Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0229

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/229/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2008 li tememda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

    ĠU L 75, 18.3.2008, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/05/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/229/oj

    18.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 75/80


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/229/PESK

    tas-17 ta’ Marzu 2008

    li tememda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta’ Mejju 2007 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK li tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1) għal perijodu ta’ 3 snin. Il-fażi operattiva ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN bdiet fil-15 ta’ Ġunju 2007.

    (2)

    L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst fl-Artikolu 13(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK għandu jiġi estiż biex ikopri l-perijodu sat-30 ta’ Settembru 2008,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata ma’ l-EUPOL AFGHANISTAN sat-30 ta’ Settembru 2008 għandu jkun ta’ EUR 43 600 000.”;

    (2)

    Il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-kumplament tas-sena 2008, kif ukoll għas-snin 2009 u 2010 għall-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkun deċiż mill-Kunsill.”

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. JARC


    (1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2007/733/PESK (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 31).


    Top