Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1286

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ polyethtlene terephthalate , li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate , li joriġina, inter alia , fl-Indja

    ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1286/oj

    19.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 340/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1286/2008

    tas-16 ta’ Diċembru 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ polyethtlene terephthalate, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina, inter alia, fl-Indja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’ mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    I.   INVESTIGAZZJONIJIET PREĊEDENTI U MIŻURI EŻISTENTI

    (1)

    Fit-30 ta’ Novembru 2000, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 (2), il-Kunsill impona dazji komensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja (il-pajjiż ikkonċernat) (l-investigazzjoni oriġinali).

    (2)

    Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (3), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina fl-Indja (ir-“Regolament ta’ kontra s-sussidji”) għal perijodu ulterjuri ta’ ħames snin. Il-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20. Ir-rata tad-dazju fiss tvarja bejn 0 u 106,5 EUR/tunnellata għal esportaturi msemmija individwalment b’rata ta’ dazju residwu ta’ 41,3 EWR/tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn.

    (3)

    Barra minn hekk, permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 (4), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-istess prodott li joriġina fl-Indja (ir-“Regolament anti-dumping”). Taħt dan ir-Regolament ir-rata tad-dazju fiss tvarja bejn 88,9 u 200,9 EUR/tunnellata għal esportaturi msemmija individwalment b’rata ta’ dazju residwu ta’ 181,7 EUR/tunnellata impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn.

    (4)

    B’konformità mal-prinċipju li l-ebda prodott m’għandu jkun soġġett kemm għad-dazju anti-dumping u kemm għad-dazju kompensatorju għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni waħda li ġejja minn dumping jew sussidju fuq l-esportazzjoni, il-livell tad-dazji anti-dumping fir-regolament anti-dumping iqis l-ammont ta’ dazju kompensatorju impost mir-Regolament ta’ kontra s-sussidji, b’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku.

    II.   BIDU TA’ REVIŻJONI INTERIM PARZJALI

    (5)

    Wara l-impożizzjoni tad-dazju kompensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja (“GTI”) iddikjara li ċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ żewġ skemi ta’ sussidju: is-sistema ta’ kreditu ta’ dazji fuq l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme) u s-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul (Income Tax Exemption) taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Act) inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. Għaldaqstant, kien affermat li l-livell ta’ ssussidju x’aktarx li kien naqas u għalhekk miżuri li ġew stabbiliti parzjalment fuq dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti.

    (6)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata mill-GTI u dehrilha li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, limitat għal-livell ta’ sussidju tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina fl-Indja. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni bdiet, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5) (l-“Avviż ta’ Bidu”), reviżjoni interim parzjali ex officio tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007.

    (7)

    Il-fini tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali hija li jiġi vvalutat il-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn waħda jew miż-żewġ skemi ta’ sussidju, fejn ġiet ipprovduta biżżejjed evidenza b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-avviż ta’ bidu. L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali tivvaluta wkoll il-ħtieġa, skond is-sejbiet tar-reviżjoni, biex ikunu riveduti l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkooperaw fl-investigazzjoni li stabbilew il-livell tal-miżuri eżistenti u/jew il-miżura residwa applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

    III.   PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI

    (8)

    L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”).

    IV.   PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-INVESTIGAZZJONI

    (9)

    Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-GTI u lil dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw fl-investigazzjoni preċedenti, li ssemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 bħala li jibbenefikaw minn kwalunkwe miż-żewġ skemi ta’ sussidju li allegatament inbidlu u li kienu elenkati fl-anness tal-Avviż ta’ Bidu, kif ukoll lill-produtturi Komunitarji, tal-bidu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ittieħdu f’konsiderazzjoni.

    (10)

    Fid-dawl tal-għadd ta’ partijiet involuti f’din ir-reviżjoni, kien previst l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni tas-sussidju b’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

    (11)

    Żewġ produtturi esportaturi ppreżentaw ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba għat-teħid tal-kampjuni. Għalhekk, l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni ma tqiesx li kien meħtieġ. Wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kien bagħat formola għat-teħid ta’ kampjuni madankollu wara għarraf lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebu jimla kwestjonarju sħiħ u jipprovdi d-data meħtieġa għall-fini tal-investigazzjoni.

    (12)

    Il-Kummissjoni għalhekk bagħtet kwestjonarju u rċeviet risposta mingħand produttur wieħed biss li kien eliġibbli għal din ir-reviżjoni, jiġifieri Engineering Polymers Ltd (il-“kumpanija”). Kien hemm kwestjonarju indirizzat lill-GTI wkoll. It-tweġibiet waslu kemm mill-kumpanija u kemm mill-GTI.

    (13)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Saru żjahar ta’ verifika fil-proprjetà tal-partijiet ikkonċernati li ġejjin:

    1.

    Il-Gvern tal-Indja

    Il-Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi.

    2.

    Produtturi esportaturi fl-Indja

    Pearl Engineering Polymers Ltd, New Delhi.

    V.   ŻVELAR U KUMMENTI DWAR IL-PROĊEDURA

    (14)

    Il-GTI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun proposta emenda għar-rata tad-dazju applikabbli għall-uniku produttur Indjan li kkoopera u għall-produttur esportatur li ma kkooperax imsemmi wkoll fl-anness għall-Avviż ta’ Bidu kif ukoll l-intenzjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx ma’ din ir-reviżjoni interim parzjali. Huma ngħataw ukoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Tqiesu s-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha kif stabbilit hawn taħt.

    B.   PRODOTT IKKONĊERNAT

    (15)

    Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak ikkonċernat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, jiġifieri PET b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, skond l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat. Bħalissa, il-prodott huwa kklassifikat fi ħdan il-kodiċi NM 3907 60 20.

    C.   SUSSIDJI

    I.   INTRODUZZJONI

    (16)

    Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u mill-uniku produttur esportatur li kkoopera u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:

    (a)

    Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”) (li qabel kienet magħrufa bħala Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem - Advance Licence Scheme),

    (b)

    Sistema ta’ kreditu ta’ dazji fuq l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme, “DEPS”),

    (c)

    Skema ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kapitali (Export Promotion Capital Goods scheme, “EPCGS”)

    (d)

    Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme, “ITES”)

    (e)

    Skema tas-suq iffukat (Focus Market Scheme, “FMS”)

    (f)

    Skema mira plus (Target Plus Scheme, “TPS”)

    (17)

    L-iskemi (a), (b), (c), (e) u (f) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (No 22 of 1992) (l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni - Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed dwar il-Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR f’dan il-każ, jiġifieri, il-pjan ta’ ħames snin li għandu x’jaqsam mal-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“politika EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 04-09 f’ “Manwal ta’ Proċeduri - mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 04-09”). Il-Manwal ta’ Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

    (18)

    L-Iskemi tat-Taxxa fuq id-Dħul speċifikati hawn fuq taħt (d) huma bbażati fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att dwar il-Finanzi.

    (19)

    Skond l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal konsultazzjonijiet addizzjonali fir-rigward kemm ta’ skemi mibdula u kemm ta’ skemi li baqgħu l-istess bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fattwali fir-rigward tal-iskemi allegati u li jaslu għal soluzzjoni maqbula reċiprokament. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fin-nuqqas ta’ soluzzjoni maqbula reċiprokament fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiet dawn l-iskemi kollha fl-investigazzjoni tas-sussidju.

    (20)

    Parti interessata li tirrappreżenta l-industrija Komunitarja allegat li għadd ta’ skemi u sussidji oħrajn komplew ikunu disponibbli għall-esportaturi Indjani. Madankollu, ma ħarġet l-ebda evidenza mill-informazzjoni li turi li dawn l-iskemi ntużaw mill-produttur esportatur li kkoopera. Għalhekk dawn il-kwistjonijiet ma komplewx jiġu segwiti għall-fini ta’ dan il-proċediment speċifiku.

    II.   SKEMI SPEĊIFIĊI

    1.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)

    (a)   Bażi ġuridika

    (21)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet tissejjaħ Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 tad-dazju kompensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa.

    (b)   Eliġibilità

    (22)

    L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’iktar dettall fil-premessa (23). Dawk is-sottoskemi jvarjaw inter alia fl-ambitu tal-eliġibilità. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għall-ħtieġa annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-AAS għall-meqjusa bħala esportati. Eventwalment, il-fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sottoskemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order “ARO”) u ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra(Back to back inland letter of credit).

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (23)

    Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

    (i)

    Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hija s-sottoskema ewlenija. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjali li jidħlu fil-produzzjoni tal-prodott speċifiku li jirriżulta għall-esportazzjoni. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Permess għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

    (ii)

    Rekwiżit annwalix: Awtorizzazzjoni bħal din mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, imma ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-liċenzja jista’ – sa ċertu limitu fil-valur stabbilit mill-esportazzjonijiet preċedenti – jimporta bla ħlas ta’ dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Huwa jkun jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta li jidħol f’dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

    (iii)

    Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta’ produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista’ jimporta bla dazju l-materjal li jidħol fil-prodott u jista’ jikseb għal din il-fini l-AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal fit-tmiem il-produzzjoni u jkun obbligat li jesporta l-prodott mitmum.

    (iv)

    Meqjusa bħala esportati: Din is-sottoskema tippermetti lill-kuntrattur ewlieni li jimporta bla dazju dak li jkun meħtieġ li jidħol fil-manifattura tal-oġġetti li se jinbiegħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2.(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika EXIM 04-09. Skond il-GTI, oġġetti meqjusa bħala esportati jirreferu għal dawk it-transazzjonijiet fejn l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ provvisti huma kkunsidrati meqjusa bħala esportazzjonijiet sakemm l-oġġetti jiġu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (“SEZ”).

    (v)

    ARO: Id-detentur tal-AAS li beħsiebu jġib il-materjali li jidħlu fil-prodott minn sorsi indiġeni, minflok jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom b’ARO. F’każijiet bħal dawn l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma validati bħala AROs u huma endorsjati lill-fornitur indiġenu mal-wasla tal-oġġetti speċifikati fih. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta’ dawk meqjusa bħala esportati kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri l-AAS għall-provvisti intermedji/meqjusa bħala esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa bħala esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu tal-ARO jagħti rifużjonijiet ta’ taxxi u dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni ta’ taxxi/dazji hija disponibbli għall-materjali li jidħlu fil-prodott kemm jekk ikunu indiġeni u kemm jekk ikunu importati.

    (vi)

    Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema għal darba oħra tkopri l-provvisti indiġeni lil detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur il-fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum tal-oġġetti miġjuba minn fonti indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta’ dawk meqjusa bħala esportati kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 04-09 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa bħala esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa bħala esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

    (24)

    Kien stabbilit li waqt il-PIR, l-esportatur li kkoopera kiseb biss konċessjonijiet taħt żewġ sottoskemi marbuta mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u (iv) AAS għall-meqjusa bħala esportati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit il-kumpens għas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

    (25)

    Wara l-impożizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 193/2007 tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-AAS. F’termini konkreti, għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti bla dazju/miksuba lokalment” f’format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum effettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilist estern imqabbad/kontabilist tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li jgħid li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u l-informazzjoni fornuta skond l-Appendiċi 23 hija minnha u korretta f’kull rigward. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija qabel japplikaw biss għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa nhar it-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem kollha jew għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta’ verifika applikabbli preċedentement, jiġifieri li jinżamm rendikont veru u proprju tal-konsum tal-liċenzji u użu ta’ oġġetti importati fil-format speċifikat tal-Appendiċi 18 (il-kapitolu 4.30 u l-Appendiċi 18 HOP I 02-07).

    (26)

    Fir-rigward tas-sottoskemi użati matul il-PIR mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi u meqjusa bħala esportazzjonijiet, kemm il-kwota permessa għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu tal-esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti jridu jkunu dokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u huma ppublikati fil-HOP II 04-09.

    (27)

    F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li s-SIONs ikunu riveduti regolarment. Billi l-esportatur li kkoopera uża liċenzji maħruġa fi żminijiet differenti, dan ifisser ukoll li kienu applikati SIONs differenti minn din il-kumpanija matul il-PIR.

    (28)

    Il-materjali importati biex jidħlu fil-prodott mhumiex transferibbli u jridu jintużaw biex jinħadem il-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu tal-esportazzjoni jrid ikun sodisfatt fi żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda).

    (29)

    L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet li filwaqt li l-produttur esportatur li kkoopera jista’ jistabbilixxi l-konsum totali ta’ materja prima ma kien hemm l-ebda konsum proprju rreġistrat għall-prodott ikkonċernat. Il-konsum kien preżunt biss li kien konformi mas-SIONs. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti tas-SION, stipulati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji speċifiċi, fir-rigward ta’ materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott li jeċċedu l-materjal meħtieġ biex tiġi prodotta l-kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta.

    (30)

    Barra minn hekk, l-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet li l-materja prima kienet importata skond tliet awtorizzazzjonijiet/liċenzji differenti u normi SION differenti u mbagħad tħalltu u ġew inkorporati fiżikament fil-proċess ta’ produzzjoni tal-istess oġġett esportat. Il-fatt li hemm tliet SIONs differenti b’normi ta’ konsum differenti għal kull wieħed mill-materji primi jkompli jenfasizza l-problema biex jiġi stabbilit il-konsum proprju tal-esportatur li kkoopera. F’dan ir-rigward, huwa ċar li reġistru tal-konsum proprju huwa rekwiżit bażiku sabiex tkun tista’ ssir verifika dwar jekk il-materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott jeċċedux il-materjal meħtieġ għall-produzzjoni tal-kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta.

    (31)

    L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet ukoll li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika. Għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel it-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju meħtieġa (jiġifieri l-Appendiċi 18) ma ntbagħtux lill-awtoritajiet rilevanti u għalhekk mhumiex ikkontrollati mill-GTI. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa wara t-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju neċessarji huma meħtieġa imma l-GTI kien għadu ma vverifikax il-konformità ta’ dawn ir-reġistri mar-rekwiżiti tal-politika EXIM. B’mod partikolari, ir-reġistri kienu vverifikati minn kontabilisti esterni mqabbda kif mitlub mil-leġislazzjoni Indjana rilevanti msemmija fil-premessa 25 iżda ma kien hemm l-ebda reġistri miżmuma la mill-kumpanija u lanqas mill-kontabilist imqabbad dwar kif seħħ dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Ma kien hemm l-ebda pjan ta’ verifika jew kwalunkwe materjal ta’ sostenn ieħor tal-verifika li saret, l-ebda informazzjoni rreġistrata dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għal xogħol skrupluż ta’ dan it-tip li jirrikjedi għarfien tekniku dettaljat dwar il-proċessi tal-produzzjoni, ir-rekwiżiti tal-politika EXIM u l-proċeduri tal-kontabilità. Wara li tqieset din is-sitwazzjoni, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li d-dispożizzjonijiet EXIM rilevanti kienu sodisfatti.

    (d)   Kummenti dwar l-iżvelar

    (32)

    L-esportatur li kkoopera kkontesta s-sejbiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari fir-rigward tal-konklużjonijiet li jikkonċernaw lill-kontabilist imqabbad kif dettaljat fil-premessa 31. Għal dan l-għan ġie affermat li m’hemm l-ebda dispożizzjoni ġuridika nazzjonali jew internazzjonali li tirrikjedi kumpanija awditjata biex iżżomm reġistru ta’ kif twettqet il-verifika. Kuntrarjament, il-liġi Indjana tistipula li l-karti użati għax-xogħol huma l-proprjetà tal-awditur. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi u meta tqis li ma saret l-ebda talba preċedenti biex issir laqgħa mal-kontabilist imqabbad qabel iż-żjara ta’ verifika, il-fatt li l-kumpanija awditjata ma kinitx fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti ta’ appoġġ fil-mument tal-verifika m’għandux ikun ta’ żvantaġġ għaliha. Barra minn hekk, kien affermat ukoll li r-Regolament Bażiku fi kwalunkwe każ ma jawtorizzax lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jivverifikaw dokumenti li jinżammu barra mill-kumpanija investigata bħal ma jkun fil-każ ta’ kontabilist indipendenti. Kien argumentat ukoll li l-konsum proprju tal-uniku produttur li kkoopera kien ogħla min-normi SION għal kull materjal li jidħol fil-prodott u li ma kien hemm l-ebda remissjoni eċċessiva ta’ dazji.

    (33)

    F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-proċess ta’ verifika li sar mill-kontabilist imqabbad u l-ħruġ taċ-ċertifikat rilevanti jagħmlu parti mis-sistema ta’ verifika introdotta mill-GTI fil-politika EXIM tagħha. Għal dan l-għan, il-politika EXIM introduċiet il-kontabilist imqabbad bħala attur fl-implimentazzjoni tas-sistema u l-Kummissjoni kellha teżamina jekk is-sistema ta’ verifika msemmija kinitx applikata b’mod effettiv. Il-fatt li l-kumpanija ma setgħetx turi li la hi u lanqas il-kontabilist imqabbad assenjat ma żammu l-ebda reġistru dwar il-kontrolli li saru sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat stipulat mill-politika EXIM juri li l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tagħti prova li d-dispożizzjonijiet ta’ politika EXIM kienu sodisfatti. Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-kumpanija li fi kwalunkwe każ ma kien hemm l-ebda remissjoni ta’ dazji ta’ min ifakkar li s-sitwazzjoni proprja li nstabet fuq il-post (jiġifieri taħlita ta’ materjali li jidħlu fil-prodott u prodotti ffabbrikati, l-użu ta’ normi SION differenti, nuqqas tar-reġistri ta’ konsum proprji stipulati mill-politika EXIM) u sakemm isiru l-passi ta’ verifika finali neċessarji mill-GTI, turi li kwalunkwe kalkolu fir-rigward tal-konsum proprju u remissjoni eċċessiva konsegwenti ta’ dazji għal kull awtorizzazzjoni/liċenzja u norma SION ma kinux fattibbli.

    (e)   Konklużjoni

    (34)

    L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat.

    (35)

    Barra minn hekk, l-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u l-AAS għall-meqjusa bħala esportati huma b’mod ċar assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u jistgħu jiġu kkumpensati taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni kumpanija ma tkunx tista’ tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

    (36)

    L-ebda waħda miż-żewġ sottoskemi użati fil-każ preżenti ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs innifishom ma jistgħux jitqiesu sistema ta’ verifika tal-konsum proprju, peress li materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott importati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji bi trendija tas-SIONs differenti jitħalltu fl-istess proċess ta’ produzzjoni għal oġġett ta’ esportazzjoni. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-GTI biex jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali li jidħlu fil-prodott kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni u ma’ liema punt ta’ riferiment SION għandhom jitqabblu. Barra minn hekk, kontroll effettiv li jsir mill-GTI bbażat fuq ir-reġistru tal-konsum proprju miżmum b’mod korrett jew ma sarx jew għadu ma tlestiex. Iktar minn hekk, il-GTI m’għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-materjali li jidħlu fil-prodott effettivament involuti, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-kumpanija meqjusa ma kellhiex reġistru tal-konsum li kien jippermetti verifika tal-konsum reali ta’ materja prima għal kull tip ta’ prodott. Għalhekk, jekk sistema ta’ kontroll effiċjenti tkun iddaħħlet fis-seħħ ma kienx ikun possibbli għall-GTI biex jaċċerta kemm materjali ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Fl-aħħar nett, l-involviment ta’ kontabilisti mqabbda fil-proċess ta’ verifika ma wassalx għal titjib fis-sistema ta’ verifika peress li ma jeżistu l-ebda regoli dettaljati dwar kif il-kontabilisti mqabbda għandhom iwettqu l-ħidmiet fdati lilhom u t-tagħrif ippreżentat matul l-investigazzjoni mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa r-regoli msemmija hawn fuq stipulati fir-Regolament bażiku.

    (37)

    Dawn iż-żewġ sottoskemi għalhekk jistgħu jiġu kkumpensati.

    (f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (38)

    Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi ta’ sostituzzoni ta’ ħlas lura permessi, il-benefiċċju li jista’ jiġi kkumpensat huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali li jidħlu fil-prodott. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kupmens ta’ remissjoni “tal-eċċess” tad-dazji. Skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku remissjoni tal-eċċess tad-dazji tista’ tkun kumpensata, sakemm il-kondizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. Madankollu, dawn il-kondizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ adegwat, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul maħfur), iktar milli kwalunkwe remissjoni ta’ eċċess li sar. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, il-piż tal-kalkolu tar-remissjoni ta’ eċċess bħal dan ma jaqax fuq l-awtorità investigattiva. Kuntrarjament, skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku hija jkollha biss tistabbilixxi biżżejjed evidenza biex tirrifjuta l-adegwatezza ta’ sistema ta’ verifika allegata.

    (39)

    L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li uża l-AAS kien ikkalkulat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni maħfura (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi użati għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR (nominatur). Skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

    (40)

    Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur li kkoopera jammonta għal 12,8 %.

    2.   Sistema ta’ kreditu ta’ dazji fuq l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme “DEPS”)

    (a)   Bażi ġuridika

    (41)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09.

    (42)

    Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji ta’ kumpens taħt id-DEPS. Għalhekk ma nstabx li kien hemm bżonn li tiġi analizzata iktar din l-iskema fl-ambitu tal-investigazzjoni.

    3.   Skema ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kapitali (Export Promotion Capital Goods scheme, (“EPCGS”)

    (a)   Bażi ġuridika

    (43)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09.

    (b)   Eliġibilità

    (44)

    Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibli għal din l-iskema.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (45)

    Bil-kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija titħalla timporta oġġetti kapitali (ġodda u -minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati li għandhom inqas minn 10 snin) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Għal dan il-għan il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS mal-applikazzjoni u l-ħlas ta’ dritt. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas ta’ soprataxxa ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ valur għoli, kienet tapplika rata ta’ dazju ta’ żero. Sabiex ikun sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perijodu.

    (46)

    Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCGS jista’ wkoll iġib l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess. F’każ bħal dan, il-manifattur indiġenu ta’ oġġetti kapitali jista’ jieħu vantaġġ mill-benefiċċju għal importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jiddikjara l-benefiċċju ta’ meqjusa bħala esportati fir-rigward ta’ provvista ta’ oġġetti kapitali għal detentur tal-liċenzja EPCGS.

    (d)   Kummenti dwar l-iżvelar

    (47)

    Ma ntbagħtu l-ebda kummenti fir-rigward tal-EPCG mal-iżvelar.

    (e)   Konklużjoni dwar l-Iskema tal-EPCG

    (48)

    L-EPCGS tipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI, li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu.

    (49)

    Iktar minn hekk, l-EPCGS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, titqies bħala speċifika u li tista’ tiġi kkumpensata skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (50)

    Fl-aħħar nett, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

    (f)   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (51)

    L-esportatur li kkoopera ma kien xtara l-ebda oġġetti kapitali fl-PI. Madankollu l-kumpanija kompliet tibbenefika minn eżenzjonijiet tad-dazju għall-oġġetti kapitali mixtrija qabel il-PI fl-ammont stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Kif sabbilit fl-investigazzjoni oriġinali l-ammont ta’ sussidju miksub matul il-PIR kien ikkalkulat, b’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perijodu li jirrefletti l-perijodu ta’ deprezzament reali ta’ dawn l-oġġetti kapitali tal-produttur esportatur. Skond il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat hekk li huwa attribwibbli għall-PIR kien aġġustat billi ngħaddu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perijodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward tal-benefiċċju miksub mill-kumpanija matul il-PIR kien ta’ 0,3 %

    4.   Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme, “ITES”)

    (a)   Bażi ġuridika

    It-Taqsima 80HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961 (“ITA”)

    (52)

    Taħt din l-iskema l-esportaturi jistgħu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċju ta’ eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti li ġejjin mill-bejgħ b’esportazzjoni. Il-bażi ġuridika għal din l-eżenzjoni kienet stabbilita fit-Taqsima 80 HHC tal-ITA.

    (53)

    Din id-dispożizzjoni kienet tħassret għas-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ‘il quddiem u għalhekk 80HHC tal-ITA ma jgħaddi l-ebda benefiċċji wara l-31 ta’ Marzu 2004. L-uniku produttur esportatur li kkoopera ma ħa vantaġġ mill-ebda benefiċċji taħt din l-iskema matul il-PIR. Għaldaqstant, billi l-iskema kienet irtirata, hija m’għandhiex għalhekk tiġi kkumpensata, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

    5.   Skema tas-suq iffukat (Focus Market Scheme, “FMS”)

    (a)   Bażi ġuridika

    (54)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-kapitolu 3.9 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 3.20 tal-HOP I 04-09. Filwaqt li l-kumpanija rrappurtat din l-iskema, l-investigazzjoni żvelat li ma kienet gawdiet minn ebda benefiċċju fil-PIR. Peress li nstab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji ta’ kontrobilanċ taħt din l-iskema, ma nstabx li kien hemm bżonn li tiġi analizzata ulterjorment fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni.

    6.   Skema mira plus (Target Plus Scheme, “TPS”)

    (a)   Bażi ġuridika

    (55)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-TPS tinsab fil-kapitolu 3.7 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 3.2 tal-HOP I 04-09.

    (b)   Eliġibilità

    (56)

    Kwalunkwe esportatur li jimmanifattura huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (57)

    Din l-iskema għandha l-mira li tagħti premju lill-kumpaniji li jżidu t-tkabbir tal-fatturat għall-esportazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, l-iskema tippermetti lill-kumpaniji eliġibbli biex jieħdu vantaġġ minn firxa ta’ kreditu dovut bejn 5 % u 15 % ta’ ammont ibbażat fuq id-differenza bejn il-valuri FOB tal-esportazzjonijiet magħmula f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.

    (58)

    Kumpaniji li jixtiequ jibbenefikaw mill-iskema jridu jressqu applikazzjoni lill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija. Ladarba jiġu awtorizzati, tinħareġ liċenzja li tindika l-ammont tal-kreditu ta’ dazju mill-awtoritajiet rilevanti.

    (59)

    Din l-iskema waqfet f’Marzu 2006 u nbidlet maż-żmien minn żewġ skemi ġodda, l-Iskema tas-Suq Iffukat u l-Iskema ta’ Prodott Iffukat. Id-dritt li tapplika għal liċenzja TPS madankollu baqa’ sa Marzu 2007 u l-kumpaniji li ħadu vantaġġ minn din l-iskema jistgħu jagħmlu użu mill-intitolament ta’ kreditu ta’ dazji dovuti rilevanti sa Marzu 2009.

    (d)   Kummenti dwar l-iżvelar

    (60)

    Il-produttur li kkoopera qies li ma kien hemm l-ebda benefiċċju gwadanjat mill-kumpanija matul il-PIR ta’ din l-iskema u meta tqis li l-iskema ġiet irtirata fl-2006 m’għandhiex tkun kkumpensata. Madankollu, kif imniżżel fid-dettall hawn fuq, l-investigazzjoni żvelat li kien hemm benefiċċju gwadanjat mill-kumpanija fil-PIR u barra minn hekk, filwaqt li l-iskema ġiet fil-fatt abbandunata, il-kumpaniji setgħu jkomplu jibbenefikaw minnha sal-2009.

    (e)   Konklużjoni dwar l-Iskema Mira Plus

    (61)

    It-TPS jipprovdi s-sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tat-TPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu ser jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, u b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li inkella kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tat-TPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

    (62)

    Iktar minn hekk, it-TPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kkumpensat skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (63)

    Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. M’hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjali kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fit-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tat-TPS mingħajr ma jingħata każ jekk fil-fatt jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għal esportatur li sempliċement iżid il-fatturat ta’ esportazzjoni mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mit-TPS.

    (f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

    (64)

    L-ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju li jingħata min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-PIR kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ żieda bħala dħul fl-istadju ta’ transazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, peress li s-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

    (65)

    Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 0,7 %.

    III.   AMMONT TA’ SUSSIDJI LI JISTGĦU JIĠU KKUMPENSATI

    (66)

    Ta’ min ifakkar li l-marġini ta’ sussidju, stabbilit mill-investigazzjoni oriġinali kien instab li kien 5,8 % għall-uniku produttur esportatur li kkoopera mar-reviżjoni interim parzjali preżenti.

    (67)

    Matul ir-reviżjoni interim parzjali preżenti l-ammont ta’ sussidji kompensatorji, espressi ad valorem, instab li kien ta’ 13,8 %, kif imniżżel hawn taħt:

    Skema

    Kumpanija

    ALS

    DEPS

    EPCGS

    ITIRAD

    FMS

    TPS

    Total

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    12,8

    0

    0,3

    0

    0

    0,7

    13,8

    (68)

    Wara li tqies dan ta’ hawn fuq il-konklużjoni kienet li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-uniku produttur esportatur li kkoopera żdied.

    D.   MIŻURI KOMPENSATORJI U MIŻURI ANTIDUMPING

    I.   MIŻURI KOMPENSATORJI

    (69)

    Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-bażijiet ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali mniżżla fil-punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-marġini ta’ sussidju fir-rigward tal-uniku produttur li kkoopera żdied minn 5,8 % għal 13,8 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kompensatorju, impost fuq dan il-produttur esportatur mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 jrid jiġi emendat kif meħtieġ.

    (70)

    It-tieni kumpanija li kienet ikkonċernata bir-reviżjoni interim parzjali preżenti, Reliance Industries Ltd, kellha l-ogħla marġini ta’ sussidju fl-investigazzjoni oriġinali iżda ma kkooperatx f’din ir-reviżjoni. Peress li din il-kkumpanija ma kkooperatx, kellha ssir stima bbażata fuq l-aqwa fatti disponibbli skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward u fid-dawl tas-sejbiet li jikkonċernaw l-esportatur li kkoopera, huwa probabbli wkoll li dan il-produttur esportatur li ma kkooperax ser ikompli jgawdi l-benefiċċji mill-iskemi ta’ sussidju investigati tal-anqas bl-istess rata stabbilita għall-kooperatur. Għalhekk il-konlużjoni trid tkun li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-produttur esportatur li ma kkooperax ikkonċernat mir-reviżjoni żdied ukoll għal 13,8 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kompensatorju, imposta fuq dan il-produttur esportatur mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, trid tiġi emendata kif meħtieġ.

    (71)

    Fir-rigward tal-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali iżda li ma kinux identifikati kif ikkonċernat mill-investigazzjoni fl-anness mal-Avviż ta’ bidu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li r-rati ta’ dazju kompensatorju jew tad-dumping applikabbli għal dawn il-kumpaniji għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid. Għaldaqstant, ir-rati individwali tad-dazju applikabbli għall-partijiet l-oħrajn kollha ħlief Pearl Engineering and Reliance Industries imsemmija taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 baqgħu ma nbidlux.

    (72)

    Kuntrarjament, fir-rigward tal-kumpaniji li la kkooperaw f’din ir-reviżjoni u lanqas fl-investigazzjoni oriġinali, dawn iridu jitqiesu li baqgħu jgawdu minn benefiċċji taħt l-iskemi ta’ sussidju investigati tal-anqas bl-istess rata bħal dik stabbilita għall-uniku kooperatur. Sabiex jiġi evitat li jingħata bonus għal nuqqas ta’ kooperazzjoni jitqies xieraq li jiġi stabbilit livell ta’ sussidju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” bħala l-ogħla rata stabbilita għal kwalunkwe kumpanija li kkooperat fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri 13,8 %

    (73)

    Ir-rati tad-dazju kompensatorju emendati għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tar-rati l-ġodda ta’ sussidju misbjuba matul ir-reviżjoni preżenti, peress li l-marġni ta’ ħsara kkalkulati fl-investigazzjoni kontra s-sussidji oriġinali baqgħu ogħla.

    (74)

    Ir-rati tad-dazju kompensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt ir-reviżjoni interim parzjali. B’hekk, huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikatament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija speċifikatament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (75)

    Sabiex jiġi evitat li ċ-ċaqliq fil-prezz tal-PET ikkawżat mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum jirriżulta fil-ġbir ta’ dazji ogħla, ta’ min ifakkar li l-miżuri fis-seħħ ġew stabbiliti fil-forma ta’ dazju speċifiku għal kull tunnellata. L-ammonti stabbilit jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju kompensatorju għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni CIF li ntużaw għall-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara waqt l-investigazzjoni oriġinali. L-istess metodu ntuża għall-fini li jiġu stabbiliti l-livelli ta’ dazju speċifiċi emendati fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni.

    (76)

    Il-marġini u r-rati ta’ dazju applikabbli għandhom għalhekk ikunu kkalkulati kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:

     

    Rata tad-dazju kompensatorju

    Rata tad-dazju kompensatorju proposta

    Eur/t

    Reliance Industries Ltd

    13,8  %

    69,4

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    13,8  %

    74,6

    Senpet Ltd

    4,43  %

    22,0

    Futura Polyeters Ltd

    0  %

    0,0

    South Asian Petrochem Ltd

    13,9  %

    106,5

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    13,8  %

    69,4

    (77)

    Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kompensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni, assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet għall-produzzjoni jew għall-bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara li jkun ikkunsultat il-Kumitat Konsultattiv, ir-Regolament ikun emendat għal dik ir-raġuni billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali.

    II.   MIŻURI ANTIDUMPING

    (78)

    L-emenda tar-rata ta’ dazju kompensatorju ser ikollha impatt fuq id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq il-produtturi fl-Indja, skond ir-Regolament (KE) Nru 192/2007.

    (79)

    Fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali, id-dazju anti-dumping kien aġġustat sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju tal-effetti tal-benefiċċji mis-sussidji għall-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (7), u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji jipprevedu li l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett għal miżuri anti-dumping jew kompensatorji għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni unika li tinħoloq minn dumping jew minn sussidju fuq l-esportazzjoni. Fl-investigazzjoni orġinali ta’ kontra s-sussidji kif ukoll fir-reviżjoni interim parzjali nstab li xi wħud mill-iskemi ta’ sussidju investigati, li setgħu jiġu kkumpensati, kienu jikkostitwixxu sussidji fuq l-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Fihom infushom, dawn is-sussidji affettwaw biss il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani, li b’hekk wassal għal marġinu ogħla ta’ dumping. Fi kliem ieħor, marġini ta’ dumping definittiv stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali kienet parzjalment dovuta għall-eżistenza ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni.

    (80)

    Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv għall-produtturi esportaturi issa jridu jkunu aġġustati biex iqisu l-livell rivedut ta’ benefiċċju meħud mis-sussidji fuq l-esportazzjoni fil-PIR fir-reviżjoni interim parzjali preżenti biex jirriflettu l-marġini ta’ dumping propjru li jibqa’ wara l-impożizzjoni tad-dazju kompensatorju definittiv aġġustat li jpaċi l-effetti tas-sussidji tal-esportazzjoni.

    (81)

    Fi kliem ieħor, il-livelli ġodda ta’ sussidju jkollhom jitqiesu għall-fini ta’ aġġustament tal-marġini ta’ dumping, stabbiliti preċedentement.

    (82)

    Il-marġini u r-rati ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji kkonċernati għandhom għalhekk ikunu kkalkulati kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt.

     

    Rata ta’ dazju kompensatorju

    (li jirriżulta mis-sussidji fuq l-esportazzjoni)

    Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

    Ir-rata tad-dazju anti-dumping

    Dazju anti-dumping propost

    Eur/t

    Reliance Industries Ltd

    13,8  %

    44,3  %

    30,5  %

    153,6

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    13,8  %

    33,6  %

    16,2  %

    87,5

    Senpet Ltd

    4,43  %

    44,3  %

    39,9  %

    200,9

    Futura Polyesters Ltd

    0  %

    44,3  %

    14,7  %

    161,2

    South Asian Petrochem Ltd

    13,9  %

    44,3  %

    11,6  %

    88,9

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    13,8  %

    44,3  %

    30,5  %

    153,6

    (83)

    Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji kompensatorji u tal-anti-dumping, il-livell tad-dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx iżda għandu japplika wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet matul il-PIR. Madankollu, dawn il-kumpaniji tal-aħħar huma mistiedna, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artiklu 20 tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tkun eżaminata individwalment,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Għajr għal kif ipprovdut fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju kompensatorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju ta’ kontrobilanċ

    (EUR/tunnellata)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    L-Indja

    Reliance Industries Ltd

    69,4

    A181

    L-Indja

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    74,6

    A182

    L-Indja

    Senpet Ltd

    22,0

    A183

    L-Indja

    Futura Polyesters Ltd

    0,0

    A184

    L-Indja

    South Asian Petrochem Ltd

    106,5

    A585

    L-Indja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    69,4

    A999 ”

    Artikolu 2

    Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Għajr kif ipprovdut fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għall-prodotti mmanifaturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju anti-dumping

    (EUR/tunnellata)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    L-Indja

    Reliance Industries Ltd

    153,6

    A181

    L-Indja

    Pearl Engineering Polymers Ltd

    87,5

    A182

    L-Indja

    Senpet Ltd

    200,9

    A183

    L-Indja

    Futura Polyesters Ltd

    161,2

    A184

    L-Indja

    South Asian Petrochem Ltd

    88,9

    A585

    L-Indja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    153,6

    A999

    L-Indoneżja

    P.T. Mitsubishi Chemical Indonesia

    187,7

    A191

    L-Indoneżja

    P.T. Indorama Synthetics Tbk

    92,1

    A192

    L-Indoneżja

    P.T. Polypet Karyapersada

    178,9

    A193

    L-Indoneżja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    187,7

    A999

    Il-Malasja

    Hualon Corp. (M) Sdn. Bhd.

    36,0

    A186

    L-Malasja

    MpI Polyester Industries Sdn. Bhd.

    160,1

    A185

    L-Malasja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    160,1

    A999

    Ir-Repubblika tal-Korea

    SK Chemicals Group:

     

    A196

    SK Chemicals Co. Ltd

    0

    A196

    Huvis Corp.

    0

     

    Ir-Repubblika tal-Korea

    KP Chemical Group:

     

    A195

    Honam Petrochemicals Corp.

    0

    A195

    KP Chemical Corp.

    0

     

    Ir-Repubblika tal-Korea

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    148,3

    A999

    It-Tajwan

    Far Eastern Textile Ltd

    36,3

    A808

    It-Tajwan

    Shinkong Synthetic Fibers Corp.

    67,0

    A809

    It-Tajwan

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    143,4

    A999

    It-Tajlandja

    Thai Shingkong Industry Corp. Ltd

    83,2

    A190

    It-Tajlandja

    Indo Pet (Thailand) Ltd

    83,2

    A468

    It-Tajlandja

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    83,2

    A999 ”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. BACHELOT-NARQUIN


    (1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

    (2)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.

    (3)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34

    (4)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 1

    (5)  ĠU C 227, 27.9.2007, p. 16.

    (6)  Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ- Direttorat H – N-105 B-1049 Brussell.

    (7)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.


    Top