This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0871
2006/871/EC: Council Decision of 18 July 2005 on the conclusion on behalf of the European Community of the Agreement on the Conservation of African-Eurasian Migratory Waterbirds
2006/871/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2005 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar ta' l-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi
2006/871/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2005 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar ta' l-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi
ĠU L 345, 8.12.2006, p. 24–25
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/871/oj
8.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Lulju 2005
dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar ta' l-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi
(2006/871/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, L-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(4), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Komunità hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' l-Ispeċi Migratorji ta' l-Annimali Salvaġġi (il-Konvenzjoni ta' Bonn) (2) |
(2) |
L-Artikolu IV tal-Konvenzjoni ta' Bonn jipprevedi li jiġu konklużi ftehim reġjonali li, għal dawk l-ispeċi bi stat sfavorevoli ta' konservazzjoni (speċi msemmija fl-Appendiċi II), għandhom isiru kemm jista' jkun malajr. |
(3) |
L-għasafar ta' l-ilma tar-rotot migratorji Afro-Ewroasjatiċi, li huma speċi msemmija fl-Appendiċi II, jeħtieġu attenzjoni immedjata sabiex jittejjeb l-istat tagħhom ta' konservazzjoni u sabiex tinġabar informazzjoni bħala bażi għal deċiżjonijiet ta' ġestjoni tajba. |
(4) |
L-ewwel laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Bonn sejħet għat-tfassil ta' Ftehim għall-Konservazzjoni ta’ l-Anatidi Paleartiċi tal-Punent. L-abbozz tal-ftehim ġie żviluppat sussegwentement sabiex jinkludi speċi oħra ta' għasafar ta' l-ilma migratorji. |
(5) |
Fil-qasam relevanti għal dan il-Ftehim, il-Komunità adottat id-Direttivi tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar salvaġġi (3) u 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora salvaġġa (4). |
(6) |
Il-Kummissjoni ħadet sehem f'isem il-Komunità, u skond id-direttivi negozjali mogħtija mill-Kunsill fis-7 ta' Ġunju 1995, fil-laqgħa ta' negozjati li saret mit-12 sas-16 ta' Ġunju 1995 fl-Aja. Din il-laqgħa adottat b'konsensus il-Ftehim dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar ta' l-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi(il-Ftehim). |
(7) |
Il-Ftehim ġie miftuħ għall-iffirmar mis-16 ta' Ottubru 1995. Dan ġie ffirmat s'isem il-Komunità fl-1 ta' Settembru 1997. Daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1999. |
(8) |
L-Artikolu X tal-Ftehim jipprevedi li kwalunkwe emenda lill-Annessi għandha tidħol fis-seħħ disgħin jum wara l-Laqgħa tal-Partijiet li fiha ġew adottati għall-Partijiet kollha, minbarra l-Partijiet li jdaħħlu riserva skond il paragrafu 6 tiegħu. |
(9) |
L-Annessi mal-Ftehim ġew emendati bir-Riżoluzzjonijiet approvati fl-ewwel Laqgħa tal-Partijiet, li saret f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel, f'Novembru 1999, u fit-tieni Laqgħa tal-Partijiet, li saret f'Bonn, il-Ġermanja, f'Settembru 2002. |
(10) |
Huwa issa opportun li l-Komunità tikkonkludi l-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar l-Għasafar ta' l-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni mal-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda, bħala Depożitarju tal-Ftehim, skond l-Artikolu XVII tal-Ftehim.
Artikolu 3
1. Fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Komunità, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f'isem il-Komunità, l-emendi lill-Annessi mal-Ftehim adottati skond l-Artikolu X(5) tal-Ftehim.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita fit-twettiq ta' dan il-kompitu minn kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għanda tkun limitata għal dawk l-emendi li huma konsistenti mal-liġi Komunitarja u li ma jinvolvu ebda modifika tagħha dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar salvaġġi u ta' l-habitat naturali tagħhom.
4. Kull meta xi emenda li ssir lill-Annessi mal-Ftehim ma tiġix implementata skond il-liġi Komunitarja relevanti fi żmien disgħin ġurnata mid-data ta' l-adozzjoni tagħha fil-Laqgħa tal-Partijiet, il-Kummissjoni, b'notifika bil-miktub lid-Depożitur, għanda ddaħħal riserva fir-rigward ta' dik l-emenda skond l-Artikolu X(6) tal-Ftehim qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' disgħin ġurnata. Fejn l-emenda tiġi sussegwentement implementata, il-Kummissjoni għandha tirtira n-notifika mingħajr dewmien.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BECKETT
(1) Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 210, 19.7.1982, p. 10.
(3) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003.
(4) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta' l-2003.
FTEHIM
dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar ta' l-ilma migratorji afro-ewroasjatiċi
IL-PARTIJIET KONTRAENTI,
JIFTAKRU li l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' l-Ispeċi Migratorji ta' Annimali Salvaġġi, 1979, tinkoraġġixxi azzjoni koperattiva internazzjonali għall-konservazzjoni ta' l-ispeċi migratorji;
JIFTAKRU wkoll li l-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret f'Bonn f'Ottubru 1985, tat istruzzjonijiet lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni sabiex jieħu miżuri xierqa għall-iżvilupp ta' Ftehim dwar l-Anatidi tal-Paleartiku;
JIKKUNSIDRAW li t-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji jikkostitwixxu parti importanti mid-diversità bijoloġika globali li, fl-ispirtu tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika 1992 u ta' l-Aġenda 21, għandha tiġi konservata għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri;
KONXJI mill-benefiċċji ekonomiċi, soċjali, kulturali u ta' rikreazzjoni li jakkumulaw mill-qbid ta' ċerti speċi ta' għasafar u tjur ta' l-ilma migratorji u mill-valur ambjentali, ekoloġiku, ġenetiku, xjentifiku, estetiku, ta' rikreazzjoni, kulturali, edukattiv, soċjali u ekonomiku tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma b'mod ġenerali;
KONVINTI li kwalunkwe qabda ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji għandha ssir fuq bażi sostenibbli, fejn jittieħed kont ta' l-istat tal-konservazzjoni ta' l-ispeċi konċernati fuq il-medda sħiħa tagħhom kif ukoll tal-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom;
KONXJI li t-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji huma vulnerabbli b'mod partikolari minħabba li jpassu fuq distanzi twal u jiddependu minn sistemi retikolati ta' artijiet mistagħdra li qegħdin jonqsu f'termini ta' l-estensjoni tagħhom u li qegħdin jiġu degradati mill-attivitajiet mhux sostenibbli tal-bniedem, kif espress fil-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta' Importanza Internazzjonali, speċjalment bħala l-Habitat għall-Għasafar ta' l-Ilma, 1971;
JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata sabiex jitwaqqaf it-tnaqqis fl-ispeċi tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u l-habitats tagħhom fiż-żona ġeografika tas-sistemi migratorji tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma Afrikani-Ewro-Asjatiċi;
KONVINTI li l-konklużjoni ta' Ftehim multilaterali u l-implementazzjoni tiegħu permezz ta' azzjoni koordinata jew miftiehma jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-konservazzjoni tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u l-habitat tagħhom bl-iktar mod effiċjenti, u jkollu benefiċċji aniċillari għal bosta speċi ta' annimali u pjanti oħrajn; u
JGĦARFU li l-implementazzjoni effettiva ta' tali Ftehim tkun teħtieġ li tiġi provduta assistenza lil uħud mill-Istati fiż-Żona tal-Passa għar-riċerka, għat-taħriġ u għall-monitoraġġ ta' l-ispeċi tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u l-habitats tagħhom, għall-ġestjoni ta' dawk il-habitats kif ukoll għat-twaqqif jew titjib ta' l-istituzzjonijiet xjentifiċi u amministrattivi għall-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu I
Ambitu, Definizzjonijiet u Interpretazzjoni
1. L-ambitu ġeografiku ta' dan il-Ftehim huwa ż-żona tas-sistemi migratorji tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma Afrikani-Ewro-Asjatiċi, kif definit fl-Anness 1 ma' dan il-Ftehim, minn hawn ‘il quddiem “iż-Żona tal-Ftehim”.
2. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
(a) |
“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' l-Ispeċi Migratorji ta' Annimali Salvaġġi, 1979; |
(b) |
“Segretarjat tal-Konvenzjoni” tfisser il-korp imwaqqaf skond l-Artikolu IX tal-Konvenzjoni; |
(ċ) |
“Tjur u għasafar ta' l-ilma” tfisser dawk l-ispeċi ta' tjur u għasafar li huma ekoloġikament dipendenti mill-artijiet mistagħdra għal mill-inqas parti taċ-ċiklu annwali tagħhom, li għandhom medda għal kollox jew parzjalment fiż-Żona tal-Ftehim u huma elenkati fl-Anness 2 ma' dan il-Ftehim; |
(d) |
“Segretarjat tal-Ftehim” tfisser il-korp imwaqqaf skond is-subparagrafu (b) tal-paragrafu 7 ta' l-Artikolu VI, ta' dan il-Ftehim; |
(e) |
“Partijiet” tfisser, sakemm il-kuntest ma jindikax mod ieħor, il-Partijiet għal dan il-Ftehim; u |
(f) |
“Partijiet preżenti u li jivvotaw” tfisser il-Partijiet preżenti u li jitfgħu l-vot tagħhom fl-affermattiv jew fin-negattiv; dawk li jastjenu milli jivvotaw ma għandhomx jitqiesu fost il-Partijiet preżenti u li jivvotaw. |
Barra minn dan, it-termini definiti fis-subparagrafi 1(a) sa (k) ta' l-Artikolu I tal-Konvenzjoni għandhom ikollhom l-istess tifsira, mutatis mutandis, f'dan il-Ftehim.
3. Dan il-Ftehim huwa Ftehim fis-sens tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu IV, tal-Konvenzjoni.
4. L-Annessi ma' dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu. Kwalunkwe referenza għall-Ftehim tinkludi referenza għall-Annessi tiegħu.
Artikolu II
Prinċipji Fondamentali
1. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri koordinati sabiex iżommu l-ispeċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji fi stat ta' konservazzjoni favorevoli jew sabiex jerġgħu iġibuhom f'dak l-istat. Għal dan il-għan, għandhom japplikaw fil-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom il-miżuri stipulati fl-Artikolu III, flimkien ma' l-azzjonijiet speċifiċi determinati fil-Pjan ta' Azzjoni provdut fl-Artikolu IV, ta' dan il-Ftehim.
2. Fl-implementazzjoni tal-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 aktar 'il fuq, il-Partijiet għandhom jieħdu kont tal-prinċipju prekawzjonali.
Artikolu III
Miżuri Ġenerali ta' Konservazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkonservaw it-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji, b'attenzjoni speċjali għall-ispeċi minaċċjati kif ukoll għal dawk li ma għandhomx stat ta' konservazzjoni favorevoli.
2. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom:
(a) |
jagħtu l-istess ħarsien strett lill-ispeċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji u li huma minaċċjati fiż-Żona tal-Ftehim kif hemm provdut fil-paragrafi 4 u 5 ta' l-Artikolu III tal-Konvenzjoni; |
(b) |
jiżguraw li kwalunkwe użu tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji huwa bbażat fuq valutazzjoni ta' l-aħjar konoxxenza disponibbli dwar l-ekoloġija tagħhom u li jkun sostenibbli għall-ispeċi kif ukoll għas-sistemi ekoloġiċi li jsostnuhom; |
(ċ) |
jidentifikaw siti u habitats għat-tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji li jinstabu fit-territorju tagħhom u jinkoraġġixxu l-ħarsien, il-ġestjoni, ir-rijabilitazzjoni u r-restawr ta' dawn is-siti, b'koperazzjoni ma' dawk il-korpi elenkati fil-paragrafi (a) u (b) ta' l-Artikolu IX, ta' dan il-Ftehim, li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-habitat; |
(d) |
jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex jiżguraw li tinżamm teżisti sistema retikolata ta' habitats adatti jew, fejn xieraq, li jiġi stabbilit mill-ġdid għall-medda sħiħa ta' kull speċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji konċernata, b'mod partikolari fejn l-artijiet mistagħdra jestendu tul żona ta' iktar minn Parti waħda għal dan il-Ftehim; |
(e) |
jinvestigaw il-problemi li jinħolqu jew li jistgħu jinħolqu minn attivitajiet tal-bniedem u jagħmlu ħilithom sabiex jimplementaw miżuri li jirrimedjaw, inklużi ir-rijabilitazzjoni u r-restawr tal-habitat, u miżuri ta' kumpens għat-telf tal-habitat; |
(f) |
jikkoperaw f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jeħtieġu azzjoni internazzjonali miftiehma u fl-identifikazzjoni ta' l-ispeċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji li huma l-iktar vulnerabbli għal dawn is-sitwazzjonijiet kif ukoll jikkoperaw fl-iżvilupp tal-proċeduri adegwati ta' emerġenza li jipproteġu iżjed lil dawn l-ispeċi f'sitwazzjonijiet bħal dawn u fil-preparazzjoni ta' linji gwida sabiex jassistu lil Partijiet individwali jiffaċċaw dawn is-sitwazzjonijiet; |
(g) |
jipprojbixxu l-introduzzjoni bil-ħsieb ta' speċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma mhux indiġeni fl-ambjent u jieħdu l-miżuri kollha adatti sabiex ma jħallux li speċi bħal dawn jinħelsu bla ħsieb jekk din l-introduzzjoni jew dan il-ħelsien jippreġudikaw l-istat ta' konservazzjoni tal-flora u tal-fawna salvaġġi; meta speċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma mhux indiġeni diġà ġew introdotti, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha adegwati sabiex ma jħallux lil dawn l-ispeċi jsiru theddida potenzjali għall-ispeċi indiġeni; |
(h) |
jibdew jew isostnu r-riċerka fil-bijoloġija u fl-ekoloġija tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji inkluża l-armonizzazzjoni tal-metodi tar-riċerka u tal-monitoraġġ u, fejn ikun xieraq, it-twaqqif ta' programmi ta' riċerka u ta' monitoraġġ konġunti jew koperattivi; |
(i) |
janalizzaw il-ħtiġijiet għat-taħriġ tagħhom għal, inter alia, studji dwar it-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji, monitoraġġ, ringing u l-ġestjoni ta' artijiet mistagħdra sabiex jiġu identifikati s-suġġetti u l-oqsma prijoritarji għat-taħriġ u sabiex jikkoperaw fl-iżvilupp u fl-offerta ta' programmi adegwati ta' taħriġ; |
(j) |
jiżviluppaw u jżommu fis-seħħ programmi li jqajmu l-kuxjenzi u joħolqu l-għarfien dwar kwistjonijiet tal-konservazzjoni tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji b'mod ġenerali u dwar l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet partikolari ta' dan il-Ftehim; |
(k) |
jiskambjaw informazzjoni u riżultati mill-programmi ta' riċerka, ta' monitoraġġ, ta' konservazzjoni u ta' l-edukazzjoni; u |
(l) |
jikkoperaw bil-għan li jassistu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka u tal-monitoraġġ. |
Artikolu IV
Pjan ta' Azzjoni u Linji Gwida dwar il-Konservazzjoni
1. Maqgħud ma' dan il-Ftehim jinsab Pjan ta' Azzjoni bħala l-Anness 3. Huwa jispeċifika l-azzjonijiet li l-Partijiet għandhom jagħmlu fir-rigward ta' l-ispeċi u l-kwistjonijiet prijoritarji, taħt l-intestaturi li ġejjin, b'mod konsistenti mal-miżuri ġenerali ta' konservazzjoni speċifikati fl-Artikolu III ta' dan il-Ftehim:
(a) |
konservazzjoni ta' l-ispeċi; |
(b) |
konservazzjoni tal-habitat; |
(ċ) |
ġestjoni ta' l-attivitajiet tal-bniedem; |
(d) |
riċerka u monitoraġġ; |
(e) |
edukazzjoni u informazzjoni; u |
(f) |
implementazzjoni. |
2. Il-Pjan ta' Azzjoni għandu jiġi rivedut f'kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet, b'kont meħud tal-Linji Gwida dwar il-Konservazzjoni.
3. Kwalunkwe emenda lill-Pjan ta' Azzjoni għandha tiġi adottata mil-Laqgħa tal-Partijiet, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu III ta' dan il-Ftehim.
4. Il-Linji Gwida dwar il-Konservazzjoni għandhom jitressqu quddiem il-Laqgħa tal-Partijiet sabiex jiġu adottati fl-ewwel sessjoni, u għandhom jiġu riveduti b'mod regolari.
Artikolu V
Implementazzjoni u Finanzjament
1. Kull Parti għandha:
(a) |
tinnomina l-Awtorità jew l-Awtoritajiet sabiex jimplementaw dan il-Ftehim li għandhom, inter alia, jimmonitorjaw l-attivitajiet kollha li jistgħu jkollhom impatt fuq l-istat ta' konservazzjoni ta' dawk l-ispeċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji li tagħhom il-Parti hija Stat fiż-Żona tal-Passa; |
(b) |
tinnomina punt ta' kuntatt għall-Partijiet l-oħrajn, u tikkomunika mingħajr dewmien l-isem u l-indirizz tiegħu lis-segretarjat tal-Ftehim sabiex jiġi ċċirkolat minnfih lill-Partijiet l-oħrajn; u |
(ċ) |
tipprepara għal kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet, mit-tieni sessjoni 'l quddiem, rapport dwar l-implementazzjoni tagħha tal-Ftehim b'referenza partikolari għall-miżuri ta' konservazzjoni li impenjat ruħha li tieħu. Il-format ta' dawn ir-rapporti għandu jiġi determinat mill-ewwel sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet u jiġi rivedut skond in-neċessità fi kwalunkwe sessjoni sussegwenti tal-Laqgħa tal-Partijiet. Kull rapport għandu jitressaq lis-segretarjat tal-Ftehim mhux iktar tard minn mija u għoxrin jum qabel is-sessjoni ordinarja tal-Ftehim tal-Partijiet li għaliha ġie preparat, u s-segretarjat tal-Ftehim għandu jiċċirkola l-kopji minnufih lill-Partijiet l-oħrajn. |
2. |
|
3. Il-Laqgħa tal-Partijiet tista' tistabbilixxi fond għall-konservazzjoni mill-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Partijiet jew minn kwalunkwe sors ieħor bil-għan li jiġu ffinanzjati l-monitoraġġ, ir-riċerka, it-taħriġ u l-proġetti relatati mal-konservazzjoni, inklużi l-ħarsien u l-ġestjoni, ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji.
4. Il-Partijiet huma mħeġġa jipprovdu taħriġ u appoġġ tekniku u finanzjarju lill-Partijiet l-oħra fuq bażi multilaterali jew bilaterali sabiex jassistuhom fl-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu VI
Il-Laqgħa tal-Partijiet
1. Il-Laqgħa tal-Partijiet għandha tkun il-korp deċiżjonali fir-rigward ta' dan il-Ftehim.
2. Id-Depożitarju għandu, b'konsultazzjoni mas-Segretarjat tal-Konvenzjoni, isejjaħ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet mhux iktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Wara dan, is-Segretarjat tal-Ftehim għandu jsejjaħ, b'konsultazzjoni mas-Segretarjat tal-Konvenzjoni, sessjonijiet ordinarji tal-Laqgħa tal-Partijiet f'intervalli ta' mhux iktar minn tliet snin, sakemm il-Laqgħa tal-Partijiet ma tiddeċidix mod ieħor. Fejn hu possibbli li jsir dan, dawn is-sessjonijiet għandhom isiru flimkien mal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni.
3. Fuq talba bil-miktub ta' mill-inqas terz tal-Partijiet, is-segretarjat tal-Ftehim għandu jsejjaħ sessjoni straordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet.
4. In-Nazzjonijiet Uniti, l-Aġenziji Speċjalizzati tagħha, l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika, kwalunkwe Stat li mhux Parti għal dan il-Ftehim, u s-segretarjati tal-konvenzjonijiet internazzjonali involuti inter alia fil-konservazzjoni, inklużi l-ħarsien u l-ġestjoni, ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji, jistgħu jiġu rappreżentati permezz ta' osservaturi f'sessjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet. Kwalunkwe aġenzija jew korp tekniku kwalifikat f'tali materji ta' konservazzjoni jew fir-riċerka dwar it-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji jistgħu wkoll ikunu rappreżentati fis-sessjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet bħala osservaturi, sakemm ma joġġezzjonax mill-inqas terz tal-Partijiet preżenti.
5. Il-Partijiet biss għandhom id-dritt tal-vot. Kull Parti għandha jkollha vot wieħed, iżda organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li huma Partijiet għal dan il-Ftehim għandhom, fil-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom b'numru ta' voti daqs in-numru ta' l-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet għal dan il-Ftehim. Organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali ma għandiex teżerċita d-dritt tal-vot tagħha jekk l-Istati Membri tagħha jeżerċitaw tagħhom, u vice versa.
6. Sakemm ma jkunx dispost mod ieħor f'dan il-Ftehim, id-deċiżjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet għandhom jiġu adottati unanimament jew, jekk ma jistax jintlaħaq konsensus, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw.
7. Fl-ewwel sessjoni tagħha, il-Laqgħa tal-Partijiet għandha:
(a) |
tadotta unanimament ir-regoli ta' proċedura tagħha; |
(b) |
twaqqaf segretarjat tal-Ftehim fi ħdan is-Segretarjat tal-Konvenzjoni sabiex iwettaq il-funzjonijiet ta' segretarjat imsemmija fl-Artikolu VIII ta' dan il-Ftehim; |
(ċ) |
twaqqaf il-Kumitat Tekniku previst fl-Artikolu VII ta' dan il-Ftehim; |
(d) |
tadotta format għar-rapporti li għandhom jiġu ppreparati skond is-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu V ta' dan il-Ftehim; u |
(e) |
tadotta kriterji li jiddefinixxu s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jeħtieġu miżuri ta' konservazzjoni urġenti, u jiddeterminaw il-modalitajiet ta' l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-azzjoni li tittieħed. |
8. F'kull sessjoni ordinarja tagħha, il-Laqgħa tal-Partijiet għandha:
(a) |
tikkunsidra l-bidliet attwali u potenzjali fl-istat ta' konservazzjoni tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u l-habitats li huma importanti għas-sopravvivenza tagħhom, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jolqtuhom; |
(b) |
tirrivedi l-progress li sar u kwalunkwe diffikultà li qamet fl-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim; |
(ċ) |
tadotta baġit u tikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata ma' l-arranġamenti finanzjarji għal dan il-Ftehim; |
(d) |
tieħu ħsieb kwalunkwe kwistjoni relatata mas-segretarjat tal-Ftehim u mas-sħubija fil-Kumitat Tekniku; |
(e) |
tadotta rapport għall-komunikazzjoni lill-Partijiet f'dan il-Ftehim u lill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni; u |
(f) |
tiddetermina l-ħin u l-post tas-sessjoni li jmiss. |
9. Fi kwalunkwe waħda mis-sessjonijiet tagħha, il-Laqgħa tal-Partijiet tista':
(a) |
tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet meqjusa minnha bħala meħtieġa jew xierqa; |
(b) |
tadotta azzjonijiet speċifiċi sabiex ittejjeb l-effikaċja ta' dan il-Ftehim u, skond kif ikun il-każ, il-miżuri ta' emerġenza kif previsti fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu VII ta' dan il-Ftehim; |
(ċ) |
tikkunsidra u tiddeċiedi dwar proposti li jemendaw dan il-Ftehim; |
(d) |
temenda l-Pjan ta' Azzjoni skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu IV ta' dan il-Ftehim; |
(e) |
twaqqaf dawk il-korpi sussidjarji li tqis li huma meħtieġa sabiex jassistu fl-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari għall-koordinazzjoni ma' korpi stabbiliti permezz ta' trattati, konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali oħrajn dwar oqsma ġeografiċi u tassonomiċi ta' interess komuni; u |
(f) |
tiddeċiedi dwar kwalunkwe kwistjoni oħra konnessa ma' l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim. |
Artikolu VII
Kumitat Tekniku
1. Il-Kumitat Tekniku għandu jinkludi:
(a) |
disa' esperti li jirrappreżentaw ir-reġjuni differenti taż-Żona tal-Ftehim, skond distribuzzjoni ġeografika bilanċjata; |
(b) |
rappreżentant wieħed mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (IUCN), wieħed mill-Burò Internazzjonali ta' Riċerka dwar l-Għasafar ta' l-Ilma u l-Artijiet Mistagħdra (IWRB) u wieħed mill-Kunsill Internazzjonali għall-Konservazzjoni ta' l-Annimali tal-Kaċċa u l-Fawna Salvaġġa (CIC); u |
(ċ) |
espert wieħed minn kull wieħed minn dawn l-oqsma: ekonomija rurali, ġestjoni ta' l-annimali tal-kaċċa, u liġi ambjentali. |
Il-proċedura għall-ħatra ta' l-esperti, it-tul tal-mandat tagħhom u l-proċedura tal-ħatra tal-President tal-Kumitat Tekniku għandhom jiġu stabbiliti mil-Laqgħa tal-Partijiet. Il-President jista' jippermetti l-attendenza massimament ta' erba' osservaturi minn organizzazzjonijiet inter-governattivi u organizzazzjonijiet speċjalizzati internazzjonali mhux governattivi.
2. Sakemm il-Laqgħa tal-Partijiet ma tiddeċidix mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Tekniku għandhom jissejħu mis-segretarjat tal-Ftehim flimkien ma' kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet u almenu darba bejn is-sessjonijiet ordinarji tal-Laqgħa tal-Partijiet.
3. Il-Kumitat Tekniku għandu:
(a) |
jipprovdi pariri u informazzjoni xjentifika u teknika lil-Laqgħa tal-Partijiet u, permezz tas-segretarjat tal-Ftehim, lill-Partijiet; |
(b) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet lil-Laqgħa tal-Partijiet rigward il-Pjan ta' Azzjoni, l-implementazzjoni tal-Ftehim u aktar riċerka li għandha ssir; |
(ċ) |
jipprepara għal kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet rapport dwar l-attivitajiet tiegħu, li għandu jitressaq quddiem is-segretarjat tal-Ftehim mhux inqas minn mija u għoxrin jum qabel is-sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet, u l-kopji tiegħu għandhom jiġu ċċirkolati minnufih mis-Segretarjat tal-Ftehim lill-Partijiet; u |
(d) |
jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor assenjat lilu mil-Laqgħa tal-Partijiet. |
4. Fejn fl-opinjoni tal-Kumitat Tekniku tkun inħolqot emerġenza li teħtieġ l-adozzjoni ta' miżuri immedjati sabiex jiġi evitat id-deterjorament ta' l-istat ta' konservazzjoni ta' speċi waħda jew iżjed ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji, il-Kumitat Tekniku jista' jitlob lis-segretarjat tal-Ftehim sabiex isejjaħ b'mod urġenti laqgħa tal-Partijiet konċernati. Wara dan, dawn il-Partijiet għandhom jiltaqgħu mill-aktar fis possibbli u jwaqqfu bil-ħeffa mekkaniżmu sabiex jitħarsu l-ispeċi identifikati bħala l-iktar suġġetti għal theddida avversa. Fejn tiġi adottata rakkomandazzjoni f'laqgħa bħal din, il-Partijiet konċernati għandhom jinformaw lil xulxin u lis-segretarjat tal-Ftehim bil-miżuri li ħadu sabiex jimplementawha, jew bir-raġunijiet għaliex ir-rakkomandazzjoni ma setgħetx tiġi implementata.
5. Il-Kumitat Tekniku jista' jwaqqaf dawk il-gruppi ta' ħidma li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jieħdu ħsieb kompiti speċifiċi.
Artikolu VIII
Is-Segretarjat tal-Ftehim
Il-funzjonijiet tas-segretarjat tal-Ftehim għandhom ikunu li:
(a) |
jirranġa u jagħti servizz lis-sessjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet kif ukoll lil-laqgħat tal-Kumitat Tekniku; |
(b) |
iwettaq id-deċiżjonijiet indirizzati lilu mil-Laqgħa tal-Partijiet; |
(ċ) |
jmexxi 'il quddiem u jikkoordina l-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, inkluż il-Pjan ta' Azzjoni skond id-deċiżjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet; |
(d) |
jikkomunika ma' l-Istati fiż-Żona tal-Passa li mhumiex Partijiet u li jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn il-Partijiet u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali, li l-attivitajiet tagħhom huma rilevanti għall-konservazzjoni b'mod dirett jew indirett, inklużi l-ħarsien u l-ġestjoni, tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji; |
(e) |
jiġbor u jivvaluta l-informazzjoni li ssostni aktar l-għanijiet u l-implementazzjoni tal-Ftehim u jirranġa għad-disseminazzjoni adegwata ta' tali informazzjoni; |
(f) |
jiġbed l-attenzjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet dwar kwistjonijiet konnessi ma' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim; |
(g) |
jiċċirkola l-kopji tar-rapporti ta' l-Awtoritajiet imsemmija fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu V ta' dan il-Ftehim u tal-Kumitat Tekniku, flimkien mal-kopji tar-rapporti li huwa obbligat jipprovdi skond il-paragrafu (h) ta' dan l-Artikolu, lil kull Parti mhux inqas minn sittin jum qabel il-bidu ta' kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet; |
(h) |
jipprepara, fuq bażi annwali u għal kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet, rapporti dwar ix-xogħol tas-segretarjat u dwar l-implementazzjoni tal-Ftehim; |
(i) |
jamministra l- baġit għall-Ftehim u, jekk ikun stabbilit, il-fond ta' konservazzjoni tiegħu; |
(j) |
jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar il-Ftehim u l-għanijiet tiegħu; u |
(k) |
jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jingħatawlu taħt il-Ftehim jew mil-Laqgħa tal-Partijiet. |
Artikolu IX
Relazzjonijiet ma' Korpi Internazzjonali li jieħdu ħsieb it-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u l-habitats tagħhom
Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jikkonsulta:
(a) |
fuq bażi regolari, mas-Segretarjat tal-Konvenzjoni u, fejn huwa xieraq, mal-korpi responsabbli mill-funzjonijiet ta' segretarjat taħt il-Ftehim konklużi skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu IV tal-Konvenzjoni li huma rilevanti għat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji, il-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta' Importanza Internazzjonali, speċjalment bħala l-Habitat ta' l-Għasafar ta' l-ilma, 1971, il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċi ta' Fawna u Flora Salvaġġi Minaċċjati, 1973, il-Konvenzjoni Afrikana dwar il-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali, 1968, il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Fawna Salvaġġa u tal-Habitats Naturali Ewropej, 1979, u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, 1992, bil-għan li l-Laqgħa tal-Partijiet tikkopera mal-Partijiet għal dawn il-konvenzjonijiet fuq il-kwistjonijiet kollha ta' interess komuni u, b'mod partikolari, fl-iżvilupp u fl-implementazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni; |
(b) |
mas-segretarjati ta' konvenzjonijiet pertinenti u ta' strumenti internazzjonali oħrajn dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; u |
(ċ) |
ma' organizzazzjonijiet oħra li huma kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni, inklużi l-ħarsien u l-ġestjoni, ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji u tal-habitats tagħhom, kif ukoll fl-oqsma tar-riċerka, ta' l-edukazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni. |
Artikolu X
Emendament tal-Ftehim
1. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat fi kwalunkwe sessjoni ordinarja jew straordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet.
2. Il-proposti għall-emendament jistgħu jsiru minn kwalunkwe Parti.
3. It-test ta' kwalunkwe emenda proposta u r-raġunijiet tagħha għandhom jiġu komunikati lis-segretarjat tal-Ftehim mhux inqas minn mija u ħamsin jum qabel il-ftuħ tas-sessjoni. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jibgħat minnufih kopji lill-Partijiet. Kwalunkwe kumment dwar it-test mill-Partijiet għandu jiġi komunikat lis-segretarjat tal-Ftehim mhux inqas minn sittin jum qabel il-ftuħ tas-sessjoni. Is-Segretarjat għandu, mill-aktar fis possibbli wara l-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-kummenti, jikkomunika lill-Partijiet il-kummenti kollha mressqa sa dak inhar.
4. Emenda għall-Ftehim minbarra emenda għall-annessi tiegħu għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw u għandha tidħol fis-seħħ għal dawk il-Partijiet li aċċettawha fit-tletin jum wara d-data li fiha żewġ terzi tal-Partijiet għall-Ftehim fid-data ta' l-adozzjoni ta' l-emenda ddepożitaw l-istrumenti ta' aċċettazzjoni ta' l-emenda tagħhom mad-Depożitarju. Għal kull Parti li tiddepożita strument ta' aċċettazzjoni wara d-data li fiha żewġ terzi tal-Partijiet iddepożitaw l-istrumenti ta' aċċettazzjoni tagħhom, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fit-tlettax-il jum wara d-data li fiha tiddepożita l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha.
5. Kwalunkwe annessi addizzjonali u kwalunkwe emenda għal anness għandha tiġi adottata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw u għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet kollha fid-disgħin jum wara d-data ta' adozzjoni tagħha mil-Laqgħa tal-Partijiet, ħlief għal dawk il-Partijiet li daħħlu riżerva skond il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
6. Matul il-perjodu ta' disgħin jum previst fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe Parti tista', permezz ta' notifika bil-miktub lid-Depożitarju, iddaħħal riżerva fir-rigward ta' anness addizzjonali jew emenda għal anness. Riżerva bħal din tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin permezz ta' notifika bil-miktub lid-Depożitarju, u konsegwentement dan l-anness addizzjonali jew l-emenda għandu jidħol fis-seħħ għal dik il-Parti fit-tletin jum wara d-data ta' l-irtirar tar-riżerva.
Artikolu XI
L-effett ta' dan il-Ftehim fuq Konvenzjonijiet u Leġiżlazzjoni Internazzjonali
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma jmissux id-drittijiet u l-obbligi ta' kwalunkwe Parti li ġejjin minn trattati, konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali eżistenti.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhom bl-ebda mod jolqtu d-dritt ta' kwalunkwe Parti li żżomm fis-seħħ jew tadotta miżuri iżjed iebsa għall-konservazzjoni tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma migratorji u tal-habitats tagħhom.
Artikolu XII
Soluzzjoni ta' vertenzi
1. Kwalunkwe vertenza li tista' jqum bejn żewġ Partijiet jew iktar rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandha tkun suġġetta għal negozjati bejn il-Partijiet involuti fl-argument.
2. Jekk il-vertenza ma tistax tiġi solvuta skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu, b'kunsens reċiproku, iressqu l-vertenza tagħhom għall-arbitraġġ, b'mod partikolari dak eżerċitat mill-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ f'The Hague, u l-Partijiet li jressqu l-vertenza għandhom ikunu marbutin bid-deċiżjoni arbitrali.
Artikolu XIII
Iffirmar, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni, adeżjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-iffirmar minn kwalunkwe Stat fiż-Żona tal-Passa, sew jekk hemm żoni fil-ġurisdizzjoni tiegħu li jinstabu fiż-Żona tal-Ftehim u sew jekk le, jew minn organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, fejn almenu membru wieħed tagħha huwa Stat fiż-Żona tal-Passa, jew permezz ta':
(a) |
firma mingħajr riżerva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew |
(b) |
firma b'riżerva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, segwita mir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni. |
2. Dan il-Ftehim għandu jibqa' miftuħ għall-iffirmar f'The Hague sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
3. Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni minn kwalunkwe Stat fiż-Żona tal-Passa jew minn kwalunkwe organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq fid-data u wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
4. L-istrumenti tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni, ta' l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni għandhom jiġu depożitati mad-Depożitarju.
Artikolu XIV
Dħul fis-Seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara li almenu erbatax-il Stat fiż-Żona tal-Passa jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, li jinkludu almenu sebgħa mill-Afrika u sebgħa Ewro-Asjatiċi, iffirmaw mingħajr riżerva fejn tidħol ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew iddepożitaw l-istrumenti tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni jew ta' l-approvazzjoni tagħhom skond l-Artikolu XIII ta' dan il-Ftehim.
2. Għal kwalunkwe Stat fiż-Żona tal-Passa jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li:
(a) |
iffirma mingħajr riżerva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, jew l-approvazzjoni; |
(b) |
irratifika, aċċetta, jew approva; jew |
(ċ) |
aderixxa ma' dan il-Ftehim wara d-data li fiha n-numru ta' Stati fiż-Żona tal-Passa u ta' l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali meħtieġa sabiex il-Ftehim ikun jista' jidħol fis-seħħ iffirmawh mingħajr riżervi jew irratifikawh, aċċettawh jew approvawh, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara l-firma mingħajr riżervi, jew id-depożitu, minn dak l-Istat jew dik l-organizzazzjoni, ta' l-istrument tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni, ta' l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni tiegħu. |
Artikolu XV
Riżervi
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx ikunu suġġetti għal riżervi ġenerali. Madankollu, riżerva speċifika tista' tiddaħħal minn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali b'firma mingħajr riżerva fir-rigward tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni jew, skond il-każ, mad-depożitu ta' l-istrument tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni jew ta' l-adeżjoni tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe speċi koperta mill-Ftehim jew ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-Pjan ta' Azzjoni. Tali riżerva tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe waqt mill-Istat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li minnu jew minnha kienet ġiet imdaħħla, permezz ta' notifika bil-miktub lid-Depożitarju; tali Stat jew organizzazzjoni ma għandhomx ikunu marbuta bid-dispożizzjonijiet li huma l-oġġett tar-riżerva sa tletin jum wara d-data li fiha r-riżerva ġiet irtirata.
Artikolu XVI
Rinunzja
Kwalunkwe Parti tista' tirrinunzja dan il-Ftehim permezz ta' notifika bil-miktub lid-Depożitarju fi kwalunkwe waqt. Ir-rinunzja għandha jkollha effett tnax-il xahar wara d-data li fiha d-Depożitarju rċieva n-notifika.
Artikolu XVII
Depożitarju
1. L-oriġinali ta' dan il-Ftehim, bl-Għarbi, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bir-Russu, b'kull verżjoni ugwalment awtentika, għandha tiġi depożitata mal-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda li għandu jkun id-Depożitarju. Id-Depożitarju għandu jittrasmetti kopji ċċertifikati ta' dawn il-verżjonijiet lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu XIII ta' dan il-Ftehim, u lis-segretarjat tal-Ftehim wara li dan jitwaqqaf.
2. Hekk kif il-Ftehim jidħol fis-seħħ, kopja ċċertifikata tiegħu għandha tintbagħat mid-Depożitarju lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.
3. Id-Depożitarju għandu jinforma l-Istati u l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali kollha li ffirmaw jew aderixxew għall-Ftehim, u s-segretarjat tal-Ftehim, dwar:
(a) |
kwalunkwe ffirmar; |
(b) |
kwalunkwe depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni, ta' l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni; |
(ċ) |
id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u ta' kwalunkwe anness addizzjonali kif ukoll ta' kwalunkwe emenda lill-Ftehim jew lill-annessi tiegħu; |
(d) |
kwalunkwe riżerva fir-rigward ta' xi anness addizzjonali jew ta' xi emenda lil xi anness; |
(e) |
kwalunkwe notifika ta' rtirar ta' riżerva; u |
(f) |
kwalunkwe notifika ta' rinunzja tal-Ftehim. |
Id-Depożitarju għandu jittrasmetti lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali kollha li ffirmaw jew aderixxew ma' dan il-Ftehim, u lis-segretarjat tal-Ftehim, it-test ta' kwalunkwe riżerva, ta' kwalunkwe anness addizzjonali u ta' kwalunkwe emenda lill-Ftehim jew lill-annessi tiegħu.
B'xiehda ta' dan, il-Partijiet hawn taħt imsemmija, debitament awtorizzati għal hekk, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fl-Aja fis-sittax-il jum ta' Ġunju ta' din is-sena elf disa' mija u ħamsa u disgħin.
ANNESS 1
DEFINIZZJONI TAŻ-ŻONA TAL-FTEHIM
Il-delimitazzjoni taż-Żona tal-Ftehim hija definita kif ġej: mil-Pol Nord lejn in-Nofsinhar tul il-linja tal-lonġitudni 130°W sa 75°N; minn hemm lejn il-Lvant u lejn ix-Xlokk mill-Viscount Melville Sound, mill-Prince Regent Inlet, il-Golf ta' Boothia, il-Baċir ta' Foxe, il-Kanal ta' Foxe u l-Istrett ta' Hudson sa punt fil-Majjistral ta' l-Atlantiku li jinsab 60°N, 60°W; minn hemm lejn ix-Xlokk mill-Majjistral ta' l-Atlantiku sa punt li jinsab 50°N, 30°W; minn hemm lejn in-Nofsinhar tul il-linja tal-lonġitudni 30°W sa 10°N; minn hemm lejn ix-Xlokk sa l-Ekwatur b'20°W; minn hemm lejn in-Nofsinhar tul il-linja tal-lonġitudni 20°W sa 40°S; minn hemm lejn il-Lvant tul il-linja tal-latitudni 40°S sa 60°E; minn hemm lejn it-tramuntana tul il-linja tal-lonġitudni 60°E sa 35°N; minn hemm lejn Grieg il-Lvant f'ċirku kbir sa punt fl-Altai tal-punent li jinsab 49°N, 87° 27'E; minn hemm lejn il-grigal f'ċirku kbir lejn il-kosta ta' l-Oċean Artiku b'130°E; minn hemm lejn it-tramuntana tul il-linja tal-lonġitudni 130°E sal-Pol Nord. Il-kontorn taż-Żona tal-Ftehim huwa illustrat fil-mappa li ġejja.
ANNESS 2
L-ISPEċI TAT-TJUR U L-GħASAFAR TA' L-ILMA MIGRATORJI LI GħALIHOM JAPPLIKA L-FTEHIM (1)
SPHENISCIDAE |
|
Spheniscus demersus |
Il-pingwin Afrikan |
GAVIIDAE |
|
Gavia stellata |
Il-bugħaddâs tal-maltemp |
Gavia arctica |
Black-throated Diver |
Gavia immer |
Great Northern Diver |
Gavia adamsii |
White-billed Diver |
PODICIPEDIDAE |
|
Tachybaptus ruficollis |
Il-blonġun terz |
Podiceps cristatus |
Il-blonġun prim |
Podiceps grisegena |
Red-necked Grebe |
Podiceps auritus |
Slavonian Grebe |
Podiceps nigricollis |
Il-blonġun sekond |
PELECANIDAE |
|
Pelecanus onocrotalus |
Il-pellikan |
Pelecanus rufescens |
Pink-backed Pelican |
Pelecanus crispus |
Dalmatian Pelican |
SULIDAE |
|
Sula (Morus) capensis |
Cape Gannet |
PHALACROCORACIDAE |
|
Phalacrocorax coronatus |
Il-margun tat-toppu |
Phalacrocorax pygmeus |
Pygmy Cormorant |
Phalacrocorax neglectus |
Bank Cormorant |
Phalacrocorax carbo |
Il-margun |
Phalacrocorax nigrogularis |
Socotra Cormorant |
Phalacrocorax capensis |
Cape Cormorant |
ARDEIDAE |
|
Egretta ardesiaca |
Black Heron |
Egretta vinaceigula |
Slaty Egret |
Egretta garzetta |
L-agrett l-abjad |
Egretta gularis |
L-agrett tax-xatt |
Egretta dimorpha |
Mascarent Reef Egret |
Ardea cinerea |
Ir-russett il-griż |
Ardea melanocephala |
Black-headed Heron |
Ardea purpurea |
Ir-russet l-aħmar |
Casmerodius albus |
Great Egret |
Mesophoyx intermedia |
Intermediate Egret |
Bubulcus ibis |
L-agrett tal-bhejjem |
Ardeola ralloides |
L-agrett isfar |
Ardeola idae |
Madagascar Pond-Heron |
Ardeola rufiventris |
Rufous-bellied Heron |
Nycticorax nycticorax |
Il-kwakka |
Ixobrychus minutus |
Ir-russett tas-siġar/Il-blonġos |
Ixobrychus sturmii |
Dwarf bittern |
Botaurus stellaris |
Il-kappun |
CICONIIDAE |
|
Mycteria ibis |
Yellow-billed Stork |
Anastomus lamelligerus |
African Openbill |
Ciconia nigra |
Iċ-ċikonja s-sewda |
Ciconia abdimii |
Abdim's Stork |
Ciconia episcopus |
Woolly-necked Stork |
Ciconia ciconia |
Iċ-ċikonja |
Leptoptilos crumeniferus |
Marabou Stork |
BALAENICIPITIDAE |
|
Balaeniceps rex |
Shoebill |
THRESKIORNITHIDAE |
|
Plegadis falcinellus |
Il-velleran |
Geronticus eremita |
Waldrapp |
Threskiornis aethiopicus |
Sacred Ibis |
Platalea leucorodia |
L-ispatula/Il-paletta |
Platalea alba |
African Spoonbill |
PHOENICOPTERIDAE |
|
Phoenicopterus ruber |
Il-flamingo |
Phoenicopterus minor |
Il-flamingo ż-żgħir |
ANATIDAE |
|
Dendrocygna bicolor |
Fulvous Whistling-Duck |
Dendrocygna viduata |
White-faced Whistling Duck |
Thalassornis leuconotus |
White-backed Duck |
Oxyura leucocephala |
Il-brajmla rasha bajda |
Oxyura maccoa |
Maccoa Duck |
Cygnus olor |
Iċ-ċinju mutu |
Cygnus cygnus |
Whooper Swan |
Cygnus columbianus |
Bewick's Swan |
Anser brachyrhynchus |
Pink-footed Goose |
Anser fabalis |
Il-wiżża tal-ful |
Anser albifrons |
Il-wiżża tal-maskra bajda |
Anser erythropus |
Lesser White-fronted Goose |
Anser anser |
Il-wiżża griża |
Branta leucopsis |
Barnacle Goose |
Branta bernicla |
Brent Goose |
Branta ruficollis |
Red-breasted Goose |
Alopochen aegyptiacus |
Il-wiżża ta' l-Eġittu |
Tadorna ferruginea |
Il-kuluvert aħmar |
Tadorna cana |
South African Shelduck |
Tadorna tadorna |
Il-kuluvert tas-salib |
Plectropterus gambensis |
Spur-winged Goose |
Sarkidiornis melanotos |
Comb Duck |
Nettapus auritus |
African Pygmy-goose |
Anas penelope |
Is-silfjun Ewropew |
Anas strepera |
Il-kuluvert griż |
Anas crecca |
Is-sarsella |
Anas capensis |
Cape Teal |
Anas platyrhynchos |
Il-kuluvert |
Anas undulata |
Yellow-billed Duck |
Anas acuta |
Is-silfjun |
Anas erythrorhyncha |
Red-billed Duck |
Anas hottentota |
Hottentot Teal |
Anas querquedula |
Is-sarsella l-ħamra |
Anas clypeata |
Il-palettuna |
Marmaronetta angustirostris |
Is-sarsella mnaqqxa |
Netta rufina |
Il-brajmla tat-toppu aħmar |
Netta erythrophthalma |
Southern Pochard |
Aythya ferina |
Il-brajmla |
Aythya nyroca |
Il-brajmla ta' għajnha bajda |
Aythya fuligula |
Il-brajmla tat-toppu |
Aythya marila |
Il-brajmla rasha sewda |
Somateria mollissima |
L-edredun |
Somateria spectabilis |
L-edredun rjali |
Polysticta stelleri |
L-edredun ta' Steller |
Clangula hyemalis |
Il-papra denbha twil |
Melanitta nigra |
Il-borka s-sewda |
Melanitta fusca |
Velvet Scoter |
Bucephala clangula |
Il-brajmla ta' l-għajn |
Mergellus albellus |
Is-serra l-bajda |
Mergus serrator |
Is-serra |
Mergus merganser |
Is-serra prima |
GRUIDAE |
|
Balearica pavonina |
Black Crowned Crane |
Balearica regulorum |
Grey Crowned Crane |
Grus leucogeranus |
Siberian Crane |
Grus virgo |
Demoiselle Crane |
Grus paradisea |
Blue Crane |
Grus carunculatus |
Wattled Crane |
Grus grus |
Il-grawwa |
RALLIDAE |
|
Sarothrura elegans |
Buff-spotted Flufftail |
Sarothrura boehmi |
Streaky-breasted Flufftail |
Sarothrura ayresi |
White-winged Flufftail |
Rallus aquaticus |
Il-gallozz tax-xitwa |
Rallus caerulescens |
African Rail |
Crecopsis egregia |
African Crake |
Crex crex |
Il-gallozz l-aħmar/Ir-re tas-summien |
Amaurornis flavirostris |
Black Crake |
Porzana parva |
Il-gallozz iż-żgħir |
Porzana pusilla |
Il-gallozz tal-faxxi |
Porzana porzana |
Il-gallozz tat-tikki |
Aenigmatolimnas marginalis |
Striped Crake |
Porphyrio alleni |
Allens' Gallinule |
Gallinula chloropus |
Il-gallozz l-iswed |
Gallinula angulata |
Lesser Moorhen |
Fulica cristata |
It-tiġieġa bit-toppu |
Fulica atra |
It-tiġieġa tal-baħar |
DROMADIDAE |
|
Dromas ardeola |
Crab Plover |
HAEMATOPODIDAE |
|
Haematopus ostralegus |
Il-gallina tal-baħar |
Haematopus moquini |
African Black Oystercatcher |
RECURVIROSTRIDAE |
|
Himantopus himantopus |
Il-Fras-Servjent |
Recurvirostra avosetta |
Ix-xifa |
BURHINIDAE |
|
Burhinus senegalensis |
Senegal Thick-knee |
GLAREOLIDAE |
|
Pluvianus aegyptius |
Egyptian Plover |
Glareola pratincola |
Il-perniċjotta |
Glareola nordmanni |
Black-winged Pratincole |
Glareola ocularis |
Madagascar Pratincole |
Glareola nuchalis |
Rock Pratincole |
Glareola cinerea |
Grey Pratincole |
CHARADRIIDAE |
|
Pluvialis apricaria |
Il-pluviera |
Pluvialis fulva |
Il-pluviera ż-żgħira |
Pluvialis squatarola |
Il-pluviera pastarda |
Charadrius hiaticula |
Il-monakella prima |
Charadrius dubius |
Il-monakella |
Charadrius pecuarius |
Kittlitz's Plover |
Charadrius tricollaris |
Three-banded Plover |
Charadrius forbesi |
Forbes's Plover |
Charadrius pallidus |
Chestnut-banded Plover |
Charadrius alexandrinus |
Il-monakella saqajha suwed |
Charadrius marginatus |
White-fronted Plover |
Charadrius mongolus |
Mongolian Plover |
Charadrius leschenaultii |
Il-birwina tad-deżert |
Charadrius asiaticus |
Il-birwina ta' l-Asja |
Eudromias morinellus |
Il-birwina |
Vanellus vanellus |
Il-venewwa |
Vanellus spinosus |
Il-venewwa ta' l-ixpruni |
Vanellus albiceps |
White-headed Lapwing |
Vanellus senegallus |
Wattled Lapwing |
Vanellus lugubris |
Senegal Lapwing |
Vanellus melanopterus |
Black-winged Lapwing |
Vanellus coronatus |
Crowned Lapwing |
Vanellus superciliosus |
Brown-chested Lapwing |
Vanellus gregarius |
Il-venewwa tal-qtajja' |
Vanellus leucurus |
Il-venewwa denbha abjad |
SCOLOPACIDAE |
|
Scolopax rusticola |
Il-gallina |
Gallinago stenura |
Pintail Snipe |
Gallinago media |
Il-bekkaċċ ta' Mejju |
Gallinago gallinago |
Il-bekkaċċ |
Lymnocryptes minimus |
Iċ-ċinkonja |
Limosa limosa |
Il-girwiel prim |
Limosa lapponica |
Il-girwiel denbu bl-istrixxi |
Numenius phaeopus |
Il-gurlin iż-żgħir |
Numenius tenuirostris |
Il-gurlin geddumu rqiq |
Numenius arquata |
Il-gurlin |
Tringa erythropus |
Iċ-ċuvett |
Tringa totanus |
Il-pluverott |
Tringa stagnatilis |
Iċ-ċewċewwa ż-żgħira |
Tringa nebularia |
Iċ-ċewċewwa |
Tringa ochropus |
Is-swejda |
Tringa glareola |
Il-pespus tal-baħar |
Tringa cinerea |
Il-beggazzina tax-xitwa |
Tringa hypoleucos |
Common Sandpiper |
Arenaria interpres |
Il-monakella imperjali |
Calidris tenuirostris |
Great Knot |
Calidris canutus |
Il-girwiel saqajh qosra/Il-pluverott iż-żgħir |
Calidris alba |
Il-pispisella bajda |
Calidris minuta |
It-tertuxa |
Calidris temminckii |
It-tertuxa l-griża |
Calidris maritima |
Il-beggazzina tan-nord |
Calidris alpina |
Il-beggazzina tat-tizz |
Calidris ferruginea |
Il-beggazzina l-ħamra |
Limicola falcinellus |
Il-beggazzina ta' munqarha wiesgħa |
Philomachus pugnax |
Il-girwiel |
Phalaropus lobatus |
Il-baruża |
Phalaropus fulicaria |
Grey Phalarope |
LARIDAE |
|
Larus leucophthalmus |
White-eyed Gull |
Larus hemprichii |
Sooty Gull |
Larus canus |
Il-gawwija sekonda |
Larus audouinii |
Il-gawwija geddumha aħmar |
Larus marinus |
Great Black-backed Gull |
Larus dominicanus |
Kelp Gull |
Larus hyperboreus |
Il-gawwija l-bajda |
Larus glaucoides |
Iceland Gull |
Larus argentatus |
Il-gawwija prima saqajha roża |
Larus heuglini |
Heuglin's Gull |
Larus armenicus |
Armenian Gull |
Larus cachinnans |
Il-gawwija prima |
Larus fuscus |
Il-gawwija daharha iswed |
Larus ichthyaetus |
Il-gawwija imperjali |
Larus cirrocephalus |
Grey-headed Gull |
Larus hartlaubii |
Hartlaub's Gull |
Larus ridibundus |
Il-gawwija ta' rasha kannella |
Larus genei |
Il-gawwija geddumha rqiq |
Larus melanocephalus |
Il-gawwija rasha sewda |
Larus minutus |
Il-gawwija ż-żgħira |
Xema sabini |
Sabine's Gull |
Sterna nilotica |
Iċ-ċirlewwa geddumha oħxon |
Sterna caspia |
Iċ-ċirlewwa prima |
Sterna maxima |
Royal Tern |
Sterna bengalensis |
Lesser Crested Tern |
Sterna bergii |
Greater Crested Tern |
Sterna sandvicensis |
Iċ-ċirlewwa tax-xitwa |
Sterna dougallii |
Iċ-ċirlewwa r-roża |
Sterna vittata |
Iċ-ċirlewwa Antartika |
Sterna hirundo |
Iċ-ċirlewwa tal-baħar/L-isterna |
Sterna paradisaea |
Arctic Tern |
Sterna albifrons |
Iċ-ċirlewwa ż-żgħira |
Sterna saundersi |
Saunder's Tern |
Sterna balaenarum |
Damara Tern |
Sterna repressa |
White-cheeked Tern |
Chlidonias hybridus |
Iċ-ċirlewwa tal-mustaċċi |
Chlidonias leucopterus |
Iċ-ċirlewwa tal-ġewnah abjad |
Chlidonias niger |
Iċ-ċirlewwa s-sewda |
RYNCHOPIDAE |
|
Rynchops flavirostris |
African Skimmer |
(1) Kif adottat fit-Tieni sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet, li saret bejn il-25-27 ta’ Settembru 2002, f’Bonn, il-Ġermanja.
ANNESS 3
PJAN TA' AZZJONI (1)
1. Ambitu ta' applikazzjoni
1.1. Il-Pjan ta' Azzjoni huwa applikabbli għall-popolazzjonijiet ta' tjur u għasafar ta' l-ilma migratorji elenkati fit-Tabella 1 ma' dan l-Anness (minn hawn ‘il quddiem “it-Tabella 1”).
1.2. It-Tabella 1 hija parti integrali ta' dan l-Anness. Kwalunkwe referenza għal dan il-Pjan ta' Azzjoni tinkludi referenza għat-Tabella 1.
2. Il-konservazzjoni ta' l-ispeċi
2.1. Miżuri legali
2.1.1. Il-Partijiet bil-popolazzjonijiet elenkati fil-kolonna A tat-Tabella 1 għandhom jipprovdu ħarsien għal dawk il-popolazzjonijiet elenkati skond il-paragrafu 2(a) ta' l-Artikolu III ta' dan il-Ftehim. Dawn il-Partijiet għandhom b'mod partikolari u suġġett għall-paragrafu 2.1.3 hawn taħt:
(a) |
jipprojbixxu l-qbid tat-tjur u l-għasafar u tal-bajd ta' dawk il-popolazzjonijiet li jinstabu fit-territorju tagħhom; |
(b) |
jipprojbixxu d-disturb intenzjonat safejn dak id-disturb jolqot sinifikattivament il-konservazzjoni tal-popolazzjoni konċernata; u |
(ċ) |
jipprojbixxu l-pussess jew l-użu, u l-kummerċ, ta' tjur u għasafar jew bajd ta' dawk il-popolazzjonijiet li ttieħdu bi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti skond is-subparagrafu (a) hawn fuq, kif ukoll il-pussess u l-użu, u l-kummerċ, ta' kwalunkwe parti jew derivazzjoni faċilment rikonoxxibbli ta' dawk it-tjur u għasafar u tal-bajd tagħhom. |
Bħala eċċezzjoni għal dawk il-popolazzjonijiet elenkati fil-Kategoriji 2 u 3 fil-Kolonna A biss u li huma mmarkati b'asterisk, il-kaċċa tista' tkompli fuq bażi ta' użu sostenibbli fejn il-kaċċa ta' dawn il-popolazzjonijiet hija prattika kulturali li ilha stabbilita għal żmien twil. Dan l-użu sostenibbli għandu jsir fi ħdan il-qafas tad-dispożizzjonijiet speċjali ta' pjan ta' azzjoni għall-ispeċi fil-livell internazzjonali adegwat.
2.1.2. Il-Partijiet b'popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 għandhom jirregolaw il-qbid tat-tjur u l-għasafar u tal-bajd tal-popolazzjonijiet kollha elenkati fil-kolonna B tat-Tabella 1. L-għan ta' miżuri legali bħal dawn għandu jkun li jżommu dawk il-popolazzjonijiet fi stat ta' konservazzjoni favorevoli jew li jikkontribwixxu sabiex dawk il-popolazzjonijiet jerġgħu lura għal stat ta' konservazzjoni favorevoli u li jiġi żgurat, fuq il-bażi ta' l-aħjar tagħrif disponibbli dwar id-dinamika popolamentari, li kwalunkwe qbid jew użu ieħor ikun sostenibbli. Tali miżuri legali, suġġett għall-paragrafu 2.1.3 hawn taħt, għandhom b'mod partikolari:
(a) |
jipprojbixxu l-qbid ta' tjur u għasafar li huma parti mill-popolazzjonijiet konċernati waqt id-diversi stadji tar-riproduzzjoni u t-trobbija tagħhom u waqt ir-ritorn tagħhom għall-postijiet fejn ikollhom u jrabbu l-friegħ jekk il-qbid ikollu impatt sfavorevoli fuq l-istat ta' konservazzjoni tal-popolazzjoni konċernata; |
(b) |
jirregolaw il-modi ta' qbid; |
(ċ) |
jistabbilixxu limiti fuq il-qbid, fejn xieraq, u jipprovdu kontrolli adegwati sabiex jiġi żgurat li dawn il-limiti jiġu osservati; u |
(d) |
jipprojbixxu l-pussess jew l-użu, u l-kummerċ, ta' tjur, għasafar u bajd tal-popolazzjonijiet li nqabdu bi ksur ta' kwalunkwe projbizzjoni stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, kif ukoll il-pussess jew l-użu, jew il-kummerċ, ta' kwalunkwe parti ta' dawn it-tjur u għasafar u tal-bajd tagħhom. |
2.1.3. Il-Partijiet jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għall-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2.1.1 u 2.1.2, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' l-Artikolu III tal-Konvenzjoni, fejn ma jkunx hemm soluzzjoni sodisfaċenti oħra, għal dawn il-finijiet li ġejjin:
(a) |
sabiex ma titħalliex issir ħsara serja lill-uċuh tar-raba', lill-ilma u lill-meded ta' ilmijiet fejn isir is-sajd għal finijiet kummerċjali; |
(b) |
fl-interess tas-sigurtà ta' l-ajru jew ta' interessi pubbliċi iktar importanti oħrajn; |
(ċ) |
għall-finijiet ta' riċerka u ta' l-edukazzjoni, ta' l-istabbiliment mill-ġdid u għat-trobbija meħtieġa għal dawn il-finijiet; |
(d) |
sabiex ikunu permess taħt kondizzjonijiet kontrollati b'mod strett, fuq bażi selettiva u limitatament, il-qbid u ż-żamma jew l-użu prudenti ieħor ta' ċerti tjur u għasafar f'numru żgħir; u |
(e) |
għall-fini tat-tkattir tal-propagazzjoni u s-sopravvivenza tal-popolazzjonijiet konċernati. |
Eżenzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu preċiżi rigward il-kontenut u limitati fl-ispazju u ż-żmien u ma għandhomx joperaw b'detriment tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Il-Partijiet għandhom mill-aktar fis possibbli jinformaw lis-segretarjat tal-Ftehim dwar kwalunkwe eżenzjoni mogħtija skond din id-dispożizzjoni.
2.2. Pjanijiet ta' Azzjoni għal speċi waħda
2.2.1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw u jimplementaw pjanijiet ta' azzjoni internazzjonali għal speċi waħda għall-popolazzjonijiet elenkati fil-Kategorija 1 tal-Kolonna A tat-Tabella 1 bħala prijorità u għal dawk il-popolazzjonijiet elenkati b'asterisk fil-Kolonna A tat-Tabella 1. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jikkoordina l-iżvilupp, l-armonizzazzjoni u l-implementazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.
2.2.2. Il-Partijiet għandhom jippreparaw u jimplementaw pjanijiet ta' azzjoni għal speċi waħda nazzjonali għall-popolazzjonijiet elenkati fil-Kolonna A tat-Tabella 1 bil-għan li jtejbu l-istat ta' konservazzjoni ġenerali. Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi dispożizzjonijiet speċjali għal dawk il-popolazzjonijiet immarkati b'asterisk. Fejn huwa xieraq, għandha tiġi kunsidrata l-problema ta' qtil aċċidentali ta' tjur u għasafar mill-kaċċaturi minħabba l-identifikazzjoni żbaljata ta' l-ispeċi.
2.3. Miżuri ta' Emerġenza
Il-Partijiet għandhom, f'koperazzjoni mill-qrib ma' xulxin kull meta jkun possibbli u rilevanti, jiżviluppaw u jimplementaw miżuri ta' emerġenza għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, meta jeżistu kondizzjonijiet eċċezzjonalment sfavorevoli jew perikolużi fi kwalunkwe parti taż-Żona tal-Ftehim.
2.4. Ristabbilimenti
Il-Partijiet għandhom jeżerċitaw l-ikbar attenzjoni meta jirristabbilixxu popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 f'partijiet tal-medda tradizzjonali tagħhom fejn ma għadhomx jeżistu. Għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw u jsegwu pjan dettaljat ta' ristabbiliment ibbażat fuq studji xjentifiċi adatti. Kull pjan ta' ristabbiliment għandu jikkostitwixxi parti integrali mill-pjanijiet ta' azzjoni, għal speċi waħda, nazzjonali u, fejn huwa xieraq, anki internazzjonali. Kull pjan ta' ristabbiliment għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-impatt fuq l-ambjent u għandu jkun disponibbli kemm jista' jkun b'mod wiesa'. Il-Partijiet għandhom jinformaw lis-segretarjat tal-Ftehim, bil-quddiem, dwar il-programmi kollha ta' ristabbiliment għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
2.5. Introduzzjonijiet
2.5.1. Il-Partijiet għandhom, jekk jikkunsidrawh meħtieġ, jipprojbixxu l-introduzzjoni ta' speċi ta' annimali u pjanti li mhumiex indiġeni li jistgħu jkunu ta' detriment għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
2.5.2. Il-Partijiet għandhom, jekk jikkunsidrawh meħtieġ, jesiġu li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa sabiex tiġi evitata l-ħarba aċċidentali ta' għasafar maqbudin li huma ta' speċi mhux indiġeni.
2.5.3. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri sa fejn huwa fattibbli u xieraq, inkluż il-qbid, sabiex ikun żgurat li meta speċi jew ibridi tagħhom li mhumiex indiġeni ikunu diġà ddaħħlu fit-territorju tagħhom, dawk l-ispeċi jew l-ibridi tagħhom ma jkunux ta' periklu potenzjali għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
3. Konservazzjoni tal-habitat
3.1. Inventarji tal-habitat
3.1.1. Il-Partijiet, fejn huwa xieraq bi ftehim ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jimpenjaw irwieħhom u jippubblikaw inventarji nazzjonali tal-habitats fit-territorju tagħhom li huma importanti għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
3.1.2. Il-Partijiet għandhom jipprovaw, bħala prijorità, jidentifikaw is-siti kollha ta' importanza internazzjonali jew nazzjonali għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
3.2. Konservazzjoni taż-Żoni
3.2.1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikomplu jistabbilixxu żoni mħarsa sabiex jikkonservaw habitats importanti għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, u sabiex jiżviluppaw u jimplementaw pjanijiet ta' amministrazzjoni għal dawn iż-żoni.
3.2.2. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jagħtu ħarsien speċjali lil dawk l-artijiet mistagħdra li jilħqu l-kriterji internazzjonalment aċċettati ta' importanza internazzjonali.
3.2.3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jagħmlu użu bil-għaqal u sostenibbli ta' l-artijiet mistagħdra kollha fit-territorju tagħhom. B'mod partikolari għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jevitaw id-degradazzjoni u t-telf tal-habitats li jsostnu l-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 permezz ta' l-introduzzjoni ta' regoli jew standards u miżuri ta' kontroll xierqa. B'mod partikolari, għandhom jagħmlu ħilithom sabiex:
(a) |
jiżguraw, fejn huwa prattikabbli, li jkunu prattikatti kontrolli statutorji xierqa relatati ma' l-użu ta' kimiċi agrikoli, proċeduri ta' kontroll ta' l-insetti u l-annimali li jeqirdu l-pjanti, l-ikel eċċ., u r-rimi ta' l-ilma maħmuġ, li jkunu konformi man-normi internazzjonali, bil-għan li jkunu minimizzati l-impatti avversi tagħhom fuq il-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1; u |
(b) |
jippreparaw u jqassmu materjali ta' informazzjoni, fil-lingwi xierqa, li jiddeskrivu dawk ir-regoli, standards u miżuri ta' kontroll fis-seħħ u l-benefiċċji tagħhom għall-persuni u għall-annimali salvaġġi. |
3.2.4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw strateġiji, skond approċċ ekosistemiku, għall-konservazzjoni tal-habitats tal-popolazzjonijiet kollha elenkati fit-Tabella 1, inklużi l-habitats ta' dawk il-popolazzjonijiet dispersi.
3.3. Riabilitazzjoni u risanament
Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jirriabilitaw u jirrisanaw, fejn ikun possibbli u kunsiljabbli, iż-żoni li qabel kienu importanti għall-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
4. Ġestjoni ta' l-attivitajiet tal-bniedem
4.1. Il-kaċċa
4.1.1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-liġijiet tagħhom dwar il-kaċċa jimplementaw il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli kif previst f'dan il-Pjan ta' Azzjoni, b'kont meħud tal-medda ġeografika sħiħa tal-popolazzjoni tat-tjur u għasafar ta' l-ilma konċernati u l-karatteristiċi taċ-ċikli ta' ħajjithom.
4.1.2. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jinżamm informat mill-Partijiet dwar il-liġijiet tagħhom dwar il-kaċċa tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
4.1.3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li tiġi żviluppata sistema kredibbli u armonizzata għall-ġbir ta' data dwar il-qbid sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-qabda annwali tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Għandhom jipprovdu lis-segretarjat tal-Ftehim bi stimi dwar il-qabda totali annwali għal kull popolazzjoni, meta din tkun disponibbli.
4.1.4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jeliminaw f'fażijiet l-użu taċ-ċomb fl-iskrataċ għall-kaċċa fl-artijiet mistagħdra sas-sena 2000.
4.1.5. Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jimplementaw miżuri li jnaqqsu, u sa fejn ikun possibbli jeliminaw, l-użu ta' lixki bil-velenu.
4.1.6. Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jimplementaw miżuri li jnaqqsu, u sa ikun fejn possibbli jeliminaw, il-qbid illegali.
4.1.7. Fejn huwa xieraq, Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lill-kaċċaturi, fuq livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali, sabiex jifformaw klabbs jew organizzazzjonijiet sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u tiġi żgurata s-sostenibbiltà.
4.1.8. Il-Partijiet għandhom, fejn huwa xieraq, jippromowovu r-rekwiżit ta' test ta' profiċjenza għall-kaċċaturi, li jinkludi, fost affarijiet oħra, l-identifikazzjoni tat-tjur u l-għasafar.
4.2. Eko-turiżmu
4.2.1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, fejn huwa xieraq iżda mhux fil-każ taż-żoni ċentrali ta' żoni mħarsa, l-elaborazzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni bejn dawk kollha konċernati sabiex jiġi żviluppat turiżmu ekoloġiku sensittiv u adegwat fl-artijiet mistagħdra li fihom konċentrazzjonijiet tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
4.2.2. Il-Partijiet, f'koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jivvalutaw l-ispejjeż, il-benefiċċji u l-konsegwenzi l-oħra li jistgħu jirriżultaw mit-turiżmu ekoloġiku f'artijiet mistagħdra magħżula b'konċentrazzjonijiet tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta' kwalunkwe valutazzjoni bħal din lis-segretarjat tal-Ftehim.
4.3. Attivitajiet oħrajn tal-bniedem
4.3.1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu valutazzjoni ta' l-impatt tal-proġetti proposti li jistgħu jwasslu għal konflitti bejn il-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 li huma fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 3.2 u l-interessi tal-bniedem, u għandhom jagħmlu r-riżultati tal-valutazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
4.3.2. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiġbru informazzjoni dwar il-ħsara, b'mod partikolari għall-uċuh tar-raba' u għall-meded ta' baħar fejn jinqabad il-ħut għall-kummerċ, kawżata mill-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, u jirraportaw ir-riżultati lis-segretarjat tal-Ftehim.
4.3.3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li tiġi identifikata teknika adatta sabiex il-ħsara tiġi minimizzata, jew sabiex jittaffew l-effetti tal-ħsara, b'mod partikolari għall-uċuh tar-raba' u għall-meded ta' baħar fejn jinqabad il-ħut għall-kummerċ, kawżata mill-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, abbażi ta' l-esperjenza miksuba f'inħawi oħrajn tad-dinja.
4.3.4. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni għal speċi waħda għall-popolazzjonijiet li jikkawżaw ħsara sinifikanti, b'mod partikolari għall-uċuh tar-raba' u għall-meded ta' baħar fejn jinqabad il-ħut għall-kummerċ. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jikkoordina l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.
4.3.5. Il-Partijiet għandhom, sa fejn huwa possibbli, jinkoraġġixxu standards ambjentali għolja fl-ippjanar u fil-kostruzzjoni ta' strutturi sabiex ikun minimizzat l-impatt tagħhom fuq il-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Għandhom jikkunsidraw passi sabiex jimminimizzaw l-impatt ta' strutturi diġà eżistenti fejn isir evidenti li dawn jikkostitwixxu impatt negattiv għall-popolazzjonijiet konċernati.
4.3.6. F'każijiet fejn l-indħil tal-bniedem jhedded l-istat ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma elenkati fit-Tabella 1, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jieħdu miżuri sabiex jillimitaw il-livell tat-theddida. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-problema ta' l-indħil tal-bniedem fir-rigward ta' kolonji ta' tjur u għasafar ta' l-ilma li jbejtu fi gruppi li jkunu qegħdin jildu u jrabbu, b'mod speċjali meta dawn jinstabu fiż-żoni li huma popolari għal rikreazzjoni fil-miftuħ. Miżuri xierqa jistgħu jinkludu, inter alia, it-twaqqif ta' żoni ħielsa mill-indħil f'żoni mħarsa fejn ikun projbit l-aċċess għall-pubbliku.
5. Riċerka u monitoraġġ
5.1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kemm jistgħu studji f'żoni li ma tantx huma magħrufa, li jistgħu jkollhom konċentrazzjonijiet importanti tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Ir-riżultati ta' studji bħal dawn għandhom jiġu ampjament disseminati.
5.2. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jimmonitorjaw il-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1. Ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ għandhom jiġu pubblikati jew jintbagħtu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, sabiex jippermettu reviżjonijiet ta' l-istat u t-tendenzi tal-popolazzjonijiet.
5.3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex itejbu l-kejl tat-tendenzi tal-popolazzjoni tat-tjur u l-għasafar bħala kriterju għad-deskrizzjoni ta' l-istat ta' dawk il-popolazzjonijiet.
5.4. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiddeterminaw ir-rotot tal-passa tal-popolazzjonijiet kollha elenkati fit-Tabella 1, billi jużaw il-konoxxenza disponibbli dwar id-distribuzzjonijiet staġonali tat-trobbija u dawk mhux tat-trobbija u ta' riżultati ta' ċensimenti, u billi jipparteċipaw fi programmi koordinati ta' ringing.
5.5. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jibdew u jsostnu proġetti ta' riċerka konġunti fl-ekoloġija u fid-dinamika popolamentari tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 u tal-habitats tagħhom, sabiex jiġu determinati l-kundizzjonijiet meħtieġa speċifiċi tagħhom kif ukoll it-teknika l-aktar adatta għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tagħhom.
5.6. Il-Partijiet għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex iwettqu studji dwar l-effetti tat-telf u d-degradazzjoni ta' l-artijiet mistagħdra u dwar l-effetti ta' l-indħil fuq il-kapaċità ekoloġika ta' l-artijiet mistagħdra użati mill-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 u fuq id-drawwiet migratorji ta' dawk il-popolazzjonijiet.
5.7. Il-Partijiet għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex iwettqu studji dwar l-impatt tal-kaċċa u tal-kummerċ fuq il-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 u fuq l-importanza ta' dawn il-forom ta' użu fuq l-ekonomija lokali u nazzjonali.
5.8. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkoperaw ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u jsostnu l-proġetti tar-riċerka u tal-monitoraġġ.
6. Edukazzjoni u informazzjoni
6.1. Il-Partijiet għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu arranġamenti għal programmi tat-taħriġ sabiex jiżguraw li l-persunal responsabbli mill-implementazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni ikollu konoxxenza adegwata sabiex jimplementah b'mod effettiv.
6.2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw flimkien u mas-segretarjat tal-Ftehim bil-għan li jiżviluppaw programmi ta' taħriġ u jiskambjaw riżorsi materjali.
6.3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw programmi, materjali u mekkaniżmi ta' informazzjoni sabiex itejbu l-livell ta' għarfien tal-pubbliku ġenerali rigward l-għanijiet, id-dispożizzjonijiet u l-kontenuti ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni. F'dan ir-rigward, għandhom jingħataw attenzjoni partikolari dawk il-persuni li jgħixu ġewwa jew madwar artijiet mistagħdra importanti, lill-utenti ta' dawn l-artijiet mistagħdra (il-kaċċaturi, is-sajjieda, it-turisti, eċċ.) u lill-awtoritajiet lokali u lil partijiet oħra li jieħdu deċiżjonijiet.
6.4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jorganizzaw kampanji speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għall-konservazzjoni tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1.
7. Implementazzjoni
7.1. Fl-implementazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni, il-Partijiet għandhom, fejn huwa xieraq, jagħtu prijorità lil dawk il-popolazzjonijiet elenkati fil-Kolonna A tat-Tabella 1.
7.2. Fejn, fil-każ tal-popolazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, iktar minn popolazzjoni waħda ta' l-istess speċi tinstab fit-territorju ta' Parti, dik il-Parti għandha tapplika miżuri adegwati ta' konservazzjoni għall-popolazzjoni jew għall-popolazzjonijiet li għandhom l-iktar stat ta' konservazzjoni batut.
7.3. Is-segretarjat tal-Ftehim, f'koordinazzjoni mal-Kumitat Tekniku u bl-assistenza ta' l-esperti mill-Istati fiż-Żona tal-Passa, għandu jikkoordina l-iżvilupp ta' Linji Gwida għall-konservazzjoni skond il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu IV ta' dan il-Ftehim sabiex jassistu l-Partijiet fl-implementazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jiżgura, fejn huwa possibbli, l-koerenza mal-Linji Gwida approvati skond strumenti internazzjonali oħrajn. Dawn il-Linji Gwida għall-konservazzjoni għandhom ikollhom il-mira li jintroduċu l-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli. Għandhom ikopru, inter alia:
(a) |
pjanijiet ta' azzjoni għal speċi waħda; |
(b) |
miżuri ta' emerġenza; |
(ċ) |
il-preparazzjoni ta' l-inventarji tas-siti u l-metodi ta' l-amministrazzjoni tal-habitat; |
(d) |
il-prassi tal-kaċċa; |
(e) |
il-kummerċ fit-tjur u l-għasafar ta' l-ilma; |
(f) |
it-turiżmu; |
(g) |
it-tnaqqis tal-ħsara ta' l-uċuh tar-raba'; u |
(h) |
protokoll dwar il-monitoraġġ tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma. |
7.4. Is-segretarjat tal-Ftehim, f'koordinazzjoni mal-Kumitat Tekniku u mal-Partijiet, għandu jipprepara serje ta' reviżjonijiet internazzjonali meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni, inklużi reviżjonijiet ta':
(a) |
rapporti dwar l-istat u t-tendenzi tal-popolazzjonijiet; |
(b) |
defiċjenzi fl-informazzjoni derivata minn studji; |
(ċ) |
sistemi retikolati tas-siti użati minn kull popolazzjoni, inklużi r-reviżjonijiet ta' l-istat ta' konservazzjoni ta' kull sit kif ukoll tal-miżuri ta' ġestjoni li ttieħdu f'kull każ; |
(d) |
liġijiet rilevanti dwar il-kaċċa u l-kummerċ f'kull pajjiż relatati ma' l-ispeċi elenkati fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim; |
(e) |
l-istadju ta' preparazzjoni u ta' implementazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għal speċi waħda; |
(f) |
proġetti ta' ristabbiliment; u |
(g) |
l-istat ta' speċi ta' tjur u għasafar ta' l-ilma, u l-ibridi tagħhom, mhux indiġeni li jkunu ġew introdotti. |
7.5. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jagħmel ħiltu sabiex jiżgura li r-reviżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7.4 ikunu aġġornati f'intervalli ta' mhux iktar minn tliet snin.
7.6. Il-Kumitat Tekniku għandu jivvaluta l-Linji Gwida u r-reviżjonijiet preparati skond il-paragrafi 7.3 u 7.4, u għandu jifformola abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet rigward l-iżvilupp, il-kontenut u l-implementazzjoni tagħhom għall-konsiderazzjoni f'sessjonijiet tal-Laqgħa tal-Partijiet.
7.7. Is-segretarjat tal-Ftehim għandu jimpenja ruħu li jwettaq reviżjoni b'mod regolari tal-mekkaniżmi potenzjali li jipprovdu riżorsi addizzjonali (fondi u assistenza teknika) għall-implementazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni, u għandu jagħmel rapport lil kull sessjoni ordinarja tal-Laqgħa tal-Partijiet.
TABELLA 1
L-ISTAT TAL-POPOLAZZJONIJIET TAT-TJUR U L-GĦASAFAR TA' L-ILMA MIGRATORJI (1)
Tifsira tal-klassifikazzjoni
It-tifsira tat-Tabella 1 li ġejja hija l-bażi għall-implementazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni:
Kolonna A
Kategorija 1: |
|
Kategorija 2: |
Popolazzjonijiet li jammontaw, bejn wieħed u ieħor, minn 10 000 sa 25 000 tajra jew għasfur. |
Kategorija 3: |
Popolazzjonijiet li jammontaw, bejn wieħed u ieħor, minn 25 000 sa 100 000 tajra jew għasfur u jitqiesu li huma fil-periklu minħabba:
|
Għall-ispeċi elenkati fil-kategoriji 2 u 3 hawn fuq, ara l-paragrafu 2.1.1 tal-Pjan ta' Azzjoni fl-Anness 3 għal dan il-Ftehim.
Kolonna B
Kategorija 1: |
Popolazzjonijiet li jammontaw, bejn wieħed u ieħor, minn 25 000 sa 100 000 tajra jew għasfur u li ma jissodisfawx il-kundizzjonjiet fir-rigward tal-kolonna A, kif deskritti hawnfuq. |
Kategorija 2: |
Popolazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn, bejn wieħed u ieħor, 100 000 tajra jew għasfur u li jitqiesu li għandhom bżonn ta' attenzjoni speċjali minħabba:
|
Kolonna Ċ
Kategorija 1: |
Popolazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn, approssimament, 100 000 tajra jew għasfuq li jistgħu jibbenefikaw b'mod sinifikanti mill-koperazzjoni internazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet la fir-rigward tal-kolonna A u lanqas fir-rigward tal-kolonna B, hawn fuq. |
Reviżjoni tat-tabella 1
It-Tabella għandha tkun:
(a) |
Riveduta b'mod regolari mill-Kumitat Tekniku skond il-paragrafu 3(b) ta' l-Artikolu VII tal-Ftehim; u |
(b) |
Emendata skond il-ħtieġa mil-Laqgħa tal-Partijiet, skond il-paragrafu 9(d) ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim, fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' dawn ir-reviżjonijiet. |
Definizzjoni tat-termini ġeografiċi użati fid-deskrizzjonijiet ta' żoni tal-passa
L-Afrika ta' Fuq |
L-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġamaħirija Għarbija tal-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija. |
L-Afrika tal-Punent |
Il-Benin, Burkina Faso, il-Kamerun, iċ-Ċad, il-Kosta ta' l-Avorju, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea, il-Ginea-Bissaw, il-Liberja, il-Mali, il-Mawritanja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, is-Sierra Leone, it-Togo. |
L-Afrika tal-Lvant |
Il-Burundi, Ġibuti, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Kenja, ir-Rwanda, is-Somalja, is-Sudan, l-Uganda, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanżanija. |
Il-Grigal ta' l-Afrika |
Ġibuti, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Etjopja, is-Somalja, is-Sudan. |
In-Nofsinhar ta' l-Afrika |
L-Angola, il-Botswana, il-Lesoto, il-Malawi, il-Możambik, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel, is-Sważiland, iż-Żambja, iż-Żimbabwe. |
L-Afrika Ċentrali |
Il-Kamerun, ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Ginea Ekwatorjali, il-Gabon, Sao Tome u Principe. |
L-Afrika fin-Nofsinhar |
L-Istati Afrikani kollha fin-Nofsinhar tas-Sahara. tas-Sahara |
L-Afrika Tropikali |
L-Afrika fin-Nofsinhar tas-Sahara esklużi l-Lesoto, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u s-Sważiland. |
Il-Paleartiku tal-Punent |
Kif definit fil-Manwâl dwar l-Għasafar ta' l-Ewropa, tal-Lvant Nofsani u ta' l-Afrika ta' Fuq (Handbook of the Birds of Ewropa, the Middle East and Northern Africa) (Cramp & Simmons 1977). |
Il-Majjistral ta' l-Ewropa |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, in-Norveġja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. |
Il-Punent ta' l-Ewropa |
Il-Majjistral ta' l-Ewropa flimkien mal-Portugall u Spanja. |
Il-Grigal ta' l-Ewropa |
Il-parti tat-tramuntana tal-Federazzjoni Russa fil-Punent ta' l-Urali. |
Il-Lvant ta' l-Ewropa |
Il-Belarus, il-Federazzjoni Russa fil-Punent ta' l-Urali, l-Ukrajna. |
L-Ewropa Ċentrali |
L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Polonja, il-Federazzjoni Russa madwar il-Golf tal-Finlandja u Kaliningrad, is-Slovakkja, l-Iżvizzera. |
It-Tramuntana ta' l-Atlantiku |
Il-Faroes, Greenland, l-Iżlanda, l-Irlanda, in-Norveġja, il-kosta tal-majjistral tal-Federazzjoni Russa, Svalbard, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. |
Il-Lvant ta' l-Atlantiku |
Ir-reġjun kostier ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq ma' l-Atlantiku mit-tramuntana tan-Norveġja sal-Marokk. |
Il-Punent tas-Siberja |
Il-Federazzjoni Russa fil-Lvant ta' l-Urali sax-xmara Yenisey u 'l isfel sal-fruntiera tal-Kazakstan. |
Is-Siberja Ċentrali |
Il-Federazzjoni Russa mix-xmara Yenisey sal-fruntiera tal-Lvant tal-Peniżola Taimyr u lejn in-Nofsinhar sal-Muntanji Altai. |
Il-Punent tal-Mediterran |
L-Alġerija, Franza, l-Italja, Malta, Monako, il-Marokk, il-Portugall, San Marino, Spanja, it-Tuneżija. |
Il-Lvant tal-Mediterran |
L-Albanija, il-Bożnia u Ħerzegovina, il-Kroazja, Ċipru, l-Eġittu, il-Greċja, l-Iżrael, il-Lebanon, il-Ġamaħirija Għarbija tal-Libja, l-Islovenja, ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija, il-Jugoslavja. |
Il-Baħar l-Iswed |
L-Armenja, il-Bulgarija, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldovja, ir-Rumanija, il-Federazzjoni Russa, it-Turkija, l-Ukrajna. |
Il-Kaspju |
L-Ażerbajġan, l-Iran (ir-Repubblika Iżlamika ta'), il-Kazakstan, il-Federazzjoni Russa, it-Turkmenistan, l-Użbekistan. |
Il-Lbiċ ta' l-Asja |
Il-Baħrajn, l-Iran (ir-Repubblika Iżlamika ta'), l-Iraq, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kazakstan, il-Kuwajt, il-Lebanon, l-Oman, il-Qatar, l-Għarabja Sawdita, ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja, it-Turkija tal-Lvant, it-Turkmenistan, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Użbekistan, il-Jemen. |
Il-Punent ta'l-Asja |
Il-partijiet tal-Punent tal-Federazzjoni Russa fil-Lvant ta' l-Urali u l-pajjiżi tal-baħar Kaspju. |
L-Asja Ċentrali |
L-Afganistan, il-Każakstan, il-Kirgiżtan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan. |
In-Nofsinhar ta' l-Asja |
Il-Bangladexx, il-Butan, l-Indja, il-Maldive, in-Nepal, il-Pakistan, is-Sri Lanka. |
Tifsira tat-taqsiriet u tas-simboli
għmr |
: |
jgħammru |
N |
: |
tat-Tramuntana |
S |
: |
tan-Nofsinhar |
NE |
: |
tal-Grigal |
SE |
: |
tax-Xlokk |
xit |
: |
f'waqfa tul ix-xitwa |
E |
: |
tal-Lvant |
W |
: |
tal-Punent |
NW |
: |
tal-Majjistral |
SW |
: |
tal-Lbiċ |
() |
L-istat tal-popolazzjoni mhux magħruf. L-istat ta' konservazzjoni huwa stmat. |
* |
Bħala eċċezzjoni għal dawk il-popolazzjonijiet markati b'asterisk, il-kaċċa tista' tkompli fuq bażi ta' użu sostenibbli fejn il-kaċċa ta' tali popolazzjonijiet hija prattika kulturali li ilha mwaqqfa (ara l-paragrafu 2.1.1 ta' l-Anness 3 tal-Ftehim). |
Noti
1. |
Id-data dwar il-popolazzjoni użata sabiex tiġi kompilata t-Tabella 1 tikkorrispondi, sa fejn huwa possibbli, għan-numru ta' tjur u għasafar li huma potenzjalment tar-refgħa fiż-Żona tal-Ftehim. L-istat huwa bbażat fuq l-aħjar stimi tal-popolazzjoni pubblikati li huma disponibbli. |
2. |
Is-suffissi (għmr) jew (xit) fil-listi tal-popolazzjoni huma biss għajnuniet għall-identifikazzjoni tal-popolazzjoni. Huma ma jindikawx restrizzjonijiet staġonali ta' l-azzjonijiet rigward dawk il-popolazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ftehim u l-Pjan ta' Azzjoni. |
3. |
Id-deskrizzjonijiet qosra użati għall-identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet huma bbażati fuq id-deskrizzjonijiet użati fit-tielet edizzjoni ta' l-Istimi tal-popolazzjonijiet tat-tjur u l-għasafar ta' l-ilma (Waterbird Population Estimates). |
4. |
Is-sinjali ta' linja djagonali (/) huma użati sabiex jiġu separati ż-żoni ta' tgħammir u trobbija minn żoni fejn it-tjur u l-għasafar iqattgħu ix-xitwa. |
5. |
Fejn popolazzjoni ta' speċi hija elenkata fit-Tabella 1 b'kategorizzazzjoni multipla, l-obbligi tal-Pjan ta' Azzjoni jirrigwardaw il-kategorija elenkata l-aktar stretta. |
|
A |
B |
C |
||
SPHENISCIDAE |
|||||
Spheniscus demersus |
|||||
|
1b |
2a 2c |
|
||
GAVIIDAE |
|||||
Gavia stellata |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Gavia arctica arctica |
|||||
|
|
2c |
|
||
Gavia arctica suschkini |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Gavia immer |
|||||
|
1c |
|
|
||
Gavia adamsii |
|||||
|
1c |
|
|
||
PODICIPEDIDAE |
|||||
Tachybaptus ruficollis ruficollis |
|||||
|
|
|
1 |
||
Podiceps cristatus cristatus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Podiceps grisegena grisegena |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
(1) |
|
||
|
2 |
|
|
||
Podiceps cristatus infuscatus |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
Podiceps auritus auritus |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
|
||
Podiceps nigricollis nigricollis |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
Podiceps nigricollis gurneyi |
|||||
|
2 |
|
|
||
PELECANIDAE |
|||||
Pelecanus onocrotalus |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
1 |
||
|
1a 3c |
|
|
||
Pelecanus rufescens |
|||||
|
|
1 |
|
||
Pelecanus crispus |
|||||
|
1a 1c |
|
|
||
|
1a 2 |
|
|
||
SULIDAE |
|||||
Sula (Morus) capensis |
|||||
|
1b |
2a 2c |
|
||
PHALACROCORACIDAE |
|||||
Phalacrocorax coronatus |
|||||
|
1c |
|
|
||
Phalacrocorax pygmeus |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
1 |
|
||
Phalacrocorax neglectus |
|||||
|
1b 1c |
|
|
||
Phalacrocorax carbo carbo |
|||||
|
|
|
1 |
||
Phalacrocorax carbo sinensis |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Phalacrocorax carbo lucidus |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Phalacrocorax nigrogularis |
|||||
|
1b |
2a 2c |
|
||
Phalacrocorax capensis |
|||||
|
|
2a 2c |
|
||
ARDEIDAE |
|||||
Egretta ardesiaca |
|||||
|
3c |
|
|
||
Egretta vinaceigula |
|||||
|
1b 1c |
|
|
||
Egretta garzetta garzetta |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
(1) |
|
||
Egretta gularis gularis |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Egretta gularis schistacea |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
2 |
|
|
||
Egretta dimorpha |
|||||
|
2 |
|
|
||
Ardea cinerea cinerea |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Ardea melanocephala |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Ardea purpurea purpurea |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
|
||
|
|
(2c) |
|
||
Casmerodius albus albus |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Casmerodius albus melanorhynchos |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Mesophoyx intermedia brachyrhyncha |
|||||
|
|
1 |
|
||
Bubulcus ibis ibis |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Ardeola ralloides ralloides |
|||||
|
3c |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Ardeola ralloides paludivaga |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Ardeola idae |
|||||
|
1b 1c |
|
|
||
Ardeola rufiventris |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Nycticorax nycticorax nycticorax |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
|
2c |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Ixobrychus minutus minutus |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Ixobrychus minutus payesii |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Ixobrychus sturmii |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Botaurus stellaris stellaris |
|||||
|
3c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Botaurus stellaris capensis |
|||||
|
1c |
|
|
||
CICONIIDAE |
|||||
Mycteria ibis |
|||||
|
|
1 |
|
||
Anastomus lamelligerus lamelligerus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Ciconia nigra |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Ciconia abdimii |
|||||
|
|
(2c) |
|
||
Ciconia episcopus microscelis |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Ciconia ciconia ciconia |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
3b |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Leptoptilos crumeniferus |
|||||
|
|
|
1 |
||
BALAENICIPITIDAE |
|||||
Balaeniceps rex |
|||||
|
1c |
|
|
||
THRESKIORNITHIDAE |
|||||
Plegadis falcinellus falcinellus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
3c |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Geronticus eremita |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Threskiornis aethiopicus aethiopicus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
1c |
|
|
||
Platalea leucorodia leucorodia |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Platalea leucorodia archeri |
|||||
|
1c |
|
|
||
Platalea leucorodia balsaci |
|||||
|
1c |
|
|
||
Platalea leucorodia major |
|||||
|
2 |
|
|
||
Platalea alba |
|||||
|
2* |
|
|
||
PHOENICOPTERIDAE |
|||||
Phoenicopterus ruber roseus |
|||||
|
3a |
|
|
||
|
3a |
|
|
||
|
3a |
|
|
||
|
|
2a |
|
||
|
|
2a |
|
||
Phoenicopterus minor |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
2a 2c |
|
||
|
3a |
|
|
||
ANATIDAE |
|||||
Dendrocygna bicolor |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
|
|
(1) |
||
Dendrocygna viduata |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Thalassornis leuconotus leuconotus |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
2* |
|
|
||
Oxyura leucocephala |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Oxyura maccoa |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
Cygnus olor |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
|
|
2a 2d |
|
||
Cygnus Cygnus |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Cygnus columbianus bewickii |
|||||
|
3c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
Anser brachyrhynchus |
|||||
|
|
2a |
|
||
|
|
1 |
|
||
Anser fabalis fabalis |
|||||
|
|
1 |
|
||
Anser fabalis rossicus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Anser fabalis johanseni |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Anser albifrons albifrons |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
3c* |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Anser albifrons flavirostris |
|||||
|
3a* |
|
|
||
Anser erythropus |
|||||
|
1a 1b 2 |
|
|
||
Anser anser anser |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
Anser anser rubrirostris |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
1 |
||
Branta leucopsis |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
Branta bernicla bernicla |
|||||
|
|
2b 2c |
|
||
Branta bernicla hrota |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Branta ruficollis |
|||||
|
1a 1b 3a |
|
|
||
Alopochen aegyptiacus |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
Tadorna ferruginea |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
Tadorna cana |
|||||
|
|
1 |
|
||
Tadorna tadorna |
|||||
|
|
2a |
|
||
|
3c |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
Plectropterus gambensis gambensis |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Plectropterus gambensis niger |
|||||
|
|
1 |
|
||
Sarkidiornis melanotos melanotos |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
1 |
||
Nettapus auritus |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
|
|
(1) |
||
Anas capensis |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
Anas strepera strepera |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Anas penelope |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
2c |
|
||
|
|
2c |
|
||
Anas platyrhynchos platyrhynchos |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Anas undulata undulata |
|||||
|
|
|
1 |
||
Anas clypeata |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
2c |
|
||
|
|
2c |
|
||
Anas erythrorhyncha |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
Anas acuta |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Anas querquedula |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Anas crecca crecca |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
2c |
|
||
Anas hottentota |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
|
1 |
|
||
Marmaronetta angustirostris |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 2 |
|
|
||
Netta rufina |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
3c |
|
|
||
|
|
|
1 |
||
Netta erythrophthalma brunnea |
|||||
|
|
|
1 |
||
Aythya ferina |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
2c |
|
||
Aythya nyroca |
|||||
|
1a 1c |
|
|
||
|
1a 3c |
|
|
||
|
1a 3c |
|
|
||
Aythya fuligula |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Aythya marila marila |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Somateria mollissima mollissima |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Somateria mollissima borealis |
|||||
|
|
1 |
|
||
Somateria spectabilis |
|||||
|
|
|
1 |
||
Polysticta stelleri |
|||||
|
1a |
1 |
|
||
Clangula hyemalis |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Melanitta nigra nigra |
|||||
|
|
2a |
|
||
Melanitta fusca fusca |
|||||
|
|
2a |
|
||
|
1c |
|
|
||
Bucephala clangula clangula |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Mergellus albellus |
|||||
|
3a |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
3c |
|
|
||
Mergus serrator serrator |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
|
1c |
|
|
||
Mergus merganser merganser |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
GRUIDAE |
|||||
Balearica pavonina pavonina |
|||||
|
2 |
|
|
||
Balearica pavonina ceciliae |
|||||
|
3c |
|
|
||
Balearica regulorum regulorum |
|||||
|
1c |
|
|
||
Balearica regulorum gibbericeps |
|||||
|
3c |
|
|
||
Grus leucogeranus |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Grus virgo |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
Grus paradisea |
|||||
|
1b 2 |
|
|
||
Grus carunculatus |
|||||
|
1b 1c |
|
|
||
Grus grus |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
1 |
|
||
|
3c |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
RALLIDAE |
|||||
Sarothrura elegans elegans |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Sarothrura elegans reichenovi |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Sarothrura boehmi |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sarothrura ayresi |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Rallus aquaticus aquaticus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Rallus aquaticus korejewi |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Rallus caerulescens |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Crecopsis egregia |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Crex crex |
|||||
|
1b |
2c |
|
||
Amaurornis flavirostris |
|||||
|
|
|
1 |
||
Porzana parva parva |
|||||
|
|
2c |
|
||
Porzana pusilla intermedia |
|||||
|
2 |
|
|
||
Porzana porzana |
|||||
|
|
2c |
|
||
Aenigmatolimnas marginalis |
|||||
|
(2) |
|
|
||
Porphyrio alleni |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Gallinula chloropus chloropus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Gallinula angulata |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Fulica cristata |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
1c |
|
|
||
Fulica atra atra |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
DROMADIDAE |
|||||
Dromas ardeola |
|||||
|
3a |
|
|
||
HAEMATOPODIDAE |
|||||
Haematopus ostralegus ostralegus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Haematopus ostralegus longipes |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Haematopus moquini |
|||||
|
1c |
|
|
||
RECURVIROSTRIDAE |
|||||
Himantopus himantopus himantopus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
2 |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
|
1 |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Recurvirostra avosetta |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
|
|
1 |
|
||
|
(3c) |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
BURHINIDAE |
|||||
Burhinus senegalensis senegalensis |
|||||
|
(2) |
|
|
||
Burhinus senegalensis inornatus |
|||||
|
(2) |
|
|
||
GLAREOLIDAE |
|||||
Pluvianus aegyptius aegyptius |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
(2) |
|
|
||
Glareola pratincola pratincola |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Glareola nordmanni |
|||||
|
3b 3c |
|
|
||
Glareola ocularis |
|||||
|
(2) |
|
|
||
Glareola nuchalis nuchalis |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Glareola nuchalis liberiae |
|||||
|
(2) |
|
|
||
Glareola cinerea cinerea |
|||||
|
(2) |
|
|
||
CHARADRIIDAE |
|||||
Pluvialis apricaria apricaria |
|||||
|
3c* |
|
|
||
Pluvialis apricaria altifrons |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
(1) |
|
||
Pluvialis fulva |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Pluvialis squatarola |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
1 |
|
||
Charadrius hiaticula hiaticula |
|||||
|
|
1 |
|
||
Charadrius hiaticula psammodroma |
|||||
|
|
(2c) |
|
||
Charadrius hiaticula tundrae |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Charadrius dubius curonicus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Charadrius pecuarius pecuarius |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius tricollaris tricollaris |
|||||
|
|
|
1 |
||
Charadrius forbesi |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius pallidus pallidus |
|||||
|
2 |
|
|
||
Charadrius pallidus venustus |
|||||
|
1c |
|
|
||
Charadrius alexandrinus alexandrinus |
|||||
|
3c |
|
|
||
|
3c |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius marginatus mechowi |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Charadrius mongolus pamirensis |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius leschenaultii columbinus |
|||||
|
1c |
|
|
||
Charadrius leschenaultii crassirostris |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius leschenaultii leschenaultii |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Charadrius asiaticus |
|||||
|
3c |
|
|
||
Eudromias morinellus |
|||||
|
(3c) |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
Vanellus vanellus |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Vanellus spinosus |
|||||
|
|
1 |
|
||
Vanellus albiceps |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Vanellus senegallus senegallus |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Vanellus senegallus solitaneus |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Vanellus senegallus lateralis |
|||||
|
|
1 |
|
||
Vanellus lugubris |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
3c |
|
|
||
Vanellus melanopterus minor |
|||||
|
1c |
|
|
||
Vanellus coronatus coronatus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
(2) |
|
|
||
Vanellus coronatus xerophilus |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Vanellus superciliosus |
|||||
|
(2) |
|
|
||
Vanellus gregarius |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Vanellus leucurus |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
(1) |
|
||
SCOLOPACIDAE |
|||||
Scolopax rusticola |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Gallinago stenura |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Gallinago media |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
2c |
|
||
Gallinago gallinago gallinago |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
1 |
||
Gallinago gallinago faeroeensis |
|||||
|
|
|
1 |
||
Lymnocryptes minimus |
|||||
|
|
2b |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Limosa limosa limosa |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
2c |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Limosa limosa islandica |
|||||
|
3a* |
|
|
||
Limosa lapponica lapponica |
|||||
|
|
2a |
|
||
Limosa lapponica taymyrensis |
|||||
|
|
2a 2c |
|
||
Limosa lapponica menzbieri |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Numenius phaeopus phaeopus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
|
|
(1) |
||
Numenius phaeopus islandicus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Numenius phaeopus alboaxillaris |
|||||
|
1c |
|
|
||
Numenius tenuirostris |
|||||
|
1a 1b 1c |
|
|
||
Numenius arquata arquata |
|||||
|
|
|
1 |
||
Numenius arquata orientalis |
|||||
|
3c |
|
|
||
Numenius arquata suschkini |
|||||
|
2 |
|
|
||
Tringa erythropus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
|
|
(1) |
|
||
Tringa totanus totanus |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
2c |
|
||
Tringa totanus britannica |
|||||
|
|
2c |
|
||
Tringa totanus ussuriensis |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Tringa totanus robusta |
|||||
|
|
|
1 |
||
Tringa stagnatilis |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Tringa nebularia |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Tringa ochropus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Tringa glareola |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Tringa cinerea |
|||||
|
|
|
1 |
||
Tringa hypoleucos |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Arenaria interpres interpres |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
1 |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Calidris tenuirostris |
|||||
|
1c |
|
|
||
Calidris canutus canutus |
|||||
|
|
2a 2c |
|
||
Calidris canutus islandica |
|||||
|
|
2a 2c |
|
||
Calidris alba |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Calidris minuta |
|||||
|
|
(2c) |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Calidris temminckii |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
|
|
(1) |
||
Calidris maritima maritima |
|||||
|
|
1 |
|
||
Calidris alpina alpina |
|||||
|
|
|
1 |
||
Calidris alpina centralis |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Calidris alpina schinzii |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
2 |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
Calidris alpina arctica |
|||||
|
3a |
|
|
||
Calidris ferruginea |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
Limicola falcinellus falcinellus |
|||||
|
3c |
|
|
||
Philomachus pugnax |
|||||
|
|
2c |
|
||
|
|
(2c) |
|
||
Phalaropus lobatus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Phalaropus fulicaria |
|||||
|
|
|
(1) |
||
LARIDAE |
|||||
Larus leucophthalmus |
|||||
|
1a 2 |
|
|
||
Larus hemprichii |
|||||
|
|
2a |
|
||
Larus canus canus |
|||||
|
|
2c |
|
||
Larus canus heinei |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Larus audouinii |
|||||
|
1a 3a |
|
|
||
Larus marinus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus dominicanus vetula |
|||||
|
|
1 |
|
||
Larus hyperboreus hyperboreus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Larus hyperboreus leuceretes |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Larus glaucoides glaucoides |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus argentatus argentatus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus argentatus argenteus |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus heuglini |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Larus (heuglini) barabensis |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Larus armenicus |
|||||
|
3a |
|
|
||
Larus cachinnans cachinnans |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus cachinnans michahellis |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus fuscus fuscus |
|||||
|
|
(2c) |
|
||
Larus fuscus graellsii |
|||||
|
|
|
1 |
||
Larus ichthyaetus |
|||||
|
3a |
|
|
||
Larus cirrocephalus poiocephalus |
|||||
|
|
(1) |
|
||
|
|
|
(1) |
||
|
|
(1) |
|
||
Larus hartlaubii |
|||||
|
|
1 |
|
||
Larus ridibundus |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Larus genei |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
|
2a |
|
||
|
|
2a |
|
||
Larus melanocephalus |
|||||
|
|
2a |
|
||
Larus minutus |
|||||
|
|
1 |
|
||
|
|
(1) |
|
||
Xema sabini sabini |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Sterna nilotica nilotica |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
3c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Sterna caspia caspia |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
|
1 |
|
||
|
1c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Sterna maxima albidorsalis |
|||||
|
|
2a |
|
||
Sterna bengalensis bengalensis |
|||||
|
|
2a |
|
||
Sterna bengalensis par |
|||||
|
3a |
|
|
||
Sterna bengalensis emigrata |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna bergii bergii |
|||||
|
2 |
|
|
||
Sterna bergii enigma |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna bergii thalassina |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna bergii velox |
|||||
|
3a |
|
|
||
Sterna sandvicensis sandvicensis |
|||||
|
|
2a |
|
||
|
3a 3c |
|
|
||
|
|
2a |
|
||
Sterna dougallii dougallii |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
3a |
|
|
||
|
1c |
|
|
||
Sterna dougallii arideensis |
|||||
|
2 |
|
|
||
Sterna dougallii bangsi |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna vittata vittata |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna vittata tristanensis |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna hirundo hirundo |
|||||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
1 |
||
|
|
|
(1) |
||
Sterna paradisaea |
|||||
|
|
|
1 |
||
Sterna albifrons albifrons |
|||||
|
3b |
|
|
||
|
3c |
|
|
||
|
2 |
|
|
||
Sterna albifrons guineae |
|||||
|
1c |
|
|
||
Sterna saundersi |
|||||
|
|
(1) |
|
||
Sterna balaenarum |
|||||
|
2 |
|
|
||
Sterna repressa |
|||||
|
|
2c |
|
||
Chlidonias hybridus hybridus |
|||||
|
3c |
|
|
||
|
|
|
(1) |
||
|
|
(1) |
|
||
Chlidonias hybridus sclateri |
|||||
|
1c |
|
|
||
|
(2) |
|
|
||
Chlidonias leucopterus |
|||||
|
|
|
(1) |
||
Chlidonias niger niger |
|||||
|
|
2c |
|
||
RYNCHOPIDAE |
|||||
Rynchops flavirostris |
|||||
|
2 |
|
|
||
|
2 |
|
|
(1) Kif addottat fit-Tieni sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet, li saret mill-25 sas-27 ta’ Settembru 2002, f’Bonn, il-Ġermanja.