EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32012L0035

Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 343, 14.12.2012, s. 78–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumentets rättsliga status Inte längre i kraft, Sista giltighetsdag: 16/07/2022; Imħassar b' 32022L0993

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/35/oj

14.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/78


DIRETTIVA 2012/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huwa rregolat mill-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara 1978 (“il-Konvenzjoni STCW”), li daħlet fis-seħħ fl-1984 u li ġiet emendata b’mod sinifikanti fl-1995.

(2)

Il-Konvenzjoni STCW ġiet inkorporata fil-liġi tal-Unjoni għall-ewwel darba bid-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ġew adattati aktar tard għall-emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni STCW, u ġie stabbilit mekkaniżmu komuni tal-Unjoni għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara f’pajjiżi terzi. Permezz ta’ riformulazzjoni, dawk ir-regoli jinsabu fid-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li saret f’Manila fl-2010 introduċiet emendi sinifikanti għall-Konvenzjoni STCW (“L-emendi ta’ Manila”), jiġifieri dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti għaċ-ċertifikati, fil-qasam tal-istandards mediċi, fil-kwistjoni tat-taħriġ dwar is-sigurtà, inkluż il-piraterija u s-serq bl-armi, u fir-rigward tat-taħriġ fi kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija. L-emendi ta’ Manila introduċew ukoll rekwiżiti għal baħħara awtorizzati u stabbilixxew profili professjonali ġodda, bħal uffiċjali elettrotekniċi.

(4)

L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni STCW u ħadd minnhom ma oġġezzjona għall-emendi ta’ Manila taħt il-proċedura prevista għal dak l-effett. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jallinjaw ir-regoli nazzjonali tagħhom mal-emendi ta’ Manila. Għandu jiġi evitat konflitt bejn l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u l-impenji tagħhom lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba n-natura globali tat-trasport marittimu, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għandhom jinżammu konformi mar-regoli internazzjonali. Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati sussegwentement sabiex jirriflettu l-emendi ta’ Manila.

(5)

It-taħriġ imtejjeb għall-baħħara għandu jkopri taħriġ teoretiku u prattiku adatt sabiex jiġi żgurat li l-baħħara jkunu kwalifikati biex jissodisfaw standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza u jkunu kapaċi jirrispondu għal perikli u emerġenzi.

(6)

Għandhom jiġu żviluppati u implimentati standards tal-kwalità u sistemi ta’ standards tal-kwalità filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (5) u miżuri relatati adottati mill-Istati Membri.

(7)

Is-sħab soċjali qablu dwar is-sigħat minimi ta’ mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva 1999/63/KE (6) bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll il-possibilità li jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-baħħara. Madankollu, l-possibilità ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għandha tiġi limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u ambitu. L-emendi ta’ Manila kienu mmirati, fost affarijiet oħrajn, biex jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bil-ħsieb li tiġi evitata l-għeja. L-emendi ta’ Manila għandhom jiġu inkorporati fid-Direttiva 2008/106/KE b’mod li jiżgura koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/13/KE (7).

(8)

Filwaqt li tirrikonoxxi ulterjorment l-importanza tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi li jirregolaw il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-baħħara kollha, id-Direttiva 2009/13/KE ser tieħu effett kif speċifikat fiha meta tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006.

(9)

Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent jingħata mill-Kummissjoni skont proċedura li biha l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (“l-Aġenzija”), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura tissuġġerixxi li għandha tinbidel, jiġifieri fir-rigward tal-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Minħabba li r-rikonoxximent jeħtieġ li ssir spezzjoni li titwettaq mill-Aġenzija, li trid tiġi ppjanata u mwettqa, u, fil-maġġoranza tal-każijiet, tinvolvi aġġustamenti sinifikanti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-proċess sħiħ ma jistax jitlesta fi tliet xhur. Abbażi tal-esperjenza, perijodu ta’ żmien aktar realistiku f’dan ir-rigward jidher li huwa 18-il xahar. L-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għanda għalhekk tiġi mibdula kif xieraq, filwaqt li l-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jirrikonoxxi provviżorjament is-sistema STCW tal-pajjiż terz għandha tinżamm sabiex tinżamm il-flessibbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (10) mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE.

(10)

L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara fl-Unjoni mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur iżjed diffiċli. Data dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Skont il-Konvenzjoni STCW il-Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tal-validazzjonijiet mill-ġdid rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinkiseb informazzjoni kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Unjoni u esklussivament bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-tfassil tal-politika mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss, u ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika. Dik l-informazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u, għalhekk, dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE.

(11)

Ir-riżultati tal-analiżi ta’ informazzjoni bħal din għandhom jintużaw biex jiġu antiċipati xejriet fis-suq tax-xogħol bil-ħsieb li jittejbu l-għażliet tal-baħħara fir-rigward tal-ippjanar tal-karrieri u li jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali disponibbli. Tali riżultati għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(12)

Sabiex tinġabar data dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni tagħha u mat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V tad-Direttiva 2008/106/KE. L-użu ta’ tali atti ddelegati għandu jkun limitat għal dawk il-każijiet fejn emendi għall-Konvenzjoni STCW u l-Kodiċi jkunu jeħtieġu bidliet għal dak l-Anness. Barra minn hekk, tali atti ddelegati ma għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzar ta’ data imsemmija f’dak l-Anness. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, tikkonsulta b’mod adatt, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(13)

Is-settur marittimu tal-Unjoni għandu kompetenza esperta marittima ta’ kwalità għolja li tgħin biex tiżgura l-kompetittività tiegħu. Il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara hija importanti għall-kompetittività tas-settur u biex jiġu mħajjra ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-professjonijiet marittimi.

(14)

Sabiex jinżammu l-istandards ta’ kwalità fir-rigward tat-taħriġ għall-baħħara, għandhom jittejbu l-miżuri biex jiġu evitati prattiki frodulenti assoċjati ma’ ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza.

(15)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/106/KE, ingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-qasam tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Għall-istess raġuni għandhom jiġi konferiti wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-data statistika dwar il-baħħara li għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(16)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta ta’ data tal-istatistika msemmija fl-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE u għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tas-sistemi tal-STCW ta’ pajjiżi terzi.

(17)

L-emendi ta’ Manila daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, filwaqt li jistgħu jiġu applikati arranġamenti transitorji sal-1 ta’ Jannar 2017. Sabiex tkun possibbli transizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli l-ġodda, din id-Direttiva għandha tistipula l-istess arranġamenti transizzjonali kif stabbilit fl-emendi ta’ Manila.

(18)

Fid-89 laqgħa tiegħu, il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima tal-IMO innota l-ħtieġa għal xi kjarifiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-emendi ta’ Manila, b’kont meħud tal-arranġament transizzjonali stabbiliti fihomu r-Riżoluzzjoni 4 tal-Konferenza STCW li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tinkiseb konformità sħiħa sal-1 ta’ Jannar 2017. Tali kjarifiki ġew provduti minn STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17 (Ċirkolarijiet tal-IMO). B’mod partikolari, STCW.7/Circ.16 tiddikjara li l-validità ta’ kwalunkwe ċertifikat validat mill-ġdid ma għandhiex tiġi estiża lil hinn minn Jannar 2017 fil-każ ta’ baħħara li jkollhom ċertifikati maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li bdiet tapplika minnufih qabel l-1 ta’ Jannar 2012, u li għadhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-emendi ta’ Manila, u fil-każ ta’ baħħara li bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ approvat jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

(19)

Għandu jiġi evitat aktar dewmien fl-inkorporar tal-emendi ta’ Manila fil-liġi tal-Unjoni, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-baħħara mill-Unjoni kif ukoll biex tinżamm is-sikurezza abbord il-bastimenti permezz ta’ taħriġ aġġornat.

(20)

Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni uniformi tal-emendi ta’ Manila fi ħdan l-Unjoni, huwa rakkomandabbli li, waqt it-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-gwida li tinsab fiċ-ċirkolarijiet tal-IMO STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17.

(21)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-allinjament tar-regoli attwali tal-Unjoni ma’ regoli internazzjonali dwar it-taħħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(22)

Id-Direttiva 2008/106/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/106/KE

Id-Direttiva 2008/106/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Punti 18 u 19 huma sostitwit b’dan li ġej:

“18.

‘Regolamenti dwar ir-Radju’ tfisser ir-regolamenti dwar ir-radju annessi, jew meqjusin li huma annessi għall-Konvenzjoni dwar it-Telekomunikazzjoni Internazzjonali, kif emendata;

19.

‘bastiment tal-passiġġieri’ tfisser bastiment kif definit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), kif emendata;”;

(b)

il-Punt 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“24.

‘Kodiċi STCW’ tfisser il-Kodiċi tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-1995, fil-verżjoni aġġornata tagħha;”;

(c)

il-Punt 27 huwa mħassar;

(d)

il-Punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“28.

‘Servizz ta’ tbaħħir’ tfisser servizz abbord bastiment rilevanti għall-ħruġ jew il-validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, ċertifikat ta’ profiċjenza jew kwalifiki oħra;”;

(e)

il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“32.

‘Operatur tar-radju GMDSS’ tfisser persuna kkwalifikata skont il-Kapitolu IV tal-Anness I;

33.

‘Kodiċi ISPS’ tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta’ Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet adottat fit-12 ta’ Diċembru 2002, permezz tar-riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għas-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

34.

‘uffiċjal tas-sigurtà tal-bastiment’ tfisser persuna abbord bastiment, li twieġeb għall-kaptan, maħtura mill-kumpannija bħala responsabbli għas-sigurtà tal-bastiment inklużi l-implimentazzjoni u ż-żamma tal-pjan ta’ sigurtà tal-bastiment u l-kollegament mal-uffiċjal tas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjali tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

35.

‘kompiti tas-sigurtà’ jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tas-SOLAS 74, kif emendata, u mill-Kodiċi ISPS;

36.

‘ċertifikat ta’ kompetenza’ tfisser ċertifikat maħruġ u approvat għall-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju GMDSS skont il-Kapitoli II, III, IV jew VII tal-Anness I u li jintitola d-detentur legali tiegħu iservi fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikat fih;

37.

‘ċertifikat ta’ profiċjenza’ tfisser ċertifikat minbarra ċertifikat ta’ kompetenza maħruġ lil baħħar li jiddikjara li r-rekwiżiti rilevanti tat-taħriġ, il-kompetenzi jew is-servizz tat-tbaħħir f’din id-Direttiva ġew sodisfatti;

38.

‘evidenza dokumentarja’ tfisser dokumentazzjoni, minbarra ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, użata biex tistabbilixxi li r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva ġew sodisfatti;

39.

‘uffiċjal elettrotekniku’ tfisser uffiċjal kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

40.

‘baħħar awtorizzat tal-gverta’ tfisser rating (baħħar ordinarju) kwalifikat skont il-Kapitolu II tal-Anness I;

41.

‘baħħar awtorizzat tal-magni’ tfisser rating kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I;

42.

‘rating elettrotekniku’ tfisser rating kwalifikat skont il-Kapitolu III tal-Anness I.”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 jkunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fil-punti (36) u (37) tal-Artikolu 1, u/jew evidenza dokumentata kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 1.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ċertifikati ta’ kompetenza, ċertifikati ta’ profiċjenza u approvazzjonijiet”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu”.

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza għandhom jinħarġu skont il-paragrafu 3 tar-Regolament I/2, tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”;

(d)

qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza għandhom jinħarġu biss mill-Istati Membri, wara verifika tal-awtentiċità u l-validità ta’ kwalunkwe evidenza dokumentata meħtieġa u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.”;

(e)

fl-aħħar tal-paragrafu 5, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“L-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza u approvazzjonijiet li jattestaw ċertifikat ta’ profiċjenza lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness I għandhom jinħarġu biss jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u ta’ din id-Direttiva.”;

(f)

il-Paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ kompetenza, jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) ta’ din id-Direttiva għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jiddikkjara r-rikonoxximent tiegħu biss wara li jiżgura l-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikat. Il-forma tal-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW.

7.   l-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6:

(a)

jistgħu jinħarġu bħala dokumenti separati;

(b)

għandhom jinħarġu mill-Istati Membri biss;

(c)

kull wieħed minnhom għandu jiġi assenjat numru uniku, minbarra għall-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, li jistgħu jiġu assenjati l-istess numru bħaċ-ċertifikat ta’ kompetenza konċernat, sakemm dak in-numru huwa uniku; u

(d)

kull wieħed minnhom għandu jiskadi malli ċ-ċertifikat approvat ta’ kompetenza jew iċ-ċertifikat ta’ profiċjenza approvat maħruġ lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW jiskadi jew jiġi rtirat, sospiż jew kanċellat mill-Istat Membru jew minn pajjiż terz li ħarġu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu.”;

(g)

il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“11.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu prova sodisfaċenti:

(a)

tal-identità tagħhom;

(b)

li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik preskritta fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li saret applikazzjoni għalih;

(c)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW;

(d)

li huma jkunu kkompletaw is-servizz tat-tbaħħir u kwalunkwe taħriġ obbligatorju relatat preskritt fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza jew ċ-ċertifikat ta’ profiċjenza li saret applikazzjoni għalih; u

(e)

li huma jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza preskritti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ kompetenza.

Dan il-paragrafu attwali ma għandux japplika għal rikonoxximent ta’ approvazzjonijiet skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW.

12.   Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu biex:

(a)

iżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, fejn applikabbli, għal ratings, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati bħala mitlufa jew meqruda kif ukoll ta’ dispensi maħruġa;

(b)

jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċertifikati ta’ kompetenza, approvazzjonijiet u dispensi lil Stati Membri oħra jew Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW u l-kumpanniji li jitolbu verifika tal-awtentiċità u l-validità taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew ċ-ċertifikati maħruġa lill-kaptani u lill-uffiċjali skont ir-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Anness 1 mogħtija lilhom mill-baħħara li jfittxu rikonoxximent skont ir-Regolament I/10 tal-Konvenzjoni STCW jew impjieg abbord bastiment.

13.   Mill-1 ta’ Jannar 2017, l-informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli skont il- punt (b) tal-paragrafu 12 għandha tkun disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi.”.

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Informazzjoni lill-Kummissjoni

Għall-iskopijiet ta’ analiżi statistika biss u esklussivament għall-użu mill-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-informazzjoni indikata fl-Anness V għal din id-Direttiva dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u dwar approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza. Għall-istess skopijiet, jistgħu ukoll jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil ratings skont il-Kaptoli II, III, u VII għall-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”.

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Stat Membru, għal bastimenti mogħtija l-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi qrib tal-kosta tal-Konvenzjoni STCW, li jinkludu vjaġġi qrib il-kosta ta’ Stati Membri jew ta’ Partijiet oħra għall-Konvenzjoni STCW fil-limiti tad-definizzjoni tagħhom ta’ qrib il-kosta, għandu jidħol f’impenn ma’ Stati Membri jew Partijiet konċernati li jispeċifika kemm id-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u dispożizzjonijiet oħra rilevanti.”;

(b)

jiddaħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.   Iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn Stat Membru jew Parti għall-Konvenzjoni STCW għal-limiti definiti tal-vjaġġi qrib il-kosta tiegħu jistgħu jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra għas-servizzi fil-limiti definiti tagħhom ta’ vjaġġi qrib il-kosta, sakemm l-Istati Membri jew il-Partijiet konċernati jidħlu f’impenn li jispeċifika d-dettalji taż-żoni ta’ kummerċ involuti u kondizzjonijiet oħra rilevanti tagħha.

3b.   L-Istati Membri li jiddefinixxu l-vjaġġi qrib il-kosta, skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, għandhom:

(a)

jissodisfaw il-prinċipji li jirregolaw il-vjaġġi qrib il-kosta speċifikati fit-Taqsima A-I/3 tal-Kodiċi STCW;

(b)

jinkorporaw il-limiti tal-vjaġġi qrib il-kosta fl-approvazzjonijiet maħruġa skont l-Artikolu 5.”.

(7)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri adatti biex jipprevjenu l-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa, u għandhom jipprevedu pieni li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

8.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe inkompetenza, att, ommissjoni jew kompromess tas-sigurtà rappurtat li jista’ jkun theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew tal-proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar, min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza jew ta’ approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru marbuta mat-twettiq tagħhom tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ tali ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza għal tali kawża u għall-prevenzjoni tal-frodi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw miżuri adatti għall-prevenzjoni tal-frodi u prattiki oħra illegali li jinvolvu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza u l-approvazzjonijiet maħruġin.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Pieni jew miżuri dixxiplinari għandhom jiġu preskritti u infurzati f’każijiet fejn:”.

(9)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inkluż ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji jew entitajiet governattivi taħt l-awtorità tagħhom huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu attivitajiet bħal dawn, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità f’konformità mat-Taqsima A-I/8 tal-Kodiċi STCW;”;

(iii)

il-punt (c) huwa sostitwi b’dan li ġej:

“(c)

l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards relatati tal-kwalità tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u li l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet adatti għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW huma identifikati;”;

(b)

fil-paragrafu 2 jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tal-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW, inklużi l-emendi huma koperti mis-sistema tal-istandards ta’ kwalità. L-Istati Membri jistgħu wkoll jinkludu f’din is-sistema d-dispożizzjonijiet applikabbli l-oħra ta’ din id-Direttiva.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Rapport relatat ma’ kull evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 2 għandu jiġi komunikat mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont il-format speċifikat fit-Taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW, fi żmien sitt xhur mid-data tal-evalwazzjoni.”.

(10)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Standards mediċi

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW, filwaqt li jittieħed kont, kif adatt, tat-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk responsabbli għall-valutazzjoni tal-idoneità medika tal-baħħara huma professjonisti mediċi rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru għall-fini ta’ eżamijiet mediċi tal-baħħara, skont it-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

3.   Kull baħħar li għandu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li qed iservi fuq il-baħar għandu jkollu wkoll ċertifikat mediku validu maħruġ skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW.

4.   Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom:

(a)

jkollhom mhux inqas minn 16-il sena;

(b)

jipprovdu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom; u

(c)

jilħqu l-istandards applikabbli tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta’ sentejn sakemm il-baħħar ma jkunx taħt it-18-il sena, f’liema każ il-perijodu massimu ta’ validità għandu jkun ta’ sena.

6.   Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku jiskadi matul vjaġġ, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.

7.   F’każijiet urġenti Stat Membru jista’ jippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu. F’tali każijiet, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”.

(11)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Għas-servizz tat-tbaħħir kontinwu abbord tankers, kull kaptan u uffiċjal għandu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jkun meħtieġ, f’intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin, jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa għat-tankers skont il-paragrafu 3 tat-Taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa sal-1 ta’ Jannar 2017 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza rilevanti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jistabbilixxi l-ħtieġa li d-detenturi ta’ dawn iċ-ċertifikati jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni ta’ tiġdid u ta’ aġġornament adatti.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu, filwaqt li jiġu rrispettati il-punt (b) tal-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 18.”.

(12)

Fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 2.

(13)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“(f)

baħħara assenjati lil kwalunkwe mill-bastimenti tiegħu rċevew taħriġ ta’ aġġornament kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW;

(g)

fil-ħinijiet kollha abbord il-bastimenti tiegħu għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Kapitolu V tar-Regolament 14 tas-SOLAS 74, kif emendata.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-kumpanniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma adatti għall-kapaċità li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, b’kont meħud tal-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.”.

(14)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Idoneità għall-Qadi tad-Dmirijiet

1.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-għeja, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu u jinfurzaw perijodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13;

(b)

jeħtieġu li s-sistemi ta’ għassa jkunu organizzati b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal tal-għassa ma tkunx imdgħajfa mill-għeja u li d-dmirijiet huma organizzati b’tali mod li l-ewwel uffiċjal tal-għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-uffiċjali tal-għassa sussegwenti li jbiddlu l-għassa huma mistrieħa biżżejjed u idonei għall-qadi ta’ dmirijiethom.

2.   L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż ta’ droga u alkoħol, jiżguraw li huma stabbiliti miżuri adegwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-periklu li jiġi mill-għeja tal-baħħara, speċjalment ta’ dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu l-operazzjoni sikura u sigura tal-bastiment.

4.   Il-persuni kollha li huma assenjati d-dmir ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa jew bħala rating li jifforma parti mill-għassa, u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, prevenzjoni ta’ tniġġis u sigurtà, għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn:

(a)

10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa; u

(b)

77 siegħa f’kull perijodu ta’ sebat ijiem.

5.   Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom irid ikun mill-inqas 6 sigħat fit-tul, u l-intervalli bejn perjiodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu aktar minn 14-il siegħa.

6.   Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew f’kondizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perijodi ta’ mistrieħ u ma jwasslux għall-għeja.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-iskedi tal-għassa jitpoġġew f’post li huwa aċċessibbli faċilment. L-iskedi għandhom ikunu stabbiliti f’format standard bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol tal-bastimenti u bl-Ingliż.

8.   Meta baħħar ikun disponibbli għax-xogħol, bħal meta spazju b’makkinarju jkun mingħajr għassa, il-baħħar għandu jkollu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens adegwat jekk il-perijodu normali ta’ mistrieħ jiġi mfixkel mill-fatt li jiġi msejjaħ għax-xogħol.

9.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jinżammu rekords ta’ sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum tal-baħħara f’format standardizzat, bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol u bl-Ingliż, biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-baħħara għandhom jirċievu kopja tar-rekords li jirrigwardaw lilhom, li għandhom ikunu approvati mill-kaptan, jew minn persuna awtorizzata mill-kaptan, u mill-baħħara.

10.   Minkejja r-regoli stipulati fil-paragrafi 3 sa 9, il-kaptan ta’ bastiment għandu jkun intitolat li jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-bastiment, persuni abbord jew merkanzija, jew għall-fini li tingħata assistenza lil bastimenti jew persuni oħra li jkunu f’diffikultà fuq il-baħar. Għaldaqstant, il-kaptan jista’ jissospendi l-iskeda ta’ sigħat ta’ mistrieħ u jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, il-kaptan għandu jiżgura li kwalunkwe baħħar li jkun wettaq xogħol matul perijodu skedat ta’ mistrieħ ikun ipprovdut b’perijodu ta’ mistrieħ adegwat.

11.   B’kont meħud tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 1999/63/KE l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali biex l-awtorità kompetenti, tawtorizza jew tirreġistra ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ fil-punt (b) tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sakemm dak il-perijodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem u bir-rispett tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti iżda jistgħu jieħdu kont ta’ perijodi ta’ mistrieħ aktar frekwenti jew itwal, jew li jagħtu leave b’kumpens lil baħħara tal-għassa jew baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-gwida rigward il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. M’għandhomx ikunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

12.   L-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 11 għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa previst fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perijodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas minn darbtejn it-tul tal-eċċezzjoni.

13.   Fil-qafas ta’ eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmijin fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn tliet perijodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun mill-inqas 6 sigħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perijodi l-oħra ma għandhom ikunu ta’ tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perijodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perijodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem..

14.   Għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż tal-alkoħol, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta’ mhux aktar minn 0,05 % ta’ livell ta’ alkoħol fid-demm (BAC) jew 0,25 mg/l ta’ alkoħol fin-nifs jew kwantità ta’ alkoħol li twassal għal tali konċentrazzjoni ta’ alkoħol għall-kaptani, l-uffiċjali u baħħara oħra waqt it-twettiq ta’ dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u li jirrigwardaw l-ambjent tal-baħar.”

(15)

Fl-Artikolu 17(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

joħorġu ċ-ċertifikati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5;”.

(16)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu tal-Artikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza u ċertifikati ta’ profiċjenza”.

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa mill-Istati Membri u/jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa mill-Istati Membri lill-kaptani u lill-uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti V/1-1 u V/1-2 tal-Konvenzjoni STCW, jistgħu jitħallew iservu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, dment li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza u ċ-ċertifikati ta’ profiċjenza tagħhom permezz tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.”.

(c)

fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu għandu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Stat Membru li jkun biħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u/jew iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza msemmijin fil-paragrafu 1 maħruġin minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu.”;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien 18-il xahar mid-data tat-talba għar-rikonoxximent. L-Istat Membru li jissottometti t-talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz b’mod unilaterali sakemm tittieħed deċiżjoni skont dan il-paragrafu.”.

(17)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentaw id-deċiżjoni.”.

(18)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 2, kull bastiment, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata skont il-Konvenzjoni STCW, jkollhom tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata.”.

(19)

Fl-Artikolu 23(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza skont il-Konvenzjoni STCW ikollu tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza, jew jipprovdi prova dokumentata li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni għand l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera li turi r-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ kompetenza;”.

(20)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Il-kapaċità tal-baħħara tal-bastiment li jżommu standards ta’ għassa u ta’ sigurtà, kif adatt, kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW, għandha tiġi vvalutata skont il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li tali standards mhumiex qed jinżammu minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-bastiment qed jiġi operat b’mod li jippreżenta periklu għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, jew b’tali mod li jikkomprometti s-sigurtà;”.

(21)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Informazzjoni għall-finijiet ta’ statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni elenkata fl-Anness V lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss. Informazzjoni bħal din ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika, u hija esklussivament għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil ta’ politika.

2.   Dik l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni rreġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet tal-proprjetà kollha għall-informazzjoni fil-format tagħha ta’ data mhux ipproċessata. Statistika pproċessata mfassla abbażi ta’ informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tal-informazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri għandhom janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali kif indikat fl-Anness V permezz ta’ software pprovdut jew aċċettat mill-Kummissjoni qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għamdha tuża biss din l-informazzjoni anonimizzata.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analizzar u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jkunu mfasslin f’tali mod li tkun possibbli analiżi bbażata fuq statistika.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati rigward ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta tad-data tal-istatistika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).”.

(22)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 27a, li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta’ kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri kemm-il darba tali atti jkunu limitati li jqisu l-emendi għall-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW u jirrispettaw is-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-data. Atti ddelegati bħal dawn ma għandhomx ibiddlu d-dispożizzjonijiet tal-anonimizzazzjoni tad-data kif meħtieġa mill-Artikolu 25a (3).”.

(23)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta’ Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2017. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delegazjoni ta’ setgħa li jirriferi għaliha l-Artikolu 27 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(24)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1"

(**)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”."

(25)

L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 3, 5, 7, 9 sa 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u l-Anness I, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

(26)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li jkunu bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm approvat ta’ edukazzjoni u taħriġ jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu, jirrikonoxxu u japprovaw, sal-1 ta’ Jannar 2017, ċertifikati ta’ kompetenza skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013.

Sal-1 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jġeddu u jivvalidaw mill-ġdid ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013”.

(27)

L-Artikolu 33 huwa mħassar.

(28)

Dan il-punt ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

(29)

L-Annessi huma emendati kif ġej:

(a)

L-Anness I għad-Direttiva 2008/106/KE huwa sostitwit bl-Anness I għal din id-Direttiva.

(b)

L-Anness II għad-Direttiva 2008/106/KE huwa emendat kif imniżżel fl-Anness II għal din id-Direttiva.

(c)

It-test li jinsab fl-Anness III għal din id-Direttiva huwa miżjud bħala l-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/106/KE, kif emendat mill-punt 26 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Lulju 2014, u, fir-rigward tal-punt 5 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw tali dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 69.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.

(3)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 28.

(4)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(5)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).

(8)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

“ANNESS I

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma supplimentati bid-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2.

2.

Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament jikkostitwixxi wkoll referenza għat-Taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCWIl-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa li għandhom juru l-kandidati għall-ħruġ, u l-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Sabiex tiġi ċċarata l-konnessjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni alternattivi tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-ħiliet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif adatt taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:

(1)

Navigazzjoni;

(2)

Maniġġar u stivar tal-merkanzija;

(3)

Kontroll tal-operat tal-bastiment u kura għall-persuni abbord;

(4)

Inġinerija marittima;

(5)

Inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll;

(6)

Manutenzjoni u tiswija;

(7)

Komunikazzjoni bir-radju,

fil-livelli ta’ responsabbiltà li ġejjin:

(1)

Livell ta’ maniġġar;

(2)

Livell operattiv;

(3)

Livell ta’ appoġġ.

Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati skont is-sottotitoli fit-tabelli tal-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU II

DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA

Regolament II/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment li jbaħħar ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW u huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella li għandu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar;

2.3.

ikun wettaq, matul is-servizz tat-tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa fuq il-pont taħt is-superviżjoni tal-kaptan jew ta’ uffiċjal kwalifikat għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq tad-dmirijiet tar-radju speċifikati skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

2.5.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/1 tal-Kodiċi STCW; u

2.6.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3, u l-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

Regolament II/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed

Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ 3000 tunnellaġġ gross jew iżjed

1.

Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat f’dik il-kapaċità:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala chief mate, mhux inqas minn 12-il xahar; u

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan, mhux inqas minn 36 xahar; madankollu, dan il-perijodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk mhux inqas minn 12-il xahar ta’ tali servizz tat-tbaħħir ikun servihom bħala chief mate; u

2.2.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed.

Kaptan u chief mate fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3000 tunnellaġġ gross

3.

Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

4.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

4.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala chief mate, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed;

4.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar f’dik il-kapaċità; madankollu, dan il-perijodu jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk mhux inqas minn 12-il xahar ta’ tali servizz tat-tbaħħir ikun servihom bħala chief mate; u

4.3.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/2 tal-Kodiċi STCW għal kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross.

Regolament II/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni u ta’ kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross

Bastimenti mhux impenjati fi vjaġġi qrib il-kosta

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għal bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed.

2.

Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għas-servizz bħala kaptan fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross.

Bastimenti impenjati fi vjaġġi qrib il-kosta

Uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni

3.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

4.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib il-kosta għandu:

4.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

4.2.

ikun lesta:

4.2.1.

taħriġ speċjali, inkluż perijodu adatt ta’ servizz tat-tbaħħir approvat kif meħtieġ mill-Istat Membru; jew

4.2.2.

servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-gverta ta’ mhux inqas minn 36 xahar;

4.3.

jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq ta’ dmirijiet tar-radju magħżula skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

4.4.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għal uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjati fi vjaġġi qrib il-kosta; u

4.5.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, il-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, il-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3, u l-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW;

Kaptan

5.

Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

6.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu:

6.1.

jkollu mhux inqas minn 20 sena;

6.2.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni;

6.3.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW għal kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjati fi vjaġġi qrib il-kosta; u

6.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3, u fil-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

Eżenzjonijiet

7.

L-Amministrazzjoni, jekk tqis li d-daqs ta’ bastiment u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġ tiegħu huma tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tat-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW mhux raġonevoli jew imprattikabbli, tista’ sa dak il-punt teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment jew klassi ta’ bastimenti bħal dawn minn uħud mir-rekwiżiti, bil-konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-bastimenti kollha li jistgħu jkunu qed joperaw fl-istess ilmijiet.

Regolament II/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings li jifformaw parti mill-għassa tan-navigazzjoni

1.

Kull rating li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed, minbarra baħħara ordinarji taħt taħriġ u baħħara ordinarji li d-dmirijiet tagħhom matul l-għassa ma jkunux tas-sengħa, għandhom jiġu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 16-il sena;

2.2.

ikun lesta:

2.2.1.

servizz tat-tbaħħir approvat inkluż mhux inqas minn sitt xhur ta’ taħriġ u esperjenza; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord bastiment, inkuż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li għandu jkun ta’ mhux inqas minn xahrejn; u

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tan-navigazzjoni u jinvolvu t-twettiq ta’ dmirijiet imwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-kaptan, tal-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni jew rating kwalifikat.

Regolament II/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings bħala uffiċjali awtorizzati tal-gverta

1.

Kull baħħar awtorizzat tal-gverta li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkun debitament ċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala rating li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni;

2.3.

filwaqt li jkun kwalifikat biex iservi bħala rating li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni, jkollu servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-gverta ta:

2.3.1.

mhux inqas minn 18-il xahar, jew

2.3.2.

mhux inqas minn 12-il xahar u jkun lesta taħriġ approvat; u

2.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ minn Baħrin Awtorizzati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Sal-1 ta’ Jannar 2017, Stat Membru li huwa wkoll parti għall-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Baħħara Awtorizzati, 1946 (Nru 74) jista’ jkompli jġedded u jivvalida mill-ġdid ċertifikati u approvazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq.

5.

Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-gverta għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ tad-direttiva attwali.

KAPITOLU III

DIPARTIMENT TAL-MAGNI

Regolament III/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew inġiniera maħtura biex jaħdmu f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew uffiċjal inġinier maħtur biex jaħdem f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaħħ fuq bastiment tat-tbaħħir li jaħdem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun lesta taħriġ prattiku kombinat fis-sengħa u servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jinkludi taħriġ abbord li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW u huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella jkun lesta taħriġ fis-sengħa ta’ ħanut tax-xogħol kombinat u servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 36 xahar li minnhom mhux inqas minn 30 xahar ikunu servizz tat-tbaħħir fid-dipartiment tal-magni;

2.3.

ikun wettaq, matul is-servizz tat-tbaħħir meħtieġ, dmirijiet ta’ għassa tal-kamra tal-magni taħt is-superviżjoni tal-uffiċjal inġinier prinċipali jew uffiċjal inġinier kwalifikat għal perijodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

2.4.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/1 tal-Kodiċi STCW; u

2.5.

jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3, u fil-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed

1.

Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal tat-tieni grad inġinier fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija fuq bastimenti tat-tbaħħir imħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat f’dik il-kapaċità:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala tieni uffiċjal inġinier, mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal inġinier kwalifikat; u

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier prinċipali, mhux inqas minn 36 xahar, madankollu, dan il-perijodu jista’ jitnaqqas għal mhux inqas minn 24 xahar jekk għal mhux inqas minn 12-il xahar tat-tali servizz tat-tbaħħir ikun serva bħala tieni uffiċjal inġinier; u

2.2.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/2 tal-Kodiċi STCW.

Regolament III/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW

1.

Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 u3 000 kW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija u:

2.1.1.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala tieni uffiċjal inġinier, għandu jkollu mhux inqas minn 12-il xahar ta’ servizz tat-tbaħħir approvat bħala assistent uffiċjal inġinier jew uffiċjal inġinier, u

2.1.2.

għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inġinier prinċipali, għandu jkollu mhux inqas minn 24 xahar ta’ servizz tat-tbaħħir approvat li għal mhux inqas minn 12-il xahar minnhom ikun serva bħala tieni uffiċjal inġinier; u

2.2.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/3 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull uffiċjal inġinier li huwa kkwalifikat biex iservi bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed, jista’ jservi bħala uffiċjal inġinier prinċipali fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ inqas minn 3 000 kW, sakemm iċ-ċertifikat ikun approvat għal dan.

Regolament III/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings li jifformaw parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżula biex iwettqu dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull rating li jifforma parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, minbarra baħħara ordinarji taħt taħriġ u baħħara ordinarji li d-dmirijiet tagħhom mhumiex tas-sengħa, għandhom ikunu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 16-il sena;

2.2.

ikun lesta:

2.2.1.

servizz tat-tbaħħir approvat inkluż mhux inqas minn sitt xhur ta’ taħriġ u esperjenza; jew

2.2.2.

taħriġ speċjali, jew qabel it-tbaħħir jew abbord bastiment, inkuż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li ma għandux ikun inqas minn xahrejn; u

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tal-kamra tal-magni u jinvolvu t-twettiq tad-dmirijiet taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal inġinier kwalifikat jew rating kwalifikat.

Regolament III/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings bħala ratings awtorizzati f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ

1.

Kull baħħar awtorizzat tal-magni fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni bħala rating li jifforma parti mill-għassa f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ;

2.3.

filwaqt li jkun kwalifikat biex iservi bħala rating li jifforma parti mill-għassa tal-inġinerija, jkollu servizz tat-tbaħħir approvat fid-dipartiment tal-magni ta’:

2.3.1.

mhux inqas minn 12-il xahar, jew

2.3.2.

mhux inqas minn 6 xhur u jkun lesta taħriġ approvat; u

2.4.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mir-ratings fid-dipartiment tal-magni għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jinħtieġ jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-magni għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Regolament III/6

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjal elettrotekniku

1.

Kull uffiċjal elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun lesta mhux inqas minn 12-il xahar ta’ taħriġ fil-ħiliet tal-ħanut tax-xogħol kombinat u servizz tat-tbaħħir approvat li mhux inqas minn 6 xhur minnhom ikunu servizz tat-tbaħħir bħala parti minn programm ta’ taħriġ approvat li jissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW u li huwa dokumentat f’reġistru tat-taħriġ approvat, jew inkella mhux inqas minn 36 xahar ta’ taħriġ fil-ħiliet tal-ħanut tax-xogħol kombinat u servizz tat-tbaħħir approvat li mhux inqas minn 30 xahar minnhom jkunu servizz tat-tbaħħir fid-dipartiment tal-magni;

2.3.

ikun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW; u

2.4.

jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-VI/1, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2, fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3 u fil-paragrafi 1 sa 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-uffiċjali elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa li jeħtieġ dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti abbord bastiment għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u jilħqu l-istandard tal-kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW.

5.

Minkejja r-rekwiżiti msemmija hawn fuq tal-Paragrafi 1 sa 4, persuna kwalifikata kif adatt tista’ titqies minn Stat Membru bħala kapaċi li twettaq ċerti funzjonijiet tat-Taqsima A-III/6.

Regolament III/7

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ rating elettrotekniku

1.

Kull rating elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat.

2.

Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

2.2.

ikun lesta servizz tat-tbaħħir approvat inkluż taħriġ u esperjenza ta’ mhux inqas minn 12-il xahar, jew

2.3.

ikun lesta taħriġ approvat, inkluż perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir li ma għandux ikun ta’ inqas minn 6 xhur; jew

2.4.

ikollu kwalifiki li jissodisfaw il-kompetenzi tekniċi fit-Tabella A-III/7 tal-Kodiċi STCW u perijodu approvat ta’ servizz tat-tbaħħir, li ma għandux ikun ta’ inqas minn 3 xhur; u

2.5.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW;

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mir-ratings elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu.

4.

Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti abbord bastiment għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u jilħqu l-istandard tal-kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW.

5.

Minkejja r-rekwiżiti msemmija hawn fuq tal-Paragrafi 1 sa 4, persuna kwalifikata kif adatt tista’ titqies minn Stat Membru bħala kapaċi li twettaq ċertu funzjonijiet tat-Taqsima A-III/7.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U OPERATURI TAR-RADJU

Nota ta’ spjegazzjoni

Id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mal-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti dwar ir-Radju u f’SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti f’SOLAS 74, kif emendata, u l-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

Regolament IV/1

Applikazzjoni

1.

Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu japplikaw għall-operaturi tar-radju fuq bastimenti li joperaw fis-Sistema Globali ta’ Salvataġġ u Sikurezza Marittima (GMDSS) kif preskritt mis-SOLAS 74, kif emendata.

2.

L-operaturi tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawn il-bastimenti, madankollu, huma meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati adatti kif preskritt mir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju.

Regolament IV/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ operaturi tar-radju tal-GMDSS

1.

Kull persuna responsabbli għal jew li twettaq dmirijiet tar-radju fuq bastiment meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat adatt relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Istat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju.

2.

Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kompetenza skont dan ir-regolament għas-servizz fuq bastiment li hu meħtieġ minn SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:

2.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena; u

2.2.

jkun lesta edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-IV/2 tal-Kodiċi STCW.

KAPITOLU V

REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ BASTIMENTI

Regolament V/1-1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u ratings fuq tankers taż-żejt u tal-kimika

1.

L-uffiċjali u r-ratings assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika għandu jkun lesta taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun lesta:

2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-V/1-1, il-paragrafu 1 tal-Kodiċi STCW; jew

2.2.

taħriġ bażiku approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A-V/1-1 tal-Kodiċi STCW.

3.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers taż-żejt għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt.

4.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt għandu:

4.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika; u

4.2.

filwaqt li kwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika jkollu:

4.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers taż-żejt, jew

4.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-kimika f’kapaċità supernumerarja li tinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u hija dokumentata f’reġistru tat-taħriġ approvat filwaqt li jittieħed kont tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW; u

4.3.

ikun lesta taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-V/1-1 tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika.

6.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika għandu:

6.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika; u

6.2.

filwaqt li kwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika jkollu:

6.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-kimika, jew

6.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-kimika f’kapaċità supernumerarja li tinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u hija dokumentata f’reġistru tat-taħriġ approvat filwaqt li jittieħed kont tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW; u

6.3.

ikun lesta taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-V/1-1 tal-Kodiċi STCW.

7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat ta’ profiċjenza jinħareġ lill-baħħara, li huma kwalifikati skont il-paragrafi 2, 4 jew 6 kif adatt, jew li ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti jkun debitament approvat.

Regolament V/1-2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u ratings fuq tankers tal-gass likwifikat

1.

Uffiċjali u ratings assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu jkun lesta taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun lesta:

2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A-V/1-2 tal-Kodiċi STCW; jew

2.2.

taħriġ bażiku approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A-V/1-2 tal-Kodiċi STCW.

3.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat.

4.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu:

4.1.

jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat; u

4.2.

filwaqt li jkun ikkwalifikat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat ikollu:

4.2.1.

mill-inqas tliet xhur ta’ servizz tat-tbaħħir approvat fuq tankers tal-gass likwifikat, jew

4.2.2.

mill-inqas xahar ta’ taħriġ abbord approvat fuq tankers tal-gass likwifikat f’kapaċità supernumerarja li tinkludi mill-inqas tliet operazzjonijiet ta’ tagħbija u tlieta ta’ ħatt u hija dokumentata f’reġistru tat-taħriġ approvat b’konsiderazzjoni tal-gwida fit-Taqsima B-V/1 tal-Kodiċi STCW; u

4.3.

ikun lesta taħriġ avvanzat approvat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat u jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-V/1-2 tal-Kodiċi STCW.

5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat ta’ profiċjenza jinħareġ lill-baħħara, li huma kkwalifikati skont il-paragrafi 2 jew 4 kif xieraq, jew li ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti jkun debitament approvat.

Regolament V/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali, ratings u persunal ieħor fuq bastimenti tal-passiġġieri

1.

Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, ir-ratings u persunal ieħor li jservu abbord bastimenti tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jservi fuq bastimenti tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi.

2.

Qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet abbord il-bastimenti tal-passiġġieri, il-baħħara jridu jkunu lestew it-taħriġ meħtieġ mill-Paragrafi 4 sa 7 hawn taħt skont il-kapaċitajiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

3.

Il-baħħara li huma meħtieġa jkunu mħarrġa skont il-Paragrafi 4, 6 u 7 għandhom, f’intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin, iwettqu taħriġ ta’ aġġornament jew ikunu meħtieġa jipprovdu evidenza li jkunu kisbu l-istandard meħtieġ ta’ kompetenza fil-ħames snin preċedenti.

4.

Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor innominati fuq listi tal-uffiċjali li jissejjaħ biex jassisti l-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri għandhom ikunu lestew taħriġ fl-immaniġġar tal-folla kif speċifikat fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lill-passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri abbord bastimenti tal-passiġġieri jridu jkunu lestew taħriġ tas-sikurezza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW.

6.

Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna nnominata fuq listi tal-uffiċjali bir-responsabbiltà għas-sigurtà tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri jridu jkunu lestew taħriġ approvat fil-maniġġar ta’ kriżijiet u l-imġiba tal-bnedmin kif speċifikat fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW.

7.

Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna mogħtija r-responsabbiltà immedjata għall-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, it-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tal-merkanzija, jew l-għeluq tal-ftuħ tal-buq abbord bastimenti tal-passiġġieri ro-ro jridu jkunu lestew taħriġ approvat fis-sikurezza tal-passiġġieri, fis-sikurezza tal-merkanzija u fl-integrità tal-buq kif speċifikat fil-paragrafu 4 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW.

8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza dokumentarja tat-taħriġ li jkun ġie kompletat tinħareġ għal kull persuna li tinsab li hija kkwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.

KAPITOLU VI

EMERĠENZA, SIKUREZZA OKKUPAZZJONALI, SIGURTÀ, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA

Regolament VI/1

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-familjarizzazzjoni mas-sikurezza, it-taħriġ u l-istruzzjoni bażiċi għall-baħħara kollha

1.

Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ jew istruzzjoni bażika skont it-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard adatt ta’ kompetenza speċifikat fiha.

2.

Meta t-taħriġ bażiku mhuwiex inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ bażiku.

Regolament VI/2

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza fid-dgħajjes ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ

1.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:

1.1.

jkollu mhux inqas minn 18-il sena;

1.2.

ikollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar jew ikun attenda kors tat-taħriġ approvat u jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn sitt xhur; u

1.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza fid-dgħajjes tas- sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ kif speċifikat fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/2 tal-Kodiċi STCW.

2.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:

2.1.

ikun detentur ta’ ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ;

2.2.

ikun attenda kors tat-taħriġ approvat; u

2.3.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikati ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ kif speċifikat fil-paragrafi 7 sa 10 tat-Taqsima A-VI/2 tal-Kodiċi STCW.

Regolament VI/3

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat

1.

Il-baħħara maħtura biex jikkontrollaw l-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar għandhom ikunu lestew b’suċċess taħriġ avvanzat fit-tekniki għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiki u l-kmand skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fihom.

2.

Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat mhuwiex inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat.

Regolament VI/4

Rekwiżiti minimi obbligatorji relatati mal-ewwel għajnuna medika u l-kura medika

1.

Il-baħħara maħtura biex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika speċifikat fil-paragrafi 1, 2 u 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

2.

Il-baħħara maħtura biex ikunu responsabbli għall-kura medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika abbord il-bastimenti speċifikat fil-paragrafi 4, 5 u 6 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW.

3.

Meta t-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika.

Regolament VI/5

Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza għall-uffiċjali tas-sigurtà ta’ bastiment

1.

Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment għandu:

1.1.

jkollu servizz tat-tbaħħir approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar jew servizz tat-tbaħħir adatt u għarfien tal-operazzjonijiet ta’ bastiment; u

1.2.

jissodisfa l-istandard ta’ kompetenza għaċ-ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment, kif speċifikat fil-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/5 tal-Kodiċi STCW.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tinstab li hija kwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tingħata ċertifikat ta’ profiċjenza.

Regolament VI/6

Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà għall-baħħara kollha

1.

Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni relatata mas-sigurtà u taħriġ jew struzzjoni fl-għarfien dwar is-sigurtà skont il-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard adatt ta’ kompetenza speċifikat fiha.

2.

Meta l-għarfien dwar is-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-għarfien dwar is-sigurtà.

3.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna t-taħriġ jew l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà li jeħtieġ mill-baħħara li għandhom jew li jistgħu jiddokumentaw kwalifiki qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ma’ dawk speċifikati fil-paragrafu 4 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn li jeħtieġ lil dawn il-baħħara jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom.

Baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà

4.

Il-baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafi 6 sa 8 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW.

5.

Meta t-taħriġ fi dmirijiet magħżula tas-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ għal dmirijiet tas-sigurtà magħżula.

6.

Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards tat-taħriġ fis-sigurtà meħtieġa mill-baħħara mad-dmirijiet magħżula tas-sigurtà li għandhom jew li jistgħu jiddokumentaw kwalifiki qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ma’ dawk speċifikati fil-paragrafu 8 tat-Taqsima A-VI/6, tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn li jeħtieġ lil dawn il-baħħara jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom.

KAPITOLU VII

ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA

Regolament VII/1

Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk imsemmija fir-regolamenti ta’ dawk il-kapitoli, sakemm:

1.1.

il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà assoċjati li jridu jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fl-approvazzjonijiet jintgħażlu minn u jkunu identiċi għal dawk li jidhru fit-Taqsimiet A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4, A-II/5, A-III/1, A-III/2, A-III/3, A-III/4, A-III/5, u A-IV/2 tal-Kodiċi STCW;

1.2.

il-kandidati jkunu lestew edukazzjoni u taħriġ approvati u jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-istandards ta’ kompetenza, preskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Kodiċi STCW u kif stipulat fit-Taqsima A-VII/1 ta’ dan il-Kodiċi, għall-funzjonijiet u l-livelli li huma ddikjarati fuq iċ-ċertifikati u fl-approvazzjonijiet;

1.3.

il-kandidati jkunu lestew servizz tat-tbaħħir approvat adatt għat-twettiq tal-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu ddikjarati fuq iċ-ċertifikat. Id-dewmien minimu tas-servizz tat-tbaħħir għandu jkun ekwivalenti għad-dewmien tas-servizz tat-tbaħħir preskritt fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness. Madankollu, id-dewmien minimu tas-servizz tat-tbaħħir ma għandux ikun inqas minn dak preskritt fit-Taqsima A-VII/2 tal-Kodiċi STCW;

1.4.

il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni li jridu jwettqu l-funzjoni tan-navigazzjoni fil-livell operattiv għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tar-regolamenti fil-Kapitolu IV, kif adatt, għat-twettiq tad-dmirijiet magħżula tar-radju skont ir-Regolamenti dwar ir-Radju;

1.5.

iċ-ċertifikati jinħarġu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Kodiċi STCW.

2.

L-ebda ċertifikat ma għandu jinħareġ taħt dan il-Kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni.

Regolament VII/2

Ċertifikazzjoni tal-baħħara

Kull baħħar li jwettaq kwalunkwe funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4 jew A-II/5 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/3, jew A-III/4 jew A-III/5 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal-Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, kif applikabbli.

Regolament VII/3

Prinċipji li jirregolaw il-kwistjoni ta’ ċertifikati alternattivi

1.

Stat Membru li jagħżel li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:

1.1.

l-ebda sistema alternattiva ta’ ċertifikazzjoni ma għandha tiġi implimentata sakemm ma tiżgurax livell ta’ sikurezza fuq il-baħar u jkollha effett preventiv fir-rigward tat-tniġġis mill-inqas ekwivalenti għal dak previst mill-kapitoli l-oħra; u

1.2.

kwalunkwe arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva maħruġa skont dan il-kapitolu għandu jipprovdi biex iċ-ċertifikati jkunu interkambjabbli ma’ dawk maħruġa skont il-kapitoli l-oħra.

2.

Il-prinċipju ta’ interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:

2.1.

il-baħħara ċċertifikati skont l-arranġamenti tal-Kapitoli II u/jew III u dawk iċċertifikati skont il-Kapitolu VII jistgħu jservu fuq bastimenti li għandhom forom tradizzjonali jew forom oħra ta’ organizzazzjoni abbord; u

2.2.

il-baħħara mhumiex imħarrġa għal arranġamenti abbord speċifiċi f’mod li jista’ jfixkel il-kapaċità tagħhom li jieħdu l-ħiliet tagħhom band’oħra.

3.

Meta jinħareġ kwalunkwe ċertifikat skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-prinċipji li ġejjin:

3.1.

il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi ma għandux jintuża:

3.1.1.

biex inaqqas l-għadd tal-ekwipaġġ abbord;

3.1.2.

biex inaqqas l-integrità tal-professjoni jew “inaqqas il-ħiliet” tal-baħħara; jew

3.1.3.

biex jiġġustifika l-għoti tad-dmirijiet kombinati tal-uffiċjali tal-għassa tal-magna u tal-gverta lil detentur ta’ ċertifikat uniku matul kwalunkwe għassa partikolari; u

3.2.

il-persuna fil-kmand għandha tkun magħżula bħala l-kaptan u l-pożizzjoni legali u l-awtorità tal-kaptan u ta’ oħrajn ma għandhomx jiġu affettwati ħażin mill-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe arranġament għal ċertifikazzjoni alternattiva.

4.

Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li tinżamm il-kompetenza kemm tal-uffiċjali tal-gverta kif ukoll tal-uffiċjali inġiniera.’


ANNESS II

Il-Punt 3 tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru konċernat, ikkonfermat, permezz ta’ evalwazzjoni ta’ dik il-Parti, li tista’ tinkludi spezzjoni tal-faċilitajiet u l-proċeduri, li hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW fir-rigward tal-istandards tal-kompetenza, tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni u l-istandards tal-kwalità.”.


ANNESS III

“ANNESS V

TIP TA’ INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI GĦAL FINIJIET STATISTIĊI

1.

Meta ssir referenza għal dan l-Anness, l-informazzjoni li ġejja speċifikata fil-paragrafu 9 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom, l-approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra, għandha tingħata u fejn indikat b’(*) din l-għotja għandha tkun f’forma anonimizzata kif meħtieġ mill-Artikolu 25a (3):

Ċertifikati ta’ kompetenza (CoC)/Approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom (EaI):

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli*;

isem tal-baħħar*;

data tat-twelid tal-baħħar;

nazzjonalità tal-baħħar;

sess tal-baħħar;

numru approvat tas-CoC*;

numru tal-EaI*;

kapaċità(jiet);

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument;

data tal-iskadenza;

status taċ-ċertifikat;

limitazzjonijiet.

Approvazzjonijiet li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra (EaR):

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli*;

isem tal-baħħar*;

data tat-twelid tal-baħħar;

nazzjonalità tal-baħħar;

sess tal-baħħar;

pajjiż li ħareġ is-CoC oriġinali;

numru oriġinali tas-CoC*;

numru tal-EaR*;

kapaċità(jiet);

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument;

data tal-iskadenza;

status tal-approvazzjoni;

limitazzjonijiet.

2.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza (CoP) maħruġa lil ratings skont il-Kapitoli II, III u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħal:

identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli*;

isem tal-baħħar*;

data tat-twelid tal-baħħar;

nazzjonalità tal-baħħar;

sess tal-baħħar;

numru tal-CoP*;

kapaċità(jiet);

data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tal-validazzjoni mill-ġdid tad-dokument;

data tal-iskadenza;– status tal-CoP.”.


Upp