Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0049

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 49/2013 tat- 22 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    ĠU L 20, 23.1.2013, p. 25–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/49(1)/oj

    23.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/25


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 49/2013

    tat-22 ta’ Jannar 2013

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/665/PESK tas-26 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 (2) impona ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK (3) (li sussegwentement ġiet imħassra u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (4), b’rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà ta’ dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009.

    (2)

    Fis-26 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/665/PESK li emendat id-Deċiżjoni 2010/638/PESK fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri relatati mat-tagħmir militari u tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

    (3)

    Ċerti aspetti ta’ dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(g)

    il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ splussivi u ta’ tagħmir relatat kif elenkat fil-punt 4 tal-Anness I, intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ estrazzjoni mill-minjieri u infrastruttura, dment li l-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir u tas-servizzi relatati jkunu kkontrollati u vverifikati minn korp indipendenti u l-fornituri tas-servizzi relatati jkunu identifikati;

    (h)

    il-provvista ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja, assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ splussivi u ma’ tagħmir relatat intenzjonat biss għal użu ċivili f’investimenti ta’ estrazzjoni mill-minjieri u infrastruttura dment li l-ħżin u l-użu tal-isplussivi u tat-tagħmir u tas-servizzi relatati jkunu kkontrollati u vverifikati minn korp indipendenti u l-fornituri tas-servizzi relatati jkunu identifikati.”;

    (b)

    Jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra mill-inqas ġimagħtejn qabel bl-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1.”.

    (2)

    L-Anness III huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. NOONAN


    (1)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 45.

    (2)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

    (3)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

    (4)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.


    ANNESS

    “ANNESS III

    Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 12 u 17 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    A.   Awtoritajiet kompetenti għal kull Stat Membru:

     

    IL-BELĠJU

    http://www.diplomatie.be/eusanctions

     

    IL-BULGARIJA

    http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

     

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

     

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

     

    IL-ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

     

    L-ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

     

    L-IRLANDA

    http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

     

    IL-GREĊJA

    http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

     

    SPANJA

    http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

     

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

     

    L-ITALJA

    http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

     

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/sanctions

     

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

     

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

     

    IL-LUSSEMBURGU

    http://www.mae.lu/sanctions

     

    L-UNGERIJA

    http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

     

    MALTA

    http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

     

    IL-PAJJIŻI L-BAXXI

    www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

     

    L-AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

     

    IL-POLONJA

    http://www.msz.gov.pl

     

    IL-PORTUGALL

    http://www.min-nestrangeiros.pt

     

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548IS

     

    SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

     

    IS-SLOVAKKJA

    http://www.foreign.gov.sk

     

    IL-FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

     

    L-ISVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

     

    IR-RENJU UNIT

    www.fco.gov.uk/competentauthorities

    B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjonijiet oħra magħha:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

    EEAS 02/309

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË”


    Top