This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0541
Commission Implementing Regulation (EU) No 541/2011 of 1 June 2011 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 implementing Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council as regards the list of approved active substances Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal- 1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2011 tal- 1 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 153, 11.6.2011, p. 187–188
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/187 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 541/2011
tal-1 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tas-sustanzi attivi approvati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li jiġu elenkati s-sustanzi attivi li huwa meqjus li għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u s-sustanzi attivi approvati skont dak ir-Regolament f'Partijiet separati tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2). |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Is-sustanzi attivi, kif inhu stipulat fil-Parti A tal-Anness, għandhom jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness.” |
(2) |
L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għanu jibda japplika mill-14 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fit-titolu tal-Anness il-kliem “SUSTANZI ATTIVI APPROVATI GĦALL-UŻU FIL-PRODOTTI TA' PROTEZZJONI TAL-PJANTI” għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “PARTI A Sustanzi attivi li huma meqjusa li ġew approvati skont ir-regolament (KE) Nru 1107/2009” |
(2) |
Il-kliem “Dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għas-sustanzi kollha elenkati f'dan l-Anness:” għandu jiġi sostitwit b'“Dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għas-sustanzi kollha elenkati f'din il-Parti:” |
(3) |
Il-Parti B li ġejja għandha tiġi miżjuda: “PARTI B Sustanzi attivi approvati skont ir-regolament (KE) Nru 1107/2009 Id-dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għas-sustanzi kollha elenkati f'din il-Parti:
|
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.”