Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1291

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 340, 19.12.2008, p. 22–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1291/oj

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tjue u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(3) l-Artikolu 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikoli 26 u 27a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (3), b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir transitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (4) jipprovdi li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss fi jew fi transitu mill-Komunità mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn il-komoditajiet, filwaqt li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjawhom huma stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jipprovdi li, fejn fiċ-ċertifikat hemm ħtieġa għal programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur, il-komoditajiet għandhom ikunu importati biss fil-Komunità minn dawk il-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti li għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur kellhom fis-seħħ tali programm u sakemm dan il-programm jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dak l-Artikolu u huwa indikat fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(3)

Il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċili, il-Kroazja, l-Afrika t’Isfel, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika ssottomettew il-programmi tagħhom ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni biex tevalwawhom. Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-programmi u dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, dawk il-programmi għandhom jiġu indikati fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula r-regoli għall-kontroll tas-Salmonella u ta’ aġenti żootiċi oħra f’popolazzjonijiet differenti ta’ tjur fil-Komunità. Dan jipprovdi għall-miri Komunitarji biex il-prevalenza tas-serotipi kollha tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika titnaqqas minn popolazzjonijiet differenti ta’ tjur. Mid-dati msemmija fl-Anness I, il-kolonna 5 ta’ dak ir-Regolament, l-aċċettazzjoni jew iż-żamma fil-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-liġi Komunitarja, għall-ispeċi jew il-kategoriji rilevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jimportaw dawk l-annimali jew il-bajd tat-tfaqqis koperti b’dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ kontroll li l-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti lill-Kummissjoni. Tali programm għandu jkun ekwivalenti għal dawk sottomessi mill-Istati Membri u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Il-Kroazja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll fis-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom u fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir u biex ibidu. Dawn il-programmi jfornu garanziji ekwivalenti għall-garanziji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dawn għandhom ikunu approvati.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE (5) approvat il-programmi ta’ kontroll li ssottomettew l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżrael, il-Kanada u t-Tuneżija fir-rigward tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tat-tgħammir. L-Istati Uniti tal-Amerika issa ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programm addizzjonali tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fil-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għall-bajd jew għas-simna. Dan il-programm iforni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dan għandu jkun approvat. L-Iżrael iċċara li l-programm tiegħu għall-kontroll tas-Salmonella japplika biss għall-katina tal-produzzjoni tal-laħam tal-brojler.

(7)

Fil-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (6), l-Isvizzera ssottimettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom, fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers. Dawk il-programmi jfornu garanziji simili għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan għandu għaldaqstant ikun rifless fil-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(8)

Ċerti pajjiżi terzi oħra li bħalissa huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għadhom ma ressqu l-ebda programm ta’ kontroll tas-Salmonella lill-Kummissjoni, jew il-programmi mressqa diġà ma jipprovdux garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Peress li r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tjur tat-tgħammir u tjur produttiv tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tagħhom u l-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandhom japplikaw fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2009, l-importazzjonijiet ta’ dawn it-tjur jew il-bajd għandhom, għalhekk, ma jkunux aktar awtorizzati minn dawk il-pajjiżi terzi wara dik id-data. Għalhekk, il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tkun emendata kif jixraq.

(9)

Sabiex ikunu pprovduti garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-pajjiżi terzi, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, għandhom jiċċertifikaw li l-programm ta’ kontroll tas-Salmonella ġie applikat għall-qatgħa tal-oriġini u li l-qatgħa ġiet ittestjata għall-preżenza tas-serotipi tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 tal-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti għall-użu ta’ metodi speċifiċi ta’ kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (7) jistabbilixxi ċerti regoli għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll.

(11)

Il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw it-tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għandhom jiċċertifikaw li r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini previsti fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006 ikunu ġew applikati. Jekk intużaw l-antimikrobiċi għal finijiet oħra minflok għall-kontroll tas-Salmonella, billi dan l-użu jista’ jinfluwenza l-ittestjar għas-Salmonella fl-importazzjoni, dan għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat veterinarju. Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni tat-tjur għall-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa minbarra għasafar li ma jtirux kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programmi ta’ kontroll sottomessi mill-Kroazja lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008 skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qed ikunu approvati fir-rigward tas-Salmonella fit-tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tat-tfaqqis tagħhom, tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tal-ikel tagħhom u flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd.

Artikolu 2

Il-programm ta’ kontroll sottomess mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2006 skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qed ikun approvat fir-rigward tas-Salmonella fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għall-bajd jew għas-simna.

Artikolu 3

Il-programmi ta’ kontroll sottomessi mill-Isvizzera lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2008 jfornu garanziji simili għal dawk previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tat-tfaqqis tagħhom, tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tal-ikel tagħhom, u flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers.

Artikolu 4

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.

(6)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(7)  ĠU L 212, 2.8.2006, p. 3.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Stejtus ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Stejtus tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

 

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

S0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

 

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

A

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

A

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

A

 

S2

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

 

 

 

A

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY – Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK – L-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – In-New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Is-Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

E, EP

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

A

 

S3

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Parti 2 qed tkun emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima dwar il-“Garanziji Addizzjonali (AG)”, il-punt IV huwa mħassar;

(b)

it-Taqsima dwar il-“programm ta’ kontroll tas-Salmonella” qed tinbidel b’dan li ġej:

“Programm ta’ Kontroll tas-Salmonella:

‘S0’

Il-projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u bajd tat-tfaqqis (HEP) tal-ispeċi Gallus gallus għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S1’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S2’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata (DOC) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir jew għall-bajd, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S3’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità tjur tat-tgħammir jew produttiv (BPP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus u tjur tal-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid (SRP) tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għal finijiet oħra għajr it-tgħammir, għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

‘S4’

Projbizzjoni biex jiġu esportati fil-Komunità bajd (E) tal-ispeċi Gallus gallus minbarra bajd tal-klassi B skont ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 għaliex il-programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni jew inkella approvat minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003.”

(ċ)

il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur għall-qatla u għat-tjur għall-istokkjar mill-ġdid għajr l-għasafar li ma jtirux (SRP) qed jinbidel b’dan li ġej:

“Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tjur tal-qatla u għat-tjur għall-istokkjar mill-ġdid ta’ għasafar tal-kaċċa minbarra l-għasafar li ma jtirux (SRP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Komoditajiet, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità matul perjodu ta’ 90 ġurnata minn din id-data.

(2)  Komoditajiet biss li jiġu manifatturati wara din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità.

(3)  Skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  L-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li għandu jsir qbil dwarha wara l-konklużjoni tan-negozjati li qed isiru bħalissa dwar dan is-suġġġett fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Ma jinkludux il-Kosovo, kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”


Top