Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0066

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal- 14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/66/oj

31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2014

tal-14 ta’ Jannar 2014

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttivao2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/125/KE teżiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta’ implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħall-apparat domestiku, fosthom il-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studji ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers. F’dawn l-istudji kienu involuti l-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

L-aspett ambjentali ewlieni tal-prodotti koperti li ġie identifikat bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu.

(5)

Il-modalità Stennija u l-modalità Mitfi jistgħu jwasslu għal ħafna mill-konsum totali tal-enerġija tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers. Għal apparat bħal dan, il-konsum tal-enerġija f’dawn il-modalitajiet huwa parti mir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Ir-rekwiżiti għall-fran domestiċi u għall-ħobbs domestiċi fil-modalità Stennija u fil-modalità Mitfi huma stabbiliti abbażi tar-rekwiżiti tal-ekodisinn mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (2).

(6)

Il-konsum annwali tal-enerġija tal-fran domestiċi, tal-ħobbs domestiċi u tal-estratturi tal-kukers domestiċi ġie stmat li huwa ta’ 755 PJ (għall-konsum tal-enerġija primarja) fl-UE fl-2010. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni jkun ta’ 779 PJ fl-2020. L-istudji ta’ tħejjija juru li l-konsum tal-enerġija ta’ dawn il-prodotti jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(7)

Flimkien, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dan ir-Regolament u r-rekwiżiti tat-tikkettar mogħtija fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 (3), huma mistennija jwasslu għal iffrankar annwali tal-enerġija primarja ta’ 27 PJ fis-sena fl-2020, li se jiżdied għal iffrankar ta’ 60 PJ fis-sena sal-2030.

(8)

L-istudji ta’ tħejjija juru li r-rekwiżiti marbutin mal-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmijin fil-punt 1.3 tal-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa minħabba li l-konsum tal-gass u tal-elettriku tal-apparat domestiku tat-tisjir bħall-fran, il-ħobbs u l-estratturi tal-kukers fil-fażi tal-użu huwa l-iktar aspett ambjentali sinifikanti.

(9)

Il-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament għandhom isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji kosteffettivi eżistenti li jistgħu jnaqqsu l-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(10)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B’mod partikulari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu għandhom ipattu sew għal kull impatt ambjentali addizzjonali li jista’ jkun hemm waqt il-fażi tal-produzzjoni tal-prodott u meta dan ikun qed jintrema.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu bil-mod il-mod fi tliet fażijiet, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Skeda taż-żmien bħal din għandha tevita kull impatt negattiv fuq il-funzjonalità tat-tagħmir li jkun diġà fis-suq u għandha tqis l-impatt tal-kostijiet li l-utenti aħħarin u l-manifatturi jkollhom iħallsu, b’mod partikulari l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta’ metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4).

(13)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema huma l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li japplikaw.

(14)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(15)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kompetizzjoni ġusta, u bil-għan li jinkiseb l-iffrankar maħsub tal-enerġija u li l-konsumaturi jingħataw tagħrif preċiż dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jagħmilha ċara li t-tolleranzi preskritti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tas-suq meta jkunu qed iwettqu testijiet fiżiċi biex jistabbilixxu jekk mudell speċifiku ta’ prodott relatat mal-enerġija huwiex konformi ma’ dan ir-Regolament jew le, m’għandhomx jintużaw mill-manifatturi bl-iskop li jiddikjaraw prestazzjoni aktar favorevoli tal-mudell minn dik li jistgħu jiġġustifikaw il-kejl u l-kalkoli mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott.

(16)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati valuri indikattivi ta’ referenza għall-apparat bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar l-aspetti ambjentali l-iktar rilevanti għall-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom ikun disponibbli b’mod wiesa’ u jkun aċċessibbli faċilment.

(17)

Huwa xieraq li tiġi prevista analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku, u b’mod partikulari kemm l-approċċ użat biex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika tal-fran huwa xieraq u effettiv.

(18)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta’ fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), ħobbs domestiċi u estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, ukoll meta dawn jinbiegħu għal għanijiet mhux domestiċi.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

(a)

għall-apparat li juża sorsi tal-enerġija oħrajn minbarra l-elettriku jew il-gass;

(b)

għall-apparat li jkun fih il-funzjoni tat-“tisħin tal-ikel bil-majkrowejv”;

(c)

għall-fran iż-żgħar;

(d)

għall-fran portabbli;

(e)

għall-fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana;

(f)

għall-fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom;

(g)

għall-berners mgħottijin tal-gass fil-ħobbs;

(h)

għall-apparat għat-tisjir għall-użu fuq barra;

(i)

għall-apparat maħsub biex jaħdem biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan);

(j)

għall-grillijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“forn” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih kavità waħda jew aktar u li jaħdem bil-gass u/jew bl-elettriku, li fih jitħejja l-ikel billi tintuża l-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul;

(2)

“kavità” tfisser kompartiment magħluq li fih it-temperatura tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel;

(3)

“forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn li jkollu żewġ kavitajiet jew aktar, li kull waħda minnhom tissaħħan b’mod separat;

(4)

“forn żgħir” tfisser forn li fih il-kavitajiet kollha jkunu wesgħin u fondi inqas minn 250 millimetru jew ikunu għoljin inqas minn 120 millimetru;

(5)

“forn portabbli” tfisser forn li ma jiżinx iktar minn 18-il kilogramm, sakemm dan ma jkunx iddisinjat għall-installazzjonijiet inkorporati;

(6)

“tisħin tal-ikel bil-majkrowejv” tfisser it-tisħin tal-ikel bl-użu tal-enerġija elettromanjetika;

(7)

“modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità Mħaddem ta’ forn li juża l-konvezzjoni naturali biss għaċ-ċirkulazzjoni tal-arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

(8)

“modalità Fann mixgħul” tfisser modalità li fiha fann inkorporat jiċċirkola l-arja msaħħna ġol-kavità tal-forn;

(9)

“ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standardizzata f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet iddefiniti;

(10)

“kuker” tfisser apparat magħmul minn forn u ħobb li jaħdmu bil-gass jew bl-elettriku;

(11)

“modalità Mħaddem” tfisser l-istatus tal-forn jew tal-ħobb waqt l-użu;

(12)

“sors tas-sħana” tfisser il-forma ewlenija tal-enerġija għat-tisħin ta’ forn jew ta’ ħobb;

(13)

“ħobb tal-elettriku” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir u/jew erja waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-elettriku;

(14)

“ħobb tal-gass” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass b’qawwa minima ta’ 1,16 kW;

(15)

“ħobb” tfisser “ħobb tal-elettriku”, “ħobb tal-gass” jew “ħobb imħallat”;

(16)

“berners mgħottijin tal-gass” tfisser berners magħluqin jew issiġillati tal-kukers tal-gass, mgħottijin bi ħġieġa b’saħħitha jew b’għatu taċ-ċeramika li jifforma wiċċ lixx għat-tisjir;

(17)

“ħobb imħallat” tfisser apparat li jkollu żona jew erja waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-elettriku u żona waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass;

(18)

“żona tat-tisjir” tfisser parti minn ħobb li jkollha dijametru ta’ mill-inqas 100 millimetru, li fuqha jitqiegħdu u jissaħħnu, wieħed wieħed, ir-reċipjenti għat-tisjir; l-erja taż-żona tat-tisjir tista’ tkun immarkata b’mod ċar fuq wiċċ il-ħobb;

(19)

“erja tat-tisjir” tfisser parti minn erja ta’ ħobb tal-elettriku li tissaħħan bl-użu ta’ kamp manjetiku indott, li fuqha jitqiegħdu r-reċipjenti għat-tisjir biex jissaħħnu mingħajr marki viżibbli għalihom u li fuqha jistgħu jintużaw diversi reċipjenti għat-tisjir fl-istess ħin;

(20)

“estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, li huwa maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq ħobb jew li jinkludi sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata maġenb il-kukers, il-ħobbs jew apparat simili għat-tisjir, li tiġbed il-fwar ‘l isfel għal ġo pajp tal-egżost li jkun jinsab fuq ġewwa;

(21)

“modalità Funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers matul il-perjodu tat-tisjir ikun ikkontrollat b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri), fosthom b’rabta mal-umdità, mat-temperatura, eċċ.;

(22)

“estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew il-funzjonijiet l-oħra huma kkontrollati b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri) matul 24 siegħa, inkluż waqt il-perjodu tat-tisjir;

(23)

“il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li fih ikun hemm l-effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur);

(24)

“luminazzjoni medja” (Emedja) tfisser il-luminazzjoni medja li tagħti s-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’lux;

(25)

“modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(26)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, li tista’ ddum għaddejja għal tul taż-żmien mhux definit;

(27)

“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħrajn, fosthom il-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, li jkun jinkludi kontroll mill-bogħod, sensur intern jew kronometru, għal qagħda li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija;

(28)

“turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inkluż il-ħin;

(29)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jkun qed jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih;

(30)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur jew mill-istess importatur b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness I jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi, inkluża l-iskeda taż-żmien marbuta magħhom.

2.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fih kopja tal-kalkolu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   F’każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell ikun inkiseb permezz ta’ kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

4.   Jekk il-manifattur jew l-importatur iqiegħed fis-suq mudelli ekwivalenti, huwa għandu jinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta’ referenza

L-Anness IV jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-apparat li jkun disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollu l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Analiżi

Sa mhux aktar tard minn seba’ snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizzah fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ din l-analiżi lill-Forum ta’ Konsultazzjoni. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni, fost l-oħrajn, tal-fattibbiltà tar-rekwiżiti potenzjali biex jitjiebu l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-apparat, tar-rekwiżiti ta’ kemm idum iservi l-apparat u tat-tul ta’ ħajja tiegħu, tal-inklużjoni tal-apparat professjonali u kummerċjali u tar-rekwiżiti għat-tneħħija tad-dħaħen u l-irwejjaħ.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu jibda japplika minn sena wara li jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.

(3)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(5)  Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).


ANNESS I

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   IR-REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA, IR-REKWIŻITI TAL-FLUSS TAL-ARJA U R-REKWIŻITI TAL-LUMINAZZJONI

1.1.   Għall-fran domestiċi

Il-kavitajiet tal-fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers) għandhom ikunu konformi mal-valuri massimi ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mogħtija fit-Tabella 1.

It-Tabella 1

Il-valuri ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kavitajiet tal-fran domestiċi (EEIkavità)

 

Fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIkavità < 146

Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIkavità < 121

Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIkavità < 96

Fil-każ tal-fran b’diversi kavitajiet (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, tal-inqas waħda mill-kavitajiet għandha tkun konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, filwaqt li l-kavitajiet l-oħra għandhom ikunu konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

1.2.   Għall-ħobbs domestiċi

Il-ħobbs domestiċi jrid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu tal-konsum tal-enerġija għall-ħobbs tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) u l-valuri minimi ta’ limitu tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs tal-gass (EEħobb tal-gass) mogħtija fit-Tabella 2.

It-Tabella 2

Il-valuri ta’ limitu tal-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs domestiċi (ECħobb tal-elettriku u EEħobb tal-gass)

 

Ħobb tal-elettriku

(ECħobb tal-elettriku f’Wh għal kull kilogramm.)

Ħobb tal-gass

(EEħobb tal-gass f’perċentwali)

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

ECħobb tal-elettriku < 210

EEħobb tal-gass > 53

Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

ECħobb tal-elettriku < 200

EEħobb tal-gass > 54

Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

ECħobb tal-elettriku < 195

EEħobb tal-gass > 55

1.3.   Għall-estratturi tal-kukers domestiċi

1.3.1.   L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

L-estratturi tal-kukers domestiċi irid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu għall-EEIestrattur u l-valuri minimi ta’ limitu għall-FDEestrattur mogħtija fit-Tabella 3.

It-Tabella 3

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur) għall-estratturi tal-kukers domestiċi

 

EEIestrattur

FDEestrattur

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIestrattur < 120

FDEestrattur > 3

Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIestrattur < 110

FDEestrattur > 5

Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

EEIestrattur < 100

FDEestrattur > 8

1.3.2.   Il-fluss tal-arja

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu , hekk kif iddefinit fl-Anness II.

1.3.3.   Il-modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija għall-estratturi tal-kukers domestiċi

(1)

Minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda tal-modalità Mitfi m’għandux jaqbeż il-1,00 W;

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija:

il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, m’għandux jaqbeż il-1,00 W.

Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, jew li tipprovdi biss taħlita tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tat-turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, m’għandux jaqbeż iż-2,00 W;

id-disponibbiltà tal-modalità Mitfi u/jew tal-modalità Stennija: l-estratturi tal-kukers domestiċi għandhom jipprovdu l-modalità Mitfi u/jew il-modalità Stennija, u/jew xi qagħda oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija li japplikaw għall-modalità Mitfi u/jew għall-modalità Stennija meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku;

(2)

Minn tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda tal-modalità Mitfi m’għandux jaqbeż iż-0,50 W;

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, m’għandux jaqbeż iż-0,50 W.

Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, jew li tipprovdi biss taħlita tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tat-turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, m’għandux jaqbeż il-1,00 W;

ġestjoni tal-konsum tal-enerġija: meta l-estratturi tal-kukers domestiċi ma jkunux qed jipprovdu l-funzjoni ewlenija, jew meta prodotti oħrajn li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu fuq il-funzjonijiet tagħhom, dan it-tagħmir għandu joffri, dejjem jekk dan ikun adattat għall-użu maħsub, funzjoni ta’ ġestjoni tal-konsum tal-enerġija jew funzjoni simili li, wara l-iqsar perjodu taż-żmien possibbli li jkun adattat għall-użu maħsub tat-tagħmir, tibdel il-qagħda tiegħu b’mod awtomatiku:

għall-modalità Stennija jew

għall-modalità Mitfi jew

għal qagħda oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija li japplikaw għall-modalità Mitfi u/jew għall-modalità Stennija meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel il-kunsinna tal-prodott.

Għall-estratturi tal-kukers li jkun fihom il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir u għall-estratturi tal-kukers li huma kompletament awtomatiċi, il-perjodu taż-żmien li warajh il-prodott jibdel il-qagħda tiegħu b’mod awtomatiku għall-modalitajiet u l-qagħdiet imsemmija fil-punt ta’ qabel għandu jkun ta’ minuta minn x’ħin id-dawl u l-mutur ikunu ntfew it-tnejn li huma jew b’mod awtomatiku jew b’mod manwali.

1.3.4.   Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil

Għall-estratturi tal-kukers li joffru l-possibbiltà ta’ tidwil tal-wiċċ għat-tisjir, minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja) għandha tkun ta’ iktar minn 40 lux meta titkejjel f’kundizzjonijiet standard.

2.   IR-REKWIŻITI TAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, it-tagħrif li ġej dwar il-prodotti għandu jingħata fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott, fuq il-manwal tal-istruzzjonijiet u fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi tal-fran domestiċi, tal-ħobbs domestiċi u tal-estratturi tal-kukers domestiċi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas:

(a)

it-titlu qasir jew ir-referenza tal-metodi tal-kejl u tal-kalkolu użati biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti mogħtija hawn fuq;

(b)

tagħrif li huwa rilevanti għall-utenti biex inaqqsu l-impatt totali ambjentali tal-proċess tat-tisjir (pereżempju l-konsum tal-enerġija).

Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, id-dokumentazzjoni teknika u t-taqsimiet tas-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, għall-professjonisti, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, għandu jkun fihom tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar mhux distruttiv tal-prodott għall-għanijiet tal-manutenzjoni u tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar tal-prodott, b’mod partikulari għaż-żarmar tal-mutur, jekk dan ikun applikabbli, u ta’ kwalunkwe batterija li jista’ jkun fih, u għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi tal-prodott fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu.

2.1.   Għall-fran domestiċi

It-Tabella 4

Tagħrif dwar il-fran domestiċi

 

Simbolu

Valur

Unità

Identifikazzjoni tal-mudell

 

 

 

It-tip ta’ forn

 

 

 

Il-massa tal-apparat

M

X,X

kilogrammi

L-għadd ta’ kavitajiet

 

X

 

Sors tas-sħana għal kull kavità (l-elettriku jew il-gass)

 

 

 

Volum għal kull kavità

V

X

litri

Il-konsum tal-enerġija (l-ammont ta’ elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku)

ECkavità tal-elettriku

X,XX

kWh għal kull ċiklu

Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku)

ECkavità tal-elettriku

X,XX

kWh għal kull ċiklu

Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass)

ECkavità tal-gass

X,XX

X,XX

MJ għal kull ċiklu

kWh għal kull ċiklu (1)

Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass)

ECkavità tal-gass

X,XX

X.XX

MJ għal kull ċiklu

kWh għal kull ċiklu

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità

EEIkavità

X.X

 

2.2.   Għall-ħobbs domestiċi

2.2.1.   Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku

It-Tabella 5a

Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-elettriku

 

Simbolu

Valur

Unità

Identifikazzjoni tal-mudell

 

 

 

It-tip ta’ ħobb

 

 

 

L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir

 

X

 

It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku)

 

 

 

Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri

Ø

X,X

ċentimetri

Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri

L

W

X,X

X,X

ċentimetri

Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir, ikkalkulat għal kull kilogramm

ECsajran bl-elettriku

X,X

Wh għal kull kilogramm

Il-konsum tal-enerġija tal-ħobb, ikkalkulat għal kull kilogramm

ECħobb tal-elettriku

X,X

Wh għal kull kilogramm

2.2.2.   Il-ħobbs domestiċi tal-gass

It-Tabella 5b

Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-gass

 

Simbolu

Valur

Unità

Identifikazzjoni tal-mudell

 

 

 

It-tip ta’ ħobb

 

 

 

L-għadd ta’ berners tal-gass

 

X

 

L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass

EEberner tal-gass

X,X

 

L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass

EEħobb tal-gass

X,X

 

2.2.3.   Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass

It-Tabella 5c

Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi mħalltin

 

Simbolu

Valur

Unità

Identifikazzjoni tal-mudell

 

 

 

It-tip ta’ ħobb

 

 

 

L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-elettriku

 

X

 

It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku) għal kull żona u/jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku

 

 

 

Għaż-żoni tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri

Ø

X,X

ċentimetri

Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri

L

W

X,X

X,X

ċentimetri

Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku, ikkalkulat għal kull kilogramm

ECsajran bl-elettriku

X

Wh għal kull kilogramm

L-għadd ta’ berners tal-gass

 

X

 

L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass

EEberner tal-gass

X,X

 

2.3.   Għall-estratturi tal-kukers domestiċi

It-Tabella 6

Tagħrif dwar l-estratturi tal-kukers domestiċi

 

Simbolu

Valur

Unità

Identifikazzjoni tal-mudell

 

 

 

Il-konsum annwali tal-enerġija

AECestrattur

X,X

kWh fis-sena

Fattur ta’ żieda fil-ħin

f

X,X

 

L-effiċjenza fluwidodinamika

FDEestrattur

X,X

 

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika

EEIestrattur

X,X

 

Ir-rata tal-fluss tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima

QBEP

X,X

metri kubi fis-siegħa

Il-pressjoni tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima

PBEP

X

Pa

Il-fluss massimu tal-arja

Qmax

X,X

metri kubi fis-siegħa

Il-kontribut tal-enerġija elettrika mkejjel fil-punt tal-effiċjenza massima

WBEP

X,X

W

Il-qawwa nominali tas-sistema tat-tidwil

WL

X,X

W

Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir

Emedja

X

lux

Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Stennija

Ps

X,XX

W

Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Mitfi

Po

X,XX

W

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss

LWA

X

dB


(1)  1 kWh għal kull ċiklu = 3,6 MJ għal kull ċiklu.


ANNESS II

Il-kejl u l-kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.

1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).

Għal kull kavità ta forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:

għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:

Formula

Formula
(f’kWh);

għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:

Formula

Formula
(f’MJ)

fejn:

—   EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   V= il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

—   ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

—   ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.

2.   IL-ĦOBBS DOMESTIĊI

2.1.   Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku

Il-konsum tal-enerġija ta’ ħobb domestiku tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) jitkejjel f’Wh għal kull kilogramm ta’ ilma li jissaħħan b’mod normalizzat (f’Wh għal kull kilogramm), meta wieħed iqis ir-reċipjenti kollha għat-tisjir f’kundizzjonijiet tat-test standardizzati, u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

2.2.   Il-ħobbs domestiċi tal-gass

L-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass f’ħobb domestiku hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

—   EEberner tal-gass = l-effiċjenza enerġetika ta’ berner tal-gass, mogħtija f’perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   Eberner tal-gass = il-kontenut tal-enerġija tal-ammont ta’ gass użat għat-tisħin preskritt, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   Eteoretika = l-ammont minimu teoretiku ta’ enerġija meħtieġa għat-tisħin preskritt korrispondenti, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass (EEħobb tal-gass ) hija kkalkulata bħala l-valur medju tal-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass differenti (EEberner tal-gass ) li jkun fih il-ħobb.

2.3.   Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass

Għall-finijiet tal-kejl, il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass jitqiesu bħala żewġ apparati separati. Iż-żoni u l-erjas tat-tisjir f’ħobb domestiku mħallat li jaħdmu bl-elettriku għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.1 ta’ qabel, filwaqt li ż-żoni tat-tisjir imsaħħnin bl-użu ta’ berners tal-gass għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.2 ta’ qabel.

3.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

3.1.   Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

fejn:

—   SAECestrattur = il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

—   AECestrattur = il-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:

(i)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi:

Formula

(ii)

għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha:

Formula

fejn:

tL huwa l-ħin medju tat-tidwil ta’ kuljum, mogħti f’minuti (tL = 120);

tH huwa l-ħin medju tal-użu ta’ kuljum tal-estratturi tal-kukers domestiċi, mogħti f’minuti (tH = 60);

Po huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Mitfi, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Ps huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Stennija, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

f huwa l-fattur ta’ żieda fil-ħin, ikkalkulat kif ġej u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

3.2.   Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:

Formula

fejn:

QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

3.3.   Kalkolu tal-limitu fuq l-arja tal-egżost

3.3.1.

L-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu . Dan huwa l-ammont ta’ ħin li estrattur tal-kukers domestiku li jkun qed jaħdem bi fluss tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa jieħu biex jiġbed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu qabel ma jmur lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew inqas. Dan jiġi kkalkulat kif ġej u jingħata f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

Formula
 (1)

fejn:

Qmax huwa l-fluss massimu tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku, inkluża l-modalità intensiva/ta’ qawwa addizzjonali, jekk din tkun disponibbli, mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

Is-sempliċi preżenza ta’ swiċċ jew konfigurazzjoni manwali li biha l-fluss tal-arja tal-apparat jitnaqqas għal 650 metru kubu fis-siegħa jew għal valur inqas minnu ma titqiesx li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

3.3.2.

Għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jkun fihom il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir:

il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku għandha tkun tista’ tiġi attivata biss billi l-utent iqabbadha b’mod manwali jew minn fuq l-estrattur jew minn xi mkien ieħor;

il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku għandha tmur lura għall-kontroll manwali wara mhux aktar minn għaxar minuti minn x’ħin il-mutur jintefa permezz tal-funzjoni awtomatika.

3.4.   Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil (Emedja)

Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja ) titkejjel f’kundizzjonijiet standard f’lux u titqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

3.5.   L-istorbju

Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, mingħajr l-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.


(1)  Ara l-formola

Formula
li tista’ tiġi ssimplifikata għall-formola li ġejja:
Formula

fejn:

Vmax huwa l-volum massimu tal-arja li jrid tinġibed, li huwa stabbilit bħala 100 metru kubu.

Qmax huwa l-fluss massimu tal-arja tal-estrattur tal-kukers, inkluża l-modalità intensiva/ta’ qawwa addizzjonali, jekk din tkun disponibbli.

t huwa l-ħin, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

dt huwa l-ħin totali meħud sa ma jintlaħaq il-volum tal-arja ta’ 100 metru kubu.

tlimitu huwa l-ammont ta’ ħin meħtieġ biex jinġibed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.


ANNESS III

Proċedura biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-prodotti

Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli:

(a)

jekk il-valuri mogħtija fit-tagħrif dwar il-prodotti li għandu jingħata skont dan ir-Regolament ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur mill-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika, inklużi fir-rapporti tat-testijiet, u

(b)

jekk it-testijiet tal-parametri rilevanti tal-mudell juru, filwaqt li jiġu applikati t-tolleranzi mniżżlin fit-Tabella 7, li hemm konformità fir-rigward ta’ dawk il-parametri kollha.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta’ mudell wieħed jew aktar li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala prodotti ekwivalenti.

5.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk it-testijiet tal-parametri rilevanti tal-mudell imniżżlin fit-Tabella 7 juru li hemm konformità fir-rigward ta’ dawk il-parametri kollha.

6.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness, li jirrappreżentaw id-differenzi permessi fir-riżultati tal-kejl miksubin mit-testijiet tal-verifika, għandhom japplikaw biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m’għandhomx jintużaw mill-manifattur huwa u jistabbilixxi l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika jew huwa u jinterpreta dawn il-valuri sabiex il-prodott jikseb livell ogħla fl-iskala tal-effiċjenza enerġetika għal fuq it-tikketta jew sabiex huwa jkun jista’ jgħid, bi kwalunkwe mod, li l-prodott għandu prestazzjoni aħjar.

It-Tabella 7

Tolleranzi tal-verifika

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Il-massa tal-forn domestiku (M)

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ M iddikjarat b’iktar minn 5 %.

Il-volum tal-kavità tal-forn domestiku (V)

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ V iddikjarat.

ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ ECkavità tal-elettriku, ECkavità tal-gass iddikjarat b’iktar minn 5 %.

ECħobb tal-elettriku

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ ECħobb tal-elettriku ddikjarat b’iktar minn 5 %.

EEħobb tal-gass

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ EEħobb tal-gass iddikjarat.

WBEP, WL

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ WBEP, WL iddikjarat b’iktar minn 5 %.

QBEP, PBEP

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ QBEP, PBEP iddikjarat.

Qmax

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur ta’ Qmax iddikjarat b’iktar minn 8 %.

Emedja

Il-valur stabbilit m’għandux ikun iktar minn 5 % inqas mill-valur ta’ Emedja ddikjarat.

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat.

Po, Ps

Il-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps, m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. Meta l-valur stabbilit għall-konsum tal-enerġija, Po u Ps, ikun ta’ 1,00 W jew inqas, dan m’għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’iktar minn 0,10 W.


ANNESS IV

Il-valuri indikattivi ta’ referenza

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, il-fran domestiċi, il-ħobbs domestiċi u l-estratturi tal-kukers domestiċi disponibbli fis-suq li kellhom l-aqwa prestazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom ġew identifikati kif ġej:

Il-fran domestiċi

tal-elettriku

EEIkavità = 70,7

tal-gass

EEIkavità = 75,4

Il-ħobbs domestiċi

tal-elettriku

ECsajran bl-elettriku = 169,3

tal-gass

EEberner tal-gass = 63,5 %

L-estratturi tal-kukers domestiċi

Il-fluss tal-arja

FDEestrattur = 22

L-istorbju

51 dB f’550 metru kubu fis-siegħa; 57 dB f’750 metru kubu fis-siegħa


Top