This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0290
2006/290/EC: Commission Decision of 18 April 2006 amending Decision 2003/467/EC as regards the declaration that certain regions of Italy are officially free of bovine tuberculosis and enzootic bovine leukosis and that Slovakia is officially free of enzootic bovine leukosis (notified under document number C(2006) 1551) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 1551) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 1551) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 106, 19.4.2006, pp. 21–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 607–609
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
607 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' April 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 1551)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/290/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsuidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' l-annimali bovini u l-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Anness A (I) (4) u l-Anness D (I) (E) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jkunu ddikjarata bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, mill-bruċellożi u mill-lewkożi bovina enżootika fil-konfront ta' annimali bovini bla ħsara għall-konformità ma' ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-listi tar-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi tal-bovini u l-lewkożi enżootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, il-bruċellożi, u l-lewkożi enżootika ta' ċerti Stati Membri u reġjuni ta' Stati Membri fir-rigward ta' merħliet bovini (2). |
|
(3) |
L-Italja ressqet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia sabiex dak ir-Reġjun jkun jista' jitħabbar uffiċjalment bħala ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(4) |
L-Italja ressqet wkoll lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun tal-Molise sabiex dak ir-Reġjun jkun jista' jitħabbar uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(5) |
Slovakkja fir-rigward tat-territorju tagħha ressqet wkoll lill-Kummissjoni id-dokumentazzjoni fejn turi l-konformità mal-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE sabiex it-territorju kollu tas-Slovakkja jkun jista' jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(6) |
Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Italja, ir-Reġjuni tal-Friuli Venezia Giulia u l-Molise għandhom jitħabbru uffiċjalment bħala ħielsa mit-tuberkulożi bovina u mil-lewkożi bovina enzotika rispettivament. |
|
(7) |
Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mis-Slovakkja, dak l-Istat membru kollu fl-intier tiegħu għandu jitħabbar bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KC huma emendati skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(2) ĠU L 156 25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/169/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, p. 35).
ANNESS
L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 qiegħed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 2 Ir-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi Fl-Italja:
|
|
2. |
Fl-Anness III, Kapitolu 1 qiegħed jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
|
|
3. |
Fl-Anness III, Kapitolu 2 qiegħed jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 2 Reġjuni ta' Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika Fl-Italja:
|