This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1324
Council Regulation (EC, Euratom) No 1324/2008 of 18 December 2008 adjusting, from 1 July 2008 , the rate of contribution to the pension scheme of officials and other servants of the European Communities
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1324/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jaġġusta mill- 1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1324/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jaġġusta mill- 1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU L 345, 23.12.2008, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/17 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1324/2008
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u partikolarment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Konformement mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2008, rapport dwar l-evalwazzjoni attwarja tal-2008 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Joħroġ minn dik l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 10,9 % tas-salarju bażiku. |
(2) |
Bil-ħsieb li jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, r-rata tal-kontribuzzjoni għanda għalhekk tiġi aġġustata għal 10,9 % tas-salarju bażiku. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rata tal-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dak l-Anness u għandha għalhekk tiġi aġġustata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għanda tkun 10,9 %.
Artikolu 2
Mill-1 ta’ Jannar 2009, ir-rata fl-Artikoli 4(1) u 8 ta’ Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u fl-Artikolu 110(3) rispettivament tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra, għall-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun 3,1 %.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER