This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0787
2011/787/EU: Commission Implementing Decision of 29 November 2011 authorising Member States temporarily to take emergency measures against the dissemination of Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. as regards Egypt (notified under document C(2011) 8618)
2011/787/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2011 li tawtorizza l-Istati Membri jieħdu temporanjament miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fir-rigward tal-Eġittu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8618)
2011/787/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2011 li tawtorizza l-Istati Membri jieħdu temporanjament miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fir-rigward tal-Eġittu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8618)
ĠU L 319, 2.12.2011, p. 112–115
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/112 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2011
li tawtorizza l-Istati Membri jieħdu temporanjament miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fir-rigward tal-Eġittu
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8618)
(2011/787/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità a’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (magħrufa wkoll bħala Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith) huwa organiżmu ta’ ħsara għat-tuberi tas-Solanum tuberosum L.u dan huwa suġġett għal miżuri provduti fid-Direttiva 2000/29/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al (2). |
(2) |
Wara intercettazzjonijiet fl-Unjoni tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fuq it-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġina fl-Eġittu, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/4/KE tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu Dik id-Deċiżjoni pprojbiet id-dħul fl-Unjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġina fl-Eġittu sakemm ma kienx hemm konformità ma’ ċerti rekwiżiti. |
(3) |
F’dawn l-aħħar snin kien hemm interċettazzjonijiet oħra tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. fuq it-tuberi tas-Solanum tuberosum L li joriġinaw fl-Eġittu (3). Għalhekk, il-miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat għandhom ikomplu jibqgħu fis-seħħ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu. |
(4) |
Madankollu, dawk il-miżuri ta’ emerġenza għandhom jiġu adattati biex jirrispondu għal sitwazzjoni li tjiebet b’riżultat ta’ azzjonijiet meħuda mill-Eġittu, b’mod partikolari reġim ta’ kontroll għall-produzzjoni u l-esportazzjoni ta’ tuberi tas-Solanum tuberosum L. għall-Unjoni ppreżentat mill-Eġittu. Barra minn hekk, matul l-istaġun tal-importazzjoni 2010/2011 l-ebda interċettazzjoni tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al ma kienet reġistrata fl-Unjoni. |
(5) |
Għalhekk, id-dħul fl-Unjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu għandu jkun permess jekk dawn tkabbru f’ċerti żoni stabbiliti mill-Eġittu f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista ta’ dawn iż-żoni, ippreżentata mill-Eġittu, lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jwettqu kontrolli ta’ importazzjoni u jippermettu t-traċċabilità tal-konsinni. Għandha ssir dispożizzjoni għall-aġġornament ta’ dik il-lista fil-każ tal-interċettazzjoni tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ kontroll tal-Unjoni għall-importazzjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu għandhom ikunu limitati għal reġim ta’ spezzjoni intensiva mal-wasla ta’ dawk it-tuberi fl-Unjoni. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra, wara kull staġun ta’ importazzjoni, informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet li saru sabiex l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun eżaminta. |
(7) |
Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-Deċiżjoni Nru 2004/4/KE għandha għalhekk titħassar u tinbidel b’din id-Deċiżjoni. |
(8) |
Hu neċessarju li tkun preveduta il-possibilità ta’ reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Żoni ħielsa mill-insetti
1. Id-dħul fit-territorju fl-Unjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu għandu jitħalla jekk dawn jkunu tkabbru f’żoni inklużi fil-lista ta’ żoni ħielsa mill-insetti msemmija fil-paragrafu 2 u jekk hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri lista ta’ żoni ħielsa mill-insetti ppreżentata mill-Eġittu qabel kull staġun tal-importazzjoni li fiha ż-żoni ħielsa mill-insetti stabbiliti b’konformità mal-“FAO International Standard for Phytosanitary Measures No 4: Pest Surveillance - Requirements for the Establishment of Pest-Free Areas”.
3. Meta interċettazzjoni tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. hija notifikata lill-Kummisjsoni u lill-Eġittu, iż-żona li fiha jkunu oriġinaw it-tuberi tas-Solanum tuberosum L. interċettati għandha tkun eskluża mil-lista ta’ żoni ħielsa mill-insetti, imsemmija fil-paragrafu 2 sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Eġittu. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet u, jekk rilevanti, lista aġġornata taż-żoni ħielsa mill-insetti, kif ippreżentata mill-Eġittu.
Artikolu 2
Sottomissjoni ta’ informazzjoni u notifiki
1. L-Istati Membri li jimportaw għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, kull sena qabel il-31 ta’ Awwissu, l-informazzjoni dwar l-ammonti importati skont din id-Deċiżjoni matul l-istaġun ta’ importazzjoni preċedenti, rapport tekniku dettaljat dwar l-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 4 tal-Anness u ttestjar fuq infezzjoni moħbija msemmija fil-punt 5 tal-Anness u kopji taċ-ċertifikati fitosanitarji kollha uffiċjali.
2. Meta l-Istati Membri jinnotifkaw lill-Kummissjoni b’suspett jew jikkonfermaw sejba tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. b’konformità mal-punt 6 tal-Anness, dik in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn kopji taċ-ċertifikati fitosanitarji uffiċjali u d-dokumenti mehmużin tagħhom.
3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkopri biss il-konsinna meta din tkun magħmula minn lottijiet li kollha għandhom l-istess prevenjenza.
Artikolu 3
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija revokata.
Artikolu 4
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ Settembru 2012.
Artikolu 5
Indirizzi
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1.
ANNESS
Ir-rekwiżiti li jridu jkunu sodisfatti, kif imsemmija fl-Artikolu 1, flimkien mar-rekwiżiti għat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. stabbiliti fil-partijiet A u B tal-Annessi I, II u IV tad-Direttiva 2000/29/KE:
1. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw iż-żoni ħielsa mill-insetti
Iż-żoni ħielsa mill-insetti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu magħmula jew minn “settur” (unità amministrattiva diġà stabbilita li tkopri grupp ta’ “baċiri”) jew “baċir” (unità ta’ irrigazzjoni) u għandhom ikunu identifikati min-numri tal-kodiċi uffiċjali individwali.
2. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li jridu jkunu importati
2.1. |
It-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li jrid jkun ġew importati fl-Unjoni għandhom ikunu sottomessi għal reġim ta’ kontroll intensiv fl-Eġittu li jiżgura l-assenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. Ir-reġim ta’ kontroll intensiv għandu jkopri l-kondizzjonijiet tat-tkabbir, l-ispezzjonijiet tal-għelieqi, it-trasport, l-ippakkjar, l-ispezzjonijiet ta’ qabel l-esportazzjoni u l-ittestjar. |
2.2. |
It-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li jridu jkun ġew importati fl-Unjoni għandhom ikunu:
|
3. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-punti tad-dħul
3.1. |
L-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bil-punti tad-dħul awtorizzati għall-importazzjoni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjal responsabbli inkarigat minn kull punt. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Eġittu b’dan. |
3.2. |
Il-korp uffiċjali responsabbli li jieħu ħsieb il-punt tad-dħul irid ikun ġie notifikat minn qabel biż-żmien li fih x’aktarx jaslu l-kunsinni tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Eġittu kif ukoll bl-ammont relatat; |
4. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet
4.1. |
Fil-punt tad-dħul, tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. għandhom ikunu soġġetti għall-spezzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 13a(1)(b) tad-Direttiva 2000/29/KE, u spezzjonijiet bħal dawn, għandhom isiru fuq it-tuberi maqtugħa ta’ kampjuni ta’ mill-anqas 200 tuberi kull wieħed, meħuda minn kull lott f’kunsinna, jew jekk il-lott jeċċedi 25 tunnellata, minn kull 25 tunnellata jew parti minnu f’tali lott. |
4.2. |
Kull lott ta’ kunsinna għandu jibqa’ taħt kontroll uffiċjali u ma jistax jitqiegħed fis-suq jew użat sakemm ikun stabbilit li l-preżenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. ma kinitx suspettata jew skoperta f’dawk l-ispezzjonijiet. Barra minn hekk, f’każi fejn sintomi tipiċi jew suspetti r-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. ikunu skoperti f’lott, il-lottijiet kollha li jibqgħu fil-kunsinna in kwistjoni u l-lottijiet f’kunsinni oħra li joriġinaw mill-istess żona għandhom ikunu miżmuma taħt kontroll uffiċjali sakemm il-preżenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. tkun ġiet konfermata jew rifjutata fil-lott inkwistjoni. |
4.3. |
Jekk jiġu skoperti sintomi tipiċi jew suspetti tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. waqt l-ispezzjonijiet, il-konferma jew ir-rifjut tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. għandha tkun determinata mill-ittestjar f’konformità mal-iskema tat-testijiet stabbilita fid-Direttiva 98/57/KE. Jekk il-preżenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. hija konfermata, il-lott li minnu ttieħed il-kampjun għandu jkun soġġettat jew għar-rifjut jew għall-permess biex jintbaghat lejn destinazzjoni barra mill-Unjoni, jew għall-qerda, il-bqija tal-lottijiet fil-kunsinna mill-istess żona għandhom ikunu ttestjati skont il-punt 5. |
5. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-ittestjar għal infezzjoni moħbija
5.1. |
Barra mill-ispezzjonijiet imsemmija f’punt 4, l-ittestjar għal infezzjoni moħbija għandu jitwettaq fuq kampjuni minn kull żona kif speċifikat fil-punt 1 skont l-iskema tat-testijiet stabbilita fid-Direttiva 98/57/KE. Matul l-istaġun tal-importazzjoni għandu jittieħed ta’ mill-inqas kampjun wieħed minn kull settur jew baċir kull żona kif speċifikat fil-punt 1 b’rata ta’ 200 tuberi kull kampjun. Il-kampjun magħżul għall-infezzjoni moħbija għandu jkun suġġett għal spezzjoni tat-tuberi maqtugħin. Għal kull kampjun ittestjat u konfermat pożittiv għandu jkun hemm żamma u konservazzjoni xierqa ta’ xi fdalijiet ta’ estratt ta’ patata. |
5.2. |
Kull lott li minnu jkunu ttieħdu l-kampjuni għandu jibqa’ taħt kontroll uffiċjali u ma jistax jitqiegħed fis-suq jew jintuża sakemm ikun ġie stabbilit li l-preżenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. ma tkunx ġiet konfermata fl-ittestjar. Jekk il-preżenza tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. tkun konfermata, il-lott li minnu l-kampjun ikun ittieħed għandu jkun soġġett jew għar-rifjut jew għall-permess biex jintbagħtu prodotti lejn destinazzjoni ‘l barra mill-Unjoni, jew għall-qerda. |
6. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw in-notifiki
Fil-każ ta’ sejbiet suspetti u konfermati tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eġittu immedjatament bihom; In-notifika ta’ sejba suspetta għandha tkun fuq bażi ta’ riżultat pożittiv fit-testij(iet) ta’ għarbiel rapidi kif speċifikat fil-punt 1 tat-taqsima I u t-taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 98/57/KE, jew it-test(ijiet) għarbiel kif speċifikat fil-punt 2 tat-taqsima I u tat-taqsima III tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.
7. Rekwiżiti dwar it-tikkettjar
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti ta’ tikkettjar xieraq fir-rigward tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L., inkluż rekwiżit li jindika l-oriġini Eġizzjana, bl-għan li jkun evitat li t-tuberi tas-Solanum tuberosum L. jinżergħu. Dawn għandhom jieħdu miżuri xierqa għar-rimi tal-iskart wara l-ippakkjar u l-ipproċessar tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. biex ikun evitat kull tifrix tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. bħala riżultat ta’ infezzjoni moħbija possibbli.