’ gass) fejn:
|
6.3.4.2. |
Il-konsum tal-fjuwil meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero għandu jiġi ddeterminat separatament għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I fl-Anness II. |
6.3.5. Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 (KCO2 ) definit mill-manifattur
6.3.5.1. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 (KCO2 ) għandu jiġi ddeterminat kif ġej minn sett ta’ kejl n. Dan is-sett għandu jinkludi mill-inqas kejl wieħed bi Qi < 0 u mill-inqas wieħed bi Qj > 0. Jekk dan it-tieni kejl ma jkunx jista’ jittieħed fuq iċ-ċiklu tat-test tat-tip I użat f’dan it-test, għandu jkun is-servizz tekniku li jiġġudika s-sinjifikat statistiku tal-estrapolazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 bħala ΔEbatt = 0 għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
6.3.5.2. |
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 (KCO2 ) għandu jiġi definit bħala: Ekwazzjoni AP-40: fi (g/km/Ah) fejn:
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi aġġustat għal erba’ figuri sinjifikanti (eż. 0.xxxx jew xx.xx). Is-sinjifikat statistiku tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi ġġudikat mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni. |
6.3.5.3. |
Għandhom jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 separati għall-valuri tal-konsum tal-fjuwil imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3 taċ-ċiklu tat-test applikabbli tat-tip I. |
6.3.6. L-emissjoni tas-CO2 meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero (M0)
6.3.6.1. |
L-emissjoni tas-CO2 M0 meta ΔEbatt = 0 jiġi ddeterminat bl-ekwazzjoni li ġejja: Ekwazzjoni AP-41: fi (g/km) fejn:
|
6.3.6.2. |
L-emissjoni tas-CO2 meta l-bilanċ tal-enerġija tal-batterija jkun żero għandha tiġi ddeterminata separatament għall-valuri tal-emissjoni tas-CO2 imkejla tul il-partijiet 1, 2 u 3, jekk applikabbli, taċ-ċiklu tat-test tat-tip I fl-Anness II. |
(1) Magħrufa wkoll bħala “vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament”
(2) Magħrufa wkoll bħala “vetturi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament”
Appendiċi 3.1
Il-profil tal-Istat tal-Iċċarġjar (SOC) tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għal Vettura Elettrika Ibrida li tista’ tiġi ċċarġjata esternament (OVC HEV) f’test tat-tip VII
1. Il-profil tal-Istat tal-Iċċarġjar (SOC) għal test tat-tip VII ta’ OVC HEV
Il-profili tal-SOC għall-vetturi OVC-HEV ittestjati skont il-Kondizzjonijiet A u B tat-test tat-tip VII għandhom ikunu:
1.1. Il-kondizzjoni A:
Figura Ap3.1-1
Il-kondizzjoni A tat-test tat-tip VII
1.2. Il-kondizzjoni B:
Figura Ap3.1-2
Il-kondizzjoni B tat-test tat-tip VII
Appendiċi 3.2
Il-metodu għall-kejl tal-bilanċ tal-elettriku tal-batterija tal-OVC u tal-NOVC HEV
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-metodu u l-istrumentazzjoni meħtieġa għall-kejl tal-bilanċ tal-elettriku tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bi Ċċarġjar Mhux Fuq il-Vettura (OVC HEV) u tal-Vetturi Elettriċi Ibridi bi Ċċarġjar Fuq il-Vettura (NOVC HEV). Il-kejl tal-bilanċ tal-elettriku huwa neċessarju:
|
1.2. |
Il-metodu deskritt f’dan l-Appendiċi għandu jintuża mill-manifattur għall-kejl li jitwettaq sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi ta’ korrezzjoni Kfjuwil u KCO2 , kif definiti fil-punti 5.3.3.2., 5.3.5.2., 6.3.3.2. u 6.3.5.2. tal-Appendiċi 3. Is-servizz tekniku għandu jiċċekkja jekk dan il-kejl twettaqx skont il-proċedura deskritta f’dan l-Appendiċi. |
1.3. |
Il-metodu deskritt f’dan l-Appendiċi għandu jintuża mis-servizz tekniku għall-kejl tal-bilanċ tal-elettriku Q, kif definit fil-punti rilevanti tal-Appendiċi 3. |
2. It-tagħmir u l-istrumentazzjoni tal-kejl
2.1. |
Matul it-testijiet deskritti fil-punti 3, sa 6 tal-Appendiċi 3, il-kurrent tal-batterija għandu jitkejjel billi jintuża transducer tal-kurrent tat-tip li jikklempja jew tat-tip magħluq. It-transducer tal-kurrent (jiġifieri s-sensur tal-kurrent mingħajr it-tagħmir tal-akkwist tad-dejta) għandu jkollu preċiżjoni minima ta’ 0,5 fil-mija tal-valur imkejjel jew ta’ 0,1 fil-mija tal-valur massimu tal-iskala. It-testers dijanjostiċi OEM ma għandhomx jintużaw għall-fini ta’ dan it-test.
|
2.2. |
Is-servizz tekniku għandu jiġi pprovdut b’lista tal-istrumentazzjoni (il-manifattur, in-numru tal-mudell, in-numru tas-serje) li tintuża mill-manifattur għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ korrezzjoni Kfjuwil u KCO2 stabbiliti fl-Appendiċi 3 u l-aħħar dati ta’ kalibrazzjoni tal-istrumenti, fejn applikabbli. |
3. Il-proċedura tal-kejl
3.1. |
Il-kejl tal-kurrent tal-batterija għandu jibda fil-bidu tat-test u għandu jintemm immedjatament wara li l-vettura tkun saqet iċ-ċiklu ta’ sewqan komplut. |
3.2. |
Għandhom jitniżżlu l-valuri separati ta’ Q tul il-partijiet (il-fażi kiesħa/sħuna jew il-fażi 1, u, jekk applikabbli, il-fażijiet 2 u 3) taċ-ċiklu tat-test tat-tip I stabbilit fl-Anness II. |
Appendiċi 3.3
Il-metodu għall-kejl tal-medda elettrika tal-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika biss jew b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida, kif ukoll għall-kejl tal-medda OVC tal-vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida
1. Il-kejl tal-medda elettrika
Il-metodu tat-test li ġej, kif stipulat fil-punt 4, għandu jintuża għall-kejl tal-medda elettrika, espressa f’km, ta’ vetturi li jitħaddmu b’powertrain elettrika biss jew il-medda elettrika u l-medda OVC ta’ vetturi li jitħaddmu b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika ibrida bi ċċarġjar mhux fuq il-vettura (OVC HEV) kif definit fl-Appendiċi 3.
2. Il-parametri, l-unitajiet u l-preċiżjoni tal-kejl
Il-parametri, l-unitajiet u l-preċiżjoni tal-kejl għandhom ikunu kif ġej:
Tabella Ap3.3.-1
Il-parametri, l-unitajiet u l-preċiżjoni tal-kejl
Parametru |
Unità |
Preċiżjoni |
Riżoluzzjoni |
Ħin |
s |
± 0,1 s |
0,1 s |
Distanza |
m |
± 0,1 fil-mija |
1 m |
Temperatura |
K |
± 1 K |
1 K |
Veloċità |
km/h |
± 1 fil-mija |
0,2 km/h |
Massa |
kg |
± 0,5 fil-mija |
1 kg |
3. Il-kondizzjonijiet tat-test
3.1. Il-kondizzjoni tal-vettura
3.1.1. |
It-tajers tal-vettura għandhom jintefħu sal-pressjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura meta t-tajers ikunu f’temperatura ambjentali. |
3.1.2. |
Il-viskożità taż-żjut għall-partijiet mekkaniċi li jiċċaqilqu għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura. |
3.1.3. |
L-apparat tat-tidwil, l-apparat tas-sinjalar bid-dawl u l-mezzi awżiljarji għandhom ikunu mitfija, ħlief dawk meħtieġa għall-ittestjar u għat-tħaddim tas-soltu tal-vettura matul il-jum. |
3.1.4. |
Is-sistemi kollha li jintużaw għall-ħażna tal-enerġija u li huma disponibbli għal skopijiet oħrajn li mhumiex ta’ trazzjoni (elettriċi, idrawliċi, pnewmatiċi, eċċ.) għandhom jiġu ċċarġjati sal-livell massimu tagħhom kif speċifikat mill-manifattur. |
3.1.5. |
Jekk il-batteriji jitħaddmu f’temperaturi ogħla mit-temperatura ambjentali, l-operatur għandu jsegwi l-proċedura rrakkomandata mill-manifattur tal-vettura biex iżomm it-temperatura tal-batterija fil-medda tat-tħaddim normali. Il-manifattur għandu jkun f’pożizzjoni li jafferma li s-sistema tal-ġestjoni termali tal-batterija la għandha xi ħsara u lanqas ma hija mnaqqsa. |
3.1.6. |
Il-vettura għandha tkun ivvjaġġat għal mill-inqas 300 km fis-sebat ijiem ta’ qabel it-test bil-batteriji installati għat-test. |
3.2. Il-kondizzjonijiet klimatiċi
Għal ittestjar li jitwettaq barra, it-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 278,2 K u 305,2 K (5 °C u 32 °C).
L-ittestjar fuq ġewwa għandu jitwettaq f’temperatura ta’ bejn 275,2 K u 303,2 K (2 °C u 30 °C).
4. Il-modalitajiet tat-tħaddim
Il-metodu tat-test jinkludi l-passi li ġejjin:
(a) |
iċ-ċarġ inizjali tal-batterija; |
(b) |
l-applikazzjoni taċ-ċiklu u l-kejl tal-medda elettrika. |
Jekk il-vettura tiċċaqlaq bejn dawn il-passi, hija għandha tiġi mbottata lejn iż-żona fejn isir it-test li jmiss (mingħajr iċċarġjar riġenerattiv mill-ġdid).
4.1. Iċ-ċarġ inizjali tal-batterija
L-iċċarġjar tal-batterija jikkonsisti fil-proċedura li ġejja:
4.1.1. Iċ-‘ċarġ inizjali’ tal-batterija tfisser l-ewwel ċarġ tal-batterija, hekk kif tasal il-vettura. F’każ ta’ diversi testijiet jew kejl ikkombinati li jitwettqu b’mod konsekuttiv, l-ewwel ċarġ għandha tkun ‘ċarġ inizjali’ tal-batterija u ċ-ċarġijiet sussegwenti jistgħu jsiru skont il-proċedura ta’ ‘ċarġ normali mal-lejl’ stabbilita fil-punt 3.2.2.4. tal-Appendiċi 3.
4.1.2. Id-disċarġ tal-batterija
4.1.2.1. Għall-vetturi purament elettriċi:
4.1.2.1.1. |
Il-proċedura tibda bid-disċarġ tal-batterija tal-vettura waqt is-sewqan (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima ddisinjata għall-vettura, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Appendiċi 1 għall-Anness X. |
4.1.2.1.2. |
Id-disċarġ għandu jieqaf f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
Permezz ta’ deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta. |
4.1.2.2. Għall-vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC HEV) mingħajr swiċċ operattiv tal-modalitajiet kif definiti fl-Appendiċi 3:
4.1.2.2.1. |
Il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl waqt li l-vettura tkun qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku. |
4.1.2.2.2. |
Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika waqt li l-vettura tkun miexja (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien 10 sekondi minn xħin tistartja b’mod awtomatiku. |
4.1.2.3. Għall-vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati esternament (OVC HEV) bi swiċċ operattiv tal-modalitajiet kif definiti fl-Appendiċi 3:
4.1.2.3.1. |
Jekk is-swiċċ tal-modalitajiet ma jkollux pożizzjoni purament elettrika, il-manifattur għandu jipprovdi l-mezzi għat-twettiq tal-kejl waqt li l-vettura tkun qiegħda taħdem fi stat operattiv purament elettriku. |
4.1.2.3.2. |
Il-proċedura għandha tibda bid-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika tal-vettura waqt li din tkun qiegħda tinstaq bis-swiċċ f’pożizzjoni purament elettrika (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.) b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal 70 fil-mija ± 5 % tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura f’modalità purament elettrika, li għandha tiġi ddeterminata skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Appendiċi 1 għall-Anness X. |
4.1.2.3.3. |
Id-disċarġ għandu jieqaf f'xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
Permezz ta’ deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta. |
4.1.2.3.4. |
Jekk il-vettura ma tkunx mgħammra bi stat operattiv purament elettriku, id-disċarġ tal-apparat għall-ħażna tal-qawwa/enerġija elettrika għandu jinkiseb billi l-vettura tinstaq (fuq il-korsa tat-test, fuq dinamometru tax-xażi, eċċ.):
Il-magna li tikkonsma l-fjuwil għandha titwaqqaf fi żmien għaxar sekondi minn xħin tiġi startjata b’mod awtomatiku. |
4.1.3. L-applikazzjoni ta’ ċarġ normali mal-lejl
Għal vettura purament elettrika, il-batterija għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura taċ-ċarġ normali mal-lejl, kif definita fil-punt 2.4.1.2 tal-Appendiċi 2, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il siegħa.
Għal OVC HEV, il-batterija għandha tiġi ċċarġjata skont il-proċedura taċ-ċarġ normali mal-lejl kif deskritta fil-punt 3.2.2.4. tal-Appendiċi 3.
4.2. L-applikazzjoni taċ-ċiklu u l-kejl tal-medda
4.2.1. Għal vetturi purament elettriċi:
4.2.1.1. Is-sekwenza tat-test stabbilita fl-Appendiċijiet għandha tiġi applikata fuq dinamometru tax-xażi li jkun ġie aġġustat kif deskritt fl-Anness II, sakemm jintlaħqu l-kriterji tat-test.
4.2.1.2. Il-kriterji tat-test għandhom jitqiesu bħala li ntlaħqu meta l-vettura ma tkunx tista’ tissodisfa l-kurva fil-mira sa 50 km/h, jew meta l-istrumentazzjoni standard ta’ abbord tindika li l-vettura għandha titwaqqaf.
Imbagħad il-vettura għandha titnaqqsilha l-veloċità sa 5 km/h billi tiġi rrilaxxata l-pedala tal-aċċelleratur, mingħajr ma tintmess il-pedala tal-brejk u mbagħad titwaqqaf permezz tal-brejkijiet.
4.2.1.3. B’veloċità ta’ aktar minn 50 km/h, meta l-vettura ma tilħaqx l-aċċellerazzjoni jew il-veloċità meħtieġa għaċ-ċiklu tat-test, il-pedala tal-aċċelleratur għandha tibqa’ magħfusa kollha, jew il-manku tal-aċċelleratur għandu jiddawwar kollu, sakemm terġa’ tintlaħaq il-kurva ta’ referenza.
4.2.1.4. Huma permessi sa tliet interruzzjonjiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox.
4.2.1.5. Id-distanza koperta f’km (De) hija l-medda elettrika tal-vettura elettrika. Hija għandha tiġi aġġustata għall-eqreb numru sħiħ.
4.2.2. Għall-vetturi elettriċi ibridi:
4.2.2.1.1. |
Iċ-ċiklu tat-test applikabbli tat-tip I u l-arranġamenti akkumpanjanti tat-tibdil tal-gerijiet, kif stabbiliti fil-punt 4.5.5. tal-Anness II, għandhom jitwettqu fuq dinamometru tax-xażi aġġustat kif ġie deskritt fl-Anness II, sakemm jintlaħqu l-kriterji tat-test. |
4.2.2.1.2. |
Sabiex titkejjel il-medda elettrika, il-kriterji tat-test għandhom jitqiesu bħala li ntlaħqu meta l-vettura ma tkunx tista’ tilħaq il-kurva fil-mira sa 50 km/h, jew meta l-istrumentazzjoni standard ta’ abbord tindika li l-vettura għandha titwaqqaf, jew meta l-batterija tkun laħqet l-istat minimu ta’ ċarġ tagħha. Imbagħad il-vettura għandha titnaqqsilha l-veloċità sa 5 km/h billi tiġi rrilaxxata l-pedala tal-aċċelleratur, mingħajr ma tintmess il-pedala tal-brejk u mbagħad titwaqqaf permezz tal-brejkijiet. |
4.2.2.1.3. |
B’veloċità ta’ aktar minn 50 km/h, meta l-vettura ma tilħaqx l-aċċellerazzjoni jew il-veloċità meħtieġa għaċ-ċiklu tat-test, il-pedala tal-aċċelleratur għandha tibqa’ magħfusa kollha sakemm terġa’ tintlaħaq il-kurva ta’ referenza. |
4.2.2.1.4. |
Huma permessi sa tliet interruzzjonjiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox. |
4.2.2.1.5. |
Id-distanza koperta f’km bl-użu tal-mutur elettriku biss (De) hija l-medda elettrika tal-vettura elettrika ibrida. Hija għandha tiġi aġġustata għall-eqreb numru sħiħ. Meta l-vettura titħaddem kemm f’modalità elettrika kif ukoll f’modalità ibrida matul it-test, il-perjodi tat-tħaddim f’modalità elettrika biss jiġu ddeterminati billi jitkejjel il-kurrent fl-injetturi jew fl-ignixin. |
4.2.2.2. Id-determinazzjoni tal-medda OVC ta’ vettura elettrika ibrida
4.2.2.2.1. |
Iċ-ċiklu tat-test applikabbli tat-tip I u l-arranġamenti akkumpanjanti tat-tibdil tal-gerijiet, kif stabbiliti fil-punt 4.5.5. tal-Anness II, għandhom jitwettqu fuq dinamometru tax-xażi aġġustat kif ġie deskritt fl-Anness II, sakemm jintlaħqu l-kriterji tat-test. |
4.2.2.2.2. |
Sabiex titkejjel il-medda OVC DOVC, il-kriterji tat-test għandhom jitqiesu bħala li ntlaħqu meta l-batterija tkun laħqet l-istat ta’ ċarġ minimu tagħha skont il-kriterji stipulati fil-punti 3.2.3.2.2.2. jew 4.2.4.2.2.2. tal-Appendiċi 3. Is-sewqan għandu jitkompla sakemm jitlesta l-perjodu finali ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata fiċ-ċiklu tat-test tat-tip I. |
4.2.2.2.3. |
Huma permessi sa tliet interruzzjonjiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox. |
4.2.2.2.4. |
Id-distanza totali misjuqa f’km, aġġustata għall-eqreb numru sħiħ, għandha tkun il-medda OVC tal-vettura elettrika ibrida. |
4.2.2.3. B’veloċità ta’ aktar minn 50 km/h, meta l-vettura ma tilħaqx l-aċċellerazzjoni jew il-veloċità meħtieġa għaċ-ċiklu tat-test, il-pedala tal-aċċelleratur għandha tibqa’ magħfusa kollha, jew il-manku tal-aċċelleratur għandu jiddawwar kollu, sakemm terġa’ tintlaħaq il-kurva ta’ referenza.
4.2.2.4. Huma permessi sa tliet interruzzjonjiet bejn is-sekwenzi tat-test, ta’ mhux aktar minn 15-il minuta b’kollox.
4.2.2.5. Id-distanza koperta f’km (DOVC) hija l-medda elettrika tal-vettura elettrika ibrida. Hija għandha tiġi aġġustata għall-eqreb numru sħiħ.
ANNESS VIII
Rekwiżiti tat-test tat-tip VIII: testijiet ambjentali OBD
1. Introduzzjoni
1.1. |
Dan l-Anness jistipula l-proċedura għat-testijiet ambjentali tat-tip VIII tas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD). Il-proċedura tiddeskrivi l-metodi li jintużaw sabiex tiġi ċċekkjata l-funzjoni tas-sistema dijanjostika abbord (OBD) installata fuq il-vettura permezz ta’ simulazzjoni tal-ħsara fil-komponenti rilevanti għall-emissjonijiet fis-sistema tal-immaniġġjar tas-sistema tal-motopropulsjoni u fis-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet. |
1.2. |
Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli l-komponenti u/jew l-apparati elettriċi li għandhom jintużaw biex jissimulaw il-ħsarat, li jkunu difettużi. Meta jitkejlu fuq iċ-ċiklu tat-test xieraq tat-tip I, dawk il-komponenti jew apparati difettużi ma għandhomx jagħtu lok biex l-emissjonijiet tal-vettura jaqbżu l-limiti tal-OBD stabbiliti fl-Anness VI(B) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 b’aktar minn 20 fil-mija. |
1.3. |
Meta l-vettura tiġi ttestjata bil-komponent jew apparat difettuż imwaħħal, is-sistema OBD għandha tiġi approvata jekk ikun attivat l-indikatur tal-ħsara (MI). Is-sistema għandha tiġi approvata wkoll jekk l-indikatur jiġi attivat taħt il-limiti massimi tal-OBD. |
2. L-istadju I u l-istadju II tal-OBD
2.1. L-istadju I tal-OBD
Il-proċeduri tat-test f’dan l-Anness għandhom ikunu obbligatorji għall-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’sistema tal-istadju I tal-OBD imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ u fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. Dan l-obbligu jikkonċerna l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan l-Anness, għajr dawk li jirrigwardjaw ir-rekwiżiti tal-istadju II tal-OBD imsemmija fil-punt 2.2.
2.2. L-istadju II tal-OBD
2.2.1. |
Vettura tal-kategorija L tista’ tkun mgħammra b’sistema tal-istadju II tal-OBD skont l-għażla tal-manifattur. |
2.2.2. |
F’każijiet bħal dawn, jistgħu jintużaw il-proċeduri tat-test ta’ dan l-Anness mill-manifattur sabiex juri l-konformità volontarja mar-rekwiżiti tal-istadju II tal-OBD. B’mod partikolari, din tikkonċerna l-punti applikabbli elenkati fit-Tabella 7-1 Tabella 7-1 Il-funzjonijiet tal-istadju II tal-OBD u r-rekwiżiti assoċjati fil-punti ta’ dan l-Anness u l-Appendiċi 1 tiegħu
|
3. Deskrizzjoni tat-testijiet
3.1. Il-vettura tat-test
3.1.1. |
It-testijiet ambjentali tad-dimostrazzjoni u l-verifika tas-sistemi dijanjostiċi abbord għandhom jitwettqu fuq vettura tat-test, li għandha tkun saritilha manutenzjoni xierqa u tkun ġiet użata, dipendenti fuq il-metodu tat-test tad-durabbiltà magħżul stabbilit fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 permezz tal-proċeduri tat-test stabbiliti f’dan l-Anness u fl-Anness II: |
3.1.2. |
Fil-każ tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test tad-durabbiltà stabbilita fl-Artikolu 23(3a) jew 23(3b) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, il-vettura tat-test għandha tkun mgħammra bil-komponenti tal-emissjonijiet soġġetti għall-proċess ta’ tiqdim li jintużaw għat-testijiet tad-durabbiltà, kif ukoll għall-finijiet ta’ dan l-Anness, filwaqt li t-testijiet tas-sistemi dijanjostiċi abbord għandhom jiġu vverifikati u rrapportati għall-aħħar darba mal-konklużjoni tal-ittestjar tad-durabbiltà tat-tip V; |
3.1.3. |
F’każ li t-test tad-dimostrazzjoni tal-OBD ikun jirrikjedi l-kejl tal-emissjonijiet, għandu jitwettaq it-test tat-tip VIII fuq il-vettura tat-test użata għat-test tad-durabbiltà tat-tip V kif stipulat fl-Anness V. It-testijiet tat-tip VIII għandhom jiġu vverifikati u rrapportati għall-aħħar darba mal-konklużjoni tal-ittestjar tad-durabbiltà tat-tip V. |
3.1.4. |
Fil-każ tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test tad-durabbiltà stabbilita fl-Artikolu 23(3ċ) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, il-fatturi ta’ deterjorazzjoni applikabbli stabbiliti fil-parti B tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu mmultiplikati bir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet. |
3.2. Is-sistema OBD għandha tindika l-ħsara f’komponent jew f’sistema relatat(a) mal-emissjonijiet meta dik il-ħsara tirriżulta f’emissjonijiet li jaqbżu l-limiti massimi OBD stipulati fil-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jew kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-motopropulsjoni li twassal għal modalità ta’ tħaddim li tnaqqas it-torque b’mod sinjifikanti meta mqabbla mat-tħaddim normali.
3.3. Id-dejta li tirrigwardja t-test tat-tip I fir-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, inkluża dejta dwar is-settings tad-dinamometru użat u dwar iċ-ċiklu applikabbli tat-test tal-laboratorju għall-emissjonijiet, għandha tiġi pprovduta għall-finijiet ta’ referenza.
3.4. Għandha tiġi pprovduta l-lista bil-ħsarat fil-PCU/ECU skont ir-rekwiżiti msemmija fin-Numru C11 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 kif ġej:
3.4.1. |
għal kull ħsara li twassal biex jinqabżu l-limiti tal-emissjonijiet tal-OBD stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 kemm fil-modalità tas-sewqan bil-ħsara kif ukoll f’dik mingħajr ħsara. Ir-riżultati tat-test tal-laboratorju għall-emissjonijiet għandhom jiġu rrapportati f’dawk il-kolonni addizzjonali fil-format tad-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
3.4.2. |
għal deskrizzjonijiet qosra tal-metodi li jintużaw għas-simulazzjoni tal-ħsarat rilevanti għall-emissjonijiet, kif imsemmi fil-punti 1.1., 8.3.1.1. u 8.3.1.3. |
4. Il-proċedura tat-test ambjentali OBD
4.1. |
L-ittestjar tas-sistemi OBD jikkonsisti fil-fażijiet li ġejjin:
|
4.2. |
B’mod alternattiv, fuq talba tal-manifattur, il-ħsara ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti tista’ tiġi simulata b’mod elettroniku skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 8. |
4.3. |
Il-manifatturi jistgħu jitolbu li l-monitoraġġ isir barra ċ-ċiklu tat-test tat-tip I jekk ikun jista’ jintwera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-kondizzjonijiet tal-monitoraġġ taċ-ċiklu tat-test tat-tip I jimponu kondizzjonijiet ristretti ta’ monitoraġġ meta l-vettura tkun qiegħda tintuża. |
4.4. |
Għat-testijiet kollha għall-finijiet ta’ dimostrazzjoni, l-Indikatur tal-Ħsara (Malfunction Indicator - MI) għandu jiġi attivat qabel tmiem iċ-ċiklu tat-test. |
5. Il-vettura u l-fjuwil tat-test
5.1. Il-vettura tat-test
Il-vettura tat-test għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 2 tal-Anness VI.
5.2. Il-manifattur għandu jissettja s-sistema jew il-komponent, li għalihom għandha tintwera individwazzjoni, fi jew ’lil hinn mil-limitu tal-kriterji qabel ma l-vettura titħaddem fuq iċ-ċiklu tat-test tal-emissjonijiet adegwat għall-klassifikazzjoni tal-vettura tal-kategorija L. Sabiex tiġi ddeterminata l-funzjonalità korretta tas-sistema dijanjostika, il-vettura tal-kategorija L għandha titħaddem fuq iċ-ċiklu tat-test xieraq tat-tip I skont il-klassifikazzjoni tagħha stabbilita fil-punt 4.3. tal-Anness II.
5.3. Il-fjuwil tat-test
Għall-ittestjar għandu jintuża l-fjuwil ta’ referenza adegwat kif deskritt fl-Appendiċi 2 għall-Anness II. Għall-vetturi monofjuwil jew bifjuwil tal-gass, it-tip ta’ fjuwil għal kull mod ta’ ħsara li jrid jiġi ttestjat jista’ jintgħażel mill-awtorità tal-approvazzjoni minn fost il-fjuwils ta’ referenza deskritti fl-Appendiċi 2 għall-Anness II. It-tip ta’ fjuwil magħżul ma għandu jintuża waqt ebda fażi tat-test. Fil-każ tal-użu tal-LPG jew tal-NG/bijometanu bħala fjuwil, il-magna tista’ tiġi startjata fuq il-petrol u mbagħad taqleb għal-LPG jew għall-NG/bijometanu (b’mod awtomatiku u mhux mis-sewwieq) wara perjodu ta’ żmien stabbilit minn qabel.
6. It-temperatura u l-pressjoni tat-test
6.1. |
It-temperatura u l-pressjoni ambjentali tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tat-tip I stabbiliti fl-Anness II. |
7. It-tagħmir tat-test
7.1. Id-dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II.
8. Il-proċeduri tat-test għall-verifika ambjentali tal-OBD
8.1. Iċ-ċiklu tat-test operattiv fuq id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II.
8.2. Il-prekondizzjonament tal-vettura
8.2.1. |
Skond it-tip ta’ propulsjoni u wara l-introduzzjoni ta’ waħda mill-modalitajiet ta’ ħsara msemmija fil-punt 8.3., il-vettura għandha tkun soġġetta għal prekondizzjonament billi tinstaq għal mill-inqas żewġ testijiet konsekuttivi xierqa tat-tip I. Għall-vetturi mgħammra b’magna compression-ignition, huwa permess prekondizzjonament addizzjonali ta’ żewġ ċikli xierqa tat-tip I. |
8.2.2. |
Fuq talba tal-manifattur, jistgħu jintużaw metodi alternattivi ta’ prekondizzjonament. |
8.3. Modalitajiet ta’ ħsara li jridu jiġu ttestjati
8.3.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’magna positive-ignition:
|
8.3.2. |
Għall-vetturi mgħammra b’magna compression-ignition:
|
8.3.3. |
Il-manifattur għandu juri li l-ħsarat fil-fluss tal-EGR u fl-apparat li jkessaħ, meta jkunu mwaħħlin, jiġu identifikati mis-sistema OBD matul it-test tal-approvazzjoni tagħha. |
8.3.4. |
Kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-motopropulsjoni li tirriżulta f’modalità ta’ tħaddim li tnaqqas it-torque tal-magna b’mod sinjifikanti (jiġifieri b’10% jew aktar fi tħaddim normali) għandha tiġi identifikata u rrapportata mis-sistema li tikkontrolla s-sistema tal-motopropulsjoni / il-magna. |
8.4. Testijiet tal-verifika ambjentali tas-sistema OBD
8.4.1. |
Għall-vetturi mgħammra b’magni positive-ignition:
|
8.4.2. |
Vetturi mgħammra b’magni compression-ignition.
|
8.4.3. |
It-tibdil tas-sistema wara t-trattament tal-NOx, fejn ikun hemm waħda installata, b’sistema difettuż jew deterjorata jew b’simulazzjoni elettronika ta’ dik il-ħsara. |
8.4.4. |
It-tibdil tas-sistema tal-monitoraġġ tal-materja partikulata, fejn ikun hemm waħda installata, b’sistema difettuż jew deterjorata jew b’simulazzjoni elettronika ta’ dik il-ħsara. |
ANNESS IX
Rekwiżiti tat-test tat-tip IX: livell tal-ħoss
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-Appendiċi |
Paġna |
1 |
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għar-roti motorizzati u għall-mopeds b’żewġ roti (il-kategorija L1e) |
247 |
2 |
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għall-muturi (il-kategoriji L3e u L4e) |
258 |
3 |
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għall-mopeds bi tliet roti, għat-triċikli u għall-kwadriċikli (il-kategoriji L2e, L5e, L6e u L7e) |
272 |
4 |
Speċifikazzjonijiet tal-korsa tat-test |
283 |
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura tat-test tat-tip IX, kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. L-Anness jippreskrivi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-proċeduri permessibbli tat-testijiet tal-livell tal-ħoss għall-vetturi tal-kategorija L.
2. Il-proċedura tat-test, il-kejl u r-riżultati
2.1. |
Ir-rekwiżiti tad-durabbiltà tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk il-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti li jirrigwardjaw il-kondizzjonament tal-vettura tat-test kif stabbilit f’dan l-Anness. Barra minn hekk, għall-vetturi mgħammra b’silencers li jkun fihom materjal fibruż u assorbenti, għandha titwettaq il-proċedura tat-test rilevanti stabbilita f’dan l-Anness sabiex tintwera d-durabbiltà tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes. |
2.2. |
Meta l-UE taderixxi ma’:
id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan l-Anness ma jibqgħux applikabbli u l-vetturi tas-sub-kategorija applikabbli elenkati fit-Tabella 8-1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament korrispondenti tan-NU/KEE, inkluż fir-rigward tal-limiti tal-ħsejjes: Tabella 8-1 Is-sub-kategoriji tal-vetturi tal-kategorija L u r-regolamenti applikabbli tan-NU/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ħsejjes
|
3. Il-vettura tat-test
3.1. |
Il-vettura/i tat-test li tintuża/jintużaw għat-testijiet tal-ħsejjes tat-tip VIII u, b’mod partikolari, is-sistema u l-komponenti għat-tnaqqis tal-ħsejjes, għandhom ikunu rappreżentattivi tat-tipi ta’ vetturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali prodotti f’serje u mqiegħda fis-suq. Il-vettura tat-test għandha tkun saritilha manutenzjoni xierqa u tkun użata. |
3.2. |
Għall-vetturi mħaddma b’arja kkompressata, il-ħoss għandu jitkejjel fl-ogħla pressjoni nominali tal-ħażna ta’ arja kkompressata + 0 / – 15 %. |
(1) ĠU L 317, 14.11.2012, p. 1.
Appendiċi 1
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għar-roti motorizzati u għall-mopeds b’żewġ roti (il-kategorija L1e)
1. |
Definizzjonijiet |
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi:
1.1. |
‘tip ta’ rota motorizzata jew moped b’żewġ roti fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost’ tfisser vetturi tal-kategorija L1e li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal dawn li ġejjin:
|
1.2. |
‘sistema tal-egżost’ jew ‘silencer’ tfisser sett komplut ta’ komponenti li huma meħtieġa biex jillimitaw il-ħoss ikkawżat minn magna ta’ moped u l-egżost tagħha;
|
1.3. |
‘sistemi tal-egżost ta’ tipi differenti’ tfisser sistemi li huma fundamentalment differenti f’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
1.4. |
‘komponent ta’ sistema tal-egżost’ tfisser wieħed mill-komponenti individwali li flimkien jifformaw is-sistema tal-egżost (bħal pajpijiet tal-egżost, is-silencer stess) u s-sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja), jekk applikabbli. Jekk il-magna għandha tkun mgħammra b’sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja jew b’tagħmir li jassorbi l-ħsejjes ikkawżati mid-dħul tal-arja) sabiex tkun konformi mal-livelli massimi permessibbli tal-ħsejjes, il-filtru u/jew it-tagħmir li jassorbi l-ħsejjes għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti li għandhom l-istess importanza bħas-sistema tal-egżost. |
2. Il-komponent tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost oriġinali, bħala unità teknika separata, ta’ tip ta’ moped b’żewġ roti
2.1. Il-ħsejjes magħmula mill-moped b’żewġ roti waqt li jkun qiegħed jaħdem (il-kondizzjonijiet tal-kejl u l-metodu għall-ittestjar tal-vettura matul l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent)
2.1.1. Il-limiti tal-ħoss: ara l-Parti D tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.1.2. Strumenti tal-kejl
2.1.2.1. Il-kejl akustiku
L-apparat li jintuża għall-kejl tal-livell tal-ħoss għandu jkun miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni tat-tip deskritt fil-pubblikazzjoni Nru 179 tal-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali (International Electro-technical Commission - IEC) bit-titolu Precision sound-level meters, it-tieni edizzjoni. Il-kejl għandu jittieħed bl-użu ta’ rispons ‘mgħaġġel’ u bil-proċess ta' ponderazzjoni ‘A’ deskritti f’dik il-pubblikazzjoni.
Fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull serje ta’ kejl, il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss għandu jiġi kkalibrat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bl-użu ta’ sors ta’ ħoss addattat (pereżempju; pistonphone).
2.1.2.2. Il-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-magna u l-veloċità tal-moped fuq il-korsa tat-test għandhom jiġu ddeterminati sa ± 3 %.
2.1.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.1.3.1. Il-kondizzjoni tal-moped
Il-piż ikkombinat tar-rikkieb u dak tat-tagħmir tat-test li jintuża fuq il-moped għandu jkun bejn 70 kg u 90 kg. Jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiżdiedu l-piżijiet mal-moped sabiex il-piż ikkombinat jinġieb għal mill-inqas 70 kg.
Matul it-teħid tal-kejl, il-moped għandu jkun f’kondizzjoni ta’ tħaddim (inklużi l-likwidu tat-tkessiħ, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodod, l-istepni u r-rikkieb innifsu).
Qabel jittieħed il-kejl, il-moped għandu jinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali.
Jekk il-moped ikun mgħammar b’fannijiet b’mekkaniżmu li jiġi attivat b’mod awtomatiku, ma għandux ikun hemm interferenza ma’ din is-sistema matul it-teħid tal-kejl tal-ħsejjes. Għall-mopeds b’aktar minn rota waħda misjuqa, jista’ jintuża biss is-sewqan ipprovdut għat-tħaddim normali fit-triq. Meta moped ikun mgħammar b’sidecar, din għandha titneħħa għall-finijiet tat-test.
2.1.3.2. Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ta’ aċċellerazzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test li tkun sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni għandha tkun ċatta; is-superfiċje tagħha għandha tkun niexfa u tali li l-ħoss fil-wiċċ jibqa’ baxx.
Fuq is-sit tat-test, il-varjazzjonijiet fil-kamp ta’ ħoss ħieles bejn is-sors tal-ħoss fiċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni u l-mikrofonu ma għandhomx jaqbżu 1 dB. Din il-kondizzjoni titqies bħala li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss, bħal ilqugħ, blat, pontijiet jew bini, f’distanza ta’ 50 metru miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni. Il-kopertura tas-superfiċje tal-korsa tat-test għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 7.
Il-mikrofonu ma għandux ikun ostakolat b’xi mod li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku, u ebda persuna ma tista’ toqgħod bilwieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu joqgħod b’tali mod li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.
2.1.3.3. Mixxellanji
Ma għandux jittieħed kejl f’kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jiġi żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri tar-riħ.
Għall-kejl, il-livell tal-ħoss peżat A ta’ sorsi ta’ ħsejjes oħrajn għajr dawk tal-vettura li għandha tiġi ttestjata u tal-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.
Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel tkun ta’ bejn 10 u 16 dB(A), ir-riżultati tat-test għandhom jiġu kkalkolati billi titnaqqas il-korrezzjoni xierqa mill-qari li jiġi rreġistrat fuq il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss, kif jidher fil-graff li ġejja:
Figura Ap1-1
Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel
2.1.4. Il-metodu tal-kejl
2.1.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel hekk kif il-moped jinstaq bejn il-linji AA’ u BB’ (il-Figura Ap1-2). Il-kejl jitqies bħala invalidu jekk tkun irreġistrata diskrepanza anormali bejn l-ogħla valur u l-livell ġenerali tal-ħoss. Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet fuq kull naħa tal-moped.
2.1.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7.5 m ± 0.2 m mil-linja ta’ referenza CC′ (il-Figura Ap1-2) tal-korsa u f’distanza ta’ 1.2 m ± 0.1 m ’il fuq mill-art.
2.1.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-moped għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli inizjali kif speċifikat fil-punti 2.1.4.3.1 u 2.1.4.3.2. Meta l-parti ta’ quddiem tal-moped tilħaq il-linja AA′, il-valv tal-aċċelleratur għandu jinfetaħ kollu kemm jista’ jkun malajr u jinżamm f’dik il-pożizzjoni sakemm il-parti ta’ wara tal-moped tilħaq il-linja BB′; imbagħad, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ kemm jista’ jkun malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata.
Għall-kejl kollu, il-moped għandu jintrikeb f’linja dritta tul is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni, b’mod li l-pjan lonġitudinali medjan jinżamm kemm jista’ jkun qrib il-linja CC′.
2.1.4.3.1. Il-veloċità tal-avviċinament
Il-moped għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli ta’ 30 km/h jew fil-veloċità massima tiegħu, jekk din tkun inqas.
2.1.4.3.2. L-għażla tal-proporzjon tal-gerijiet
Jekk il-moped ikun mgħammar b’gerboks li titħaddem b’mod manwali, għandu jintgħażel l-ogħla ger li jagħtih iċ-ċans jaqsam il-linja AA′ b’veloċità ta’ mill-inqas nofs il-veloċità tal-magna bil-potenza kollha.
Jekk il-moped ikollu trasmissjoni awtomatika, dan għandu jintrikeb bil-veloċitajiet indikati fil-punt 2.1.4.3.1.
2.1.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.1.5.1. Ir-rapport tat-test skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 imfassal bl-iskop li jinħareġ id-dokument għandu jindika kwalunkwe ċirkostanzi u fatturi li jaffettwaw il-kejl.
2.1.5.2. Il-kejl għandu jiġi aġġustat għall-eqreb decibel.
Jekk il-figura wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jiġi aġġustat ’l isfel u jekk tkun bejn 5 u 9, it-total jiġi aġġustat ’il fuq.
Għandu jintuża biss il-kejl li jvarja b’2.0 dB(A) jew inqas f’żewġ testijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-moped.
2.1.5.3. Bil-għan li jiġu kkunsidrati l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, għandu jitnaqqas 1.0 dB(A) minn kull valur miksub skont il-punt 2.1.5.2.
2.1.5.4. Jekk il-medja tal-erba’ kejlijiet ma taqbiżx il-livell massimu permessibbli għall-kategorija tal-moped inkwistjoni, il-limiti preskritti fil-punt 2.1.1 jitqiesu bħala li ġew irrispettati.
Dan il-valur medju għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
Figura Ap1-2
It-test għall-vettura waqt it-tħaddim
Figura Ap1-3
It-test għall-vettura wieqfa
Test ta 'immaġni
2.2. Il-ħsejjes minn moped wieqaf (il-kondizzjonijiet tal-kejl u l-metodu għall-ittestjar tal-vettura waqt l-użu)
2.2.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-moped
Sabiex jiġu ffaċilitati t-testijiet sussegwenti tal-ħsejjes fuq il-mopeds waqt l-użu, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-iżbokk tas-sistema tal-egżost (silencer) għandu jitkejjel skont ir-rekwiżiti li ġejjin, bir-riżultat jiddaħħal fir-rapport tat-test imfassal bl-iskop li jinħareġ id-dokument skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.2.2. L-istrumenti tal-kejl
Għandu jintuża miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni kif definit fil-punt 2.1.2.1.
2.2.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.2.3.1. Il-kondizzjoni tal-moped
Qabel jittieħed il-kejl, il-magna tal-moped għandha tinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali. Jekk il-moped ikun mgħammar b’fannijiet b’mekkaniżmu li jiġi attivat b’mod awtomatiku, ma għandux ikun hemm interferenza ma’ din is-sistema matul it-teħid tal-kejl tal-ħsejjes.
Waqt il-kejl, il-gerboks għandha tkun f’pożizzjoni newtrali. Jekk ikun impossibbli li s-sistema tal-mototrażmissjoni tiġi skonnettjata, ir-rota tas-sewqan tal-moped għandha titħalla ddur mingħajr ostakoli, pereżempju billi l-vettura titqiegħed fuq l-istand ċentrali tagħha.
2.2.3.2. Is-sit tat-test (il-Figura Ap1-2)
Kwalunkwe żona li fiha ma jkun hemm ebda disturbi akustiċi sinjifikanti tista’ tintuża bħala post fejn isir it-test. Uċuh ċatti li jkunu miksijin bil-konkrit, bl-asfalt jew b’xi materjal iebes ieħor u li jkunu jirriflettu ħafna huma addattati; ma jistgħux jintużaw uċuh li jikkonsistu f’art li ġiet mgħaffġa. Is-sit tat-test għandu jkun fil-forma ta’ rettangolu li l-ġnub tiegħu jkunu mill-inqas 3 metri mit-tarf ta’ barra tal-moped (il-pumi mhux inklużi). Ma għandu jkun hemm ebda ostakolu sinjifikanti, pereżempju; f’dan ir-rettangolu ma jista’ jibqa’ ħadd ħlief ir-rikkieb u l-osservatur.
Il-moped għandu jitqiegħed fir-rettangolu b’tali mod li l-mikrofonu li jintuża għall-kejl ikun mill-inqas metru bogħod minn kwalunkwe kurduna.
2.2.3.3. Mixxellanji
Il-qari tal-istrument tal-kejl ikkawżat mill-ħsejjes ambjentali u mill-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10.0 dB(A) inqas mil-livelli tal-ħsejjes li għandhom jitkejlu. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.
2.2.4. Il-metodu tal-kejl
2.2.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel matul il-perjodu tat-tħaddim stipulat fil-punt 2.2.4.3.
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f’kull punt ta’ kejl.
2.2.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu (il-Figura Ap1-3)
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’livell mal-iżbokk tal-egżost jew f’distanza ta’ 0.2 m ’il fuq mis-superfiċje tal-korsa, skont liema tkun l-ogħla. Id-dijaframma tal-mikrofonu għandha tħares lejn l-iżbokk tal-egżost f’distanza ta’ 0.5 m minnu. Il-fus tas-sensittività massima tal-mikrofonu għandu jkun parallel mas-superfiċje tal-korsa f’angolu ta’ 45° ± 10° mal-pjan vertikali tad-direzzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost.
Meta mqabbel ma’ dan il-pjan vertikali, il-mikrofonu għandu jitqiegħed fuq in-naħa fejn hemm l-akbar distanza possibbli bejn il-mikrofonu u l-profil tal-moped (il-pumi mhux inklużi).
Jekk is-sistema tal-egżost ikollha aktar minn żbokk wieħed f’ċentri inqas minn 0.3 m ’l bogħod minn xulxin, il-mikrofonu għandu jitqiegħed iħares lejn l-iżbokk li jkun l-eqreb tal-moped (il-pumi mhux inklużi) jew lejn l-iżbokk li jkun l-ogħla mis-superfiċje tal-korsa. Jekk iċ-ċentri tal-iżbokki jkunu aktar minn 0.3 m ’il bogħod minn xulxin, għandu jittieħed kejl separat għal kull wieħed minnhom; l-akbar figura rreġistrata tittieħed bħala l-valur tat-test.
2.2.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-veloċità tal-magna għandha tinżamm stabbli fi:
|
((S)/(2)) jekk S tkun aktar minn 5 000 rpm; jew |
|
((3S)/(4)) jekk S tkun 5 000 rpm jew inqas, |
fejn ‘S’ hija l-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima.
Meta l-magna tilħaq veloċità kostanti, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħsejjes għandu jitkejjel matul ċiklu ta’ tħaddim li jkun jikkonsisti f’perjodu qasir ta’ veloċità kostanti tal-magna u matul il-perjodu ta’ tnaqqis fil-veloċità, fejn l-ogħla qari tal-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss jitqies bħala l-valur tat-test.
2.2.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.2.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji bl-iskop li jinħareġ id-dokument skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandu jindika d-dejta kollha rilevanti, b’mod partikolari d-dejta li tintuża fil-kejl tal-ħsejjes tal-moped wieqaf.
2.2.5.2. Il-valuri għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn fuq l-istrument tal-kejl u jiġu aġġustati għall-eqreb decibel.
Għandu jintuża biss il-kejl li jvarja bi 2.0 dB(A) jew inqas fi tliet testijiet konsekuttivi.
2.2.5.3. L-ogħla kejl minn fost it-tliet kejlijiet għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
2.3. Sistema tal-egżost (silencer) oriġinali
2.3.1. Ir-rekwiżiti għas-silencers li jkun fihom materjali fibrużi assorbenti
2.3.1.1. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jkun jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-silencers biss jekk ikun jista’ jinżamm tajjeb f’postu matul il-perjodu li jdum jintuża s-silencer u jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 2.3.1.2, 2.3.1.3 jew 2.3.1.4.
2.3.1.2. Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 2.1.1.
2.3.1.3. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
2.3.1.3.1. Il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 923.2 ± 5 K (650 ± 5 °C) għal erba’ sigħat f’forn (furnace) mingħajr tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità massa tal-fibra;
2.3.1.3.2. Wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 923.2 ± 5 K (650 ± 5 °C) għal siegħa f’forn, mill-inqas 98 % tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’xibka b’toqob ta’ daqs nominali ta’ 250 μm li jkun konformi mal-istandard tekniku ISO 3310-1:2000 meta jiġi ttestjat skont l-istandard ISO 2599:2011;
2.3.1.3.3. Il-materjal ma għandux jitlef aktar minn 10 % tal-piż tiegħu wara li jiġi suġġett għal immersjoni għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 362.2 ± 5 K (90 ± 5 °C) f’kondensat sintetiku tal-kompożizzjoni li ġejja:
— |
1 N ta’ aċidu idrobromiku (HBr): 10 ml |
— |
1 N ta’ aċidu sulfuriku (H2SO4): 10 ml |
— |
Ilma distillat sabiex il-kondensat jitla’ għal 1 000 ml. |
Nota: Il-materjal għandu jinħasel f’ilma distillat u mbagħad jitnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 378.2 K (105 °C) qabel jintiżen.
2.3.1.4. Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont il-punt 2.1, hija għandha titpoġġa f’kondizzjoni ta’ tħaddim normali permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
2.3.1.4.1. Kondizzjonament permezz ta’ tħaddim kontinwu fit-triq
2.3.1.4.1.1. |
Id-distanza minima li trid tinstaq matul il-kondizzjonament għandha tkun ta’ 2 000 km. |
2.3.1.4.1.2. |
50 ± 10 % ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kondizzjonament għandu jkun jikkonsisti f’sewqan fil-belt u l-bqija f’ġirjiet ta’ distanzi twal; iċ-ċiklu kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq korsa tat-test. |
2.3.1.4.1.3. |
Iż-żewġ tipi ta’ sewqan għandhom jiġu alternati mill-inqas sitt darbiet. |
2.3.1.4.1.4. |
Il-programm sħiħ tat-test għandu jinkludi mill-inqas 10 waqfiet li jdumu mill-inqas tliet sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni. |
2.3.1.4.2. Kondizzjonament permezz ta’ pulsazzjoni
2.3.1.4.2.1. |
Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandhom jiġu mmuntati fuq il-moped jew fuq il-magna. Fl-ewwel każ, il-moped għandu jiġi mmuntat fuq dinamometru b’romblu. Fit-tieni każ, il-magna għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test. L-apparat tat-test, kif muri fid-dettall fil-Figura Ap1-4, jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Barra minn hekk, huwa aċċettabbli kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. |
2.3.1.4.2.2. |
It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi interrott b’mod alternat u stabbilit mill-ġdid 2 500 darba b’valv ta’ azzjoni rapida. |
2.3.1.4.2.3. |
Il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontropressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla f’distanza ta’ mill-inqas 100 mm ’l isfel mill-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0.35 u 0.40 bar. F’każ li l-karatteristiċi tal-magna jipprevjenu dan, il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontropressjoni tal-gass tilħaq livell ekwivalenti għal 90 % ta’ dik li titkejjel qabel tieqaf il-magna. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni tvarja b’aktar minn 10 % tal-valur stabbilizzat tagħha bil-valv miftuħ. |
2.3.1.4.2.4. |
Għandu jiġi ssettjat it-time-lapse relay għall-perjodu li matulu jiġu prodotti l-gassijiet tal-egżost, ikkalkolat abbażi tar-rekwiżiti tal-punt 2.3.1.4.2.3. |
2.3.1.4.2.5. |
Il-veloċità tal-magna għandha tkun 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima. |
2.3.1.4.2.6. |
Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċelleratur magħfus kollu mkejjel f’75 % tal-veloċità tal-magna (S). |
2.3.1.4.2.7. |
Waqt it-test, kwalunkwe toqba ta’ tbattil għandha tingħalaq. |
2.3.1.4.2.8. |
It-test kollu għandu jitlesta fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jkun permess perjodu ta’ tkessiħ wara kull siegħa. |
2.3.1.4.3. Kondizzjonament fuq bank tat-test
2.3.1.4.3.1. |
Is-sistema tal-egżost għandha titwaħħal fuq magna li tkun rappreżentattiva tat-tip immuntat fuq il-moped li għalih tkun ġiet iddissinjata s-sistema, filwaqt li għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test. |
2.3.1.4.3.2. |
Il-kondizzjonament jikkonsisti fi tliet ċikli tal-bank tat-test. |
2.3.1.4.3.3. |
Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta’ mill-inqas sitt sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u kondensazzjoni. |
2.3.1.4.3.4. |
Kull ċiklu ta’ bank tat-test jikkonsisti f’sitt fażijiet. Il-kondizzjonijiet tal-magna u t-tul ta’ ħin għal kull fażi huma kif indikat hawn taħt: Tabella Ap1-1 il-fażijiet taċ-ċiklu tat-test fuq bank tat-test
|
2.3.1.4.3.5. |
Matul din il-proċedura ta’ kondizzjonament, fuq talba tal-manifattur, il-magna u s-silencer jistgħu jitkessħu sabiex it-temperatura rreġistrata f’pożizzjoni mhux aktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma tkunx aktar minn dik imkejla meta l-moped ikun miexi f’veloċità ta’ 75 % fl-ogħla ger. Il-veloċitajiet tal-magna u tal-moped għandhom jiġu ddeterminati bi preċiżjoni ta’ ± 3 %. Figura Ap1-4 L-apparat tat-test għall-kondizzjonament b’pulsazzjoni
|
2.3.2. Dijagramma u marki
2.3.2.1. Għandhom jiġu mehmuża dijagramma u tpinġija trasversali li jindikaw id-dimensjonijiet tas-sistema tal-egżost mad-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.3.2.2. Is-silencers oriġinali kollha għandhom jinkludu mill-inqas:
— |
il-marka ‘e’ segwita mir-referenza għall-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip; |
— |
l-isem tal-manifattur tal-vettura jew il-marka kummerċjali (trademark); u |
— |
l-għamla u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
Din ir-referenza għandha tkun tista’ tinqara sewwa, ma titħassarx u tkun viżibbli fil-pożizzjoni fejn titpoġġa.
2.3.2.3. Kwalunkwe imballaġġ tas-sistemi oriġinali sostituti tal-egżost għandu jiġi mmarkat b’mod li jkun jista’ jinqara sewwa bil-kelmiet “original part [part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati mal-marka ‘e’, flimkien mar-referenza għall-pajjiż tal-oriġini.
2.3.3. Is-silencer tal-intake
Jekk l-intake tal-magna għandu jiġi mgħammar b’filtru tal-arja jew silencer tal-intake sabiex jikkonforma mal-livell tal-ħoss permessibbli, il-filtru jew is-silencer għandhom jitqiesu bħala parti mis-silencer u r-rekwiżiti tal-punt 2.3 japplikaw għalihom ukoll.
3. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ta’ sistema tal-egżost mhux oriġinali jew komponenti tagħha, bħala unità teknika separata, għall-mopeds b’żewġ roti
Dan il-punt japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, bħala unitajiet tekniċi separati, ta’ sistemi tal-egżost jew komponenti tagħhom intiżi sabiex jitwaħħlu fuq tip partikolari wieħed jew aktar ta’ moped bħala parts sostituti mhux oriġinali.
3.1. Definizzjoni
3.1.1. ‘Sistema tal-egżost sostituta mhux oriġinali jew komponenti tagħha’ tfisser kwalunkwe komponent tas-sistema tal-egżost kif definit fil-punt 1.2 intiż biex jitwaħħal ma’ moped bil-għan li jissostitwixxi dak tat-tip li kien imwaħħal mal-moped meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.2.1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom bħala unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur tas-sistema jew minn rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2.2. Għal kull tip ta’ sistema tal-egżost sostituta jew għall-komponenti tagħha li għaliha tintalab approvazzjoni, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin, kif ukoll mid-dettalji segwenti:
3.2.2.1. |
deskrizzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi msemmija fil-punt 1.1, tat-tipi ta’ moped li għalihom huwa/huma intiż(i) l-komponent(i) jew is-sistema/i; barra minn hekk, għandhom jingħataw in-numri jew is-simboli speċifiċi għat-tip ta’ magna u moped; |
3.2.2.2. |
deskrizzjoni tas-sistema tal-egżost sostituta li tiddikjara l-pożizzjoni relattiva ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar; |
3.2.2.3. |
tpinġijiet ta’ kull komponent sabiex tkun iffaċilitata l-pożizzjoni u l-identifikazzjoni, kif ukoll dikjarazzjoni tal-materjali użati. Dawn it-tpinġijiet għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni intiża tal-marka obbligatorja tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. |
3.2.3. Fuq talba tas-servizz tekniku, l-applikant għandu jissottometti:
3.2.3.1. |
żewġ kampjuni tas-sistema li għaliha tintalab approvazzjoni tat-tip ta’ komponent; |
3.2.3.2. |
sistema tal-egżost li tikkonforma ma’ dik li kienet twaħħlet oriġinarjament mal-moped meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni; |
3.2.3.3. |
moped rappreżentattiv tat-tip li fuqu għandha titwaħħal is-sistema tal-egżost sostituta, ipprovdut f’tali kondizzjoni li, meta mgħammar b’silencer tal-istess tip kif kien imwaħħal oriġinarjament, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe waħda miż-żewġ sezzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.3.4. |
magna separata identika għal dik immuntata fuq il-moped imsemmi fil-punt 3.2.3.3., f’każ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jqisu li hija meħtieġa. |
3.3. Speċifikazzjonijiet
3.3.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
Id-disinn, il-kostruzzjoni u l-immuntar tas-silencer għandhom ikunu tali li:
3.3.1.1. |
il-moped ikun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Appendiċi taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali u, b’mod partikolari, irrispettivament minn kwalunkwe vibrazzjonijiet li jista’ jkun soġġett għalihom; |
3.3.1.2. |
juri reżistenza raġonevoli għall-fenomeni ta’ korrużjoni li għalihom ikun espost, b’attenzjoni xierqa għall-kondizzjonijiet normali tal-użu tal-moped; |
3.3.1.3. |
ma jitnaqqsux l-għoli mill-art taħt is-silencer kif imwaħħal oriġinarjament u l-angolu li fih jista’ jmil il-moped; |
3.3.1.4. |
is-superfiċje ma tilħaqx temperaturi għoljin ħafna; |
3.3.1.5. |
il-profil tiegħu ma jkollu ebda ħruġ jew tarf jaqta’; |
3.3.1.6. |
l-ammortizzaturi u s-sospensjonijiet ikollhom spazju adegwat; |
3.3.1.7. |
jiġi pprovdut spazju adegwat ta’ sigurtà għall-pajpijiet; |
3.3.1.8. |
ikun reżistenti għall-impatt b’tali mod li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti definiti b’mod ċar ta’ manutenzjoni u installazzjoni. |
3.3.2. Speċifikazzjonijiet għal-livelli tal-ħsejjes
3.3.2.1. |
L-effiċjenza akustika tas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-metodi deskritti fil-punti 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5. Meta titwaħħal sistema tal-egżost sostituta jew jitwaħħal komponent tagħha mal-moped imsemmi fil-punt 3.2.3.3, il-valuri tal-livell tal-ħoss miksuba ma għandhomx jaqbżu dawk imkejla, skont il-punt 3.2.3.3, bl-użu tal-istess moped mgħammar bis-silencer tal-apparat oriġinali kemm waqt it-test bil-moped miexi kif ukoll waqt it-test bil-moped wieqaf. |
3.3.3. Ittestjar tal-prestazzjoni tal-moped
3.3.3.1. |
Is-silencer sostitut għandu jkun tali li jiżgura li l-prestazzjoni tal-moped tkun komparabbli ma’ dik miksuba bis-silencer oriġinali jew bil-komponent tiegħu. |
3.3.3.2. |
Is-silencer sostitut għandu jitqabbel mas-silencer li twaħħal oriġinarjament, kif ukoll f’kondizzjoni ġdida, immuntat fuq il-moped imsemmi fil-punt 3.2.3.3. |
3.3.3.3. |
Dan it-test għandu jitwettaq billi titkejjel il-kurva tal-potenza tal-magna. Il-kejl tal-potenza massima netta u l-kejl tal-ogħla veloċità bis-silencer sostitut ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn ± 5 % mill-kejl li jittieħed taħt l-istess kondizzjonijiet bis-silencer tal-apparat oriġinali. |
3.3.4. Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardjaw is-silencers bħala unitajiet tekniċi separati li fihom materjal fibruż
Ma jistax jintuża materjal fibruż fil-kostruzzjoni ta’ tali silencers sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.3.1 ta’ dan l-Anness.
3.3.5. Evalwazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta
Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3, mgħammra b’silencer tat-tip li għalih tintalab approvazzjoni, għandha tkun soġġetta għat-testijiet ambjentali applikabbli skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Ir-rekwiżiti li jirrigwardjaw il-prestazzjoni ambjentali għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk ir-riżultati jilħqu l-valuri limiti skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kif stabbilit fl-Anness VI(D) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.3.6. L-immarkar tas-sistemi tal-egżost mhux oriġinali jew tal-komponenti tagħhom għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.4. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.4.1. Mat-tlestija tat-testijiet stipulati f’dan l-Appendiċi, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jikkorrespondi għall-mudell imsemmi fl-Artikolu 30 (2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jiġi ppreċedut minn rettangolu li jdur mal-ittra ‘e’ segwit bin-numru jew ittri distintiv(i) tal-Istat Membru li jkun ħareġ jew irrifjuta l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. Is-sistema tal-egżost li tingħata approvazzjoni tat-tip ta’ sistema għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u VI.
Appendiċi 2
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għall-muturi (il-kategoriji L3e u L4e)
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi:
1.1. |
‘tip ta’ mutur fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost’ tfisser muturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal dawn li ġejjin:
|
1.2. |
‘sistema tal-egżost’ jew ‘silencer’ tfisser sett komplut ta’ komponenti li huma meħtieġa biex jillimitaw il-ħoss ikkawżat minn magna ta’ mutur u l-egżost tagħha;
|
1.3. |
‘sistemi tal-egżost ta’ tipi differenti’ tfisser sistemi li huma fundamentalment differenti f’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
1.4. |
‘komponent ta’ sistema tal-egżost’ tfisser wieħed mill-komponenti individwali li flimkien jifformaw is-sistema tal-egżost (bħal pajpijiet tal-egżost, is-silencer stess) u s-sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja), jekk applikabbli. Jekk il-magna għandha tkun mgħammra b’sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja jew b’tagħmir li jassorbi l-ħsejjes ikkawżati mid-dħul tal-arja) sabiex tkun konformi mal-livelli permessibbli tal-ħsejjes, il-filtru jew it-tagħmir li jassorbi l-ħsejjes għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti li għandhom l-istess importanza bħas-sistema tal-egżost. |
2. Il-komponent tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost oriġinali, bħala unità teknika separata, ta’ tip ta’ mutur
2.1. Il-ħsejjes magħmula mill-mutur waqt li jkun qiegħed jaħdem (il-kondizzjonijiet tal-kejl u l-metodu għall-ittestjar tal-vettura matul l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent)
2.1.1. Limiti: ara l-Parti D tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.1.2. Strumenti tal-kejl
2.1.2.1. Il-kejl akustiku
L-apparat li jintuża għall-kejl tal-livell tal-ħoss għandu jkun miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni tat-tip deskritt fil-pubblikazzjoni Nru 179 tal-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali (International Electro-technical Commission - IEC) bit-titolu Precision sound-level meters, it-tieni edizzjoni. Il-kejl għandu jittieħed bl-użu ta’ rispons ‘mgħaġġel’ u bil-proċess ta' ponderazzjoni ‘A’ deskritti wkoll f’dik il-pubblikazzjoni.
Fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull serje ta’ kejl, il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss għandu jiġi kkalibrat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bl-użu ta’ sors ta’ ħoss addattat (pereżempju; pistonphone).
2.1.2.2. Il-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-magna u l-veloċità tal-mutur fuq il-korsa tat-test għandhom jiġu ddeterminati sa ± 3 %.
2.1.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.1.3.1. Il-kondizzjoni tal-mutur
Matul it-teħid tal-kejl, il-mutur għandu jkun f’kondizzjoni ta’ tħaddim.
Qabel jittieħed il-kejl, il-mutur għandu jinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali.Jekk il-mutur ikun mgħammar b’fannijiet b’mekkaniżmu li jiġi attivat b’mod awtomatiku, ma għandux ikun hemm interferenza ma’ din is-sistema matul it-teħid tal-kejl tal-ħsejjes. Għall-muturi b’aktar minn rota waħda misjuqa, jista’ jintuża biss is-sewqan ipprovdut għat-tħaddim normali fit-triq. Meta mutur ikun mgħammar b’sidecar, din għandha titneħħa għall-finijiet tat-test.
2.1.3.2. Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ta’ aċċellerazzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test li tkun sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni għandha tkun ċatta; is-superfiċje tagħha għandha tkun niexfa u tali li l-ħoss fil-wiċċ jibqa’ baxx.
Fuq is-sit tat-test, il-varjazzjonijiet fil-kamp ta’ ħoss ħieles bejn is-sors tal-ħoss fiċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni u l-mikrofonu ma għandhomx jaqbżu 1,0 dB. Din il-kondizzjoni titqies bħala li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss, bħal ilqugħ, blat, pontijiet jew bini, f’distanza ta’ 50 metru miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni. Il-kopertura tas-superfiċje tal-korsa tat-test għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 4.
Il-mikrofonu ma għandux ikun ostakolat b’xi mod li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku, u ebda persuna ma tista’ toqgħod bilwieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu joqgħod b’tali mod li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.
2.1.3.3. Mixxellanji
Ma għandux jittieħed kejl f’kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jiġi żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri tar-riħ.
Għall-kejl, il-livell tal-ħoss peżat A ta’ sorsi ta’ ħsejjes oħrajn għajr dawk tal-vettura li għandha tiġi ttestjata u tal-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10,0 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.
Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel tkun ta’ bejn 10,0 u 16,0 dB(A), ir-riżultati tat-test għandhom jiġu kkalkolati billi titnaqqas il-korrezzjoni xierqa mill-qari li jiġi rreġistrat fuq il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss, kif jidher fil-graff li ġejja:
Figura Ap2-1
Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel
2.1.4. Il-metodu tal-kejl
2.1.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel hekk kif il-mutur jinstaq bejn il-linji AA′ u BB′ (il-Figura Ap2-2). Il-kejl jitqies bħala invalidu jekk tkun irreġistrata diskrepanza anormali bejn l-ogħla valur u l-livell ġenerali tal-ħoss.
Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet fuq kull naħa tal-mutur.
2.1.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7.5 m ± 0.2 m mil-linja ta’ referenza CC′ (il-Figura Ap2-2) tal-korsa u f’distanza ta’ 1.2 m ± 0.1 m ’il fuq mill-art.
2.1.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-mutur għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli inizjali kif speċifikat fil-punti 2.1.4.3.1 u 2.1.4.3.2. Meta l-parti ta’ quddiem tal-mutur tilħaq il-linja AA′, il-valv tal-aċċelleratur għandu jinfetaħ kollu kemm jista’ jkun malajr u jinżamm f’dik il-pożizzjoni sakemm il-parti ta’ wara tal-mutur tilħaq il-linja BB′; imbagħad, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ kemm jista’ jkun malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata.
Għall-kejl kollu, il-mutur għandu jintrikeb f’linja dritta tul is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni, b’mod li l-pjan lonġitudinali medjan tal-mutur jinżamm kemm jista’ jkun qrib il-linja CC′.
2.1.4.3.1. Muturi b’gerboksis mhux awtomatiċi
2.1.4.3.1.1. Il-veloċità tal-avviċinament
Il-mutur għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli
— |
ta’ 50 km/h, jew |
— |
li tikkorrespondi għal veloċità tal-magna ugwali għal 75 % tal-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima netta, |
skont liema tkun l-aktar baxxa.
2.1.4.3.1.2. L-għażla tal-proporzjon tal-gerijiet
2.1.4.3.1.2.1. Il-muturi mgħammra b’gerboks b’erba’ proporzjonijiet jew inqas, tkun xi tkun il-kapaċità taċ-ċilindru tal-magni tagħhom, għandhom jiġu ttestjati biss fit-tieni ger.
2.1.4.3.1.2.2. Il-muturi mgħammra b’magni b’kapaċità taċ-ċilindru ta’ mhux aktar minn 175 cm3 u b’gerboks b’ħames proporzjonijiet jew aktar għandhom jiġu ttestjati biss fit-tielet ger.
2.1.4.3.1.2.3. Il-muturi mgħammra b’magni b’kapaċità taċ-ċilindru ta’ aktar minn 175 cm3 u b’gerboks b’ħames proporzjonijiet jew aktar għandhom jiġu ttestjati darba fit-tieni ger u darba fit-tielet ger. Ir-riżultat li jintuża għandu jkun il-medja taż-żewġ testijiet.
2.1.4.3.1.2.4. Jekk, matul it-test li jkun sar fit-tieni ger (ara 2.1.4.3.1.2.1 u 2.1.4.3.1.2.3), il-veloċità tal-magna malli tilħaq il-marka tal-linja tat-tarf tat-trekk tat-test taqbeż 100 % tal-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima netta, it-test għandu jsir fit-tielet ger u l-livell tal-ħoss imkejjel għandu jkun l-uniku wieħed li jiġi rreġistrat bħala r-riżultat tat-test.
2.1.4.3.2 Muturi b’gerboksis awtomatiċi
2.1.4.3.2.1. Muturi mingħajr selettur manwali
2.1.4.3.2.1.1. Il-veloċità tal-avviċinament
Il-mutur għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli ta’ 30, 40 u 50 km/h jew 75 % tal-veloċità massima fit-triq jekk dak il-valur ikun aktar baxx. Għandha tintgħażel il-kondizzjoni li tagħti l-ogħla livell ta’ ħoss.
2.1.4.3.2.2. Muturi mgħammra b’selettur manwali bil-pożizzjonijiet ta’ sewqan ’il quddiem X
2.1.4.3.2.2.1. Il-veloċità tal-avviċinament
Il-mutur għandu javviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli ta’:
— |
inqas minn 50 km/h, bil-veloċità ta’ rotazzjoni tal-magna ugwali għal 75 % tal-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima netta, jew |
— |
50 km/h, bil-veloċità ta’ rotazzjoni tal-magna inqas minn 75 % tal-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima netta. |
Jekk, fit-test b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h, il-gerijiet jaqgħu għall-ewwel ger, il-veloċità tal-avviċinament tal-mutur tista’ tiżdied għal massimu ta’ 60 km/h sabiex tiġi evitata l-waqgħa fil-ger.
2.1.4.3.2.2.2. Il-pożizzjoni tas-selettur manwali
Jekk il-mutur ikun mgħammar b’selettur manwali b’pożizzjonijiet ta’ sewqan ’il quddiem X, it-test għandu jsir bis-selettur fl-ogħla pożizzjoni; l-apparat volontarju għal waqgħa fil-ger (pereżempju; it-twaqqigħ tal-ger (kick-down)) ma għandux jintuża. Jekk isseħħ waqgħa awtomatika fil-ger wara l-linja AA′, it-test għandu jinbeda mill-ġdid bl-użu tat-tieni l-ogħla pożizzjoni, jew tat-tielet l-ogħla pożizzjoni, jekk ikun hemm bżonn, sabiex tinstab l-ogħla pożizzjoni tas-selettur li fiha jkun jista’ jsir it-test mingħajr waqgħa awtomatika fil-ger (mingħajr ma jintuża t-twaqqigħ fil-ger).
2.1.4.4. Għall-vetturi ibridi tal-kategorija L, it-testijiet għandhom isiru darbtejn b'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kondizzjoni A: il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħhom; jekk ikunu disponibbli aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda, għandha tintgħażel l-aktar modalità elettrika għat-test; |
(b) |
kondizzjoni B: il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ minimu tagħhom; jekk ikunu disponibbli aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda, għandha tintgħażel l-aktar modalità li tikkonsma fjuwil għat-test. |
2.1.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.1.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 bl-iskop li jinħareġ il-folder ta' informazzjoni għandu jindika kwalunkwe ċirkostanzi u fatturi li jaffettwaw ir-riżultati tal-kejl.
2.1.5.2. Il-qari li jittieħed għandu jiġi aġġustat għall-eqreb decibel.
Jekk il-figura wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jiġi aġġustat ’l isfel u jekk tkun bejn 5 u 9, it-total jiġi aġġustat ’il fuq.
Għandu jintuża biss il-kejl li jvarja b’2,0 dB(A) jew inqas f’żewġ testijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-mutur bl-iskop li jinħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.1.5.3. Bil-għan li jiġu kkunsidrati l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, għandu jitnaqqas 1,0 dB(A) minn kull valur miksub skont il-punt 2.1.5.2.
2.1.5.4. Jekk il-medja tal-erba’ kejlijiet ma taqbiżx il-livell massimu permessibbli għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni, il-limiti preskritti fil-Parti D tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jitqiesu bħala li ġew irrispettati. Dan il-valur medju għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
2.1.5.5. Jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kondizzjoni A u l-medja tal-erba’ riżultati tal-Kondizzjoni B ma jaqbżux il-livell permessibbli għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni, il-limiti preskritti fil-Parti D tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jitqiesu bħala li ġew irrispettati.
L-ogħla valur medju għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
2.2. Il-ħsejjes minn mutur wieqaf (il-kondizzjonijiet tal-kejl u l-metodu għall-ittestjar tal-vettura waqt l-użu)
2.2.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-mutur
Sabiex jiġu ffaċilitati t-testijiet sussegwenti tal-ħsejjes fuq il-muturi waqt l-użu, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-iżbokk tas-sistema tal-egżost għandu jitkejjel skont ir-rekwiżiti li ġejjin, bir-riżultat jiddaħħal fir-rapport tat-test imfassal bl-iskop li jinħareġ id-dokument skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.2.2. L-istrumenti tal-kejl
Għandu jintuża miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni kif definit fil-punt 2.1.2.1.
2.2.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.2.3.1. Il-kondizzjoni tal-mutur
Qabel jittieħed il-kejl, il-magna tal-mutur għandha tinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali. Jekk il-mutur ikun mgħammar b’fannijiet b’mekkaniżmu li jiġi attivat b’mod awtomatiku, ma għandux ikun hemm interferenza ma’ din is-sistema matul it-teħid tal-kejl tal-ħsejjes.
Waqt il-kejl, il-gerboks għandha tkun f’pożizzjoni newtrali. Jekk ikun impossibbli li s-sistema tal-mototrażmissjoni tiġi skonnettjata, ir-rota tas-sewqan tal-mutur għandha titħalla ddur mingħajr ostakoli, pereżempju billi l-vettura titqiegħed fuq l-istand ċentrali tagħha.
2.2.3.2. Is-sit tat-test (il-Figura Ap2-2)
Kwalunkwe żona li fiha ma jkun hemm ebda disturbi akustiċi sinjifikanti tista’ tintuża bħala post fejn isir it-test. Uċuh ċatti li jkunu miksijin bil-konkrit, bl-asfalt jew b’xi materjal iebes ieħor u li jkunu jirriflettu ħafna huma addattati; ma jistgħux jintużaw uċuh li jikkonsistu f’art li ġiet mgħaffġa. Is-sit tat-test għandu jkun fil-forma ta’ rettangolu li l-ġnub tiegħu jkunu mill-inqas 3 metri mit-tarf ta’ barra tal-mutur (il-pumi mhux inklużi). Ma għandu jkun hemm ebda ostakolu sinjifikanti, pereżempju; f’dan ir-rettangolu ma jista’ jibqa’ ħadd ħlief ir-rikkieb u l-osservatur.
Il-mutur għandu jitqiegħed fir-rettangolu b’tali mod li l-mikrofonu li jintuża għall-kejl ikun mill-inqas metru bogħod minn kwalunkwe kurduna.
2.2.3.3. Mixxellanji
Il-qari tal-istrument tal-kejl ikkawżat mill-ħsejjes ambjentali u mill-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10,0 dB(A) inqas mil-livelli tal-ħsejjes li għandhom jitkejlu. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.
2.2.4. Il-metodu tal-kejl
2.2.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel matul il-perjodu tat-tħaddim stipulat fil-punt 2.2.4.3.
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f’kull punt ta’ kejl.
2.2.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu (il-Figura Ap2-3)
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’livell mal-iżbokk tal-egżost jew f’distanza ta’ 0,2 m ’il fuq mis-superfiċje tal-korsa, skont liema tkun l-ogħla. Id-dijaframma tal-mikrofonu għandha tħares lejn l-iżbokk tal-egżost f’distanza ta’ 0,5 m minnu. Il-fus tas-sensittività massima tal-mikrofonu għandu jkun parallel mas-superfiċje tal-korsa f’angolu ta’ 45° ± 10° mal-pjan vertikali tad-direzzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost.
Meta mqabbel ma’ dan il-pjan vertikali, il-mikrofonu għandu jitqiegħed fuq in-naħa fejn hemm l-akbar distanza possibbli bejn il-mikrofonu u l-profil tal-mutur (il-pumi mhux inklużi).
Jekk is-sistema tal-egżost ikollha aktar minn żbokk wieħed f’ċentri inqas minn 0.3 metri ’l bogħod minn xulxin, il-mikrofonu għandu jitqiegħed iħares lejn l-iżbokk li jkun l-eqreb tal-mutur (il-pumi mhux inklużi) jew lejn l-iżbokk li jkun l-ogħla mis-superfiċje tal-korsa. Jekk iċ-ċentri tal-iżbokki jkunu aktar minn 0.3 m ’il bogħod minn xulxin, għandu jittieħed kejl separat għal kull wieħed minnhom; l-akbar figura rreġistrata tittieħed bħala l-valur tat-test.
2.2.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-veloċità tal-magna għandha tinżamm stabbli fi:
— |
((S)/(2)) jekk S tkun aktar minn 5 000 rpm; jew |
— |
((3S)/(4)) jekk S ma tkunx aktar minn 5 000 rpm, |
fejn ‘S’ hija l-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima netta.
Meta l-magna tilħaq veloċità kostanti, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħsejjes għandu jitkejjel matul ċiklu ta’ tħaddim li jkun jikkonsisti f’perjodu qasir ta’ veloċità kostanti tal-magna u matul il-perjodu ta’ tnaqqis fil-veloċità, fejn l-ogħla qari tal-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss jitqies bħala l-valur tat-test.
2.2.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.2.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji bl-iskop li jinħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandu jindika d-dejta kollha rilevanti, b’mod partikolari d-dejta li tintuża fil-kejl tal-ħsejjes tal-mutur wieqaf.
2.2.5.2. Il-valuri għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn fuq l-istrument tal-kejl u jiġu aġġustati għall-eqreb decibel.
Jekk il-figura wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jiġi aġġustat ’l isfel u jekk tkun bejn 5 u 9, it-total jiġi aġġustat ’il fuq.
Għandu jintuża biss il-kejl li jvarja b’mhux aktar minn 2,0 dB(A) fi tliet testijiet konsekuttivi.
2.2.5.3. L-ogħla kejl minn fost it-tliet kejlijiet għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
Figura Ap2-2
It-test għall-vettura waqt it-tħaddim
Test ta 'immaġni
Figura Ap2-3
It-test għall-vettura wieqfa
2.3. Sistema tal-egżost (silencer) oriġinali
2.3.1. Ir-rekwiżiti għas-silencers li jkun fihom materjali fibrużi assorbenti
2.3.1.1. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jkun jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-silencers biss jekk ikun jista’ jinżamm tajjeb f’postu matul il-perjodu li jdum jintuża s-silencer u jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 2.3.1.2 jew 2.3.1.3.
2.3.1.2. Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 2.1.1.
2.3.1.3. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
2.3.1.3.1. il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 650 °C ± 5 °C għal erba’ sigħat f’forn (furnace) mingħajr tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità massa tal-fibra;
2.3.1.3.2. wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 650 °C ± 5 °C għal siegħa f’forn, mill-inqas 98 % tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’xibka b’toqob ta’ daqs nominali ta’ 250 μm li jkun konformi mal-istandard tekniku ISO 3310-1:2000 meta jiġi ttestjat skont l-istandard ISO 2599:2011;
2.3.1.3.3. il-materjal ma għandux jitlef aktar minn 10.5 % tal-piż tiegħu wara li jiġi suġġett għal immersjoni għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 90 °C ± 5 °C f’kondensat sintetiku tal-kompożizzjoni li ġejja:
— |
1 N ta’ aċidu idrobromiku (HBr): 10 ml |
— |
1 N ta’ aċidu sulfuriku (H2SO4): 10 ml |
— |
Ilma distillat sabiex il-kondensat jitla’ għal 1 000 ml. |
Nota: Il-materjal għandu jinħasel f’ilma distillat u mbagħad jitnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 105 °C qabel jintiżen.
2.3.1.4. Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont il-punt 2.1, hija għandha titpoġġa f’kondizzjoni ta’ tħaddim normali permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
2.3.1.4.1. Kondizzjonament permezz ta’ tħaddim kontinwu fit-triq
2.3.1.4.1.1. It-Tabella Ap2-1 turi d-distanza minima li għandha tinstaq għal kull kategorija ta’ mutur matul il-kondizzjonament:
Tabella Ap2-1
Id-distanza minima li għandha tinstaq matul il-kondizzjonament
Vettura tal-kategorija L3e / L4e (mutur) skont il-kapaċità tal-magna (cm3) |
Distanza (km) |
||
|
4 000 |
||
|
6 000 |
||
|
8 000 |
2.3.1.4.1.2 50 ± 10 % ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kondizzjonament għandu jkun jikkonsisti f’sewqan fil-belt u l-bqija f’ġirjiet ta’ distanzi twal b’veloċità għolja; iċ-ċiklu kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq korsa tat-test.
2.3.1.4.1.3. Iż-żewġ tipi ta’ sewqan għandhom jiġu alternati mill-inqas sitt darbiet.
2.3.1.4.1.4. Il-programm sħiħ tat-test għandu jinkludi mill-inqas 10 waqfiet li jdumu mill-inqas tliet sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni.
2.3.1.4.2. Kondizzjonament permezz ta’ pulsazzjoni
2.3.1.4.2.1. Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandhom jiġu mmuntati fuq il-mutur jew fuq il-magna.
Fl-ewwel każ, il-mutur għandu jiġi mmuntat fuq dinamometru b’romblu. Fit-tieni każ, il-magna għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test.
L-apparat tat-test, kif muri fid-dettall fil-Figura Ap2-4, jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Barra minn hekk, huwa aċċettabbli kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.
2.3.1.4.2.2. It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi interrott b’mod alternat u stabbilit mill-ġdid 2 500 darba b’valv ta’ azzjoni rapida.
2.3.1.4.2.3 Il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontro-pressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla f’distanza ta’ mill-inqas 100 mm ’l isfel mill-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0.35 u 0.40 bar. F’każ li l-karatteristiċi tal-magna jipprevjenu dan, il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontro-pressjoni tal-gass tilħaq livell ekwivalenti għal 90 % ta’ dik li titkejjel qabel tieqaf il-magna. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni tvarja b’aktar minn 10 % tal-valur stabbilizzat tagħha bil-valv miftuħ.
2.3.1.4.2.4. Għandu jiġi ssettjat it-time-lapse relay għall-perjodu li matulu jiġu prodotti l-gassijiet tal-egżost, ikkalkolat abbażi tar-rekwiżiti tal-punt 2.3.1.4.2.3.
2.3.1.4.2.5. Il-veloċità tal-magna għandha tkun 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima.
2.3.1.4.2.6. Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċelleratur magħfus kollu mkejjel f’75 % tal-veloċità tal-magna (S).
2.3.1.4.2.7. Waqt it-test, kwalunkwe toqba ta’ tbattil għandha tingħalaq.
2.3.1.4.2.8. It-test kollu għandu jitlesta fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jkun permess perjodu ta’ tkessiħ wara kull siegħa.
2.3.1.4.3. Kondizzjonament fuq bank tat-test
2.3.1.4.3.1. Is-sistema tal-egżost għandha titwaħħal fuq magna li tkun rappreżentattiva tat-tip immuntat fuq il-mutur li għalih tkun ġiet iddissinjata s-sistema, filwaqt li għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test.
2.3.1.4.3.2. Il-kondizzjonament jikkonsisti fin-numru speċifiku ta’ ċikli tal-bank tat-test għall-kategorija ta’ muturi li għalihom tfasslet is-sistema tal-egżost. It-Tabella Ap2-2 turi n-numru ta’ ċikli għal kull kategorija ta’ muturi:
Tabella Ap2-2
In-numru ta’ ċikli fuq il-bank tat-test għall-kondizzjonament
Il-kategorija ta’ muturi skont il-kapaċità taċ-ċilindru (cm3) |
In-numru ta’ ċikli |
||
|
6 |
||
|
9 |
||
|
12 |
2.3.1.4.3.3. Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta’ mill-inqas sitt sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni.
2.3.1.4.3.4. Kull ċiklu ta’ bank tat-test jikkonsisti f’sitt fażijiet. Il-kondizzjonijiet tal-magna u t-tul ta’ ħin għal kull fażi huma kif indikat hawn taħt:
Tabella Ap2-3
Il-fażijiet taċ-ċiklu tat-test fuq bank tat-test
Fażi |
Kondizzjonijiet |
It-tul tal-fażi (f’minuti) |
|
Magni b’kapaċità volumetrika ta’ inqas minn 175 cm3 |
Magni b’b’kapaċità volumetrika ta’ 175 cm3 jew aktar |
||
1 |
Tħaddim bil-magna mhux ingranata |
6 |
6 |
2 |
25 % tat-tagħbija f’veloċità ta’ 75 % |
40 |
50 |
3 |
50 % tat-tagħbija f’veloċità ta’ 75 % |
40 |
50 |
4 |
100 % tat-tagħbija f’veloċità ta’ 75 % |
30 |
10 |
5 |
50 % tat-tagħbija f’veloċità ta’ 100 % |
12 |
12 |
6 |
25 % tat-tagħbija f’veloċità ta’ 100 % |
22 |
22 |
Ħin totali: |
Sagħtejn u 30 minuta |
Sagħtejn u 30 minuta |
2.3.1.4.3.5. Matul din il-proċedura ta’ kondizzjonament, fuq talba tal-manifattur, il-magna u s-silencer jistgħu jitkessħu sabiex it-temperatura rreġistrata f’pożizzjoni mhux aktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma tkunx aktar minn dik imkejla meta l-mutur ikun miexi f’veloċità ta’ 110 km/h jew 75 % fl-ogħla ger. Il-veloċitajiet tal-magna jew tal-mutur għandhom jiġu ddeterminati bi preċiżjoni ta’ ± 3 %.
Figura Ap2-4
L-apparat tat-test għall-kondizzjonament b’pulsazzjoni
2.3.2. Dijagramma u marki
2.3.2.1. Għandhom jiġu mehmuża dijagramma u tpinġija trasversali li jindikaw id-dimensjonijiet tas-sistema tal-egżost mad-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.3.2.2. Is-silencers oriġinali kollha għandhom jinkludu mill-inqas:
— |
il-marka ‘e’ segwita mir-referenza għall-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip; |
— |
l-isem tal-manifattur tal-vettura jew il-marka kummerċjali (trademark); u |
— |
l-għamla u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti. |
Din ir-referenza għandha tkun tista’ tinqara sewwa, ma titħassarx u tkun viżibbli fil-pożizzjoni fejn titpoġġa.
2.3.2.3. Kwalunkwe imballaġġ tas-sistemi oriġinali sostituti tal-egżost għandu jiġi mmarkat b’mod li jkun jista’ jinqara sewwa bil-kelmiet “original part [part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati mal-marka ‘e’, flimkien mar-referenza għall-pajjiż tal-oriġini.
2.3.3. Is-silencer tal-intake
Jekk l-intake tal-magna għandu jiġi mgħammar b’filtru tal-arja jew silencer tal-intake sabiex jikkonforma mal-livell tal-ħoss permessibbli, il-filtru jew is-silencer għandhom jitqiesu bħala parti mis-silencer u r-rekwiżiti tal-punt 2.3 japplikaw għalihom ukoll.
3. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ta’ sistema tal-egżost mhux oriġinali jew komponenti tagħha, bħala unitajiet tekniċi separati, għall-muturi
Din it-taqsima tapplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, bħala unitajiet tekniċi, ta’ sistemi tal-egżost jew komponenti tagħhom intiżi sabiex jitwaħħlu fuq tip partikolari wieħed jew aktar ta’ mutur bħala parts sostituti mhux oriġinali.
3.1. Definizzjoni
3.1.1. ‘Sistema tal-egżost sostituta mhux oriġinali jew komponenti tagħha’ tfisser kwalunkwe komponent tas-sistema tal-egżost kif definit fil-punt 1.2 intiż biex jitwaħħal ma’ mutur bil-għan li jissostitwixxi dak tat-tip li kien imwaħħal mal-mutur meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.2.1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom bħala unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur tas-sistema jew minn rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2.2. Għal kull tip ta’ sistema tal-egżost sostituta jew għall-komponenti tagħha li għaliha tintalab approvazzjoni, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin, kif ukoll mid-dettalji segwenti:
3.2.2.1. |
deskrizzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi msemmija fit-taqsima 1.1 ta’ dan l-Appendiċi, tat-tipi ta’ mutur li għalihom huwa/huma intiż(i) l-komponent(i) jew is-sistema/i; barra minn hekk, għandhom jingħataw in-numri jew is-simboli speċifiċi għat-tip ta’ magna u mutur; |
3.2.2.2. |
deskrizzjoni tas-sistema tal-egżost sostituta li tiddikjara l-pożizzjoni relattiva ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar; |
3.2.2.3. |
tpinġijiet ta’ kull komponent sabiex tkun iffaċilitata l-pożizzjoni u l-identifikazzjoni, kif ukoll dikjarazzjoni tal-materjali użati. Dawn it-tpinġijiet għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni intiża tal-marka obbligatorja tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. |
3.2.3. Fuq talba tas-servizz tekniku, l-applikant għandu jissottometti:
3.2.3.1. |
żewġ kampjuni tas-sistema li għaliha tintalab approvazzjoni tat-tip ta’ komponent; |
3.2.3.2. |
sistema tal-egżost li tikkonforma ma’ dik li kienet twaħħlet oriġinarjament mal-mutur meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
3.2.3.3. |
moped rappreżentattiv tat-tip li fuqu għandha titwaħħal is-sistema tal-egżost sostituta, ipprovdut f’tali kondizzjoni li, meta mgħammar b’silencer tal-istess tip kif kien imwaħħal oriġinarjament, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe waħda miż-żewġ sezzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.3.4. |
magna separata identika għal dik immuntata fuq il-mutur imsemmi fil-punt 3.2.3.3., f’każ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li hija meħtieġa. |
3.3. Marki u skrizzjonijiet
3.3.1. Is-sistemi tal-egżost mhux oriġinali jew il-komponenti tagħhom għandhom jiġu mmarkati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.4. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.4.1. Mat-tlestija tat-testijiet stipulati f’dan l-Appendiċi, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jikkorrespondi għall-mudell imsemmi fl-Artikolu 30 (2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jiġi ppreċedut minn rettangolu li jdur mal-ittra ‘e’ segwit bin-numru jew ittri distintiv(i) tal-Istat Membru li jkun ħareġ jew irrifjuta l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. Is-sistema tal-egżost li tingħata approvazzjoni tat-tip ta’ sistema għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u VI.
3.5. Speċifikazzjonijiet
3.5.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
Id-disinn, il-kostruzzjoni u l-immuntar tas-silencer għandhom ikunu tali li:
3.5.1.1. |
il-mutur ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali u, b’mod partikolari, irrispettivament minn kwalunkwe vibrazzjonijiet li jista’ jkun soġġett għalihom; |
3.5.1.2. |
juri reżistenza raġonevoli għall-fenomeni ta’ korrużjoni li għalihom ikun espost, b’attenzjoni xierqa għall-kondizzjonijiet normali tal-użu tal-mutur; |
3.5.1.3. |
ma jitnaqqsux l-għoli mill-art taħt is-silencer kif imwaħħal oriġinarjament u l-angolu li fih jista’ jmil il-mutur; |
3.5.1.4. |
is-superfiċje ma tilħaqx temperaturi għoljin ħafna; |
3.5.1.5. |
il-profil tiegħu ma jkollu ebda ħruġ jew tarf jaqta’; |
3.5.1.6. |
l-ammortizzaturi u s-sospensjonijiet ikollhom spazju adegwat; |
3.5.1.7. |
jiġi pprovdut spazju adegwat ta’ sigurtà għall-pajpijiet; |
3.5.1.8. |
ikun reżistenti għall-impatt b’tali mod li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti definiti b’mod ċar ta’ manutenzjoni u installazzjoni. |
3.5.2. Speċifikazzjonijiet għal-livelli tal-ħsejjes
3.5.2.1. |
L-effiċjenza akustika tas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-metodi deskritti fil-punti 2.1.2, 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5. Meta titwaħħal sistema tal-egżost sostituta jew jitwaħħal komponent tagħha mal-mutur imsemmi fil-punt 3.2.3.3, il-valuri tal-livell tal-ħoss miksuba ma għandhomx jaqbżu dawk imkejla, skont il-punt 3.2.3.3, bl-użu tal-istess mutur mgħammar bis-silencer tal-apparat oriġinali kemm waqt it-test bil-mutur miexi kif ukoll waqt it-test bil-mutur wieqaf. |
3.5.3. Ittestjar tal-prestazzjoni tal-mutur
3.5.3.1. |
Is-silencer sostitut għandu jkun tali li jiżgura li l-prestazzjoni tal-mutur tkun komparabbli ma’ dik miksuba bis-silencer oriġinali jew bil-komponent tiegħu. |
3.5.3.2. |
Is-silencer sostitut għandu jitqabbel mas-silencer li twaħħal oriġinarjament, kif ukoll f’kondizzjoni ġdida, immuntat fuq il-mutur imsemmi fil-punt 3.2.3.3. |
3.5.3.3. |
Dan it-test għandu jitwettaq billi titkejjel il-kurva tal-potenza tal-magna. Il-kejl tal-potenza massima netta u l-kejl tal-ogħla veloċità bis-silencer sostitut ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn ± 5 % mill-kejl li jittieħed taħt l-istess kondizzjonijiet bis-silencer tal-apparat oriġinali. |
3.5.4. Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardjaw is-silencers bħala unitajiet tekniċi separati li fihom materjal fibruż
Ma jistax jintuża materjal fibruż fil-kostruzzjoni ta’ tali silencers sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.3.1 ta’ dan l-Anness.
3.5.5. Evalwazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta
Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3, mgħammra b’silencer tat-tip li għalih tintalab approvazzjoni, għandha tkun soġġetta għal test tat-tip I, II u V taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Annessi I, II u V skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Ir-rekwiżiti li jirrigwardjaw l-emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk ir-riżultati jilħqu l-valuri limiti skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Appendiċi 3
Rekwiżiti tat-test tal-livell tal-ħoss għall-mopeds bi tliet roti, għat-triċikli u għall-kwadriċikli (il-kategoriji L2e, L5e, L6e u L7e)
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi:
1.1. |
‘tip ta’ moped bi tliet roti, triċiklu jew kwadriċiklu fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost’ tfisser mopeds bi tliet roti u triċikli li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal dawn li ġejjin:
|
1.2. |
‘sistema tal-egżost’ jew ‘silencer’ tfisser sett komplut ta’ komponenti li huma meħtieġa biex jillimitaw il-ħoss ikkawżat mill-magna u l-egżost ta’ moped bi tliet roti, triċiklu jew kwadriċiklu;
|
1.3. |
‘sistemi tal-egżost ta’ tipi differenti’ tfisser sistemi li huma fundamentalment differenti f’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
1.4. |
‘komponent ta’ sistema tal-egżost’ tfisser wieħed mill-komponenti individwali li flimkien jifformaw is-sistema tal-egżost (bħal pajpijiet tal-egżost, is-silencer stess) u s-sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja), jekk applikabbli. Jekk il-magna għandha tkun mgħammra b’sistema għad-dħul tal-arja (filtru tal-arja jew b’tagħmir li jassorbi l-ħsejjes ikkawżati mid-dħul tal-arja) sabiex tkun konformi mal-livelli massimi permessibbli tal-ħsejjes, il-filtru jew it-tagħmir li jassorbi l-ħsejjes għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti li għandhom l-istess importanza bħas-sistema tal-egżost. |
2. Il-komponent tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost oriġinali, bħala unità teknika separata, ta’ tip ta’ moped bi tliet roti (L2e), triċiklu (L5e), kwadriċiklu ħafif (L6e) jew kwadriċiklu tqil (L7e).
2.1. Il-ħsejjes magħmula mill-moped bi tliet roti, mit-triċiklu jew mill-kwadriċiklu (il-kondizzjonijiet tal-kejl u l-metodu għall-ittestjar tal-vettura matul l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent)
2.1.1. Il-vettura, il-magna tagħha u s-sistema tal-egżost tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u armati b’tali mod li l-vettura, taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali, tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi, irrispettivament minn kwalunkwe vibrazzjonijiet li tista’ tkun soġġetta għalihom.
2.1.2. Is-sistema tal-egżost għandha tkun iddisinjata, mibnija u armata b’tali mod li tirreżisti l-fenomeni tal-korrużjoni li għalihom tkun esposta.
2.2. Speċifikazzjonijiet għal-livelli tal-ħsejjes
2.2.1. Limiti: ara l-Parti D tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.2.2. Strumenti tal-kejl
2.2.2.1. L-apparat li jintuża għall-kejl tal-livell tal-ħoss għandu jkun miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni tat-tip deskritt fil-pubblikazzjoni Nru 179 tal-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali (International Electro-technical Commission - IEC) bit-titolu Precision sound-level meters, it-tieni edizzjoni. Il-kejl għandu jittieħed bl-użu ta’ rispons ‘mgħaġġel’ tal-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss u bil-proċess ta' ponderazzjoni ‘A’ deskritti wkoll f’dik il-pubblikazzjoni.
Fil-bidu u fl-aħħar ta’ kull serje ta’ kejl, il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss għandu jiġi kkalibrat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bl-użu ta’ sors ta’ ħoss addattat (pereżempju; pistonphone).
2.2.2.2. Il-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-magna u l-veloċità tal-vettura fuq il-korsa tat-test għandhom jiġu ddeterminati sa ± 3 %.
2.2.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.2.3.1. Il-kondizzjoni tal-vettura
Matul it-teħid tal-kejl, il-vettura għandha tkun f’kondizzjoni ta’ tħaddim (inklużi l-likwidu tat-tkessiħ, iż-żjut, il-fjuwil, l-għodod, l-istepni u r-rikkieb innifsu). Qabel jittieħed il-kejl, il-vettura għandha tinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali.
2.2.3.1.1. Il-kejl għandu jittieħed bil-vetturi mhux mgħobbija u mingħajr trejler jew semitrejler.
2.2.3.2. Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ta’ aċċellerazzjoni ċentrali mdawra minn żona tat-test li tkun sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni għandha tkun ċatta; is-superfiċje tagħha għandha tkun niexfa u tali li l-ħoss fil-wiċċ jibqa’ baxx.
Fuq is-sit tat-test, il-varjazzjonijiet fil-kamp ta’ ħoss ħieles bejn is-sors tal-ħoss fiċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni u l-mikrofonu ma għandhomx jaqbżu ±1.0 dB(A). Din il-kondizzjoni titqies bħala li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss, bħal ilqugħ, blat, pontijiet jew bini, f’distanza ta’ 50 metru miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni. Il-kopertura tas-superfiċje tal-korsa tat-test għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Appendiċi 4.
Il-mikrofonu ma għandux ikun ostakolat b’xi mod li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku, u ebda persuna ma tista’ toqgħod bilwieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu joqgħod b’tali mod li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.
2.2.3.3. Mixxellanji
Ma għandux jittieħed kejl f’kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jiġi żgurat li r-riżultati ma jiġux affettwati minn buffuri tar-riħ.
Għall-kejl, il-livell tal-ħoss peżat A ta’ sorsi ta’ ħsejjes oħrajn għajr dawk tal-vettura li għandha tiġi ttestjata u tal-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10,0 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.
Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel tkun ta’ bejn 10,0 u 16,0 dB(A), ir-riżultati tat-test għandhom jiġu kkalkolati billi titnaqqas il-korrezzjoni xierqa mill-qari li jiġi rreġistrat fuq il-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss, kif jidher fil-graff li ġejja:
Figura Ap3-1
Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel
2.2.4. Il-metodu tal-kejl
2.1.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel hekk kif il-vettura tinstaq bejn il-linji AA’ u BB’ (il-Figura Ap3-2). Il-kejl jitqies bħala invalidu jekk tkun irreġistrata diskrepanza anormali bejn l-ogħla valur u l-livell ġenerali tal-ħoss.
Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet fuq kull naħa tal-vettura.
2.2.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7,5 m ± 0,2 m mil-linja ta’ referenza CC′ (il-Figura Ap3-2) tal-korsa u f’distanza ta’ 1,2 m ± 0,1 m ’il fuq mill-art.
2.2.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli inizjali kif speċifikat fil-punt 2.2.4.4. Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tilħaq il-linja AA′, il-valv tal-aċċelleratur għandu jinfetaħ kollu kemm jista’ jkun malajr u jinżamm f’dik il-pożizzjoni sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tilħaq il-linja BB′; imbagħad, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ kemm jista’ jkun malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata.
Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tintrikeb f’linja dritta tul is-sezzjoni tal-aċċellerazzjoni, b’mod li l-pjan lonġitudinali medjan jinżamm kemm jista’ jkun qrib il-linja CC′.
2.2.4.3.1. Fil-każ ta’ vetturi artikolati li jikkonsistu f’żewġ komponenti inseparabbli u li jitqiesu bħala li jikkostitwixxu vettura waħda, is-semitrejler ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni fir-rigward tal-qsim tal-linja BB′.
2.2.4.4. Il-kalkolazzjoni tal-veloċità stabbli li għandha tiġi adottata
2.2.4.4.1. Vettura mingħajr gerboks
Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal veloċità ta’ rotazzjoni tal-magna ugwali għal tliet kwarti ta’ dik li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima tagħha, jew għal tliet kwarti tal-veloċità massima ta’ rotazzjoni tal-magna permessa mir-regolatur, jew 50 km/h, skont liema tkun l-inqas.
2.2.4.4.2. Vettura b’gerboks manwali
Jekk il-vettura tkun mgħammra b’gerboks b’żewġ, bi tliet jew b’erba’ proporzjonijiet, għandu jintuża t-tieni ger. Jekk il-gerboks ikollha aktar minn erba’ proporzjonijiet, għandu jintuża t-tielet ger. Jekk il-magna mbagħad tilħaq veloċità ta’ rotazzjoni ’lil hinn mill-klassifikazzjoni tal-potenza massima tagħha, minflok it-tieni jew it-tielet ger għandu jiġi attivat l-ogħla ger li jkun imiss sabiex il-linja BB′ fuq il-korsa tat-test tkun tista’ tintlaħaq mingħajr ma tinqabeż din il-klassifikazzjoni. Ma għandhiex tintgħażel l-overdrive. Jekk il-vettura jkollha trasmissjoni finali b’żewġ proporzjonijiet, il-proporzjon li jintgħażel għandu jkun dak li jikkorrespondi għall-ogħla veloċità tal-vettura. Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli li tikkorrespondi għal tliet kwarti tal-veloċità ta’ rotazzjoni tal-magna li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima tagħha jew għal tliet kwarti tal-veloċità ta’ rotazzjoni massima tal-magna permessa mir-regolatur, jew 50 km/h, skont liema tkun l-inqas.
2.2.4.4.3. Vettura b’gerboks awtomatika
Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b’veloċità stabbli ta’ 50 km/h jew tliet kwarti tal-veloċità massima tagħha, skont liema tkun l-inqas. Meta jkunu disponibbli diversi pożizzjonijiet ta’ sewqan ’il quddiem, għandha tintgħażel dik li tipproduċi l-ogħla aċċellerazzjoni medja tal-vettura bejn il-linji AA′ u BB′. Ma għandhiex tintuża l-pożizzjoni tas-selettur li tintuża biss għall-ibbrejkjar, għall-manuvrar jew għal movimenti simili bilmod.
2.2.4.5. Għall-vetturi ibridi, it-testijiet għandhom isiru darbtejn b'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kondizzjoni A: il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ massimu tagħhom; jekk ikunu disponibbli aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda, għandha tintgħażel l-aktar modalità ibrida elettrika għat-test; |
(b) |
kondizzjoni B: il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta’ ċarġ minimu tagħhom; jekk ikunu disponibbli aktar minn ‘modalità ibrida’ waħda, għandha tintgħażel l-aktar modalità ibrida li tikkonsma fjuwil għat-test. |
2.2.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.2.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 bl-iskop li jinħareġ id-dokument ta’ informazzjoni għandu jindika kwalunkwe ċirkostanzi u fatturi li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-kejl.
2.2.5.2. Il-valuri għandhom jiġu aġġustati għall-eqreb decibel.
Jekk il-figura wara l-punt deċimali tkun 5, it-total jiġi aġġustat ’il fuq.
Jista’ jintuża biss il-kejl li jvarja bi 2.0 dB(A) jew inqas f’żewġ testijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura bl-iskop li jinħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.2.5.3. Bil-għan li jiġu kkunsidrati l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, għandu jitnaqqas 1,0 dB(A) minn kull valur miksub skont il-punt 2.2.5.2.
2.2.5.4. Jekk il-medja tal-erba’ kejlijiet ma taqbiżx il-livell massimu permessibbli għall-kategorija tal-vettura inkwistjoni, il-limitu preskritt fil-punt 2.2.1. jitqies bħala li ġie rrispettat. Dan il-valur medju għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
2.2.5.5. Jekk il-medja tal-erba’ riżultati tal-Kondizzjoni A u l-medja tal-erba’ riżultati tal-Kondizzjoni B ma jaqbżux il-livell massimu permessibbli għall-kategorija li għaliha tappartjeni l-vettura ibrida li tkun qiegħda tiġi ttestjata, il-limiti preskritti fil-punt 2.2.1 għandhom jitqiesu bħala li ġew irrispettati.
L-ogħla valur medju għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
2.3. Il-kejl tal-ħsejjes minn vettura wieqfa (għall-ittestjar tal-vettura waqt l-użu)
2.3.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-vettura
Sabiex jiġu ffaċilitati t-testijiet sussegwenti tal-ħsejjes fuq il-vetturi waqt l-użu, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-qrubija immedjata tal-iżbokk tas-sistema tal-egżost (silencer) għandu jitkejjel ukoll skont ir-rekwiżiti li ġejjin, bir-riżultat jiddaħħal fir-rapport tat-test imħejji bl-iskop li jinħareġ id-dokument skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.3.2. L-istrumenti tal-kejl
Għandu jintuża miter li jkejjel il-livell tal-ħoss bi preċiżjoni li jkun konformi mal-punt 2.2.2.1.
2.3.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
2.3.3.1. Il-kondizzjoni tal-vettura
Qabel jittieħed il-kejl, il-magna tal-vettura għandha tinġieb f’temperatura ta’ tħaddim normali. Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fannijiet b’mekkaniżmu li jiġi attivat b’mod awtomatiku, ma għandux ikun hemm interferenza ma’ din is-sistema matul it-teħid tal-kejl tal-ħsejjes.
Waqt il-kejl, il-gerboks għandha tkun f’pożizzjoni newtrali. Jekk ikun impossibbli li s-sistema tal-mototrażmissjoni tiġi skonnettjata, ir-roti tas-sewqan tal-moped jew tat-triċiklu għandhom jitħallew iduru mingħajr ostakoli, pereżempju billi l-vettura titqiegħed fuq l-istand ċentrali tagħha jew fuq rombli.
2.3.3.2. Is-sit tat-test (ara l-Figura Ap3-3)
Kwalunkwe żona li fiha ma jkun hemm ebda disturbi akustiċi sinjifikanti tista’ tintuża bħala post fejn isir it-test. Uċuh ċatti li jkunu miksijin bil-konkrit, bl-asfalt jew b’xi materjal iebes ieħor u li jkunu jirriflettu ħafna huma addattati; ma jistgħux jintużaw uċuh li jikkonsistu f’art li ġiet mgħaffġa. Is-sit tat-test għandu jkun fil-forma ta’ rettangolu li l-ġnub tiegħu jkunu mill-inqas 3 metri mit-tarf ta’ barra tal-vettura (il-pumi mhux inklużi). Ma għandu jkun hemm ebda ostakolu sinjifikanti, pereżempju; f’dan ir-rettangolu ma jista’ jibqa’ ħadd ħlief ir-rikkieb u l-osservatur.
Il-vettura għandha titqiegħed fir-rettangolu b’tali mod li l-mikrofonu li jintuża għall-kejl ikun mill-inqas metru bogħod minn kwalunkwe kurduna.
2.3.3.3. Mixxellanji
Il-qari tal-istrument tal-kejl ikkawżat mill-ħsejjes ambjentali u mill-effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10.0 dB(A) inqas mil-livelli tal-ħsejjes li għandhom jitkejlu. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal ilqugħ għar-riħ addattat, diment li jiġi kkunsidrat l-effett li jkollu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.
2.3.4. Il-metodu tal-kejl
2.3.4.1. In-natura u l-għadd ta’ kejl
Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels peżati (dB (A)) għandu jitkejjel matul il-perjodu tat-tħaddim stipulat fil-punt 2.3.4.3.
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f’kull punt ta’ kejl.
2.3.4.2. Il-pożizzjonament tal-mikrofonu (il-Figura Ap3-3)
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’livell mal-iżbokk tal-egżost jew f’distanza ta’ 0,2 m ’il fuq mis-superfiċje tal-korsa, skont liema tkun l-ogħla. Id-dijaframma tal-mikrofonu għandha tħares lejn l-iżbokk tal-egżost f’distanza ta’ 0,5 m minnu. Il-fus tas-sensittività massima tal-mikrofonu għandu jkun parallel mas-superfiċje tal-korsa f’angolu ta’ 45° ± 10° mal-pjan vertikali tad-direzzjoni tal-emissjonijiet tal-egżost.
Meta mqabbel ma’ dan il-pjan vertikali, il-mikrofonu għandu jitqiegħed fuq in-naħa fejn hemm l-akbar distanza possibbli bejn il-mikrofonu u l-profil tal-mutur (il-pumi mhux inklużi).
Jekk is-sistema tal-egżost ikollha aktar minn żbokk wieħed f’ċentri inqas minn 0,3 metri ’l bogħod minn xulxin, il-mikrofonu għandu jitqiegħed iħares lejn l-iżbokk li jkun l-eqreb tal-vettura (il-pumi mhux inklużi) jew lejn l-iżbokk li jkun l-ogħla mis-superfiċje tal-korsa. Jekk iċ-ċentri tal-iżbokki jkunu aktar minn 0,3 m ’il bogħod minn xulxin, għandu jittieħed kejl separat għal kull wieħed minnhom; l-akbar figura rreġistrata tittieħed bħala l-valur tat-test.
2.3.4.3. Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim
Il-veloċità tal-magna għandha tinżamm stabbli fi:
— |
((S)/(2)) jekk S tkun aktar minn 5 000 rpm; jew |
— |
((3S)/(4)) jekk S ma tkunx aktar minn 5 000 rpm, |
fejn ‘S’ hija l-veloċità tal-magna li fiha tiġi żviluppata l-potenza massima.
Meta l-magna tilħaq veloċità kostanti, il-valv tal-aċċelleratur għandu jitreġġa’ malajr għall-pożizzjoni ta’ tħaddim bil-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħsejjes għandu jitkejjel matul ċiklu ta’ tħaddim li jkun jikkonsisti f’perjodu qasir ta’ veloċità kostanti tal-magna u matul il-perjodu ta’ tnaqqis fil-veloċità, fejn l-ogħla qari tal-miter li jkejjel il-livell tal-ħoss jitqies bħala l-valur tat-test.
2.3.5. Riżultati (ir-rapport tat-test)
2.3.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji bl-iskop li jinħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandu jindika d-dejta kollha rilevanti, b’mod partikolari d-dejta li tintuża fil-kejl tal-ħsejjes tal-vettura wieqfa.
2.3.5.2. Il-valuri għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn fuq l-istrument tal-kejl u jiġu aġġustati għall-eqreb decibel.
Jekk il-figura wara l-punt deċimali tkun 5, it-total jiġi aġġustat’il fuq.
Għandu jintuża biss il-kejl li jvarja b’mhux aktar minn 2,0 dB(A) fi tliet testijiet konsekuttivi.
2.3.5.3. L-ogħla kejl minn fost it-tliet kejlijiet għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test.
Figura Ap3-2
Il-pożizzjonijiet għall-ittestjar tal-vettura waqt it-tħaddim
Figura Ap3-3
Il-pożizzjonijiet għall-ittestjar tal-vettura wieqfa
2.4. Sistema tal-egżost (silencer) oriġinali
2.4.1. Ir-rekwiżiti għas-silencers li jkun fihom materjali fibrużi assorbenti
2.4.1.1. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jkun jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-silencers biss jekk ikun jista’ jinżamm tajjeb f’postu matul il-perjodu li jdum jintuża s-silencer u jekk jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 2.4.1.2 sa 2.4.1.4.
2.4.1.2. Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 2.2.1.
2.4.1.3. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
2.4.1.3.1. Il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 650 °C ± 5 °C għal erba’ sigħat f’forn (furnace) mingħajr tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità massa tal-fibra.
2.4.1.3.2. Wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 923,2 ± 5 K (650 °C ± 5 °C) għal siegħa f’forn, mill-inqas 98 % tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’xibka b’toqob ta’ daqs nominali ta’ 250 μm li jkun konformi mal-istandard tekniku ISO 3310-1:2000 meta jiġi ttestjat skont l-istandard ISO 2599:2011.
2.4.1.3.3. Il-materjal ma għandux jitlef aktar minn 10,5 % tal-piż tiegħu wara li jiġi suġġett għal immersjoni għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 362,2 ± 5 K (90 ± 5 °C) f’kondensat sintetiku tal-kompożizzjoni li ġejja:
— |
1 N ta’ aċidu idrobromiku (HBr): 10 ml |
— |
1 N ta’ aċidu sulfuriku (H2SO4): 10 ml |
— |
ilma distillat sabiex il-kondensat jitla’ għal 1 000 ml. |
Nota: Il-materjal għandu jinħasel f’ilma distillat u mbagħad jitnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 105 °C qabel jintiżen.
2.4.1.4. Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata, hija għandha titpoġġa f’kondizzjoni ta’ tħaddim normali permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
2.4.1.4.1. Kondizzjonament permezz ta’ tħaddim kontinwu fit-triq
2.4.1.4.1.1. |
It-tabella Ap3-1 turi d-distanza minima li għandha tinstaq għal kull kategorija ta’ vettura matul il-kondizzjonament: Tabella Ap3-1 Id-distanza minima li għandha tinstaq matul il-kondizzjonament
|
2.4.1.4.1.2. |
50 ± 10 % ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kondizzjonament għandu jkun jikkonsisti f’sewqan fil-belt u l-bqija f’ġirjiet ta’ distanzi twal b’veloċità għolja; iċ-ċiklu kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq korsa tat-test. |
2.4.1.4.1.3. |
Iż-żewġ tipi ta’ sewqan għandhom jiġu alternati mill-inqas sitt darbiet. |
2.4.1.4.1.4. |
Il-programm sħiħ tat-test għandu jinkludi mill-inqas 10 waqfiet li jdumu mill-inqas tliet sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni. |
2.4.1.4.2. Kondizzjonament permezz ta’ pulsazzjoni
2.4.1.4.2.1. |
Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandhom jiġu mmuntati fuq il-vettura jew fuq il-magna. Fl-ewwel każ, il-vettura għandha tiġi mmuntata fuq dinamometru b’romblu. Fit-tieni każ, il-magna għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test. L-apparat tat-test, kif muri fid-dettall fil-Figura Ap3-4, jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Barra minn hekk, huwa aċċettabbli kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. |
2.4.1.4.2.2. |
It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi interrott b’mod alternat u stabbilit mill-ġdid 2 500 darba b’valv ta’ azzjoni rapida. |
2.4.1.4.2.3. |
Il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontro-pressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla f’distanza ta’ mill-inqas 100 mm ’l isfel mill-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0,35 u 0,40 bar. F’każ li l-karatteristiċi tal-magna jipprevjenu dan, il-valv għandu jinfetaħ meta l-kontro-pressjoni tal-gass tilħaq livell ekwivalenti għal 90 % tal-massimu li jista’ jitkejjel qabel tieqaf il-magna. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni tvarja b’mhux aktar minn 10 % tal-valur stabbilizzat tagħha bil-valv miftuħ. |
2.4.1.4.2.4. |
Għandu jiġi ssettjat it-time-lapse relay għall-perjodu li matulu jiġu prodotti l-gassijiet tal-egżost, ikkalkolat abbażi tar-rekwiżiti tal-punt 2.4.1.4.2.3. |
2.4.1.4.2.5. |
Il-veloċità tal-magna għandha tkun 75 % tal-veloċità (S) li fiha l-magna tiżviluppa l-potenza massima. |
2.4.1.4.2.6. |
Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun 50 % tal-potenza bil-valv tal-aċċelleratur magħfus kollu mkejjel f’75 % tal-veloċità tal-magna (S). |
2.4.1.4.2.7. |
Waqt it-test, kwalunkwe toqba ta’ tbattil għandha tingħalaq. |
2.4.1.4.2.8. |
It-test kollu għandu jitlesta fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jkun permess perjodu ta’ tkessiħ wara kull siegħa. |
2.4.1.4.3. Kondizzjonament fuq bank tat-test
2.4.1.4.3.1. |
Is-sistema tal-egżost għandha titwaħħal fuq magna li tkun rappreżentattiva tat-tip immuntat fuq il-vettura li għaliha tkun ġiet iddissinjata s-sistema, filwaqt li għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test. |
2.4.1.4.3.2. |
Il-kondizzjonament jikkonsisti fin-numru speċifiku ta’ ċikli tal-bank tat-test għall-kategorija ta’ vetturi li għalihom ġiet iddisinjata s-sistema tal-egżost. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ ċikli għal kull kategorija ta’ vetturi. Tabella Ap3-2 In-numru ta’ ċikli tal-kondizzjonament
|
2.4.1.4.3.3. |
Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta’ mill-inqas sitt sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni. |
2.4.1.4.3.4. |
Kull ċiklu ta’ bank tat-test jikkonsisti f’sitt fażijiet. Il-kondizzjonijiet tal-magna u t-tul ta’ ħin għal kull fażi huma kif indikat hawn taħt: Tabella Ap3-3 It-tul tal-fażijiet tat-test
|
2.4.1.4.3.5. |
Matul din il-proċedura ta’ kondizzjonament, fuq talba tal-manifattur, il-magna u s-silencer jistgħu jitkessħu sabiex it-temperatura rreġistrata f’pożizzjoni mhux aktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma tkunx aktar minn dik imkejla meta l-vettura tkun miexja f’veloċità ta’ 110 km/h jew 75 % fl-ogħla ger. Il-veloċitajiet tal-magna jew tal-vettura għandhom jiġu ddeterminati bi preċiżjoni ta’ ± 3 %. Figura Ap3-4 L-apparat tat-test għall-kondizzjonament b’pulsazzjoni
|
2.4.2. Dijagramma u marki
2.4.2.1. Għandhom jiġu mehmuża dijagramma u tpinġija trasversali li jindikaw id-dimensjonijiet tas-sistema tal-egżost mad-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
2.4.2.2. Is-silencers oriġinali kollha għandhom jinkludu mill-inqas:
— |
il-marka ‘e’ segwita mir-referenza għall-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip; |
— |
l-isem tal-manifattur tal-vettura jew il-marka kummerċjali (trademark); u |
— |
l-għamla u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti. |
Din ir-referenza għandha tkun tista’ tinqara sewwa, ma titħassarx u tkun viżibbli fil-pożizzjoni fejn titpoġġa.
2.4.2.3. Kwalunkwe imballaġġ tas-sistemi oriġinali sostituti tal-egżost għandu jiġi mmarkat b’mod li jkun jista’ jinqara sewwa bil-kelmiet “original part [part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati mal-marka ‘e’, flimkien mar-referenza għall-pajjiż tal-oriġini.
2.4.3. Is-silencer tal-intake
Jekk l-intake tal-magna għandu jiġi mgħammar b’filtru tal-arja jew silencer tal-intake sabiex jikkonforma mal-livell tal-ħoss permessibbli, il-filtru jew is-silencer għandhom jitqiesu bħala parti mis-silencer u r-rekwiżiti tal-punt 2.4 japplikaw għalihom ukoll.
3. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ sistema tal-egżost mhux oriġinali jew ta’ komponenti tagħha, bħala unitajiet tekniċi separati, għall-mopeds bi tliet roti u għat-triċikli.
Din it-taqsima tapplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, bħala unitajiet tekniċi separati, ta’ sistemi tal-egżost jew komponenti tagħhom intiżi sabiex jitwaħħlu fuq tip partikolari wieħed jew aktar ta’ mopeds bi tliet roti u triċikli bħala parts sostituti mhux oriġinali.
3.1. Definizzjoni
3.1.1. ‘Sistema tal-egżost sostituta mhux oriġinali jew komponenti tagħha’ tfisser kwalunkwe komponent tas-sistema tal-egżost kif definit fil-punt 1.2 intiż biex jitwaħħal ma’ moped bi tliet roti, triċiklu jew kwadriċiklu meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.2. Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.2.1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom bħala unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur tas-sistema jew minn rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2.2. Għal kull tip ta’ sistema tal-egżost sostituta jew għall-komponenti tagħha li għaliha tintalab approvazzjoni, l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin, kif ukoll mid-dettalji segwenti:
3.2.2.1. |
deskrizzjoni, fir-rigward tal-karatteristiċi msemmija fil-punt 1.1, tat-tipi ta’ vettura li għalihom huma intiżi l-komponenti jew is-sistemi; barra minn hekk, għandhom jingħataw in-numri u/jew is-simboli speċifiċi għat-tip ta’ magna u vettura; |
3.2.2.2. |
deskrizzjoni tas-sistema tal-egżost sostituta li tiddikjara l-pożizzjoni relattiva ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha, flimkien mal-istruzzjonijiet tal-immuntar; |
3.2.2.3. |
tpinġijiet ta’ kull komponent sabiex tkun iffaċilitata l-pożizzjoni u l-identifikazzjoni, kif ukoll dikjarazzjoni tal-materjali użati. Dawn it-tpinġijiet għandhom jindikaw ukoll il-pożizzjoni intiża tal-marka obbligatorja tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent. |
3.2.3. Fuq talba tas-servizz tekniku, l-applikant għandu jissottometti:
3.2.3.1. |
żewġ kampjuni tas-sistema li għaliha tintalab approvazzjoni tat-tip ta’ komponent; |
3.2.3.2. |
sistema tal-egżost li tikkonforma ma’ dik li kienet twaħħlet oriġinarjament mal-vettura meta nħareġ id-dokument ta’ informazzjoni skont il-mudell imsemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
3.2.3.3. |
vettura rappreżentattiva tat-tip li fuqha għandha titwaħħal is-sistema tal-egżost sostituta, ipprovduta f’tali kondizzjoni li, meta mgħammra b’silencer tal-istess tip kif kien imwaħħal oriġinarjament, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe waħda miż-żewġ sezzjonijiet li ġejjin:
|
3.2.3.4. |
magna separata identika għal dik immuntata fuq il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3., f’każ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li hija meħtieġa. |
3.3. Marki u skrizzjonijiet
3.3.1. Is-sistemi tal-egżost mhux oriġinali jew il-komponenti tagħhom għandhom jiġu mmarkati skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.4. Approvazzjoni tat-tip ta’ komponent
3.4.1. Mat-tlestija tat-testijiet stipulati f’dan l-Appendiċi, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jikkorrespondi għall-mudell imsemmi fl-Artikolu 30 (2) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għandu jiġi ppreċedut minn rettangolu li jdur mal-ittra ‘e’ segwit bin-numru jew ittri distintiv(i) tal-Istat Membru li jkun ħareġ jew irrifjuta l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent.
3.5. Speċifikazzjonijiet
3.5.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
Id-disinn, il-kostruzzjoni u l-immuntar tas-silencer għandhom ikunu tali li:
3.5.1.1. |
il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Appendiċi taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali u, b’mod partikolari, irrispettivament minn kwalunkwe vibrazzjonijiet li tista’ tkun soġġetta għalihom; |
3.5.1.2. |
turi reżistenza raġonevoli għall-fenomeni ta’ korrużjoni li għalihom tkun esposta, b’attenzjoni xierqa għall-kondizzjonijiet normali tal-użu; |
3.5.1.3. |
ma jitnaqqsux l-għoli mill-art taħt is-silencer kif imwaħħal oriġinarjament u l-angolu li fih tista’ tmil il-vettura; |
3.5.1.4. |
is-superfiċje ma tilħaqx temperaturi għoljin ħafna; |
3.5.1.5. |
il-profil tagħha ma jkollu ebda ħruġ jew tarf jaqta’; |
3.5.1.6. |
l-ammortizzaturi u s-sospensjonijiet ikollhom spazju adegwat; |
3.5.1.7. |
jiġi pprovdut spazju adegwat ta’ sigurtà għall-pajpijiet; |
3.5.1.8. |
tkun reżistenti għall-impatt b’tali mod li tkun kompatibbli mar-rekwiżiti definiti b’mod ċar ta’ manutenzjoni u installazzjoni. |
3.5.2. Speċifikazzjonijiet għal-livelli tal-ħsejjes
3.5.2.1. |
L-effiċjenza akustika tas-sistemi tal-egżost sostituti jew tal-komponenti tagħhom għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-metodi deskritti fil-punti 2.3 u 2.4. Meta titwaħħal sistema tal-egżost sostituta jew jitwaħħal komponent tagħha mal-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3 ta’ dan l-Appendiċi, il-valuri tal-livell tal-ħoss miksuba għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: |
3.5.2.1.1. |
huma ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-livell tal-ħoss imkejla, skont il-punt 3.2.3.3, bl-użu tal-istess vettura mgħammra bis-silencer tal-apparat oriġinali kemm waqt it-test bil-vettura miexja kif ukoll waqt it-test bil-vettura wieqfa. |
3.5.3. Ittestjar tal-prestazzjoni tal-vettura
3.5.3.1. |
Is-silencer sostitut għandu jkun tali li jiżgura li l-prestazzjoni tal-vettura tkun komparabbli ma’ dik miksuba bis-silencer oriġinali jew bil-komponent tiegħu. |
3.5.3.2. |
Is-silencer sostitut għandu jitqabbel mas-silencer li twaħħal oriġinarjament, kif ukoll f’kondizzjoni ġdida, immuntat fuq il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3. |
3.5.3.3. |
Dan it-test għandu jitwettaq billi titkejjel il-kurva tal-potenza tal-magna. Il-kejl tal-potenza massima netta u l-kejl tal-ogħla veloċità bis-silencer sostitut ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn ± 5 % mill-kejl li jittieħed taħt l-istess kondizzjonijiet bis-silencer tal-apparat oriġinali. |
3.5.4. Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardjaw is-silencers bħala unitajiet tekniċi separati li fihom materjal fibruż
Ma jistax jintuża materjal fibruż fil-kostruzzjoni ta’ tali silencers sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.4.1.
3.5.5. Evalwazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta
Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3, mgħammra b’silencer tat-tip li għalih tintalab approvazzjoni, għandha tkun soġġetta għal test tat-tip I, II u V taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Annessi korrispondenti ta' dan ir-Regolament skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Ir-rekwiżiti li jirrigwardjaw l-emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew issodisfati jekk ir-riżultati jkunu fi ħdan il-valuri limiti skont l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Appendiċi 4
Speċifikazzjonijiet tal-korsa tat-test
0. Introduzzjoni
Dan l-Appendiċi jippreskrivi l-ispeċifikazzjonijiet li huma relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tal-korsa tat-test.
1. Il-karatteristiċi meħtieġa tas-superfiċje
Superfiċje titqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji jew il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħsejjes ikunu tkejlu u nstabu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti 1.1. sa 1.4., kif ukoll jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tad-disinn (il-punt 2.2.).
1.1. Il-kontenut tal-ispazji residwi
Il-kontenut tal-ispazji residwi, Vc, tat-taħlita għall-mogħdija tal-korsa tat-test, ma għandux jaqbeż it-8 %. Il-proċedura tal-kejl hija stabbilita fil-punt 3.1.
1.2. Il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħsejjes
Jekk is-superfiċje tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżit tal-kontenut tal-ispazji residwi, hija tkun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħsejjes tagħha, α ≤ 0,10. Il-proċedura tal-kejl hija stabbilita fil-punt 3.2.
Ir-rekwiżit tal-punti 1.1. u 1.2. jiġi ssodisfat ukoll jekk jitkejjel biss l-assorbiment tal-ħsejjes u jekk jinstab li dan huwa α ≤ 0,10.
1.3. Il-fond tal-istruttura
Il-fond tal-istruttura (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-punt 3.3.) għandu jkun:
TD ≥ 0,4 mm.
1.4. L-omoġeneità tas-superfiċje
Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li s-superfiċje tkun kemm jista’ jkun omoġenja fiż-żona tat-test. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut tal-ispazji, iżda għandu jiġi osservat ukoll li jekk il-proċess tal-irromblar jirriżulta f’irromblar aktar effettiv f’uħud mill-postijiet milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.
1.5. Il-perjodu tal-ittestjar
Sabiex jiġi ċċekkjat jekk is-superfiċje għadhiex konformi mal-istruttura u mal-kontenut tal-ispazji jew mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-ħsejjes stipulati f’din l-ispeċifikazzjoni, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċje fl-intervalli li ġejjin:
(a) |
għall-kontenut tal-ispazji residwi jew għall-assorbiment tal-ħsejjes:
|
(b) |
għall-fond tal-istruttura (TD):
|
2. Id-disinn tas-superfiċje tat-test
2.1. Iż-żona
Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-korsa tat-test, huwa importanti li jiġi żgurat li, bħala rekwiżit minimu, iż-żona ttraversata mill-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan ikun jirrikjedi li l-wisa’ tal-korsa tkun ta’ mill-inqas 3 metri u t-tul tal-korsa jestendi ’lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 metri fuq kull tarf. Il-Figura Ap4-1 turi pjan ta’ sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u ssir kompatta permezz tal-magni bil-materjal speċifikat għas-superfiċje tat-test.
Figura Ap4-1
Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona tas-superfiċje tat-test
Test ta 'immaġni
2.2. Ir-rekwiżiti tad-disinn għas-superfiċje
Is-superfiċje tat-test għandha tissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:
(a) |
hija għandha tkun magħmula minn konkrit dens tal-asfalt; |
(b) |
id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6.3 sa 10 mm); |
(c) |
il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm; |
(d) |
is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux immodifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta. |
Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċje tat-test, fil-Figura Ap4-2 qiegħda tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li għandha tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella Ap4-1 tagħti linji gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabbiltà mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:
Ekwazzjoni Ap4-1:
fejn:
d |
id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f’mm |
dmass |
8 mm għall-kurva medja |
dmass |
10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt |
dmass |
6,3 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ fuq |
Barra minn hekk:
— |
il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 % ta’ ramel mitħun, |
— |
il-bażi u s-sotto-bażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skond l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq, |
— |
iż-żrar għandu jiġi mfarrak (100 % tal-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik, |
— |
iż-żrar li jintuża fit-taħlita għandu jinħasel, |
— |
ma għandux jiżdied żrar żejjed mas-superfiċje, |
— |
l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun bejn 40 u 60, bejn 60 u 80 jew bejn 80 u 100, skont il-kondizzjonijiet klimatiċi. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista’ jkun, diment li tkun konsistenti mal-prattika komuni, |
— |
it-temperatura tat-taħlita qabel jgħaddi r-romblu għandha tkun tali li jkun jista’ jinkiseb il-kontenut tal-ispazji meħtieġa bl-irromblar sussegwenti. Bil-għan li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tal-punti 1.1. sa 1.4. fir-rigward tal-kompattezza, għandha tingħata attenzjoni mhux biss għal għażla xierqa ta’ temperaturi tat-taħlita, iżda wkoll għal numru xieraq ta’ passati u għall-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita. |
Figura Ap4-2
Il-kurva tal-gradazzjoni aggregata fit-taħlita tal-asfalt, bit-tolleranzi
Tabella Ap4-1
Il-linji gwida tad-disinn
|
Il-valuri fil-mira |
Tolleranzi |
|
|
Skont il-massa totali tat-taħlita |
Skont il-massa tal-aggregat |
|
Massa ta’ ġebel, għarbiel b’toqob kwadri (SM) > 2 mm |
47,6 % |
50,5 % |
± 5 |
Massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm |
38,0 % |
40,2 % |
± 5 |
Massa tal-filtru SM < 0,063 mm |
8,8 % |
9,3 % |
± 2 |
Massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum) |
5,8 % |
M.A. |
± 0,5 |
Daqs massimu taż-żrar |
8 mm |
6,3-10 |
|
Ebusija tas-sustanza li tgħaqqad |
(ara aktar ’l isfel) |
|
|
Valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV) |
> 50 |
|
|
Kompattezza, relattiva għall-kompattezza Marshall |
98 % |
|
3. Il-metodi tat-test
3.1 Il-kejl tal-kontenut tal-ispazji residwi
Għall-finijiet ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni minn mill-inqas erba’ punti differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura Ap4-1). Sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ omoġeneità u ta’ uniformità fil-korsi tar-roti, ma għandhomx jittieħdu kampjuni fil-korsi nfushom, iżda qrib tagħhom. Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kampjuni qrib il-korsi tar-roti u mill-inqas kampjun ieħor bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-korsa u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.
Jekk ikun hemm suspett li r-rekwiżit tal-omoġeneità mhuwiex qiegħed jiġi ssodisfat (ara l-punt 1.4), għandhom jittieħdu kampjuni minn aktar punti fiż-żona tat-test.
Għal kull kampjun għandu jiġi ddeterminat il-kontenut tal-ispazji residwi. Imbagħad għandu jiġi kkalkolat il-valur medju għall-kampjuni kollha u eventwalment jitqabbel mar-rekwiżit tal-punt 1.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun ma għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 %.
Il-kostruttur tas-superfiċje tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problemi li jistgħu jinqalgħu meta ż-żona tat-test tissaħħan b’pajpijiet jew b’wajers tal-elettriku. Għandhom jittieħdu kampjuni minn din iż-żona u tali installazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati bir-reqqa fir-rigward tal-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rrakkomandat li jitħallew ftit żoni b’daqs ta’ bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkunx hemm wajers jew pajpijiet, jew inkella fejn dawn tal-aħħar ikunu fil-fond biżżejjed li ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li jittieħdu mis-saff tas-superfiċje.
3.2. Il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħsejjes
Il-koeffiċjent tal-assorbiment tal-ħsejjes (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu ta’ impedenza b’tubu permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fl-ISO 10534-1:1996 ‘Determination of sound absorption coefficient and impedance tubes - Part 1: Method using standard wave ratio’.
Għall-kampjuni tat-test għandhom jiġu applikati l-istess rekwiżiti li ġew applikati fir-rigward tal-kontenut tal-ispazji residwi (ara l-punt 3.1).
L-assorbiment tal-ħsejjes għandu jitkejjel fil-medda ta’ bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-medda ta’ bejn 800 Hz u 1 600 Hz (mill-inqas fil-frekwenzi ċentrali ta’ dawn il-meded ta’ terz ta’ ottava), filwaqt li għandhom jiġu identifikati l-valuri massimi għal kull waħda minn dawn iż-żewġ meded tal-frekwenza. Imbagħad għandha tiġi kkalkolata l-medja mill-valuri tal-kampjuni kollha tat-test sabiex jiġi kostitwit ir-riżultat finali.
3.3. Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura
Il-qisien tal-fond tal-istruttura għandhom jittieħdu minn mill-inqas għaxar punti li bejniethom ikun hemm l-istess spazju tul il-korsi tar-roti tal-istrixxa tat-test, filwaqt li l-valur medju jitqabbel mal-fond minimu tal-istruttura li ġie speċifikat. Ara l-Anness F tal-Istandard ISO 10844:2011 għal deskrizzjoni ta’ din il-proċedura.
4. L-istabbiltà fiż-żmien u l-manutenzjoni
4.1. L-influwenza taż-żmien
Huwa mistenni li l-livelli tal-ħsejjes tat-tajers/triq imkejla fuq is-superfiċje tat-test jistgħu jiżdiedu bi ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni.
Is-superfiċje għandha tikseb il-karatteristiċi meħtieġa minnha mill-inqas erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni.
L-istabbiltà biż-żmien tiġi ddeterminata primarjament bl-ippolixxjar u bit-tballit ikkawżati mill-vetturi li jinstaqu fuq is-superfiċje. Hija għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-punt 1.5.
4.2. Il-manutenzjoni tas-superfiċje
Kwalunkwe fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet li jistgħu jnaqqsu b’mod sinjifikanti l-fond effettiv tal-istruttura għandhom jitneħħew mis-superfiċje. Il-melħ jista’ jimmodifika s-superfiċje b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jiżdiedu l-ħsejjes u, għalhekk, mhuwiex irrakkomandat li jintuża l-melħ sabiex iħoll is-silġ.
4.3. Pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test
Jekk ikun hemm bżonn li tiġi pavimentata mill-ġdid il-korsa tat-test, normalment ikun hemm bżonn biss li tiġi pavimentata mill-ġdid l-istrixxa tat-test (b’wisa’ ta’ 3 metri kif indikat fil-Figura Ap4-1) fejn jinstaqu l-vetturi, diment li ż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżiti tal-kontenut tal-ispazji residwi jew tal-assorbiment tal-ħsejjes meta ġiet imkejla.
5. Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje u tat-testijiet imwettqa fuqha
5.1. Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje tat-test
Id-dejta li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi s-superfiċje tat-test:
(a) |
il-post fejn tinsab il-korsa tat-test; |
(b) |
it-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta’ aggregat, id-densità teoretika massima tal-konkrit (‘DR’), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċje u l-kurva ta’ gradazzjoni stabbiliti minn kampjuni li ttieħdu mill-korsa tat-test; |
(c) |
il-metodu tat-tballit (pereżempju; it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati li jingħataw); |
(d) |
it-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ waqt it-tqegħid tas-superfiċje; |
(e) |
id-data meta tqiegħdet is-superfiċje u l-identità tal-kuntrattur; |
(f) |
ir-riżultati tat-testijiet kollha, jew għall-inqas ir-riżultati tal-aktar test riċenti, inklużi:
|
5.2. Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħsejjes tal-vetturi
Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħsejjes tal-vetturi, għandu jiġi ddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ġewx issodisfati jew le. Ir-referenza għal dokument għandha ssir skont il-punt 5.1.
ANNESS X
Il-proċeduri tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni
Numru tal-Appendiċi |
Titolu tal-Appendiċi |
Paġna |
1. |
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodu għall-kejl tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura |
289 |
1.1 |
Il-proċedura għad-definizzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-korsa annulari tat-test fir-rigward tal-veloċità tal-vettura |
293 |
2. |
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodi għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta ta’ propulsjoni li tinkludi magna b’kombustjoni jew tip ta’ propulsjoni ibrida |
294 |
2.1 |
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni bit-tqabbid bl-isparkplaggs għall-kategoriji tal-vetturi L1e, L2e u L6e |
295 |
2.2 |
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni bit-tqabbid bl-isparkplaggs għall-kategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e |
301 |
2.2.1. |
Il-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta permezz tal-metodu tat-temperatura tal-magna |
307 |
2.3. |
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’magna bit-tqabbid bil-kompressjoni |
308 |
2.4. |
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni ibrida |
315 |
3. |
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodi għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza nominali kontinwa massima ta’ tip ta’ propulsjoni purament elettrika |
316 |
4. |
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodu għall-kejl tal-potenza nominali kontinwa massima, tad-distanza tad-diżattivazzjoni u tal-fattur tal-assistenza massima ta’ vettura tal-kategorija L1e iddisinjata biex taħdem bil-pedali msemmija fl-Artikolu 3(94b) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 |
317 |
1. Introduzzjoni
1.1. |
F'dan l-Anness qed jiġu stipulati rekwiżiti fir-rigward tal-prestazzjoni tal-output tal-unitajiet tal-propulsjoni tal-vetturi tal-kategorija L, b'mod partikolari fir-rigward tal-kejl tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, tat-torque massimu, tal-potenza massima netta jew tal-potenza nominali kontinwa massima. Barra minn hekk, għall-vetturi tal-kategorija L1e ddisinjati biex jaħdmu bil-pedali, qed jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi biex jiġu ddeterminati d-distanza tad-diżattivazzjoni u l-fattur tal-assistenza massima tal-unitajiet tal-propulsjoni. |
1.2. |
Ir-rekwiżiti huma mfassla apposta għall-vetturi tal-kategorija L mgħammra b'unitajiet tal-propulsjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
2. Proċedura tat-test
Il-proċeduri tat-test stipulati fl-appendiċi 1 sa 4 għandhom jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-kategorija L.
Appendiċi 1
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodu għall-kejl tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Il-kejl tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura huwa obbligatorju għall-vetturi tal-kategorija L li huma limitati fil-veloċità massima tad-disinn tal-vettura skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li jikkonċerna s-(sub-)kategoriji L1e, L2e, L6e, L7e-B1 u L7e-C.
2. Il-vettura tat-test
2.1. Il-vettura tat-test li tintuża għat-testijiet tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għandha tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni prodott f’serje u mqiegħed fis-suq.
2.2. It-tħejjija tal-vettura tat-test
2.2.1. |
Il-vettura tat-test għandha tkun nadifa u għandhom jitħaddmu biss dawk l-aċċessorji li jkunu meħtieġa sabiex il-vettura tkun tista’ tiġi ttestjata. |
2.2.2. |
Il-provvista tal-fjuwil u s-settings tal-ignixin, il-viskożità tal-lubrikanti għall-parts mekkaniċi waqt l-użu, kif ukoll il-pressjonijiet tat-tajers għandhom ikunu kif mitlub mill-manifattur. |
2.2.3. |
Il-magna, is-sistema tal-mototrażmissjoni u t-tajers tal-vettura tat-test għandhom ikun sarilhom running-in kif suppost skont ir-rekwiżiti tal-manifattur. |
2.2.4. |
Qabel it-test, il-parts kollha tal-vettura tat-test għandhom ikunu fi stat termalment stabbli, fit-temperatura tat-tħaddim normali tagħhom. |
2.2.5. |
Il-vettura tat-test għandha tiġi sottomessa bil-massa tagħha f’kondizzjoni ta’ tħaddim. |
2.2.6. |
Id-distribuzzjoni tat-tagħbijiet fuq ir-roti tal-vettura tat-test għandha tkun kif maħsuba mill-manifattur. |
3. Is-sewwieq
3.1. Vettura mingħajr kabina
3.1.1. |
Is-sewwieq għandu jkollu piż ta’ 75 kg ± 5 kg u jkun twil 1.75 m ± 0.05 m. Għall-mopeds, dawn it-tolleranzi jitnaqqsu għal ± 2 kg u ± 0.02 m rispettivament. |
3.1.2. |
Is-sewwieq għandu jilbes libsa biċċa waħda aġġustata jew ilbies ekwivalenti. |
3.1.3. |
Is-sewwieq għandu joqgħod bil-qiegħda fuq is-sedil tas-sewwieq b’saqajh fuq il-pedali jew fuq l-appoġġ għas-saqajn u dirgħajh estiżi b’mod normali. Meta l-vetturi jilħqu veloċità massima ta’ aktar minn 120 km/h meta r-rikkieb tagħhom ikun f’pożizzjoni bil-qiegħda, dak ir-rikkieb għandu jkun armat u ppożizzjonat kif irrakkomandat mill-manifattur, filwaqt li għandu jkollu kontroll sħiħ tal-vettura matul it-test. Il-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun l-istess matul it-test u tiġi deskritta fir-rapport tat-test jew inkella tiġi sostitwita b’ritratti. |
3.2. Vettura bil-kabina
3.2.1. |
Is-sewwieq għandu jkollu piż ta’ 75 kg ± 5 kg. Għall-mopeds, din it-tolleranza titnaqqas għal ± 2 kg. |
4. Il-karatteristiċi tal-korsa tat-test
4.1. |
It-testijiet għandhom isiru fuq triq:
|
4.2. |
Il-konfigurazzjonijiet possibbli għall-bażi tal-kejl jidhru fil-punti 4.2.1., 4.2.2. u 4.2.3.
|
4.3. |
It-tul L tal-bażi tal-kejl għandu jintgħażel b’mod konġunt mal-preċiżjoni tat-tagħmir u l-metodi użati sabiex jitkejjel il-ħin tat-test t b’tali mod illi l-valur tal-veloċità attwali tal-vettura jkun jista’ jiġi pplottjat f’medda ta’ ± 1 %. Jekk it-tagħmir tal-kejl ikun ta’ tip manwali, it-tul L tal-bażi tal-kejl ma għandux ikun inqas minn 500 m. Jekk jintgħażel bażi tal-kejl tat-tip 2, ikun neċessarju li jintuża tagħmir elettroniku tal-kejl sabiex jiġi ddeterminat il-ħin t. |
5. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi
|
Il-pressjoni atmosferika: 97 ± 10 kPa. |
|
It-temperatura ambjentali: bejn 278.2 K u 318.2 K. |
|
L-umdità relattiva: 30 sa 90 %. |
|
Il-veloċità medja tar-riħ, imkejla 1 m ’il fuq mill-art: < 3 m/s, permessi l-buffuri ta’ < 5 m/s. |
6. Il-proċeduri tat-test
6.1. Il-vetturi tal-kategorija L1e mgħammra b’assistenza kkontrollata bil-pedali għandhom jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-punt 4.2.6 ta’ EN 15194:2009 fuq il-veloċità massima ta’ vettura assistita minn mutur elettriku. Jekk il-vettura tal-kategorija L1e tiġi ttestjata skont dik il-proċedura tat-test, il-punti 6.2 sa 6.9. jistgħu jitħallew barra.
6.2. Il-proporzjon tal-gerijiet użat matul it-test għandu jippermetti li l-vettura tilħaq il-veloċità massima tagħha fuq art invell. Il-kontroll tal-valv tal-aċċelleratur għandu jinżamm miftuħ kollu u għandha tiġi attivata kwalunkwe modalità ta’ tħaddim bi propulsjoni li tintgħażel mill-utent sabiex tagħti l-prestazzjoni massima tal-unità tal-propulsjoni.
6.3. Is-sewwieqa ta’ vetturi mingħajr kabina għandhom iżommu l-pożizzjoni ta’ sewqan tagħhom kif definita fil-punt 3.1.3.
6.4. Il-vettura għandha tasal sal-bażi tal-kejl b’veloċità kostanti. Is-sewqan fil-bażijiet tat-tip 1 u tat-tip 2 għandu jsir fiż-żewġ direzzjonijiet f’suċċessjoni.
6.4.1. L-ittestjar f’direzzjoni waħda jista’ jiġi aċċettat fuq bażi tal-kejl tat-tip 2 jekk, minħabba l-karatteristiċi taċ-ċirkwit, ma jkunx possibbli li tintlaħaq il-veloċità massima tal-vettura fiż-żewġ direzzjonijiet. F’dan il-każ:
6.4.1.1. |
it-test għandu jiġi ripetut ħames darbiet f’suċċessjoni immedjata; |
6.4.1.2. |
il-veloċità tal-komponent assjali tar-riħ ma għandhiex taqbeż 1 m/s. |
6.5. Is-sewqan fiż-żewġ bażijiet L fuq bażi tal-kejl tat-tip 3 għandu jsir b’mod konsekuttiv f’direzzjoni waħda, mingħajr interruzzjoni.
6.5.1. Jekk il-bażi tal-kejl tikkoinċidi mat-tul totali taċ-ċirkwit, is-sewqan fiha għandu jsir f’direzzjoni waħda mill-inqas darbtejn. Id-differenza bejn l-estremi tal-ħinijiet tal-kejl ma għandhiex taqbeż it-3 %.
6.6. Il-fjuwil u l-lubrikant għandhom ikunu dawk irrakkomandati mill-manifattur.
6.7. Il-ħin totali t li huwa meħtieġ għas-sewqan tul il-bażi tal-kejl fiż-żewġ direzzjonijiet għandu jiġi ddeterminat sa preċiżjoni ta’ 0.7 %.
6.8. Id-determinazzjoni tal-veloċità medja
Il-veloċità medja V (km/h) għat-test tiġi ddeterminata kif ġej:
6.8.1. Il-bażi tal-kejl tat-tip 1 u tat-tip 2
Ekwazzjoni Ap1-1:
fejn:
L |
= |
it-tul tal-bażi tal-kejl (m) |
t |
= |
il-ħin (s) li jittieħed sabiex isir il-vjaġġ tul il-bażi tal-kejl L (m). |
6.8.2. Il-bażi tal-kejl tat-tip 2, li s-sewqan fiha jsir f’direzzjoni waħda
|
Ekwazzjoni Ap1-2: v = va fejn: |
|
Ekwazzjoni Ap1-3:
fejn:
|
6.8.3. Il-bażi tal-kejl tat-tip 3
6.8.3.1. Il-bażi tal-kejl tikkonsisti f’żewġ partijiet L (ara l-punt 4.2.3.1.)
Ekwazzjoni Ap1-4:
fejn:
L |
= |
it-tul tal-bażi tal-kejl (m) |
t |
= |
il-ħin totali (s) meħtieġ sabiex isir il-vjaġġ tul iż-żewġ bażijiet tal-kejl L (m). |
6.8.3.2. Bażi tal-kejl li tikkoinċidi mat-tul totali tal-korsa annulari tat-test (ara l-punt 3.1.4.2.3.3)
|
Ekwazzjoni Ap1-5:
fejn: |
|
Ekwazzjoni Ap1-6:
fejn:
|
|
Ekwazzjoni Ap1-7:
fejn:
|
6.9. Il-veloċità medja għandha titkejjel mill-inqas darbtejn f’suċċessjoni.
7. Il-veloċità massima tal-vettura
Il-veloċità massima tal-vettura tat-test għandha tiġi espressa f’kilometri għal kull siegħa permezz tal-figura li tikkorrespondi għall-eqreb numru sħiħ għall-medja aritmetika tal-valuri għall-veloċitajiet tal-vetturi mkejla matul iż-żewġ testijiet konsekuttivi, li ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 3 %. Jekk din il-medja aritmetika tinzerta eżattament bejn żewġ numri sħaħ, hija għandha tiġi aġġustata għall-ogħla numru li jkun imiss.
8. It-tolleranzi massimi għall-kejl tal-veloċità tal-vettura
8.1. |
Il-veloċità massima tal-vettura, kif iddeterminata mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, tista’ tvarja mill-valur speċifikat fil-punt 7 b’± 5 %. |
Appendiċi 1.1
Il-proċedura għad-definizzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-korsa annulari tat-test tal-veloċità tal-vettura
1. |
Il-koeffiċjent K relatat mal-korsa annulari tat-test għandu jiġi pplottjat sal-veloċità massima permessibbli għall-vettura. |
2. |
Il-koeffiċjent K għandu jiġi pplottjat għal diversi veloċitajiet b’tali mod li d-differenza bejn żewġ veloċitajiet konsekuttivi ma tkunx ta’ aktar minn 30 km/h. |
3. |
Għal kull veloċità magħżula, it-test għandu jsir skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, b’żewġ modi:
|
4. |
Għal kull veloċità mkejla, il-valuri va u vd għandhom jiddaħħlu fuq dijagramma simili għal dik li tidher fil-Figura Ap1.1-1, bil-punti suċċessivi marbuta permezz ta’ segment ta’ linja dritta. Figura Ap1.1-1 |
5. |
Il-koeffiċjent K jingħata mill-formula li ġejja għal kull veloċità mkejla: Ekwazzjoni Ap1.1-1:
|
Appendiċi 2
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodi għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta ta’ propulsjoni li tinkludi magna b’kombustjoni jew tip ta’ propulsjoni ibrida
1. Rekwiżiti ġenerali
1.1. |
L-Appendiċi 2.1. għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni (spark-ignition) għall-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e. |
1.2. |
L-Appendiċi 2.2. għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni bi tqabbid bl-ispark plaggs (spark-ignition) għall-vetturi tal-kategoriji L3e, L4e, L5e u L7e. |
1.3. |
L-Appendiċi 2.3. għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’magna bi tqabbid bil-kompressjoni. |
1.4. |
L-Appendiċi 2.4. għandu japplika għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza totali massima netta tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni ibrida. |
1.5. |
Is-sistema tal-kejl tat-torque għandha tiġi kkalibrata sabiex tikkunsidra t-telf mill-frizzjoni. Il-preċiżjoni fl-aktar nofs baxx tal-medda tal-kejl fuq il-bank tad-dinamometru tista’ tkun ± 2 % tat-torque mkejjel. |
1.6. |
It-testijiet jistgħu jsiru f’kompartimenti tat-testijiet bl-arja kkondizzjonata fejn il-kondizzjonijiet atmosferiċi jkunu jistgħu jiġu kkontrollati. |
1.7. |
Fil-każ tat-tipi u s-sistemi ta’ propulsjoni mhux konvenzjonali, kif ukoll għall-applikazzjonijiet ibridi, il-manifattur għandu jipprovdi dettalji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan ir-Regolament. |
2. Ir-rekwiżit tal-verifika tat-torque għall-quads tqal adatti għal kull tip ta’ terren tal-kategorija L7e-B
Sabiex jintwera li quad adatt għal kull tip ta’ terren tal-kategorija L7e-B huwa ddisinjat għal u kapaċi jinstaq f’kondizzjonijiet off-road u, għaldaqstant, jista’ jiżviluppa torque suffiċjenti, il-vettura rappreżentattiva tat-test għandha tkun kapaċi titla’ inklinazzjoni ≥ 25 % ikkalkolata għal vettura weħidha. Qabel jingħata bidu għat-test tal-verifika, il-vettura għandha tiġi pparkjata fuq l-inklinazzjoni (il-veloċità tal-vettura = 0 km/h).
Appendiċi 2.1
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni bit-tqabbid bl-isparkplaggs għall-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e
1. Il-preċiżjoni tal-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta taħt tagħbija sħiħa
1.1. |
It-torque: ± 2 % tat-torque imkejjel. |
1.2. |
Il-veloċità rotazzjonali: il-kejl għandu jkun preċiż sa ± 1 % tal-qari fuq skala sħiħa. |
1.3. |
Il-konsum tal-fjuwil għandu jkun ± 2 % għall-mezzi kollha li jintużaw. |
1.4. |
It-temperatura tal-arja ta’ induzzjoni tal-magna: ± 2 K. |
1.5. |
Il-pressjoni barometrika: ± 70 Pa. |
1.6. |
Il-pressjoni fl-egżost u s-sotto-pressjoni tal-arja miġbuda: ± 25 Pa. |
2. It-test għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magna
2.1. Aċċessorji
2.1.1. Aċċessorji li għandhom jintramaw
Matul it-test, l-aċċessorji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni inkwistjoni (kif stabbilit fit-Tabella Ap2.1-1) għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test sa fejn ikun possibbli li kieku jokkupaw f’dik l-applikazzjoni.
Tabella Ap2.1-1
L-aċċessorji li għandhom jintramaw matul it-test tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza netta tal-magna
Numru |
Aċċessorji |
Armati għat-test tat-torque u tal-potenza netta |
||||||||||||||||
1 |
Sistema ta’ dħul tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
2 |
Sistema tal-egżost
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
3 |
Karburatur |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
4 |
Sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
5 |
Regolaturi tal-veloċità rotazzjonali massima jew tal-potenza massima |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
6 |
Tagħmir għat-tkessiħ tal-likwidu
|
Jekk immuntati fis-serje: iva (5) |
||||||||||||||||
7 |
Tkessiħ tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
8 |
Tagħmir elettriku |
Jekk immuntat fis-serje: iva (6) |
||||||||||||||||
9 |
Apparat għall-kontroll tat-tniġġis (7) |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||||
9 |
Sistema ta’ lubrikazzjoni
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
2.1.3. Aċċessorji li ma għandhomx jintramaw
Ċerti aċċessorji tal-vettura li huma meħtieġa biss għall-użu tal-vettura nnifisha, iżda li aktarx jiġu mmuntati fuq il-magna, għandhom jitneħħew għat-testijiet.
Il-potenza assorbita minn tagħmir fiss taħt ebda tagħbija ma tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza mkejla.
2.1.4. Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jokkupaw, fuq il-bank tat-test, sa fejn possibbli, l-istess pożizzjoni b’mod relattiv għal xulxin bħallikieku kienu fuq il-vettura. Jekk ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa tal-ilma jew it-termostat ikollhom pożizzjoni fuq il-bank tat-test li tkun differenti minn dik ta’ fuq il-vettura, il-pożizzjoni fuq il-bank tat-test għandha tiġi deskritta u nnotata fir-rapport tat-test.
2.2. Il-kondizzjonijiet tas-settings
Il-kondizzjonijiet li japplikaw għas-settings matul it-testijiet sabiex jiġu ddeterminati t-torque massimu u l-potenza massima netta huma stabbiliti fit-Tabella Ap2.1-2.
Tabella Ap2.1-2
Il-kondizzjonijiet tas-settings
1 |
Is-setting tal-karburatur(i) |
Setting li jsir skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-produzzjoni tas-serje applikata, mingħajr ebda bidla oħra, għall-użu taħt konsiderazzjoni |
2 |
Is-setting tar-rata tal-fluss mill-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil |
|
3 |
Is-setting tal-ignixin jew tal-injezzjoni (kurva tat-tajming) |
|
4 |
Il-Kontroll tal-Valv tal-Aċċelleratur (Elettroniku) |
|
5 |
Kwalunkwe setting ieħor tar-regolatur tal-veloċità rotazzjonali |
|
6 |
L-apparat u s-settings tas-sistema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (ħsejjes u emissjonijiet mill-pajp tal-egżost) |
2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test
2.3.1. It-testijiet li huma intiżi sabiex jiddeterminaw it-torque massimu u l-potenza massima netta għandhom isiru bl-aċċelleratur magħfus kollu, bil-magna mgħammra kif speċifikat fit-Tabella Ap2.1-1.
2.3.2. Il-kejl għandu jsir taħt kondizzjonijiet ta’ tħaddim normali u stabbli, filwaqt li l-provvista tal-arja fil-magna għandha tkun adegwata. Il-magna għandu jkun sarilha running-in taħt il-kondizzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur. Il-kompartimenti tal-kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantitajiet limitati.
2.3.3. Il-kondizzjonijiet tat-test magħżula, bħat-temperatura tal-arja tal-induzzjoni, għandhom jirrappreżentaw mill-aktar qrib possibbli l-kondizzjonijiet ta’ referenza (ara l-punt 3.2.) sabiex jitnaqqas il-fattur ta’ korrezzjoni.
2.3.4. It-temperatura tal-arja ta’ induzzjoni tal-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel fl-aktar 0,15 m ’il fuq mill-bokka tal-filtru tal-arja jew, jekk ma jkun hemm ebda filtru, 0,15 m mit-tromba għall-bokka tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom jiġu protetti kontra r-radjazzjoni tas-sħana u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ tal-arja. Dan it-tagħmir għandu jiġi protett ukoll kontra l-fjuwil vaporizzat. Barra minn hekk, għandhom jintużaw għadd adegwat ta’ pożizzjonijiet sabiex tinkiseb temperatura medja rappreżentattiva ta’ dħul.
2.3.5. Ma għandu jittieħed ebda kejl sakemm it-torque, ir-rata ta’ rotazzjoni u t-temperaturi ma jkunux baqgħu sostanzjalment kostanti għal mill-inqas 30 sekonda.
2.3.6. Ladarba tintgħażel rata ta’ rotazzjoni għall-kejl, il-valur tagħha ma għandux ivarja b’aktar minn ± 2 %.
2.3.7. Id-dejta dwar it-tagħbija osservata fuq il-brejkijiet u dwar it-temperatura tal-arja fil-bokka għandha tiġi rreġistrata b’mod simultanju u l-valur miksub għandu jkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabbilizzati. Fil-każ tat-tagħbija fuq il-brejk, dawn il-valuri ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 2 %.
2.3.8. Meta jintuża apparat li jinxtegħel b’mod awtomatiku sabiex ikejjel il-veloċità rotazzjonali u l-konsum, il-kejl għandu jdum għal mill-inqas għaxar sekondi; jekk l-apparat tal-kejl jiġi kkontrollat b’mod manwali, dak il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas 20 sekonda.
2.3.9. It-temperatura tal-likwidu ta’ tkessiħ irreġistrata fil-fetħa tal-magna għandha tinżamm fi + 5 K tas-setting tat-temperatura tat-termostat ta’ fuq speċifikat mill-manifattur. Jekk il-manifattur ma jindika ebda valur, it-temperatura għandha tkun 353,2 K + 5 K.
Fil-każ ta’ magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f’punt speċifikat mill-manifattur għandha tinżamm fi + 0/– 20 K tat-temperatura massima intiża mill-manifattur taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza.
2.3.10. It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fil-karburatur jew fil-bokka tas-sistema ta’ injezzjoni u għandha tinżamm fil-limiti preskritti mill-manifattur.
2.3.11. It-temperatura taż-żejt tal-lubrikazzjoni mkejla fis-samp taż-żejt jew fl-iżbokk tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk ikun hemm wieħed imwaħħal, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.
2.3.12. It-temperatura tal-gassijiet tal-egżost fl-iżbokk tal-apparat għandha titkejjel f’angoli perpendikolari mal-flanġ(i) jew mal-manifold(i) tal-egżost jew inkella mal-aperturi tal-egżost.
2.3.13. Il-fjuwil tat-test
Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza msemmi fl-Appendiċi 2 tal-Anness II.
2.4. Il-proċedura tat-test
Il-kejl għandu jittieħed fuq numru ta’ veloċitajiet suffiċjenti tal-magni sabiex tiġi definita b’mod korrett il-kurva kompluta tal-potenza bejn l-aktar veloċitajiet baxxi u l-ogħla veloċitajiet tal-magna rrakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet tad-dawriet li fihom il-magna tipproduċi t-torque massimu tagħha u l-potenza massima tagħha. Għandha tiġi ddeterminata l-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabbilizzati għal kull veloċità.
2.5. Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata għandha tkun dik li ġiet stabbilita fil-mudell tar-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013
3. Il-fatturi ta’ korrezzjoni tat-torque u tal-potenza
3.1. Definizzjoni tal-fatturi α1 u α2
3.1.1. α1 u α2 għandhom ikunu l-fatturi li permezz tagħhom għandhom jiġu mmultiplikati t-torque u l-potenza mkejla sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza ta’ magna, b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza tat-trasmissjoni (il-fattur α2) li tintuża matul it-testijiet u sabiex dawn jinġiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-punt 3.2.1 (il-fattur α1). Il-formula tal-korrezzjoni tal-potenza hija kif ġejja:
Ekwazzjoni Ap2.1-1:
fejn:
P0 |
= |
il-potenza kkoreġuta (jiġifieri l-potenza taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza fl-aħħar tal-krankxaft); |
α1 |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza; |
α2 |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trasmissjoni; |
P |
= |
il-potenza mkejla (il-potenza osservata). |
3.2. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza
3.2.1. It-temperatura: 298,2 K (25 °C)
3.2.2. Il-pressjoni niexfa ta’ referenza (pso): 99 kPa (990 mbar)
Nota: il-pressjoni niexfa ta’ referenza hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.
3.2.3. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi tat-test
3.2.3.1. Matul it-test, il-kondizzjonijiet atmosferiċi għandhom ikunu fil-medda li ġejja:
283,2 K < T < 318,2 K
fejn T hija t-temperatura tat-test (K).
3.3. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni α1 (8)
Ekwazzjoni Ap2.1-2:
fejn:
T |
= |
it-temperatura assoluta tal-arja inġestita |
ps |
= |
il-pressjoni atmosferika niexfa espressa f’kilopascals (kPa), jiġifieri l-pressjoni barometrika totali nieqsa l-pressjoni tal-fwar tal-ilma. |
3.3.1. L-ekwazzjoni Ap2.1-2 tapplika biss jekk:
0,93 ≤ α1 ≤ 1,07
Jekk il-valuri limiti jinqabżu, il-valur ikkoreġut miksub u l-kondizzjonijiet tat-test (it-temperatura u l-pressjoni) għandhom jiġu ddikjarati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.
3.4. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni għall-effiċjenza mekkanika tat-trasmissjoni α2
Fejn:
— |
il-punt tal-kejl huwa n-naħa tal-output tal-krankxaft, dan il-fattur huwa ugwali għal 1; |
— |
il-punt tal-kejl mhuwiex in-naħa tal-output tal-krankxaft, dan il-fattur jiġi kkalkolat bl-użu tal-formula: |
Ekwazzjoni Ap2.1-2:
fejn nt hija l-effiċjenza tat-trasmissjoni allokata bejn il-krankxaft u l-punt tal-kejl.
Din l-effiċjenza tat-trasmissjoni nt tiġi ddeterminata mill-prodott (multiplikazzjoni) tal-effiċjenza nj ta’ kull wieħed mill-komponenti tat-trasmissjoni:
Ekwazzjoni Ap2.1-3:
Tabella Ap2.1-3
L-effiċjenza nj ta’ kull wieħed mill-komponenti tat-trasmissjoni
Tip |
Effiċjenza |
|
Ir-rota tal-ger |
Ger maqtugħ drittr |
0,98 |
Ger elikojdali |
0,97 |
|
Ger koniku |
0,96 |
|
Il-katina |
Roller |
0,95 |
Silenzjuża |
0,98 |
|
Iċ-ċinga |
Bis-snien |
0,95 |
V |
0,94 |
|
Agganċjar jew konvertitur idrawliku |
0,92 |
|
0,92 |
4. It-tolleranzi tal-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta
It-torque massimu u l-potenza massima netta tal-magna, kif iddeterminati mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, għandu jkollhom tolleranza aċċettabbli massima ta’:
Tabella Ap2.1-4
It-tolleranzi aċċettabbli tal-kejl
Il-potenza mkejla |
It-tolleranza aċċettabbli tat-torque massimu u tal-potenza massima |
< 1 kW |
≤ 10 % |
1 kW ≤ il-potenza mkejla ≤ 6 kW |
≤ 5 % |
It-tolleranza tal-veloċità tal-magna meta jittieħed il-kejl tat-torque massimu u tal-potenza netta: ≤ 3 %
(1) Jekk ikun diffiċli li tintuża s-sistema tal-egżost standard, bi qbil mal-manifattur, għat-test tista' tiġi installata sistema tal-egżost li tikkawża telf ta' pressjoni ekwivalenti. Meta l-magna tkun qiegħda taħdem fil-laboratorju tat-test, is-sistema tal-estrazzjoni tal-gass tal-egżost ma għandhiex tagħti lok għal pressjoni li tvarja mill-pressjoni atmosferika b’± 740 Pa (7.40 mbar) fl-extraction flue fil-punt ta’ konnessjoni mas-sistema tal-egżost tal-vettura, sakemm, qabel it-test, il-manifattur ma jkunx aċċetta l-użu ta' kontrapressjoni ogħla.
(2) Il- Flap għall-passaġġ tal-arja għandha tikkontrolla r-regolatur idrawliku tal-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil.
(3) Meta l-fann jew il-blower jista' jkun diżattivat, il-potenza netta tal-magna għandha l-ewwel nett tiġi ddikjarata bil-fann (blower) diżattivat, u warajha tiġi ddikkjarata l-potenza netta tal-magna bil-fann (blower) attivat. Meta fuq il-bank tat-test ma jkunx jista' jiġi installat fann (jew blower) fiss elettriku jew mekkaniku, il-potenza assorbita mill-fann għandha tiġi ddeterminata bl-istess veloċitajiet ta' rotazzjoni bħal dawk użati għall-kejl tal-potenza tal-magna. Dik il-potenza titnaqqas mill-potenza kkoreġuta sabiex tinkiseb il-potenza netta..
(4) It-termostat jista' jiġi llokkjat fil-pożizzjoni fejn ikun miftuħ kollu.
(5) Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jokkupaw, fuq il-bank tat-test, sa fejn possibbli, l-istess pożizzjoni b’mod relattiv għal xulxin bħallikieku kienu fuq il-vettura. Jekk ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa tal-ilma u/jew it-termostat ikollhom pożizzjoni fuq il-bank tat-test li tkun differenti minn dik ta’ fuq il-vettura, din għandha tiġi deskritta u nnotata fir-rapport tat-test. Il-likwidu tat-tkessiħ għandu jiġi ċċirkolat biss permezz tal-pompa tal-ilma tal-magna. Dan jista' jiġi mkessaħ jew permezz tar-radjatur tal-magna jew permezz ta' ċirkwit estern, sakemm it-telf tal-pressjoni f'dak iċ-ċirkwit jibqa' sostanzjalment l-istess bħal dak li jseħħ fis-sistema tat-tkessiħ tal-magna. Jekk ikun installat, il-blind tal-magna għandu jkun miftuħ.
(6) L-output minimu tal-ġeneratur: il-ġeneratur jissupplixxi l-kurrent li huwa strettament meħtieġ biex jissupplixxi l-aċċessorji li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna. Waqt it-test, il-batterija ma għandha tirċievi l-ebda ċarġ.
(7) Id-dispożizzjonijiet għall-kontroll tat-tniġġis jistgħu jinkludu, pereżempju, sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR), konvertitur kataliku, reattur termali, sistema ta' forniment ta' arja sekondarja u sistema ta' protezzjoni għall-evaporazzjoni tal-fjuwil.
(8) It-test jista' jitwettaq f’kompartimenti tat-testijiet bit-temperatura kkontrollata, fejn il-kondizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.
(9) It-test jista' jitwettaq f’kompartimenti tat-testijiet bit-temperatura kkontrollata, fejn il-kondizzjonijiet atmosferiċi jistgħu jiġu kkontrollati.
(10) Jekk mhux illokkjat.
Appendiċi 2.2
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magni bit-tqabbid bl-isparkplagga għall-vetturi tal-kategoriji L3e, L4e, L5e u L7e
1. Il-preċiżjoni tal-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta taħt tagħbija sħiħa:
1.1. |
It-torque: ± 1 % tat-torque imkejjel (1). |
1.2. |
Il-veloċità rotazzjonali: il-kejl għandu jkun preċiż sa ± 1 % tal-qari fuq skala sħiħa. |
1.3. |
Il-konsum tal-fjuwil: ± 1 % globali għall-apparat li jintuża. |
1.4. |
It-temperatura tal-arja ta’ induzzjoni tal-magna: ± 1 K. |
1.5. |
Il-pressjoni barometrika: ± 70 Pa. |
1.6. |
Il-pressjoni fl-egżost u t-tnaqqis fl-arja miġbuda: ± 25 Pa. |
2. It-testijiet għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magna
2.1. Aċċessorji
2.1.1. Aċċessorji li għandhom jintramaw
Matul it-test, l-aċċessorji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni inkwistjoni (kif stabbilit fit-Tabella Ap2.2-1) għandhom jitqiegħdu fuq il-bank tat-test sa fejn ikun possibbli fil-pożizzjonijiet li kieku jokkupaw f’dik l-applikazzjoni.
Tabella Ap2.2-1
L-aċċessorji li għandhom jintramaw matul it-test tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza netta tal-magna
Numru |
Aċċessorji |
Armati għat-test tat-torque u tal-potenza netta |
||||||||||||||
1 |
Sistema ta’ dħul tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
2 |
Ħiter għall-manifold tal-induzzjoni |
Jekk immuntat fis-serje: iva (jekk possibbli, għandu jiġi ssettjat fl-aktar pożizzjoni favorevoli) |
||||||||||||||
3 |
Sistema tal-egżost
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
4 |
Karburatur |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
5 |
Sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
6 |
Regolaturi tal-veloċità rotazzjonali massima jew tal-potenza massima |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
7 |
Tagħmir għat-tkessiħ bil-likwidu
|
Jekk immuntati fis-serje: iva5 |
||||||||||||||
8 |
Tkessiħ tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
9 |
Tagħmir elettriku |
Jekk immuntati fis-serje: iva6 |
||||||||||||||
10 |
Superċarġer jew turboċarġer, fejn ikun hemm wieħed armat
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
11 |
Apparat għall-kontroll tat-tniġġis7 |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
12 |
Sistema ta’ lubrikazzjoni
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
2.1.3. Aċċessorji li ma għandhomx jintramaw
Ċerti aċċessorji tal-vettura li huma meħtieġa biss għat-tħaddim tal-vettura nnifisha, iżda li aktarx jiġu mmuntati fuq il-magna, għandhom jitneħħew għat-testijiet.
Meta l-aċċessorji ma jkunux jistgħu jitneħħew, il-potenza assorbita minnhom taħt ebda tagħbija ma tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza tal-magna mkejla.
2.2. Il-kondizzjonijiet tas-settings
Il-kondizzjonijiet li japplikaw għas-settings matul it-testijiet sabiex jiġu ddeterminati t-torque massimu u l-potenza massima netta huma stabbiliti fit-Tabella Ap2.1-2.
Tabella Ap2.2-2
Il-kondizzjonijiet tas-settings
1 |
Is-setting tal-karburatur(i) |
Setting li jsir skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-produzzjoni tas-serje applikata, mingħajr ebda bidla oħra, għall-użu inkonsiderazzjoni |
2 |
Is-setting tar-rata tal-fluss mill-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil |
|
3 |
Is-setting tal-ignixin jew tal-injezzjoni (kurva ta’ avvanz) |
|
4 |
Il-Kontroll tal-Valv tal-Aċċelleratur (Elettroniku) |
|
5 |
Kwalunkwe setting ieħor tar-regolatur tal-veloċità rotazzjonali |
|
6 |
L-apparat u s-settings tas-sistema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (ħsejjes u emissjonijiet mill-pajp tal-egżost) |
2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test
2.3.1. It-testijiet li huma intiżi sabiex jiddeterminaw it-torque massimu u l-potenza massima netta għandhom isiru bl-aċċelleratur magħfus kollu, bil-magna mgħammra kif speċifikat fit-Tabella Ap2.2-1.
2.3.2. Il-kejl għandu jsir taħt kondizzjonijiet ta’ tħaddim normali u stabbilizzati, filwaqt li l-provvista tal-arja fil-magna għandha tkun adegwata. Il-magna għandu jkun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. Il-kompartimenti tal-kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantitajiet limitati.
2.3.3. Il-kondizzjonijiet tat-test magħżula, bħat-temperatura tal-arja tal-induzzjoni, għandhom jirrappreżentaw mill-aktar qrib possibbli l-kondizzjonijiet ta’ referenza (ara l-punt 3.2.) sabiex jitnaqqas il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni.
2.3.4. Meta s-sistema ta’ tkessiħ fuq il-bank tat-test tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi għal installazzjoni tajba iżda xorta ma tippermettix li jiġu riprodotti kondizzjonijiet adegwati ta’ tkessiħ u b’hekk il-kejl ma jkunx jista’ jsir f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim normali u stabbli, jista’ jintuża l-metodu deskritt fl-Appendiċi 1.
2.3.5. Il-kondizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfati mill-installazzjoni tat-test u l-iskop għat-twettiq tat-testijiet skont l-Appendiċi 1 huma stabbiliti kif ġej:
2.3.5.1. |
v1 hija l-veloċità massima tal-vettura; v2 hija l-veloċità massima tal-fluss tal-arja tat-tkessiħ fuq in-naħa tal-fann; Ø hija s-sezzjoni trasversali tal-fluss tal-arja tat-tkessiħ. |
2.3.5.2. |
Jekk v2 ≥ v1 u Ø ≥ 0,25 m2, il-kondizzjonijiet minimi jiġu ssodisfati. Jekk ma jkunx possibbli li jiġu stabbilizzati l-kondizzjonijiet tat-tħaddim, għandu japplika l-metodu deskritt fl-Appendiċi 1. |
2.3.5.3. |
Jekk v2 < v1 jew Ø < 0,25 m2:
|
2.3.6. It-temperatura tal-arja tad-dħul (ambjentali) lejn il-magna għandha titkejjel f’mhux aktar minn 0,15 m ’il fuq mill-punt tad-dħul fl-apparat għat-tindif tal-arja jew, jekk ma jintuża ebda apparat għat-tindif tal-arja, f’distanza ta’ 0,15 m mit-tromba tad-dħul tal-arja. It-termometru jew it-termokoppja għandhom jiġu protetti minn sħana radjanti u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ tal-arja. Tali apparat għandu jiġi protett ukoll mill-ispray-back tal-fjuwil.
Għandhom jintużaw numru suffiċjenti ta’ postijiet sabiex jagħtu temperatura tad-dħul medja rappreżentattiva.
2.3.7. Ma għandu jittieħed ebda kejl sakemm it-torque, il-veloċità u t-temperatura ma jkunux baqgħu sostanzjalment kostanti għal mill-inqas 30 sekonda.
2.3.8. Il-veloċità tal-magna tul ġirja jew kejl ma għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 % jew ± 10 min– 1, skont liema tkun l-akbar.
2.3.9. Id-dejta dwar it-tagħbija osservata fuq il-brejkijiet u dwar it-temperatura tal-arja fil-bokka għandha tiġi rreġistrata b’mod simultanju u l-valur miksub għandu jkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabbilizzati. Fil-każ tat-tagħbija fuq il-brejk, dawn il-valuri ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 2 %.
2.3.10. It-temperatura tal-likwidu ta’ tkessiħ irreġistrata fil-fetħa tal-magna għandha tinżamm fi ± 5 K tas-setting tat-temperatura tat-termostat ta’ fuq speċifikat mill-manifattur. Jekk ma tiġi speċifikata ebda temperatura mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun 353,2 K ± 5 K.
Fil-każ ta’ magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm fi + 0/– 20 K tat-temperatura massima speċifikata mill-manifattur taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza.
2.3.11. It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fil-bokka tal-karburatur jew tas-sistema ta’ injezzjoni u għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur.
2.3.12. It-temperatura taż-żejt tal-lubrikazzjoni mkejla fis-samp taż-żejt jew fl-iżbokk tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk ikun hemm wieħed imwaħħal, għandha tinżamm fil-limiti stipulati mill-manifattur tal-magna.
2.3.13. It-temperatura tal-gassijiet tal-egżost fl-iżbokk tal-apparat għandha titkejjel f’angoli perpendikolari mal-flanġ(i) jew mal-manifold(i) tal-egżost jew inkella mal-aperturi tal-egżost.
2.3.14. Meta jintuża apparat li jinxtegħel b’mod awtomatiku sabiex ikejjel il-veloċità u l-konsum tal-magna, il-kejl għandu jdum għal mill-inqas għaxar sekondi; jekk l-apparat tal-kejl jiġi kkontrollat b’mod manwali, dak il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas 20 sekonda.
2.3.15. Il-fjuwil tat-test
Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza msemmi fl-Appendiċi 2 tal-Anness II.
2.3.16. Jekk ma jkunx possibbli li jintuża s-silencer standard tal-egżost, għandu jintuża apparat għat-test li jkun kompatibbli mal-kondizzjonijiet tat-tħaddim normali speċifikati mill-manifattur.
Matul it-testijiet tal-laboratorju, b’mod partikolari, meta l-magna tkun qiegħda taħdem, l-estrattur tal-gass tal-egżost ma għandux, fil-punt fejn is-sistema tal-egżost tiġi mqabbda mal-bank tat-test, tagħti lok għal pressjoni fil-kanal għall-estrazzjoni tal-gass tal-egżost li tvarja mill-pressjoni atmosferika b’aktar minn ± 740 Pa (7,4 mbar), sakemm il-manifattur ma jkunx speċifika deliberatament il-kontropressjoni eżistenti qabel it-test; f’dan il-każ, għandha tintuża l-aktar pressjoni baxxa miż-żewġ pressjonijiet.
2.4. Il-proċedura tat-test
Il-kejl għandu jittieħed fuq numru ta’ veloċitajiet suffiċjenti tal-magni sabiex tiġi definita b’mod korrett il-kurva kompluta tal-potenza bejn l-aktar veloċitajiet baxxi u l-ogħla veloċitajiet tal-magna rrakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet tad-dawriet li fihom il-magna tipproduċi t-torque massimu tagħha u l-potenza massima tagħha. Għandha tiġi ddeterminata l-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabbilizzati għal kull veloċità.
2.5. Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata
Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata għandha tkun dik li ġiet stabbilita fil-mudell tar-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3. Il-fatturi ta’ korrezzjoni tat-torque u tal-potenza
3.1. Definizzjoni tal-fatturi α1 u α2
3.1.1. α1 u α2 għandhom ikunu l-fatturi li permezz tagħhom għandhom jiġu mmultiplikati t-torque u l-potenza mkejla sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza ta’ magna, b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza tat-trasmissjoni (il-fattur α2) li tintuża matul it-testijiet u sabiex dawn jinġiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-punt 3.2.1 (il-fattur α1). Il-formula tal-korrezzjoni tal-potenza hija kif ġejja:
Ekwazzjoni Ap2.2-1:
fejn:
P0 |
= |
il-potenza kkoreġuta (jiġifieri l-potenza taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza fl-aħħar tal-krankxaft); |
α1 |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza; |
α2 |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trasmissjoni; |
P |
= |
il-potenza mkejla (il-potenza osservata). |
3.2. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza
3.2.1. It-temperatura: 298,2 K (25 °C)
3.2.2. Il-pressjoni niexfa ta’ referenza (pso): 99 kPa (990 mbar)
Nota: il-pressjoni niexfa ta’ referenza hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.
3.2.3. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi tat-test
3.2.3.1. |
Matul it-test, il-kondizzjonijiet atmosferiċi għandhom ikunu fil-medda li ġejja: 283,2 K < T < 318,2 K fejn T hija t-temperatura tat-test (K). |
3.3. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni α1 8
Ekwazzjoni Ap2.2-2:
fejn:
T |
= |
it-temperatura assoluta tal-arja inġestita |
ps |
= |
il-pressjoni atmosferika niexfa espressa f’kilopascals (kPa), jiġifieri l-pressjoni barometrika totali nieqsa l-pressjoni tal-fwar tal-ilma. |
3.3.1. L-ekwazzjoni Ap2.2-2 tapplika biss jekk:
Jekk il-valuri limiti jinqabżu, il-valur ikkoreġut miksub u l-kondizzjonijiet tat-test (it-temperatura u l-pressjoni) għandhom jiġu ddikjarati b’mod preċiż fir-rapport tat-test.
3.4. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni għall-effiċjenza mekkanika tat-trasmissjoni α2
Fejn:
— |
il-punt tal-kejl huwa n-naħa tal-output tal-krankxaft, dan il-fattur huwa ugwali għal 1; |
— |
il-punt tal-kejl mhuwiex in-naħa tal-output tal-krankxaft, dan il-fattur jiġi kkalkolat bl-użu tal-formula: |
Ekwazzjoni Ap2.2-2:
fejn nt hija l-effiċjenza tat-trasmissjoni allokata bejn il-krankxaft u l-punt tal-kejl.
Din l-effiċjenza tat-trasmissjoni nt tiġi ddeterminata mill-prodott (multiplikazzjoni) tal-effiċjenza nj ta’ kull wieħed mill-komponenti tat-trasmissjoni:
Ekwazzjoni Ap2.2-3:
Tabella Ap2.1-3
L-effiċjenza nj ta’ kull wieħed mill-komponenti tat-trasmissjoni
Tip |
Effiċjenza |
|
Ir-rota tal-ger |
Ger maqtugħ dritt |
0,98 |
Ger elikojdali |
0,97 |
|
Ger koniku |
0,96 |
|
Il-katina |
Roller |
0,95 |
Silenzjuża |
0,98 |
|
Iċ-ċinga |
Bis-snien |
0,95 |
V |
0,94 |
|
Agganċjar jew konvertitur idrawliku |
Agganċjar idrawliku9 |
0,92 |
Konvertitur idrawliku9 |
0,92 |
4. It-tolleranzi tal-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta
It-torque massimu u l-potenza massima netta tal-magna, kif iddeterminati mis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, għandu jkollhom tolleranza aċċettabbli massima ta’:
Tabella Ap2.2-4
It-tolleranzi aċċettabbli tal-kejl
Il-potenza mkejla |
It-tolleranza aċċettabbli tat-torque massimu u tal-potenza massima |
≤ 11 kW |
≤ 5 % |
> 11 kW |
≤ 2 % |
It-tolleranza tal-veloċità tal-magna meta jittieħed il-kejl tat-torque massimu u tal-potenza netta: ≤ 1,5 %
(1) L-apparat tal-kejl tat-torque għandu jiġi kkalibrat sabiex jiġi kkunsidrat it-telf mill-frizzjoni. Din il-preċiżjoni tista’ tkun ta' ± 2 % għall-kejl kollu li jitwettaq f'livelli ta' potenza ta' inqas minn 50 % tal-valur massimu. F'kull każ, din il-preċiżjoni għandha tkun ta' ± 1 % għall-kejl tat-torque massimu.
(2) Il-magni pprovduti bi tkessiħ intermedjarju għandhom jiġu ttestjati bi tkessiħ intermedjarju taċ-ċarġ, kemm jekk imkessħa b'likwidu jew bl-arja, iżda jekk il-manifattur jippreferi, ir-radjatur imkessaħ bl-arja jista' jiġi sostitwit b'bank tat-test. Fiż-żewġ każijiet, il-kejl tal-potenza f'kull veloċità għandu jsir bl-istess differenza tal-pressjoni tal-arja tal-magna li sseħħ fit-tagħmir li jkessaħ iċ-ċarġ fuq is-sistema tal-bank tat-test bħal dak speċifikat mill-manifattur għas-sistema fuq il-vettura sħiħa.
Appendiċi 2.2.1
Il-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magna permezz tal-metodu tat-temperatura tal-magna
1. Il-kondizzjonijiet tat-test
1.1. |
It-testijiet intiżi sabiex jiddeterminaw it-torque massimu u l-potenza massima netta għandhom isiru bl-aċċelleratur magħfus kollu, bil-magna mgħammra kif speċifikat fit-Tabella Ap2.2-1 |
1.2. |
Il-kejl għandu jsir taħt kondizzjonijiet ta’ tħaddim normali u l-provvista tal-arja tal-induzzjoni fil-magna għandha tkun adegwata. Il-magna għandu jkun srailha running-in taħt il-kondizzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur. Il-kompartimenti tal-kombustjoni tal-magni tat-tip spark-ignition jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantitajiet limitati. Il-kondizzjonijiet tat-test magħżula, bħat-temperatura tal-arja tal-induzzjoni, għandhom jirrappreżentaw mill-aktar qrib possibbli l-kondizzjonijiet ta’ referenza (ara l-punt 3.2.) sabiex jitnaqqas il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni. |
1.3. |
It-temperatura tal-arja inġestita fil-magna għandha titkejjel f’distanza massima ta’ 0.15 m mill-bokka tal-filtru tal-arja jew, jekk ma jkun hemm ebda filtru, 0.15 m mit-tromba għall-bokka tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom jiġu protetti kontra r-radjazzjoni tas-sħana u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ tal-arja. Dan it-tagħmir għandu jiġi protett ukoll kontra l-ispray-back tal-fjuwil. Għandu jintuża għadd adegwat ta’ pożizzjonijiet sabiex tinkiseb temperatura medja rappreżentattiva ta’ dħul. |
1.4. |
Il-veloċità tal-magna waqt test tal-kejl ma għandhiex tiddevja b’aktar minn ± 1 % mill-veloċità magħżula waqt li jkun qiegħed jittieħed il-qari. |
1.5. |
Il-qari tat-tagħbija fuq il-brejkijiet għall-magna tat-test għandu jittieħed mid-dinamometru meta t-temperatura tal-monitor tal-magna jkun laħaq il-valur stabbilit, filwaqt li l-veloċità tal-magna tinżamm virtwalment kostanti. |
1.6. |
Il-qari tat-tagħbija fuq il-brejk, tal-konsum tal-fjuwil u tat-temperatura tal-arja tad-dħul għandu jittieħed b’mod simultanju; il-qari adottat għal finijiet ta’ kejl huwa l-medja ta’ żewġ valuri stabbilizzati. Għat-tagħbija fuq il-brejkijiet u l-konsum tal-fjuwil, dawn il-valuri għandhom ivarjaw b’inqas minn 2 %. |
1.7. |
Il-qari tal-konsum tal-fjuwil għandu jibda meta jkun ċert li l-magna laħqet veloċità speċifika. Meta jintuża apparat li jinxtegħel b’mod awtomatiku sabiex ikejjel il-veloċità rotazzjonali u l-konsum, il-kejl għandu jdum għal mill-inqas għaxar sekondi; jekk l-apparat tal-kejl jiġi kkontrollat b’mod manwali, il-kejl għandu jdum għal mill-inqas 20 sekonda. |
1.8. |
Meta l-magna tkun tip li titkessaħ bil-likwidu, it-temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ fl-iżbokk mill-magna għandha tinżamm sa ± 5 K tat-temperatura ta’ fuq ikkontrollata b’mod termostatiku speċifikata mill-manifattur. Jekk ma tiġi speċifikata ebda temperatura mill-manifattur, it-temperatura rreġistrata għandha tkun ta’ 353,2 ± 5 K. Meta l-magna tkun tip li titkessaħ bl-arja, it-temperatura rreġistrata fil-woxer tal-isparkplagg għandha tkun it-temperatura speċifikata mill-manifattur ± 10 K. Jekk il-manifattur ma jkun speċifika ebda temperatura, dik irreġistrata għandha tkun ta’ 483 ± 10 K. |
1.9. |
It-temperatura tal-woxers tal-isparkplagg fuq il-magni li jitkessħu bl-arja għandha titkejjel b’termometru li jinkorpora termokoppja u ċirku ta’ siġill. |
1.10. |
It-temperatura tal-fjuwil fid-daħla tal-pompa ta’ injezzjoni jew fil-karburatur għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur. |
1.11. |
It-temperatura taż-żejt tal-lubrikazzjoni mkejla fis-samp taż-żejt jew fl-iżbokk tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk ikun hemm wieħed imwaħħal, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur. |
1.12. |
It-temperatura tal-gass tal-egżost għandha titkejjel f’angoli perpendikolari mal-flanġ(i) jew mal-manifold(i) tal-egżost jew inkella mal-aperturi tal-egżost. |
1.13. |
Il-fjuwil li jintuża għandu jkun dak imsemmi fl-appendiċi 2 tal-Anness II. |
1.14. |
Jekk ma jkunx possibbli li jintuża s-silencer standard tal-egżost għat-test, għandu jintuża apparat li jkun kompatibbli mal-veloċità normali tal-vettura kif speċifikata mill-manifattur. B’mod partikolari, meta l-magna tkun qiegħda taħdem fil-laboratorju tat-test, is-sistema tal-estrazzjoni tal-gass tal-egżost ma għandhiex tagħti lok għal pressjoni li tvarja mill-pressjoni atmosferika b’± 740 Pa (7.40 mbar) fl-extraction flue fil-punt ta’ konnessjoni mas-sistema tal-egżost tal-vettura, sakemm il-manifattur ma jkunx speċifika deliberatament l-kontropressjoni eżistenti qabel it-test; f’dan il-każ, għandha tintuża l-aktar pressjoni baxxa miż-żewġ pressjonijiet. |
Appendiċi 2.3
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra b’magna bit-tqabbid bil-kompressjoni
1. Il-preċiżjoni tal-kejl tat-torque u tal-potenza taħt tagħbija sħiħa
1.1. It-torque: ± 1 % tat-torque imkejjel
1.2. Il-veloċità tal-magna
Il-kejl għandu jkun preċiż sa ± 1 % tal-qari fuq skala sħiħa. Preferibbilment, il-veloċità tal-magna għandha titkejjel b’tagħmir sinkronizzat b’mod awtomatiku li jkejjel id-dawriet u bi kronometru (jew counter-timer).
1.3. Il-konsum tal-fjuwil: ± 1 % tal-konsum imkejjel.
1.4. It-temperatura tal-fjuwil: ± 2 K.
1.5. It-temperatura tal-arja ta’ induzzjoni tal-magna: ± 2 K.
1.6. Il-pressjoni barometrika: ± 100 Pa.
1.7. Il-pressjoni fil-manifold tad-dħul (1): ± 50 Pa.
1.8. Il-pressjoni fil-pajp tal-egżost tal-vettura: 200 Pa.
2. It-test għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima netta tal-magna
2.1. Aċċessorji
2.1.1. Aċċessorji li għandhom jintramaw
Matul it-test, l-aċċessorji meħtieġa għat-tħaddim tal-magna fl-applikazzjoni inkwistjoni (kif imsemmi fit-Tabella Ap2.3-1) jistgħu jitqiegħdu fuq il-bank tat-test sa fejn ikun possibbli fil-pożizzjonijiet li kieku jokkupaw f’dik l-applikazzjoni.
Tabella Ap2.3-1
L-aċċessorji li għandhom jintramaw matul it-test tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza netta tal-magna
Numru |
Aċċessorji |
Armati għat-test tat-torque u tal-potenza netta |
||||||||||||||
1 |
Sistema ta’ dħul tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
2 |
Ħiter għall-manifold tal-induzzjoni |
Jekk immuntat fis-serje: iva (jekk possibbli, għandu jiġi ssettjat fl-aktar pożizzjoni favorevoli) |
||||||||||||||
3 |
Sistema tal-egżost
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
5 |
Sistema ta’ injezzjoni tal-fjuwil
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
6 |
Regolaturi tal-veloċità rotazzjonali massima jew tal-potenza massima (2) |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
7 |
Tagħmir għat-tkessiħ bil-likwidu
|
Jekk immuntati fis-serje: iva (6) |
||||||||||||||
8 |
Tkessiħ tal-arja
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
9 |
Tagħmir elettriku |
Jekk immuntat fis-serje: iva (9) |
||||||||||||||
10 |
Superċarġer jew turboċarġer, fejn ikun hemm wieħed armat
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
11 |
Mezzi għall-kontroll tat-tniġġis (8) |
Jekk immuntati fis-serje: iva |
||||||||||||||
12 |
Sistema ta’ lubrikazzjoni
|
Jekk immuntati fis-serje: iva |
2.1.3. Aċċessorji li għandhom jitneħħew
Ċerti aċċessorji tal-vetturi meħtieġa biss biex titħaddem il-vettura u li jistgħu jiġu mmuntati fuq il-magna għandhom jitneħħew għat-test.
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja hija mogħtija bħala eżempju:
— |
kompressur tal-arja għall-brejkijiet, |
— |
kompressur tal-power-steering, |
— |
kompressur tas-suspension, |
— |
sistema tal-arja kkondizzjonata. |
Meta l-aċċessorji ma jkunux jistgħu jitneħħew, il-potenza assorbita minnhom fil-kondizzjoni mhux mgħobbija tista’ tiġi ddeterminata u miżjuda mal-potenza tal-magna mkejla.
2.1.4. Aċċessorji għall-istartjar tal-magni compression-ignition
Għall-aċċessorji li jintużaw għall-istartjar tal-magni compression-ignition, għandhom jiġu kkunsidrati ż-żewġ każijiet li ġejjin:
(a) |
startjar elettriku: il-ġeneratur jitwaħħal u jforni, fejn ikun neċessarju, l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna; |
(b) |
startjar b’mod ieħor mhux elettriku: jekk ikun hemm xi aċċessorji li jitħaddmu bl-elettriku u li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna, il-ġeneratur jitwaħħal sabiex iforni dawn l-aċċessorji. Inkella huwa jitneħħa. |
F’kull każ, is-sistema għall-produzzjoni u l-akkumulazzjoni tal-enerġija meħtieġa għall-istartjar titwaħħal u titħaddem fil-kondizzjoni mhux mgħobbija.
2.2. Il-kondizzjonijiet tas-settings
Il-kondizzjonijiet li japplikaw għas-settings matul it-testijiet sabiex jiġu ddeterminati t-torque massimu u l-potenza massima netta huma stabbiliti fit-Tabella Ap2.3-2.
Tabella Ap2.3-2
il-kondizzjonijiet tas-settings
1 |
Issettjar tas-sistema tal-pompa ta’ injezzjoni |
Setting li jsir skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-produzzjoni tas-serje applikata, mingħajr ebda bidla oħra, għall-użu inkonsiderazzjoni |
2 |
Is-setting tal-ignixin jew tal-injezzjoni (kurva ta’ avvanz) |
|
3 |
Il-Kontroll tal-Valv tal-Aċċelleratur (Elettroniku) |
|
4 |
Kwalunkwe setting ieħor tar-regolatur tal-veloċità rotazzjonali |
|
5 |
L-apparat u s-settings tas-sistema għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (ħsejjes u emissjonijiet mill-pajp tal-egżost) |
2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test
2.3.1. It-testijiet li huma intiżi sabiex jiddeterminaw it-torque massimu u l-potenza massima netta għandhom isiru bis-setting tal-pompa tal-injezzjoni tal-fjuwil taħt tagħbija sħiħa, bil-magna mgħammra kif speċifikat fit-Tabella Ap2.3-1.
2.3.2. Il-kejl għandu jsir taħt kondizzjonijiet ta’ tħaddim normali u stabbilizzati bi provvista ta’ arja friska adegwata fil-magna. Il-magna għandu jkun sarilha running-in skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur. Il-kompartimenti tal-kombustjoni jista’ jkun fihom depożiti, iżda fi kwantitajiet limitati.
2.3.3. Il-kondizzjonijiet tat-test magħżula, bħat-temperatura tal-arja tal-induzzjoni, għandhom jirrappreżentaw mill-aktar qrib possibbli l-kondizzjonijiet ta’ referenza (ara l-punt 3.2.) sabiex jitnaqqas il-kobor tal-fattur ta’ korrezzjoni.
2.3.4. It-temperatura tal-arja ta’ induzzjoni tal-magna (arja ambjentali) għandha titkejjel f’distanza ta’ mhux aktar minn 0.15 m ’il fuq mill-punt tad-dħul fl-air cleaner jew, jekk ma jintuża ebda air cleaner, f’distanza ta’ 0.15 m mit-tromba għall-bokka tal-arja. It-termometru u t-termokoppja għandhom jiġu protetti kontra r-radjazzjoni tas-sħana u jitqiegħdu direttament fil-passaġġ tal-arja. Dan it-tagħmir għandu jiġi protett ukoll kontra l-ispray-back tal-fjuwil.
Barra minn hekk, għandhom jintużaw għadd suffiċjenti ta’ pożizzjonijiet sabiex tinkiseb temperatura medja rappreżentattiva ta’ dħul.
2.3.7. Ma għandu jittieħed ebda kejl sakemm it-torque, il-veloċità u t-temperatura ma jkunux baqgħu sostanzjalment kostanti għal mill-inqas 30 sekonda.
2.3.8. Il-veloċità tal-magna matul il-ġirja jew il-qari ma għandhiex tiddevja mill-veloċità magħżula b’aktar minn ± 1 % jew ± 10 min–1, skont liema tkun l-akbar.
2.3.9. Id-dejta dwar it-tagħbija osservata fuq il-brejkijiet u dwar it-temperatura tal-arja fil-bokka għandha tiġi rreġistrata b’mod simultanju u l-valur miksub għandu jkun il-medja ta’ żewġ valuri konsekuttivi stabbilizzati. Fil-każ tat-tagħbija fuq il-brejk, dawn il-valuri ma għandhomx ivarjaw b’aktar minn 2 %.
2.3.10. It-temperatura tal-likwidu ta’ tkessiħ irreġistrata fil-fetħa tal-magna għandha tinżamm fi ± 5 K tat-temperatura ta’ fuq ikkontrollata b’mod termostatiku speċifikata mill-manifattur. Jekk ma tiġi speċifikata ebda temperatura mill-manifattur, it-temperatura għandha tkun 353.2 K ± 5 K.
Fil-każ ta’ magni mkessħa bl-arja, it-temperatura f’punt indikat mill-manifattur għandha tinżamm bejn +0/-20 K tat-temperatura massima speċifikata mill-manifattur taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza.
2.3.11. It-temperatura tal-fjuwil għandha titkejjel fil-bokka tas-sistema ta’ injezzjoni u għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur.
2.3.12. It-temperatura taż-żejt tal-lubrikazzjoni mkejla fis-samp taż-żejt jew fl-iżbokk tal-apparat li jkessaħ iż-żejt, jekk ikun hemm wieħed imwaħħal, għandha tinżamm fil-limiti stabbiliti mill-manifattur tal-magna.
2.3.13. It-temperatura tal-gassijiet tal-egżost fl-iżbokk tal-apparat għandha titkejjel f’angoli perpendikolari mal-flanġ(i) jew mal-manifold(i) tal-egżost jew inkella mal-aperturi tal-egżost.
2.3.14. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tintuża sistema awżiljarja ta’ regolazzjoni sabiex it-temperatura tinżamm fil-limiti speċifikati fil-punti 2.3.10., 2.3.11 u 2.3.12.
2.3.15. Meta jintuża apparat li jinxtegħel b’mod awtomatiku sabiex ikejjel il-veloċità u l-konsum tal-magna, il-kejl għandu jdum għal mill-inqas għaxar sekondi; jekk l-apparat tal-kejl jiġi kkontrollat b’mod manwali, dak il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas 20 sekonda.
2.3.16. Il-fjuwil tat-test
Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza msemmi fl-Appendiċi 2 tal-Anness II.
2.3.17. Jekk ma jkunx possibbli li jintuża s-silencer standard tal-egżost, għandu jintuża apparat għat-test li jkun kompatibbli mal-kondizzjonijiet tat-tħaddim normali speċifikati mill-manifattur.
Matul it-testijiet tal-laboratorju, b’mod partikolari, meta l-magna tkun qiegħda taħdem, l-estrattur tal-gass tal-egżost ma għandux, fil-punt fejn is-sistema tal-egżost tiġi mqabbda mal-bank tat-test, tagħti lok għal pressjoni fil-kanal għall-estrazzjoni tal-gass tal-egżost li tvarja mill-pressjoni atmosferika b’aktar minn ± 740 Pa (7.4 mbar), sakemm il-manifattur ma jkunx speċifika deliberatament il-kontropressjoni eżistenti qabel it-test; f’dan il-każ, għandha tintuża l-aktar pressjoni baxxa miż-żewġ pressjonijiet.
2.4. Il-proċedura tat-test
Il-kejl għandu jittieħed fuq numru ta’ veloċitajiet suffiċjenti tal-magni sabiex tiġi definita b’mod korrett il-kurva kompluta tal-potenza bejn l-aktar veloċitajiet baxxi u l-ogħla veloċitajiet tal-magna rrakkomandati mill-manifattur. Din il-medda ta’ veloċitajiet għandha tinkludi l-veloċitajiet tad-dawriet li fihom il-magna tipproduċi t-torque massimu tagħha u l-potenza massima tagħha. Għandha tiġi ddeterminata l-medja ta’ mill-inqas żewġ kejlijiet stabbilizzati għal kull veloċità.
2.5. Il-kejl tal-indiċi tad-duħħan
Fil-każ ta’ magni tat-tip compression-ignition, il-gassijiet tal-egżost għandhom jiġu eżaminati matul it-test għall-konformità mar-rekwiżiti għat-test tat-tip II.
2.6. Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata
Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata għandha tkun dik li ġiet stabbilita fil-mudell tar-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3. Il-fatturi ta’ korrezzjoni tat-torque u tal-potenza
3.1. Definizzjoni tal-fatturi αd u α2
3.1.1. α1 u α2 għandhom ikunu l-fatturi li permezz tagħhom għandhom jiġu mmultiplikati t-torque u l-potenza mkejla sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza ta’ magna, b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza tat-trasmissjoni (il-fattur α2) li tintuża matul it-testijiet u sabiex dawn jinġiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-punt 3.2.1 (il-fattur αd). Il-formula tal-korrezzjoni tal-potenza hija kif ġejja:
Ekwazzjoni Ap2.3-1:
fejn:
P0 |
= |
il-potenza kkoreġuta (jiġifieri l-potenza taħt il-kondizzjonijiet ta’ referenza fl-aħħar tal-krankxaft); |
αd |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza; |
α2 |
= |
il-fattur ta’ korrezzjoni għall-effiċjenza tat-trasmissjoni (ara l-punt 3.4 tal-Appendiċi 2.2.); |
P |
= |
il-potenza mkejla (il-potenza osservata). |
3.2. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza
3.2.1. It-temperatura: 298.2 K (25 °C)
3.2.2. Il-pressjoni niexfa ta’ referenza (pso): 99 kPa (990 mbar)
Nota: il-pressjoni niexfa ta’ referenza hija bbażata fuq pressjoni totali ta’ 100 kPa u pressjoni tal-fwar tal-ilma ta’ 1 kPa.
3.2.3. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi tat-test
3.2.3.1. Matul it-test, il-kondizzjonijiet atmosferiċi għandhom ikunu fil-medda li ġejja:
|
283.2 K < T < 318.2 K |
|
80 kPa ≤ ps ≤ 110 kPa |
fejn:
T |
= |
it-temperatura tat-test (K); |
ps |
= |
il-pressjoni atmosferika niexfa espressa f’kilopascals (kPa), jiġifieri l-pressjoni barometrika totali nieqsa l-pressjoni tal-fwar tal-ilma. |
3.3. Id-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni αd (10)
Ekwazzjoni Ap2.3-2:
Il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza (αd) għall-magni tat-tip compression-ignition b’rata ta’ fjuwil kostanti jinkiseb permezz tal-applikazzjoni tal-formula:
fejn:
fa |
= |
il-fattur atmosferiku |
fm |
= |
il-parametru karatteristiku għal kull tip ta’ magna u aġġustament. |
3.3.1. Il-fattur atmosferiku fa
Dan il-fattur jindika l-effetti tal-kondizzjonijiet ambjentali (il-pressjoni, it-temperatura u l-umdità) fuq l-arja li tinsab ġewwa l-magna. Il-formula tal-fattur atmosferiku tvarja skont it-tip ta’ magna.
3.3.1.1. Magni b'aspirazzjoni naturali u sovvrakarikati b’mod mekkaniku
Ekwazzjoni Ap2.3-3
fejn:
T |
= |
it-temperatura assoluta tal-arja inġestita (K) |
ps |
= |
il-pressjoni atmosferika niexfa espressa f’kilopascals (kPa), jiġifieri l-pressjoni barometrika totali nieqsa l-pressjoni tal-fwar tal-ilma. |
3.3.1.2. Il-magni turbocharger jew mingħajr tkessiħ tal-arja tad-dħul
Ekwazzjoni Ap2.3-4
3.3.2. Il-fattur tal-magna fm
fm hija funzjoni ta’ qc (fluss tal-fjuwil ikkoreġut) kif ġejja:
Ekwazzjoni Ap2.3-5
fejn:
Ekwazzjoni Ap2.3-6
fejn:
q |
= |
il-fluss tal-fjuwil f’milligrammi għal kull ċiklu għal kull litru tal-volum totali miksi (mg/(litru ċiklu)) |
r |
= |
il-proporzjon tal-pressjoni fl-iżbokk u fid-daħla tal-kompressur (r= 1 għal magni b'aspirazzjoni naturali) |
3.3.2.1. Din il-formula hija valida għal intervall ta’ valur ta’ qc inkluż bejn 40 mg/(litru · ċiklu) u 65 mg/(litru · ċiklu).
Għal valuri qc inqas minn 40 mg/(litru · ċiklu), jittieħed valur kostanti ta’ fm ugwali għal 0.3 (fm = 0.3).
Għal valuri qc ogħla minn 65 mg/(litru · ċiklu), jittieħed valur kostanti ta’ fm ugwali għal 1.2 = (fm = 1.2) (ara l-figura).
Figura Ap2.3-1
Il-parametru karatteristiku fm għal kull tip ta’ magna u aġġustament bħala funzjoni tal-fluss tal-fjuwil ikkoreġut
3.3.3. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati fil-laboratorju
Sabiex test ikun validu, il-fattur ta’ korrezzjoni αd għandu jkun tali li:
0,9 αd ≤ 1.1
Jekk dawn il-limiti jinqabżu, għandu jingħata l-valur ikkoreġut miksub, filwaqt li għandhom jiġu ddikjarati b’mod preċiż il-kondizzjonijiet tat-test (it-temperatura u l-pressjoni) fir-rapport tat-test.
4. Il-kejl tat-tolleranzi tat-torque massimu u tal-potenza massima netta
Għandhom japplikaw it-tolleranzi stabbiliti fil-punt 4 tal-Appendiċi 2.2.
(1) Is-sistema sħiħ tad-dħul tal-arja għandha tiġi installata kif previst għall-applikazzjoni maħsuba:
— |
fejn ikun hemm riskju ta' effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna, |
— |
fil-każ ta' magni b'żewġ strowks, |
— |
meta l-manifattur jitlob li għandu jsir hekk. F'każijiet oħra, tista' tintuża sistema ekwivalenti u għandha ssir verifika biex jiġi żgurat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b'aktar minn 100 Pa mil-limitu speċifikat mill-manifattur għal filter tal-arja nadif. |
(2) Is-sistema sħiħ tad-dħul tal-arja għandha tiġi installata kif previst għall-applikazzjoni maħsuba:
— |
fejn ikun hemm riskju ta' effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna, |
— |
fil-każ ta' magni b'żewġ strowks, |
— |
meta l-manifattur jitlob li għandu jsir hekk. F'każijiet oħra, tista' tintuża sistema ekwivalenti u għandha ssir verifika biex jiġi żgurat li l-pressjoni tad-dħul ma tvarjax b'aktar minn 100 Pa mil-limitu speċifikat mill-manifattur għal filter tal-arja nadif. |
(3) Is-sistema tal-egżost sħiħa għandha tiġi installata kif previst għall-applikazzjoni maħsuba:
— |
fejn ikun hemm riskju ta' effett sostanzjali fuq il-potenza tal-magna, |
— |
fil-każ ta' magni b'żewġ strowks, |
— |
meta l-manifattur jitlob li għandu jsir hekk. F''każijiet oħra, tista' tiġi installata sistema ekwivalenti sakemm il-pressjoni mkejla fil-ħruġ tas-sistema tal-egżost tal-magna ma tvarjax b'aktar minn 1 000 Pa minn dik speċifikata mill-manifattur. Il-ħruġ tas-sistema tal-egżost tal-magna huwa definit bħala punt li jkun 150 mm 'l isfel mit-tmiem tal-parti tas-sistema tal-egżost immuntata fuq il-magna. |
(4) Jekk il-magna jkolla brejk tal-egżost, il-valve tal-aċċellaratur għandu jinżamm fil-pożizzjoni fejn ikun miftuħ kollu.
(5) Il-pressjoni tal-provvista tal-fjuwil tista' tiġi aġġustata, jekk ikun meħtieġ, biex jinħolqu l-pressjonijiet eżistenti fl-applikazzjoni partikolari tal-magna (b'mod partikolari meta tintuża sistema ta' "ritorn tal-fjuwil").
(6) Il-valv tad-dħul tal-arja huwa l-valv li jikkontrolla r-regolatur pnewmatiku tal-pompa tal-injezzjoni. Ir-regolatur jew it-tagħmir tal-injezzjoni tal-fjuwil jista' jkollu apparati li jistgħu jaffettwaw l-ammont ta' fjuwil injettat.
(7) Ir-radjatur, il-fann, iż-żennuna tal-fann, il-pompa tal-ilma u t-termostat għandhom jokkupaw, fuq il-bank tat-test, sa fejn possibbli, l-istess pożizzjoni b’mod relattiv għal xulxin bħallikieku kienu fuq il-vettura. Jekk xi wieħed minnhom ikollu pożizzjoni fuq il-bank tat-test li tkun differenti minn dik ta’ fuq il-vettura, din għandha tiġi deskritta u nnotata fir-rapport tat-test. Il-likwidu tat-tkessiħ għandu jiġi ċċirkolat biss permezz tal-pompa tal-ilma tal-magna. Il-likwidu jista' jiġi mkessaħ jew permezz tar-radjatur tal-magna jew permezz ta' ċirkwit estern, sakemm it-telf tal-pressjoni f'dak iċ-ċirkwit jibqa' sostanzjalment l-istess bħal dak li jseħħ fis-sistema tat-tkessiħ tal-magna. Jekk ikun installat, il-blind tal-magna għandu jkun miftuħ. Ix-xater tar-radjatur, jekk ikun inkorporat, għandu jkun fil-pożizzjoni miftuħa. Meta l-fann, ir-radjatur u s-sistema tal-cowl ma jkunux jistgħu jiġu installati b’mod konvenjenti fuq il-magna, il-potenza assorbita mill-fann meta jkun imwaħħal separatament fil-pożizzjoni korretta tiegħu mar-radjatur u mal-cowl (jekk jintuża), għandha tiġi ddeterminata fil-veloċitajiet li jikkorrispondu għall-veloċitajiet tal-magna użati għall-kejl tal-potenza tal-magna jew permezz ta' kalkolu mill-karatteristiċi standard jew permezz ta' testijiet prattiċi. Din il-potenza, ikkoreġuta skont il-kundizzjonijiet standard definiti fil-punt 4.2, għandha titnaqqas mill-potenza kkoreġuta.
(8) Meta jkun inkorporat fann jew blower li jinqala’ jew fann jew blower progressiv, it-test għandu jitwettaq bil-fann (jew blower) li jinqala’ skonnettjat jew bil-fann jew blower progressiv qed jaħdem bi slip massimu.
(9) Il-potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza tal-ġeneratur ma għandhiex tkun ogħla minn dik meħtieġa biex tħaddem l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. F'każ li jkun meħtieġ li titqabbad batterija mal-magna, għandha tintuża batterija tajba li tkun iċċarġjata kompletament.
(10) Il-potenza minima tal-ġeneratur: il-potenza tal-ġeneratur ma għandhiex tkun ogħla minn dik meħtieġa biex tħaddem l-aċċessorji li huma indispensabbli għat-tħaddim tal-magna. F'każ li jkun meħtieġ li titqabbad batterija mal-magna, għandha tintuża batterija tajba li tkun iċċarġjata kompletament.
Appendiċi 2.4
Id-determinazzjoni tat-torque massimu u tal-potenza massima tal-vetturi tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni ibrida
1. Rekwiżiti
1.1. Propulsjoni ibrida li tinkludi magna b’kombustjoni tat-tip positive-ignition
It-torque massimu totali u l-potenza massima totali tal-assemblaġġ bi propulsjoni ibrida tal-magna b’kombustjoni u tal-mutur elettriku għandhom jitkejlu skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2.2.
1.2. Propulsjoni ibrida li tinkludi magna b’kombustjoni tat-tip compression-ignition
It-torque massimu totali u l-potenza massima totali tal-assemblaġġ bi propulsjoni ibrida tal-magna b’kombustjoni u tal-mutur elettriku għandhom jitkejlu skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2.3.
1.3. Propulsjoni ibrida li tinkludi mutur elettriku
Għandu japplika l-paragrafu 1.1. jew 1.2. u, barra minn hekk, it-torque massimu u l-potenza nominali kontinwa massima tal-mutur elettriku għandhom jitkejlu skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 3.
1.4. Jekk it-teknoloġija ibrida li tintuża fuq il-vettura tippermetti kondizzjonijiet operattivi ibridi b’diversi modalitajiet, l-istess proċedura għandha tiġi mtennija għal kull modalità u l-ogħla valur tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni mkejjel għandu jitqies bħala r-riżultat tat-test finali tal-proċedura tat-test għall-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni.
2. L-obbligu tal-manifattur
Il-manifattur tal-vettura għandu jiżgura li s-set-up tat-test tal-vettura tat-test mgħammra bi propulsjoni ibrida għandu jwassal sabiex jitkejlu t-torque u l-potenza totali massimi ottenibbli. Kwalunkwe tagħmir immuntat fuq is-serje li jirriżulta fi prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni ogħla f’termini tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, it-torque totali massimu jew il-potenza totali massima għandhom jitqiesu bħala apparat ta’ invalidazzjoni.
Appendiċi 3
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodi għall-kejl tat-torque massimu u tal-potenza nominali kontinwa massima ta’ tip ta’ propulsjoni purament elettrika
1. Rekwiżiti
1.1. |
Il-vetturi tal-kategorija L mgħammra bi propulsjoni purament elettrika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha fir-rigward tal-kejl tat-torque massimu u tal-potenza massima fi tletinl minuta tas-sistemi tal-mototrażmissjoni elettriċi stabbiliti fir-regolament Nru 85 tan-NU/KEE. |
1.2. |
Permezz ta' deroga, jekk il-manifattur ikun jista’ juri lis-servizz tekniku għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li, fiżikament, il-vettura mhijiex kapaċi tilħaq il-veloċità fi tletin minuta, minflok tista’ tintuża l-veloċità massima f’ħin ta’ ħmistax-il minuta. |
Appendiċi 4
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-metodu għall-kejl tal-potenza nominali kontinwa massima, tad-distanza tad-diżattivazzjoni u tal-fattur tal-assistenza massima ta’ vettura tal-kategorija L1e iddisinjata biex titħaddem bil-pedali msemmija fl-Artikolu 3(94b) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013
1. Kamp ta’ applikazzjoni
1.1. |
Vettura tas-sub-kategorija L1e-A; |
1.2. |
Vettura tas-sub-kategorija L1e-B mgħammra b’assistenza bil-pedali msemmija fl-Artikolu 3(94b) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013. |
2. Eżenzjoni
Il-vetturi tal-kategorija L1e fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Appendiċi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1.
3 Il-proċeduri u r-rekwiżiti tat-test
3.1. Il-proċedura tat-test għall-kejl tal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura safejn il-mutur awżiljarju jipprovdi assistenza bil-pedali.
Il-proċedura tat-test u l-kejl għandhom isiru skont l-appendiċi 1 jew alternattivament skont il-punt 4.2.6.2. tal-istandard EN 15194:2009.
3.2. Il-proċedura tat-test għall-kejl tal-potenza nominali kontinwa massima
Il-potenza nominali kontinwa massima għandha titkejjel skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-appendiċi 3.
3.3. Il-proċedura tat-test għall-kejl tal-ogħla potenza massima
3.3.1. L-ogħla potenza massima fil-medda aċċettabbli mqabbla mal-potenza nominali kontinwa massima
L-ogħla potenza massima għandha tkun ≤ 1.6 darba aktar mill-potenza nominali kontinwa massima, imkejla bħala potenza mekkanika fl-output tax-xaft tal-unità tal-mutur.
3.3.2. Tolleranzi
Il-valuri tal-potenza nominali kontinwa massima u tal-ogħla potenza massima jistgħu jiddevjaw bi +/– 5 % mir-riżultat tal-kejl kif stabbilit fl-appendiċi 3.
3.3.3. Il-fatturi ta’ korrezzjoni tal-potenza
3.3.3.1. Definizzjoni tal-fatturi α1 u α2
3.3.3.1.1. |
α1 u α2 għandhom ikunu l-fatturi li permezz tagħhom għandhom jiġu mmultiplikati t-torque u l-potenza mkejla sabiex jiġu ddeterminati t-torque u l-potenza ta’ magna, b’kunsiderazzjoni tal-effiċjenza tat-trasmissjoni (il-fattur α2) li tintuża matul it-testijiet u sabiex dawn jinġiebu fil-kondizzjonijiet atmosferiċi ta’ referenza speċifikati fil-punt 3.2.1 (il-fattur α1). Il-formula tal-korrezzjoni tal-potenza hija kif ġejja: Ekwazzjoni Ap 4-1:
fejn:
|
3.3.4. Il-kondizzjonijiet atmosferiċi tat-test
3.3.4.1. Matul it-test, il-kondizzjonijiet atmosferiċi għandhom ikunu fil-medda li ġejja:
278,2 K < T < 318,2 K
fejn:
T= it-temperatura tat-test (K)
3.3.5. It-tħejjijiet għat-test
3.3.5.1. Il-vettura tat-test għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test.
3.3.5.2. Il-vettura tat-test għandha titħaddem permezz tal-batterija korrispondenti tagħha. Jekk jiġu rrilaxxati diversi tipi ta’ batteriji għall-vettura, għandha tintuża l-batterija bil-kapaċità massima.
3.3.5.3. Il-batteriji tal-propulsjoni għandhom ikunu ċċarġjati għal kollox.
3.3.5.4. Fuq il-krank jew il-fus tal-krank tal-vettura tat-test (mutur tal-krank fuq il-bank tat-test) għandu jiġi mmuntat mutur wieħed tal-bank tat-test. Dan il-mutur għandu jkun varjabbli fir-rigward tal-veloċità ta’ rotazzjoni u t-torque għas-simulazzjoni tal-azzjonijiet ta’ sewqan tas-sewwieq. Il-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test għandu jilħaq frekwenza ta’ rotazzjoni ta’ 90 min–1 u torque massimu ta’ 50 Nm sabiex ikopri l-meded tipiċi tal-prestazzjoni tas-sewwieqa.
3.3.5.5. Għandu jitwaħħal brejk jew mutur ma’ drum taħt ir-rota ta’ wara tal-vettura tat-test għas-simulazzjoni tat-telf u l-inerzja tal-vettura.
3.3.5.6. Għall-vetturi mgħammra b’mutur li jħaddem ir-rota ta’ quddiem, għandu jitwaħħal brejk addizzjonali jew mutur addizzjonali ma’ drum taħt ir-rota ta’ quddiem għas-simulazzjoni tat-telf u l-inerzja tal-vettura.
3.3.5.7. Jekk il-livell ta’ assistenza tal-vettura jkun varjabbli, dan għandu jiġi ssettjat għal assistenza massima.
3.3.5.8. L-apparati periferali mħaddma mill-provvista tal-potenza tal-vettura għandhom jiġu żmuntati jew diżattivati. Jekk dawn l-apparati jkunu meħtieġa għall-assistenza tal-mutur, huma jistgħu jibqgħu mixgħulin jekk il-manifattur ikun iġġustifika dan b’mod suffiċjenti mas-servizz tekniku u għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni.
3.3.5.9. Qabel jingħata bidu għall-kejl, il-kadenza tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test għandha tinqaleb minn kadenza baxxa għal waħda għolja sakemm tintlaħaq il-potenza mekkanika massima fl-output. Għal dan il-prekondizzjonament, għandu jintuża ger medju tal-vettura b’torque medju tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test ta’ 25 Nm.
3.3.5.10. Sussegwentement, it-torque tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test għandu jiġi varjat sabiex jintlaħaq l-output mekkaniku massimu tal-mutur. Wara aġġustament tat-torque tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test, il-ger tal-vettura għandu jiġi aġġustat għall-potenza massima fl-output. Il-kondizzjonijiet tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test b’potenza massima fl-output tal-vettura għandhom jiġu rrapportati u jintużaw għall-kejl tal-potenza massima. Huma għandhom jiġu mmonitorjati matul il-kejl. Għal dan il-punt ta’ tħaddim, il-brejkijiet/muturi tal-bank tat-test għar-rota ta’ quddiem u ta’ wara għandhom jiġu aġġustati b’tali mod li l-frekwenzi tar-rotazzjoni jibqgħu kostanti.
3.4. Il-proċedura tat-test għall-kejl u l-kalkolazzjoni tal-potenza massima tal-mutur
3.4.1. Il-potenza massima għandha titkejjel għal ħames minuti (il-potenza massima f’ħames minuti). Jekk il-potenza ma tkunx kostanti, il-potenza medja matul il-kejl fuq ħames minuti għandha titqies bħala l-potenza massima f’ħames minuti.
3.4.2. Il-potenza massima tal-mutur tal-vettura għandha tiġi kkalkolata mis-somma tal-potenza tal-mutur tal-brejk mekkaniku nieqsa l-potenza tal-input mekkaniku tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test.
3.4.3. Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata
Id-dejta li għandha tiġi rreġistrata għandha tkun dik li ġiet stabbilita fil-mudell tar-rapport tat-test imsemmi fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.
3.5. Il-proċedura tat-test għall-kejl tad-distanza tad-diżattivazzjoni
Wara l-waqfien permezz tal-pedali, l-assistenza tal-mutur għandha tiġi diżattivata f’distanza ta’ sewqan ta’ ≤ 3 m. Il-veloċità tal-vettura tal-ittestjar hija 90 % tal-veloċità tal-assistenza massima. Il-kejl għandu jittieħed skont l-istandard EN 15194:2009.
3.5. Il-proċedura tat-test għall-kejl tal-fattur tal-assistenza massima
3.5.1. It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 278,2 K u 318,2 K.
3.5.2. Il-vettura tat-test għandha titħaddem permezz tal-batterija tal-propulsjoni korrispondenti. Għal din il-proċedura tat-test għandha tintuża batterija tal-propulsjoni b’kapaċità massima.
3.5.3. Il-batterija għandha tkun iċċarġjata għal kollox bl-użu taċ-ċarġer li għandu jiġi speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
3.5.4. Fuq il-krank jew il-fus tal-krank tal-vettura tat-test għandu jiġi mmuntat mutur wieħed tal-bank tat-test. Dan il-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test għandu jissimula l-azzjoni ta’ sewqan tas-sewwieq u jkun kapaċi jilħaq torques u veloċitajiet rotazzjonali varjabbli. Dan il-mutur għandu jilħaq frekwenza ta’ rotazzjoni ta’ 90 rpm u torque nominali kontinwu massimu ta’ 50 Nm.
3.5.5. Għandu jitwaħħal brejk jew mutur ma’ drum taħt ir-rota ta’ wara tal-vettura tat-test għas-simulazzjoni tat-telf u l-inerzja tal-vettura.
3.5.6. Għall-vetturi mgħammra b’mutur li jħaddem ir-rota ta’ quddiem, għandu jitwaħħal brejk addizzjonali jew mutur addizzjonali ma’ drum taħt ir-rota ta’ quddiem għas-simulazzjoni tat-telf u l-inerzja tal-vettura.
3.5.7. Jekk il-livell ta’ assistenza tal-vettura jkun varjabbli, dan għandu jiġi ssettjat għal assistenza massima.
3.5.8. Għandhom jiġu ttestjati l-punti ta’ tħaddim li ġejjin:
Tabella Ap4-1
Il-punti ta’ tħaddim għall-ittestjar tal-fattur massimu ta’ assistenza
Il-punt ta’ tħaddim |
Il-potenza simulata tal-input tas-sewwieq (+/– 10 %) espressa f’(W) |
Il-veloċità mixtieqa tal-vettura (1) (+/– 10 %) espressa f’(km/h) |
Il-kadenza mixtieqa mit-tħaddim bil-pedali (2) espressa f’(rpm) |
A |
80 |
20 |
60 |
B |
120 |
35 |
70 |
C |
160 |
40 |
80 |
3.5.9. Il-fattur massimu ta’ assistenza għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:
Ekwazzjoni Ap4-1:
fejn:
Il-potenza tal-mutur mekkaniku tal-vettura tat-test għandha tiġi kkalkolata mis-somma tal-potenza tal-mutur tal-brejk mekkaniku nieqsa l-potenza tal-input mekkaniku tal-mutur tal-krank fuq il-bank tat-test (espressa f’W).
(1) Jekk il-veloċità mixtieqa tal-vettura ma tkunx tista’ tintlaħaq, il-kejl għandu jsir bil-veloċità massima milħuqa mill-vettura
(2) agħżel l-eqreb ger għar-rata ta’ rpm meħtieġa għall-punt ta’ tħaddim
ANNESS XI
Il-familja tal-propulsjoni tal-vettura fir-rigward tat-testijiet għad-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali
1. Introduzzjoni
1.1. Sabiex jitħaffef ix-xogħol tal-manifatturi fl-ittestjar għad-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi, dawn jistgħu jiġu gruppjati bħala familja tal-propulsjoni tal-vettura. Minn dan il-grupp ta' vetturi l-manifattur għandu jagħżel vettura tal-oriġini waħda jew aktar, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, li għandhom jintużaw għad-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tat-testijiet tat-tipi I sa VIII. Il-vetturi tal-oriġini li jintużaw għad-dimostrazzjoni tat-test tat-tip IX għal-livell tal-ħoss għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regolamenti tan-NU/KEE imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IX.
1.2. Vettura tal-kategorija L tista’ tkompli titqies bħala li tappartjeni għall-istess familja ta’ propulsjoni tal-vettura bil-kondizzjoni li l-varjant, il-verżjoni, il-propulsjoni, is-sistema għall-kontroll tat-tniġġis u l-parametri OBD tal-vettura msemmija fit-Tabella 11-1 ikunu identiċi jew jibqgħu fi ħdan it-tolleranzi preskritti u ddikjarati.
1.3. L-attribuzzjoni tal-vettura u tal-familja tal-propulsjoni fir-rigward tat-testijiet ambjentali
Għat-testijiet ambjentali tat-tipi I sa XIII, għandha tintgħażel vettura tal-oriġini rappreżentattiva fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-kriterji ta’ klassifikazzjoni preskritti fil-punt 3.
2. Definizzjonijiet
2.1. |
“fażatura/irfigħ varjabbli tal-kam” tfisser proċedura li tippermetti li jiġu mmodifikati l-irfigħ, it-tul ta’ żmien tal-ftuħ u tal-għeluq jew it-tajming tal-valvi tad-dħul jew tal-egżost waqt li l-magna tkun qiegħda taħdem; |
2.2. |
“protokoll tal-komunikazzjoni” tfisser sistema ta’ formati ta’ messaġġi diġitali u regoli għall-messaġġi li jiġu skambjati fi jew bejn l-unitajiet jew is-sistemi tal-kompjuters; |
2.3. |
“rail komuni” tfisser sistema għall-provvista tal-fjuwil fil-magna fejn tinżamm pressjoni għolja komuni; |
2.4. |
“intercooler” tfisser skambjatur tas-sħana li jneħħi s-sħana żejda mill-arja kkompressata permezz ta’ ċarġer qabel tidħol fil-magna, li permezz tiegħu tittejjeb l-effiċjenza volumetrika billi tiżdied id-densità tal-arja taċ-ċarġ li tidħol; |
2.5. |
“kontroll elettroniku tal-aċċelleratur” (ETC) tfisser is-sistema ta’ kontroll li tikkonsisti fl-issensjar tal-input tas-sewwieq permezz tal-pedala jew il-manku tal-aċċelleratur, l-ipproċessar tad-dejta mill-unità/unitajiet ta’ kontroll, l-attivazzjoni li tirriżulta mill-aċċelleratur u l-feedback tal-pożizzjoni tal-aċċelleratur għall-unità ta’ kontroll sabiex tiġi kkontrollata ċ-ċarġ tal-arja fil-magna b’kombustjoni; |
2.6. |
“regolatur tal-boost” tfisser apparat li jirregola l-livell ta’ boost prodott fis-sistema ta’ induzzjoni ta’ magna ċċarġjata b’turboċarġer jew superċarġer; |
2.7. |
“sistema SCR” tfisser sistema li kapaċi tikkonverti s-sustanzi li jniġġsu f’forma ta’ gass f’gassijiet inerti jew mingħajr periklu permezz tal-injezzjoni ta’ riaġent konsumabbli, li huwa sustanza reattiva intiża biex tnaqqas l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost u li tiġi assorbita f’konvertitur katalitiku; |
2.8. |
“lean NOx adsorber” tfisser tank għall-ħażna tal-NOx armat fis-sistema tal-egżost ta’ vettura li titnaddaf bir-rilaxx ta’ reactant fil-fluss tal-egżost; |
2.9. |
“apparat li jistartja fil-kesħa” tfisser apparat li jarrikkixxi temporanjament it-taħlita ta’ arja/fjuwil tal-magna, sabiex b’hekk jassisti lill-magna sabiex tistartja; |
2.10. |
“apparat li jassisti fl-istartjar” tfisser apparat li jassisti lill-magna sabiex tistartja mingħajr arrikkiment tat-taħlita ta’ arja/fjuwil bħal glowplaggs, it-tajming tal-injezzjoni u adattamenti fit-twassil tal-ispark; “sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR)” tfisser parti mill-fluss tal-gass tal-egżost imwassal lura jew li jibqa’ fil-kompartiment tal-kombustjoni ta’ magna sabiex titbaxxa t-temperatura tal-kombustjoni; |
3. Kriterji ta’ klassifikazzjoni
3.1. Testijiet tat-tipi I, II, V, VII u VIII (fit-Tabella 11-1, “X” tfisser “applikabbli”)
Tabella 11-1.
Il-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-familja tal-propulsjoni fir-rigward tat-testijiet tat-tipi I, II, V, VII u VIII
# |
Deskrizzjoni tal-kriterji tal-klassifikazzjoni |
Test tat-tip I |
Test tat-tip II |
Test tat-tip V |
Test tat-tip VII |
Test tat-tip VIII |
|
|
Stadju I |
Stadju II |
|||||
1. |
Vettura |
||||||
1.1. |
kategorija; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
1.2. |
sub-kategorija; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
1.3. |
l-inerzja ta’ varjant(i) jew verżjoni(jiet) ta’ vettura fi ħdan żewġ kategoriji ta’ inerzja ’il fuq jew ’l isfel mill-kategorija tal-inerzja nominali; |
X |
|
X |
X |
X |
X |
1.4. |
il-proporzjonijiet totali tal-gerijiet (+/– 8 %); |
X |
|
X |
X |
X |
X |
2. |
Il-karatteristiċi tal-familja tal-propulsjoni |
||||||
2.1. |
l-għadd ta’ magni jew muturi elettriċi; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.2. |
il-modalitajiet operattivi ibridi (paralleli / sekwenzjali / oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.3. |
l-għadd ta’ ċilindri tal-magna b’kombustjoni; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.4. |
il-kapaċità tal-magna (+/– 2 %) (1) tal-magna b’kombustjoni; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.5. |
l-għadd u l-kontroll (fażatura jew irfigħ varjabbli tal-kam) tal-valvi tal-magna b’kombustjoni; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.6. |
vetturi monofjuwil / bifjuwil / fleksfjuwil H2NG / multifjuwil; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.7. |
is-sistema tal-alimentazzjoni (il-karburatur / bokka tal-kompartiment tal-kombustjoni / port fuel injection / injezzjoni tal-fjuwil diretta / rail komuni / injettur tal-pompa / oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.8. |
it-tank tal-fjuwil (2); |
|
|
|
|
X |
X |
2.9. |
it-tip ta’ sistema ta’ tkessiħ tal-magna b’kombustjoni; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.10. |
iċ-ċiklu tal-kombustjoni (PI / CI / two-stroke / four-stroke / oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
2.11. |
is-sistema tal-arja li tidħol (b'aspirazzjoni naturali / iċċarġjata (turboċarġer / superċarġer) / intercooler / regolatur tal-boost) u l-kontroll tal-arja tal-induzzjoni (aċċelleratur mekkaniku / regolatur elettroniku tal-aċċelleratur / ebda aċċelleratur); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3. |
Il-karatteristiċi tas-sistema għall-kontroll tat-tniġġis |
||||||
3.1. |
sistema tal-egżost ta’ propulsjoni (mhux) mgħammra b’konvertitur(i) katalitiku/iċi; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1. |
it-tip ta’ konvertitur(i) katalitiku/iċi; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.1. |
l-għadd u l-elementi ta’ konvertituri katalitiċi; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.2. |
id-daqs tal-konvertituri katalitiċi (il-volum tal-monolit(i) +/– 15 %); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.3. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ attività katalitika (ossidizzanti, three-way, imsaħħna, SCR, oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.4. |
it-tagħbija ta’ metall prezzjuż (identika jew ogħla); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1. |
il-proporzjon ta’ metall prezzjuż (+/– 15 %); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.5. |
sottostrat (struttura u materjal); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.6. |
id-densità taċ-ċelloli; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.1.7. |
it-tip ta’ kisi tal-konvertitur(i) katalitiku/katalitiċi; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2. |
sistema tal-egżost bi propulsjoni (mhux) mgħammra b’filtru tal-partikoli separati (PF); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2.1. |
it-tipi ta’ PF; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2.2. |
l-għadd u l-elementi ta’ PF; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2.3. |
id-daqs tal-PF (il-volum tal-element tal-filtru +/– 10 %); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2.4. |
il-prinċipju tat-tħaddim tal-PF (parzjali / wall-flow / oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2.5. |
superfiċje attiva tal-PF; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.3. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sistema b'riġenerazzjoni perjodika; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.3.1. |
it-tip ta’ sistema b'riġenerazzjoni perjodika; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.3.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ sistema b'riġenerazzjoni perjodika; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.4. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sistema ta'riduzzjoni katalitika selettiva (SCR); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.4.1. |
it-tip ta’ sistema SCR; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.4.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ sistema b'riġenerazzjoni perjodika; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.5. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’filtru/assorbitur konċiż tal-NOx; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.5.1. |
tip ta’ filtru/assorbitur konċiż tal-Nox; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.5.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ filtru/assorbitur konċiż tal-NOx; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.6. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’apparat li jistartja fil-kesħa jew b’apparat li jassisti fl-istartjar; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.6.1. |
tip ta’ apparat li jistartja fil-kesħa jew li jassisti fl-istartjar; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.6.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ apparat li jistartja fil-kesħa jew li jassisti fl-istartjar; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.6.3. |
Il-ħin tal-attivazzjoni ta’ apparat li jistartja fil-kesħa u/jew ta’ apparat li jassisti fl-istartjar jew iċ-ċiklu tat-tħaddim (attivat għal ħin limitat biss wara startjar fil-kesħa / tħaddim kontinwu); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.7. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sensur tal-O2 għall-kontroll tal-fjuwil; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.7.1. |
it-tipi ta’ sensur tal-O2; |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.7.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ sensur tal-O2 (binarju / firxa wiesgħa / oħrajn); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.7.3. |
L-interazzjoni tas-sensur tal-O2 ma’ sistema ta’ alimentazzjoni tat-tip closed-loop (stoichiometry / tħaddim konċiż jew rikk); |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
3.8. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.8.1. |
it-tipi ta’ sistema EGR; |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.8.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim tas-sistema EGR (interna / esterna); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.8.3. |
ir-rata massima tal-EGR (+/– 5 %); |
X |
X |
X |
X |
|
X |
3.2. Testijiet tat-tipi III u IV (fit-Tabella 11-2, “X” tfisser “applikabbli”)
Tabella 11-2.
Il-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-familja tal-propulsjoni fir-rigward tat-testijiet tat-tipi III u IV
# |
Deskrizzjoni tal-kriterji tal-klassifikazzjoni |
Test tat-tip III |
Test tat-tip IV |
1. |
Vettura |
||
1.1. |
Kategorija; |
X |
X |
1.2. |
Sub-kategorija; |
|
X |
2. |
Sistema |
||
2.1. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni mill-kaxxa tal-krank; |
X |
|
2.1.1. |
tip ta’ sistema ta’ ventilazzjoni mill-kaxxa tal-krank; |
X |
|
2.1.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ sistema ta’ ventilazzjoni mill-kaxxa tal-krank (breather / vakwu / pressjoni eċċessiva); |
X |
|
2.2. |
propulsjoni (mhux) mgħammra b’sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi; |
|
X |
2.2.1. |
tip ta’ sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi; |
|
X |
2.2.2. |
il-prinċipju tat-tħaddim ta’ sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi (attiva / passiva / ikkontrollata b’mod mekkaniku jew elettroniku); |
|
X |
2.2.3. |
prinċipju bażiku identiku tal-kejl tal-fjuwil/arja (pereżempju; karburatur / injezzjoni f’punt wieħed / injezzjoni f’diversi punti / id-densità tal-veloċità tal-magna permezz tal-MAP/il-massa tal-fluss tal-arja); |
|
X |
2.2.4. |
materjal identiku tat-tank tal-fjuwil u pajpijiet identiċi tal-fjuwil likwidu; |
|
X |
2.2.5. |
il-volum tat-tank tal-fjuwil f’medda ta’ +/– 50 %; |
|
X |
2.2. |
is-setting tal-valv li jtaffi l-pressjoni fit-tank tal-fjuwil huwa identiku; |
|
X |
2.2.6. |
metodu identiku għall-ħażna tal-fwar tal-fjuwil (jiġifieri il-formola u l-volum tal-filtru, il-mezz tal-ħażna, il-mezz li jnaddaf l-arja (jekk jintuża għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi) eċċ.); |
|
X |
2.2.7. |
metodu identiku għat-tindif tal-fwar maħżun (pereżempju; il-fluss tal-arja, il-volum tat-tindif tul iċ-ċiklu tas-sewqan); |
|
X |
2.2.8. |
metodu identiku għas-siġillar u l-ventilazzjoni tas-sistema tal-kejl tal-fjuwil; |
|
X |
5. Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tat-test tat-tip IV
5.1. L-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi estiża għall-vetturi mgħammra b’sistema ta’ kontroll għall-emissjonijiet evaporattivi li jissodisfaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni tal-familja għall-kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi elenkati fil-punt 5.3. Il-vettura tal-agħar każ fir-rigward tas-sezzjoni trasversali u t-tul approssimattiv tal-pajp għandha tiġi ttestjata bħala vettura tal-oriġini.
5.2. Il-manifattur jista’ jitlob li jintuża wieħed mill-approċċi li ġejjin abbażi ta’ strateġija ta’ “ċertifikazzjoni skont id-disinn” għall-estensjoni tal-approvazzjoni għall-emissjonijiet evaporattivi:
5.2.1. Approċċ ta’ trasferiment
5.2.1.1. |
jekk il-manifattur tal-vettura jkun iċċertifika tank tal-fjuwil ta’ forma ġenerika (“tank tal-fjuwil tal-oriġini”), tali dejta tat-test tista’ tintuża biex tiċċertifika “skont id-disinn” kwalunkwe tank tal-fjuwil ieħor, diment li dan ikun iddisinjat bl-istess karatteristiċi fir-rigward tal-materjal (inklużi sustanzi addittivi), tal-metodu tal-produzzjoni u tal-ħxuna medja tal-ħajt. |
5.2.1.2. |
jekk manifattur ta’ tank tal-fjuwil ikun iċċertifika l-materjal (inklużi sustanzi addittivi) ta’ tank tal-fjuwil “tal-oriġini” abbażi ta’ test ta’ permeabbiltà jew permeazzjoni komplut, il-manifattur tal-vettura jista’ juża din id-dejta tat-test sabiex jiċċertifika t-tank tal-fjuwil skont id-disinn, diment li dan ikun iddisinjat bl-istess karatteristiċi fir-rigward tal-materjal (inklużi sustanzi addittivi), tal-metodu tal-produzzjoni u tal-ħxuna medja tal-ħajt. |
5.2.2. Approċċ ta’ konfigurazzjoni tal-agħar każ
Jekk il-manifattur tal-vettura jkun wettaq b’suċċess it-testijiet tal-permeabbiltà jew tal-permeazzjoni fuq konfigurazzjoni tat-tank tal-fjuwil tal-agħar każ, tali dejta tat-test tista’ tintuża biex tiċċertifika “skont id-disinn” tankijiet tal-fjuwil oħrajn li altrimenti huma simili f’termini tal-materjal (inklużi sustanzi addittivi), il-pjanċa tal-pompa tal-fjuwil u l-filler cap/neck. Il-konfigurazzjoni tal-agħar każ għandha tkun id-disinn tat-tank tal-fjuwil bl-irqaq ħitan jew bl-iżgħar erja tas-superfiċje interna.
(1) massimu ta' 30 % aċċettabbli għal test tat-tip VIII
(2) Applikabbli biss għall-vetturi mgħammra b’tank għall-ħażna ta’ fjuwil f’forma ta’ gass
ANNESS XII
Emenda tal-parti A tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013
1. |
L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għandu jiġi ssupplimentat kif ġej: “(A) Testijiet u rekwiżiti ambjentali Il-vetturi tal-kategorija L jistgħu jiksbu l-approvazzjoni tat-tip biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti ambjentali li ġejjin:
|