This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1212
Commission Implementing Regulation (EU) No 1212/2012 of 17 December 2012 amending Regulations (EC) No 2535/2001, (EC) No 917/2004, (EC) No 382/2008, (EC) No 748/2008, (EC) No 810/2008 and (EC) No 610/2009 as regards the notification obligations within the common organisation of agricultural markets
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2012 tas- 17 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2012 tas- 17 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli
ĠU L 348, 18.12.2012, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
18.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1212/2012
tas-17 ta' Diċembru 2012
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 192(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2), jistipula regoli komuni għan-notifika ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku. |
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b'mod elettroniku fi ħdan il-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fi ħdan ir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
(4) |
Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta' notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta' dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b'mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), (KE) Nru 917/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-titjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti tal-apikoltura (4), (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta' April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (5), (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta' Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (6), (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta' Awwissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (7) u (KE) Nru 610/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (8). |
(5) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jew jiġu ssimplifikati u speċifikati jew imħassra f’dawk ir-Regolamenti. |
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 917/2004, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 748/2008, (KE) Nru 810/2008 u (KE) Nru 610/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: "3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-listi tagħhom ta' importaturi approvati maqsuma skont l-importaturi approvati li taw il-kunsens tagħhom skont il-paragrafu 2 u l-importaturi approvati l-oħra. Dik in-notifika għandha jkollha n-numru ta' approvazzjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-importaturi approvati." |
(2) |
L-Artikolu 39 jitħassar. |
(3) |
Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tas-sorveljanza mwettqa għal kull tliet xhur taħt l-Anness IV sal-10 jum tax-xahar ta' wara. Dik in-notifika għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 45 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 45 Fi ħdan il-qafas tal-kwoti tat-tariffa ta' importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006." |
(5) |
Għandu jiżdied l-Artikolu 45a li ġej: "Artikolu 45a In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 15, l-Artikolu 35a(1) u l-Artikolu 45, għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*). |
(6) |
L-Annessi V u XIV jitħassru. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 1 Il-programmi nazzjonali referuti fl-Artikolu 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (**) (minn hawn il-quddiem magħrufa bħala “il-programmi tal-apikoltura”) għandhom:
|
(2) |
Fl-Artikolu 6, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej: "Sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'sommarju tal-implimentazzjoni tan-nefqa mqassma skont l-intestaturi msemmija fl-Artikolu 1(b)." |
(3) |
Għandu jiżdied l-Artikolu 6a li ġej: "Artikolu 6a In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***). |
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 6 1. Sa mhux aktar tard mill-għaxar jum ta' kull xahar, l-Istati Membri għandom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet, f'kilogrammi ta' piż tal-prodott jew f'għadd ta' rjus, imqassmin skont il-pajjiż tal-oriġini, tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni fix-xahar ta' qabel, f’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet li ma jkunux fil-kwota. 2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet tal-prodotti, f'kilogrammi ta' piż tal-prodott jew f'għadd ta' rjus, imqasmin skont il-pajjiż tal-oriġini, tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' qabel sat-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena li ma jkunux intużaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet li ma jkunux fil-kwota. 3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (****). |
(2) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 7 In-notifiki msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għandhom isiru bl-użu tal-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V." |
(3) |
L-Artikolu 16a jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 16a In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6(3) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****). |
(4) |
L-Annessi II, III u IV jitħassru. |
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: "2. Sa mhux aktar tard mis-17-il jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal kull pajjiż tal-oriġini. 3. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-25 jum u sa mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet." |
(2) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Annessi IV, V u VI jitħassru. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: "2. Sa mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini. 3. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-17-il jum u sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet. Kull liċenzja li tinħareġ għandha tispeċifika l-kwantità kkonċernata skont il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta' kodiċijiet tan-NM." |
(2) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Annessi IV, V u VI jitħassru. |
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. 3. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********) u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008. |
(2) |
L-Annessi V, VI u VII jitħassru. |
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.
(4) ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.
(5) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10
(6) ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.
(7) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.
(8) ĠU L 180, 11.7.2009, p. 5.