Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0300

    2014/300/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka

    ĠU L 157, 27.5.2014, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/300/oj

    Related international agreement

    27.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 157/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Lulju 2013

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka

    (2014/300/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens mill-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    F'isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (1) (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003.

    (3)

    Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-27 ta' Settembru 2012 soġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data iktar 'il quddiem, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/100/UE (2).

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim (3).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Lulju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. JUKNA


    (1)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 49, 22.2.2013, p. 2, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

    (2)  ĠU L 49, 22.2.2013, p. 1.

    (3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top