Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0064

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32016R2031 Ara 32000L0029

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/64/oj

28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/31

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/64/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (ċ) u (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tipprevedi ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. Din tipprevedi wkoll ċerti żoni li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti.

(2)

Minn tagħrif mogħti mill-Istati Membri, ġie stabbilit li ċerti pjanti biss għat-tħawwil ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul, Dianthus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait. u Solanaceae jippreżentaw riskju għat-tixrid ta’ Heliothis armigera Hübner. Billi r-riskju ta’ tixrid ta’ dan l-organiżmu huwa limitat għal dawk il-pjanti, dan l-organiżmu għandu jitħassar mill-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE, li jimponi projbizzjoni ġenerali, u minflok jiġi inkluż fl-Anness II għal din id-Direttiva, li jimponi projbizzjoni biss fir-rigward ta’ pjanti speċifiċi li jippreżentaw riskju. Barra minn hekk, l-isem ta’ Heliothis armigera Hübner għandu jinbidel għal Helicoverpa armigera (Hübner), konformi mad-denominazzjoni xjentifika tagħha riveduta dan l-aħħar.

(3)

Minn tagħrif mogħti mill-Istati Membri, jidher ċar li l-Colletotrichum acutatum Simmonds huwa mifrux fil-Komunità. Għaldaqstant, dan l-organiżmu ma għandux jibqa’ mniżżel bħala organiżmu ta’ ħsara skond id-Direttiva 2000/29/KE u l-ebda miżura protettiva skond id-Direttiva ma għandha tittieħed fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. Għalhekk l-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Minn tagħrif mogħti mill-Portugall, jidher li l-virus Citrus tristeza (iżolati Ewropej) issa huwa stabbilit f’Madeira. Din il-parti tat-territorju Portugiż għaldaqstant ma għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta' ħsara u l-Annessi II u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġi emendati skond dan.

(5)

Minn tagħrif mogħti minn Spanja, jidher li t-Thaumetopoea pityocampa (Den. u Schiff.) issa hi stabbilita f’Ibiza. Din il-parti tat-territorju Spanjol għaldaqstant ma għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta' ħsara u l-Annessi II u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġi emendati skond dan.

(6)

Minn informazzjoni pprovduta mis-Slovenja, jidher li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hi stabbilita fir-reġjuni ta’ Koroška u Notranjska. Dawn ir-reġjuni għaldaqstant ma għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. u l-Annessi II, III u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(7)

It-tagħrif mogħti mill-Italja juri li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hi stabbilita f’xi partijiet tar-reġjuni tagħha ta’ l-Emilia-Romagna, il-Lombardija u l-Veneto. Dawn il-partijiet tat-territorju Taljan għaldaqstant ma għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. u l-Annessi II, III u IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(8)

Mil-leġiżlazzjoni Żvizzera dwar il-ħarsien tal-pjanti, jidher li l-Cantons ta’ Berne u Grisons ma għadhomx rikonoxxuti bħala żona protetta għal Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fl-Iżvizzera. Id-deroga li tippermetti ċerti importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn ċerti żoni protetti skond rekwiżiti speċjali għandha għalhekk titħassar u l-Parti B ta’ l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(9)

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

ANNESS

L-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tat-Taqsima II tal-Parti A ta’ l-Anness I, il-punt 3 qiegħed jitħassar.

(2)

L-Anness II qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima II tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Fl-intestatura (a), il-punt 6.2 li ġej qed jiddaħħal wara l-punt 6.1:

“6.2.

Helicoverpa armigera (Hübner)

Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul, Dianthus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait. u tal-familja Solanaceae, maħsuba għat-tħawwil, ħlief iż-żrieragħ”

(ii)

Fl-intestatura (ċ), il-punt 2 qiegħed jitħassar.

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Fl-intestatura (a), il-punt 10 qiegħed jitħassar.

(ii)

Fil-punt 2 ta’ l-intestatura (b), it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza); Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iii)

Fil-punt 1 ta’ l-intestatura (d), it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“EL, F (Corsica), M, P (ħlief Madeira)”

(3)

Il-Parti B ta' l-Anness III qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(b)

Fil-punt 2, it-test fit-tieni kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

L-Anness IV qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A qed tiġi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 27.1 tat-Taqsima I, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-kliem “Heliothis armigera Hübner” qed jinbidlu b'“Helicoverpa armigera (Hübner)”.

(ii)

Fil-punt 20 tat-Taqsima II, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-kliem “Heliothis armigera Hübner” qed jinbidlu b'“Helicoverpa armigera (Hübner)”.

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 17 qiegħed jitħassar.

(ii)

Il-punt 21 qed jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-punt (ċ) qed jinbidel b’dan li ġej:

“ċ)

il-pjanti joriġinaw f’wieħed mill-Cantons ta’ l-Iżvizzera li ġejjin: Fribourg, Vaud, Valais, jew”.

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iii)

Il-punt 21.3 qed jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, il-punt (b) qed jinbidel b’dan li ġej:

“b)

joriġinaw f’wieħed mill-Cantons ta’ l-Iżvizzera li ġejjin: Fribourg, Vaud, Valais, jew”.

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantova), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta, Veneto (ħlief il-provinċja ta’ Rovigo, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria u Vjenna), P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Notranjska u Maribor), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands).”

(iv)

Il-punt 31. qed jiġi emendat kif ġej:

It-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej:

“EL, F (Corsica), M, P (ħlief Madeira)”.

Top