EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0104

2013/104/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat (notifikata bid-dokument numru C(2013) 899) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 51, 23.2.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/104/oj

23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Frar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 899)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/104/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 8(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, u tistipula t-trattamenti meħtieġa sabiex tikkontrolla r-riskji għas-saħħa tal-annimali assoċjati ma’ din l-introduzzjoni.

(2)

Il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mnejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat.

(3)

Ir-reġjuni tal-Brażil li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li għaddew minn trattament speċifiku, bħalissa huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(4)

Il-Brażil talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza wkoll importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun għadda mit-trattament speċifiku addattat.

(5)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali murija lill-Kummissjoni f’dawk ir-reġjuni tal-Brażil, huwa xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun għadda mit-trattament speċifiku “E” jew “F” kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(6)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, din l-annotazzjoni għall-Brażil għandha tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Arġentina:

"BR

Il-Brażil BR-2

E jew F

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


Top