Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0481

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2013 tal- 24 ta’ Mejju 2013 li jadatta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tan-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-Kroazja għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 139, 25.5.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R0400

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/481/oj

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 481/2013

tal-24 ta’ Mejju 2013

li jadatta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tan-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-Kroazja għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kroazja mistennija tingħaqad mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2013, il-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali (1) jistabbilixxi fl-Anness II tiegħu l-għadd ta’ kampjuni għal kull Stat Membru li jrid jittieħed u jiġi analizzat skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Billi dejta ta’ nofs sena biss ma ma tkunx tista’ titqabbel b’mod sħiħ ma’ dik ta’ Stati Membri oħra miġbura matul is-sena 2013 kollha, il-Kroazja għandha tieħu sehem fil-programmi multiannwali kkoordinati tal-Unjoni minn Jannar 2014.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 għandu b’hekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (5) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012, ir-ringiela li ġejja hija inkluża wara r-ringiela għall-Ungerija:

“HR

12 (*)

15 (**)”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 235, 1.9.2012, p. 8.


Top