Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0072

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ĠU L 32, 1.2.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/72(1)/oj

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/72/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2013. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2014. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.


Top