Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0748

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat- 30 ta’ Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 02062991 (Riformulazzjoni)

    ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/748/oj

    31.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 202/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 748/2008

    tat-30 ta’ Lulju 2008

    dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91

    (Riformulazzjoni)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta’ Ġunju 1997 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa ta’ importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (2) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi (3). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandu jiġi abbozzat mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

    (2)

    Skond l-Iskeda CXL, il-Komunità ftehmet li tiftaħ kwota ta’ tariffa annwali ta’ 1 500 tunnellata ta’ falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91. Dik il-kwota għandha tinfetaħ fuq bażi multiannwali għal perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ Lulju u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni preskritti.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (5) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taċ-ċanga u l-vitella.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (6) titlu mhux uffiċjali japplika għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007.

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ l-importazzjoni ta’ laħam li joriġina fi u li jiġi mill-Arġentina, dak il-pajjiż huwa mitlub joħroġ ċertifikati ta’ awtentiċità li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. Il-forma ta’ dawk iċ-ċertifikati u l-proċeduri għall-użu tagħhom għandhom ikunu speċifikati.

    (6)

    Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jinħarġu minn awtorità ta’ l-Arġentina. Dik l-awtorità għandha tagħti l-garanziji kollha meħtieġa biex tiżgura li l-arranġamenti in kwistjoni joperaw kif suppost.

    (7)

    Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti ta’ l-importazzjoni ta’ falda rqiqa ffriżata li toriġina u tiġi mill-Arġentina, għandu jiġi stabbilit li, fejn ikun xieraq, il-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun suġġett għall-verifika, fost affarijiet oħra, ta’ l-informazzjoni mogħtija fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

    (8)

    Għal pajjiżi oħra, il-kwota jmissha tkun ġestita biss fuq bażi ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-Komunità, b’derogi f’ċerti każijiet mir-regoli applikabbli.

    (9)

    Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-Istati Membri jgħaddu l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet ikkonċernati.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwota Komunitarja ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 hija hawnhekk miftuħa kull sena għal volum annwali ta’ 1 500 tunnellata għall-perjodi mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni”.

    Din il-kwota ġġib in-numru ta’ l-ordni 09.4020.

    2.   Id-dazju tad-dwana ad valorem fuq il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 4 %.

    3.   Il-kwota annwali għandha tkun allokata kif ġej:

    (a)

    700 tunnellata li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina;

    (b)

    800 tunnellata li joriġinaw fi u ġejjin minn pajjiżi terzi oħrajn.

    4.   Falda rqiqa sħiħa biss tista’ tiġi importata taħt il-kwota.

    5.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, falda rqiqa li tkun iffriżata, b’temperatura interna ta’ mhux aktar minn –12 °C meta tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha titqies li hi “falda rqiqa ffriżata”.

    6.   Għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(a) ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolament (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

    Għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 376/2008, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

    Artikolu 2

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji nnifishom għandu jkun fihom l-annotazzjonijiet segwenti:

    (a)

    fit-taqsima 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini u, għall-importazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(a), għandha tiġi mmarkata il-kaxxa “iva”;

    (b)

    fit-taqsima 20, talanqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi sa tmiem il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.

    Artikolu 3

    1.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-Arġentina għandu jsir f’oriġinal wieħed u mill-inqas kopja waħda fuq formola li tikkorrispondi mal-kampjun mogħti fl-Anness II.

    Il-formola għandu jkollha daqs ta’ bejn wieħed u ieħor 210 b’297 millimetru. Il-karta għandha tiżen mhux inqas minn 40 gramma għal kull metru kwadru.

    2.   Il-formoli għandhom jiġu stampati u kkompletati f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità kif ukoll, jekk hekk mixtieq, fl-ilsien uffiċjali ta’ l-Arġentina.

    3.   Kull ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkollu numru ta’ serje individwali mogħti mill-awtorità li toħorġu msemmija fl-Anness III (minn hawn ‘il quddiem “l-awtorità emittenti”). Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinal.

    4.   Id-dokument oriġinali u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ ta’ l-aħħar, għandhom jinkitbu b’linka sewda u b’ittri kbar.

    Artikolu 4

    1.   Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom ikunu validi biss jekk huma debitament ikkompletati u ffirmati mill-awtorità emittenti, skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness II.

    2.   Ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jitqies li ġie debitament iffirmat jekk jispeċifika d-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollu t-timbru ta’ l-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawh.

    It-timbru jista’ jkun sostitwit fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ awtentiċità u l-kopji tiegħu permezz ta’ siġill stampat.

    Artikolu 5

    1.   Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ.

    Madankollu, iċ-ċertifikati ma jistgħux jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali wara t-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.

    2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità mħejji skond l-Artikoli 3, 4 u 6 flimkien ma’ kopja tiegħu għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti nazzjonali flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja ta’ l-importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità.

    Ċertifikat ta’ awtentiċità jista’ jintuża għall-ħruġ ta’ iktar minn liċenzja ta’ l-importazzjoni waħda għal kwantità totali li ma taqbiżx dik murija fuq iċ-ċertifikat. Meta tinħareġ iktar minn liċenzja waħda rigward ċertifikat, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tiffirma ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità biex turi l-kwantità attribwita.

    L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità tkun tikkorrispondi ma’ dik li tkun irċeviet kull ġimgħa mill-Kummissjoni fuq is-suġġett. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu immedjatament wara.

    3.   Minkejja t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u b’applikazzjoni debitament irraġunata, joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni fuq bażi taċ-ċertifikati rilevanti ta’ awtentiċità qabel ma jkunu rċevew l-informazzjoni mill-Kummissjoni. F’każijiet bħal dawn, il-garanzija għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tkun ta’ EUR 50 għal kull 100 kg ta’ piż nett. Wara li jirċievu l-informazzjoni li għandha x’taqsam maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom jissostitwixxu l-garanzija b’dik ta’ EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett.

    Artikolu 6

    1.   L-awtorità emittenti għandha:

    (a)

    tkun irrikonoxxuta bħala hekk fl-Arġentina;

    (b)

    tobbliga ruħha li tiċċekkja l-partikolaritajiet fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità;

    (ċ)

    timpenja ruħha li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, bi kwalunkwe informazzjoni li tagħmilha possibbli li ssir valutazzjoni taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness III jekk awtorità emittenti ma tibqax irrikonoxxuta jew tonqos milli twettaq xi wieħed mill-obbligi tagħha jew jekk tinħatar awtorità emittenti ġdida.

    Artikolu 7

    Sabiex applikant jikkwalifika għall-arranġamenti ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(b), l-applikazzjoni għal-liċenzja mressqa minnu tista’ tkun relatata ma’ massimu ta’ 80 tunnellata.

    Artikolu 8

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 7 jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.

    2.   Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fis-seba’ ġurnata ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal kull pajjiż ta’ l-oriġini.

    3.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-seba’ u sa mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-paragrafu 2.

    Artikolu 9

    1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

    (a)

    sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni;

    (b)

    sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b’liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

    2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ prodotti li jkunu ġew irrilaxxati effettivament għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni.

    Madankollu, mill-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet ta’ prodotti li tpoġġew fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009 skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    3.   Għan-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fil-piż tal-prodott f’kilogrammi u għal kull kategorija ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

    In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru kif indikat fl-Annessi IV, V u VI ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    Ir-Regolament (KE) Nru 996/97 huwa revokat.

    Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

    Ghall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 962/2007 (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 6).

    (3)  Ara Anness VII

    (4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

    (5)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008.

    (6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


    ANNESS I

    Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b)

    :

    Bil-Bulgaru

    :

    Месести части от диафрагмата (Регламент (ЕО) № 748/2008),

    :

    Bl-Ispanjol

    :

    Músculos del diafragma y delgados [Reglamento (CE) no 748/2008],

    :

    Biċ-Ċek

    :

    Okruží a bránice (nařízení (ES) č. 748/2008),

    :

    Bid-Daniż

    :

    Mellemgulv (forordning (EF) nr. 748/2008),

    :

    Bil-Ġermaniż

    :

    Saumfleisch (Verordnung (EG) Nr. 748/2008),

    :

    Bl-Estonjan

    :

    Vahelihase kõõluseline osa (määrus (EÜ) nr 748/2008),

    :

    Bil-Grieg

    :

    Διάφραγμα [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 748/2008],

    :

    Bl-Ingliż

    :

    Thin skirt (Regulation (EC) No 748/2008),

    :

    Bil-Franċiż

    :

    Hampe [règlement (CE) no 748/2008],

    :

    Bit-Taljan

    :

    Pezzi detti “hampes” [regolamento (CE) n. 748/2008],

    :

    Bil-Latvjan

    :

    Liellopu diafragmas plānā daļa (Regula (EK) Nr. 748/2008),

    :

    Bil-Litwan

    :

    Plonoji diafragma (Reglamentas (EB) Nr. 748/2008),

    :

    Bl-Ungeriż

    :

    Sovány dagadó (748/2008/EK rendelet),

    :

    Bil-Malti

    :

    Falda rqiqa (Regolament (KE) Nru 748/2008),

    :

    Bl-Olandiż

    :

    Omloop (Verordening (EG) nr. 748/2008),

    :

    Bil-Pollakk

    :

    Cienka przepona (Rozporządzenie (WE) nr 748/2008),

    :

    Bil-Portugiż

    :

    Diafragma [Regulamento (CE) n.o 748/2008],

    :

    Bir-Rumen

    :

    Fleică [Regulamentul (CE) nr. 748/2008],

    :

    Bis-Slovakk

    :

    Bránica (Nariadenie (ES) č. 748/2008),

    :

    Bis-Sloven

    :

    Vampi (Uredba (ES) št. 748/2008),

    :

    Bil-Finlandiż

    :

    Kuveliha (asetus (EY) N:o 748/2008),

    :

    Bl-Iżvediż

    :

    Mellangärde (förordning (EG) nr 748/2008),


    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    LISTA TA’ L-AWTORITAJIET FL-ARĠENTINA AWTORIZZATI LI JOĦORĠU Ċ-ĊERTIFIKATI TA’ L-AWTENTIĊITÀ

    Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos (SAGPyA):

    għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).


    ANNESS IV

    Notifika dwar il-liċenzji ta’ l-importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

    L-Istat Membru: …

    Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

    Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni

    Minn: … sa: …


    In-nru ta’ l-ordni

    Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1)

    Il-kwantità

    (il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

    09.4020

     

     


    (1)  Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008


    ANNESS V

    Notifika dwar il-liċenzji ta’ l-importazzjoni (kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

    L-Istat Membru: …

    Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

    Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta’ l-importazzjoni ma jkunux intużaw

    Minn: … sa: …


    In-nru ta’ l-ordni

    Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1)

    Il-kwantità li ma ntużatx

    (il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

    09.4020

     

     


    (1)  Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008


    ANNESS VI

    Notifika dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 748/2008

    L-Istat Membru: …

    Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 748/2008

    Il-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa:

    Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota ta’ tariffa ta’ l-importazzjoni).


    In-nru ta’ l-ordni

    Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti (1)

    Il-kwantità mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa

    (il-piż tal-prodott f’kilogrammi)

    09.4020

     

     


    (1)  Il-kategorija jew kategoriji ta’ prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008


    ANNESS VII

    Ir-Regolament revokat bl-emendi suċċessivi tiegħu

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97

    (ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2048/97

    (ĠU L 287, 21.10.1997, p. 10)

    Dwar ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 996/97, l-Artikolu 1 biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 260/98

    (ĠU L 25, 31.1.1998, p. 42)

    L-Artikolu 6 biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/98

    (ĠU L 175, 19.6.1998, p. 9)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2003

    (ĠU L 95, 11.4.2003, p. 13)

    L-Artikolu 3 biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2004

    (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10)

    L-Artikolu 3 biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006

    (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 27)

    L-Artikolu 3 u l-Anness III biss

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 568/2007

    (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 15)

     

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 962/2007

    (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 6)

     


    ANNESS VIII

    Tabella ta’ Korrelazzjoni

    Ir-Regolament (KE) Nru 996/97

    Dan ir-Regolament

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 2(2)

    L-Artikolu 2(1)

    L-Artikolu 2(3)

    L-Artikolu 2(2)

    L-Artikoli 3 sa 8

    L-Artikoli 3 sa 8

    L-Artikolu 9

    L-Artikolu 10

    L-Artikolu 12

    L-Artikolu 11

    L-Anness I

    L-Anness II

    L-Anness II

    L-Anness III

    L-Anness III

    L-Anness I

    L-Anness IV

    L-Anness V

    L-Anness VI

    L-Anness VII

    L-Anness VIII


    Top