Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1216

1216/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2005 tat- 28 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, rigward il-potenzjal ta’ produzzjoni

ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 217–217 (MT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1216/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

217


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1216/2005

tat-28 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, rigward il-potenzjal ta’ produzzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunssil (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bosta Stati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jikkonċerna l-proċedura r-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali. Dawn id-diffikultajiet jikkonċernaw, b'mod partikolari, mil-liema data għandha tinbeda l-proċedura msemmija. L-applikazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għoti ta' deroga timponi piż amministrattiv serju u kkumplikat, b'mod partikolari rigward il-kontroll u l-penalitajiet.

(2)

Biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet, jinħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar ir-regolarizzazzjoni ta' pjantaġġuni illegali jiġu emendati. Sakemm ma tingħata proposta xierqa lill-Kunsill u fl-interess ta' amministrazzjoni b'saħħitha, id-data tal-għeluq tal-proċedura stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (2) għandha tkun posposta definittivament għall-31 ta' Diċembru 2007.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1a.   Id-data tal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tiġi posposta għall-31 ta' Diċembru 2007.”

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)   ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1349/2004 (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 7).


Top