This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0092
Commission Regulation (EC) No 92/2005 of 19 January 2005 implementing Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the Council as regards means of disposal or uses of animal by-products and amending its Annex VI as regards biogas transformation and processing of rendered fatsText with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad- 19 ta' Jannar 2005 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad- 19 ta' Jannar 2005 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27–33
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 67–73
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Imħassar b' 32011R0142
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
67 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 92/2005
tad-19 ta' Jannar 2005
li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jikkonċernaw il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li mhumiex intenzjonati għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(e), l-Artikolu 5(2)(g), l-Artikolu 6(2)(i) u l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula regoli li jikkonċernaw il-mezzi ta’ rimi u użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Hu jistipula wkoll il-possibilità għal mezzi addizzjonali ta’ rimi u użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jridu jiġu approvati wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku relevanti. |
(2) |
L-Isteering Committee Xjentifiku (SSC) ippubblika opinjoni nhar l-10 u l-11 ta’ April 2003 fuq sitt metodi alternattivi ta’ proċessar għat-trattament u r-rimi bla periklu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Skond dik l-opinjoni ħames proċessi mhumiex ikkunsidrati bħala perikolużi għar-rimi u/jew użi ta’ materjal ta’ Kategoriji 2 u 3 taħt ċerti kondizzjonijiet. |
(3) |
L-SSC ippubblika opinjoni u rapport finali nhar l-10 u l-11 ta’ April 2003 fuq it-trattament ta’ skart mill-annimali permezz ta’ temperatura għolja u idrolisi alkalina bi pressjoni għolja, waqt li pprovda gwida dwar il-possibiltajiet li tintuża idrolisi alkalina u dwar ir-riskji tagħha għar-rimi ta’ materjal ta’ Kategoriji 1, 2 u 3. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni nhar is-26 u s-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-proċess ta’ Idrolisi bil-Bijogass bi Pressjoni Għolja (HPHB) waqt li pprovdiet gwida dwar il-possibiltajiet li jintuża dan il-proċess u dwar ir-riskji tiegħu għar-rimi ta' materjal ta' Kategorija 1. |
(5) |
Ħames proċessi jistgħu, għalhekk, jiġu approvati bħala mezzi alternattivi għar-rimi u/jew użi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali skond l-opinjonijiet tal-SSC, flimkien ma' dawk il-metodi ta’ proċessar li diġà huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Huwa wkoll xieraq li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk il-proċessi. |
(6) |
Il-Kummissjoni talbet lil xi wħud mill-applikanti għall-approvazzjoni tal-proċessi ħalli jissottomettu aktar informazzjoni dwar is-sigurtà tal-proċessi tagħhom għat-trattament u r-rimi ta' materjal ta' Kategorija 1. Dik l-informazzjoni trid tingħadda lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-evalwazzjoni malli jasal il-waqt. |
(7) |
Sakemm issir dik l-evalwazzjoni, u b’konsiderazzjoni ta’ l-opinjonijiet kurrenti ta’ l-SSC li x-xaħam ta’ dam m’huwiex perikoluż f’dak li għandu x’jaqsam mat-TSE, speċjalment jekk ikun imsajjar bil-pressjoni u msoffi sabiex jitneħħew l-impuritajiet li ma jinħallux, huwa xieraq li jkun approvat wieħed mill-proċessi, li jipproċessa x-xaħam ta' l-annimali f'bijodiżil, ukoll għat-trattament u r-rimi, taħt kondizzjonijiet stretti, tal-biċċa l-kbira tal-materjal ta’ Kategorija 1, għajr l-aktar riskjuż. F’dak il-każ, għandu jkun ċar li t-trattament u r-rimi jistgħu jinkludu l-irkuprar ta' bijoenerġija. |
(8) |
L-approvazzjoni u l-operat ta’ tali mezzi alternattivi għandu jkun mingħajr preġudizzju għal legislazzjoni applikabbli oħra ta' l-UE, b'mod partikolari l-leġislazzjoni ambjentali, u għalhekk il-kondizzjonijiet ta' l-operat stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom, fejn japplika, jiġu implimentati skond l-Artikolu 6 paragrafu 4 tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (2). |
(9) |
Għall-proċessi approvati għat-trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta’ Kategorija 1, u bħala miżura ta’ sorveljanza komplementari għall-monitoraġġ regolari tal-parametri ta’ l-ipproċessar, l-effikaċja tal-proċess, flimkien mas-sigurtà tiegħu rigward is-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, għandha tintwera lill-awtoritajiet kompetenti billi tiġi ttestjata f'impjant sperimentali matul l-ewwel sentejn wara l-implimentazzjoni tal-proċess f'kull stat Membru konċernat. |
(10) |
Huwa xieraq li l-Anness VI, il-Kapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jiġu emendati bħala konsegwenza ta’ l-approvazzjoni tat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta’ Kategorija 1. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-trattament u r-rimi ta' materjal ta' Kategorija 1
1. Il-proċessi ta’ idrolosi alkalina kif imfissra fl-Anness I u idrolisi bil-bijogass bi pressjoni għolja kif imfissra fl-Anness III huma approvati u jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għat-trattament u r-rimi ta’ materjal ta’ Kategorija 1.
2. Il-proċess ta’ produzzjoni tal-bijodiżil kif imfisser fl-Anness IV huwa approvat u jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti għat-trattament u r-rimi ta' materjal ta' Kategorija 1, ħlief għall-materjal imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
Madankollu, il-materjal li ġej mill-annimali msemmi fl-Artiklu 4(1)(a)(ii) jista’ jintuża għal dan il-proċess sakemm:
a) |
l-annimali kellhom anqas minn 24 xahar meta nqatlu, jew |
b) |
l-annimali kienu suġġetti għal testijiet fil-laboratorju għall-preżenza ta’ TSE skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (3) u r-riżultat tat-testijiet kien negattiv. |
L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tawtorizza dan il-proċess għat-trattament u r-rimi ta’ kwalunkwe xaħam proċessat ta’ l-annimali ta’ Kategorija 1.
Artikolu 2
It-trattament u l-użu jew ir-rimi ta’ materjal ta’ Kategoriji 2 jew 3
Il-proċessi ta’ idrolosi alkalina, idrolosi bi pressjoni għolja u b'temperatura għolja, idrolosi bil-bijogass bi pressjoni għolja, produzzjoni tal-bijodiżil u gassifikazzjoni tip “Brookes” kif imfissra fl-Annessi I u V rispettivament huma approvati u jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għat-trattament u l-użu jew ir-rimi ta’ materjal ta’ Kategoriji 2 jew 3.
Artikolu 3
Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-proċessi mfissra fl-Annessi I u V
L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-impjanti li jużaw xi wieħed mill-proċessi mfissra fl-Annessi I u V malli tawtorizza l-proċess, jekk l-impjant hu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet u l-parametri tekniċi fl-Anness in kwistjoni, u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief għall-ispeċifikazzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti f'dak ir-Regolament għal proċessi oħra. Għal dan il-għan, il-persuna responsabbli mill-impjant għandha turi lill-awtorità kompetenti li l-ispeċifikazzjonijiet u l-parametri tekniċi kollha stabbiliti fl-Anness in kwistjoni huma ssodisfati.
Artikolu 4
L-immarkar u r-rimi jew l-użu aktar ’il quddiem tal-materjali li jirriżultaw
1. Il-materjali li jirriżultaw għandhom jiġu mmarkati b’mod permanenti, fejn huwa teknikament possibbli permezz ta’ riħa skond l-Anness VI, Kapitolu I, punt 8 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
Madankollu, fil-każ fejn il-prodotti sekondarji li jkunu qed jiġu pproċessati huma esklussivament materjali ta' Kategorija 3, u fejn il-materjali li jirriżultaw m'humiex intenzjonati għar-rimi bħala skart, tali mmarkar mhuwiex meħtieġ.
2. Materjali li jirriżultaw mit-trattament ta’ materjal ta’ Kategorija 1 għandhom jintremew bħala skart permezz ta':
a) |
inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart (4); |
b) |
rdim f’landfill approvata taħt id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfill (4); jew |
c) |
tkomplija tat-trasformazzjoni f’impjant tal-bijogass u rimi tar-residwi tad-dekompożizzjoni kif stipulat fil-punti (a) jew (b). |
3. Materjali li jirriżultaw mit-trattament ta’ materjali ta’ Kategorija 2 jew 3 għandhom:
a) |
jintremew bħala skart kif stipulat fil-paragrafu 2; |
b) |
jitkomplew jiġu pproċessati f’derivattivi tax-xaħam għall-użi msemmija fl-Artikolu 5(2)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, mingħajr ma jintużaw qabel il-metodi ta’ proċessar 1 sa 5; jew |
c) |
jintużaw, jiġu trasformati jew jintremew direttament kif stipulat fl-Artikolu 5(2)(c)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, mingħajr ma jintuża qabel il-metodu ta’ proċessar 1. |
4. Kull skart li jirriżulta, bħal ħama, kontenut tal-filters, irmied u residwi tad-dekompożizzjoni, derivati mill-proċess ta’ produzzjoni, għandu jintrema kif stipulat fil-paragrafu 2, punti (a) jew (b).
Artikolu 5
Sorveljanza addizzjonali fuq implimentazzjonali inizjali
1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ewwel sentejn ta’ implimentazzjoni tal-proċessi li ġejjin f’kull stat Membru, għat-trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002:
a) |
idrolisi alkalina kif imfissra fl-Anness I; |
b) |
idrolisi bil-bijogass bi pressjoni għolja kif imfissra fl-Anness III; u |
c) |
produzzjoni tal-bijodiżil kif imfissra fl-Anness IV |
2. L-operatur jew fornitur tal-proċess għandu jindika impjant sperimentali f'kull stat Membru fejn, għallanqas darba kull sena, għandhom isiru testijiiet biex jikkonfermaw mill-ġdid l-effikaċja tal-proċess f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika.
3. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
a) |
testijiet xierqa huma applikati fl-impjant sperimentali għall-materjali derivati mill-istadji tat-trattament, bħar-residwi likwidi u solidi, u kwalunkwe gass iġġenerat matul il-proċess; u |
b) |
il-kontroll uffiċjali ta' l-impjant sperimentali jinkludi spezzjoni kull xahar ta’ l-impjant u verifika tal-parametri ta’ l-ipproċessar u tal-kondizzjonijiet applikati. |
Fi tmiem kull waħda mis-sentejn l-awtorità kompetenti għandha tirraporta lill-Kummissjoni r-riżultati tas-sorveljanza, u kwalunkwe diffikultajiet prattiċi operattivi li nqalgħu.
Artikolu 6
Emenda ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002
Il-Kapitoli II u III ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
Fil-Kapitolu II, punt B, fi tmiem tan-numru 4, tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Madankollu, materjali li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ materjal ta’ Kategorija 1 jistgħu jiġu ttrasformati f’impjant tal-bijogass, sakemm l-ipproċessar ikun sar skond metodu alternattiv approvat b’konformità ma’ l-Artikolu 4(2)(e) u, ħlief kif speċifikat mod ieħor, il-produzzjoni tal-bijogass tkun parti minn dak il-metodu alternattiv u l-materjal li jirriżulta jintrema b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-metodu alternattiv.” |
2. |
Fi tmiem il-Kapitolu III, tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja: “Madankollu, proċessi oħrajn jistgħu jintużaw għal aktar ipproċessar ta' xaħmijiet ta’ l-annimali li ġejjin minn materjal ta’ Kategorija I, sakemm dawn il-proċessi huma approvati bħala metodi alternattivi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4(2)(e).” |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikabilità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar id-19 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 668/2004 (ĠU L 112, 19.4.2004, p. 1)
(2) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
(3) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(4) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
ANNESS I
PROĊESS TA’ IDROLISI ALKALINA
1. |
Idrolisi alkalina tfisser trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Il-prodotti sekondarji ta' l-annimali jitpoġġew f'kontenitur ta' liga ta' l-azzar. L-ammont imkejjel ta' alkali jiġi miżjud jew f'għamla solida inkella bħala soluzzjoni kif imsemmi fil-punt 1(a). Ir-reċipjent jingħalaq u l-kontenut jissaħħan skond il-punt 1(b). L-enerġija fiżika ġġenerata permezz ta’ azzjoni kostanti ta’ ppumpjar tiċċirkola b’mod kontinwu l-materjal likwidu preżenti fir-reċipjent biex b’hekk tgħin fil-proċess ta' trattament sakemm it-tessuti jinħallu u l-għadam u s-snin jitrattbu. |
3. |
Wara t-trattament imfisser hawn fuq, il-materjali li jirriżultaw jistgħu jiġu ttrasformati f’impjant tal-bijogass sakemm
|
ANNESS II
PROĊESS TA' IDROLISI BI PRESSJONI GĦOLJA U B’TEMPERATURA GĦOLJA
1. |
Idrolisi bi pressjoni għolja u b’temperatura għolja tfisser trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Il-bażi tat-teknoloġija hija reattur tal-fwar ta' pressjoni għolja u temperatura għolja. F’dawn il-pressjonijiet u temperaturi elevati iseħħu l-fenomeni ta’ l-idrolisi li tkisser il-molekuli f’katina twila tal-materjal organiku fi bċejjeċ iżgħar. Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali, inklużi karkassi ta’ annimali sħaħ jitpoġġew ġo kontenitur (“reattur bijolitiku”). Ir-reċipjent jingħalaq u l-kontenut jissaħħan b'mod konformi mal-punt 1(a). Fiċ-ċiklu tad-deidratazzjoni l-ilma tal-fwar jiġi kkondensat u jista’ jintuża għal għanijiet oħrajn jew jintrema. Kull ċiklu għal reattur wieħed jieħu madwar 4 sigħat. |
ANNESS III
PROĊESS TA’ IDROLISI BIL-BIJOGASS BI PRESSJONI GĦOLJA
1. |
Idrolisi bil-bijogass bi pressjoni għolja tfisser trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-każ ta' trattament ta’prodotti sekondarji ta' l-annimali ta' Kategorija 1,
|
3. |
Il-proċess hu ddisinjat biex jipproċessa materjal li joħroġ minn impjant li jaħdem b’mod konvenzjonali li juża l-metodu 1 ta’ proċessar. Dan il-materjal huwa trattat b’mod konformi mal-punt (1)(b), u sussegwentement imħallat ma' l-ilma u sottomess għall-fermentazzjoni tal-bijogass. |
ANNESS IV
PROĊESS TA’ PRODUZZJONI TAL-BIJODIŻIL
1. |
Il-produzzjoni tal-bijodiżil tfisser it-trattament tal-frazzjon ta’ xaħam ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (xaħam ta’ l-annimali) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Ix-xaħam ta’ l-annimali huwa pproċessat għall-produzzjoni ta’ bijodiżil li jikkonsisti f'esters tal-metil ta’ aċidi grassi. Dan jinkiseb billi x-xaħam jiġi sottomess għall-esterfikazzjoni u/jew it-transesterfikazzjoni. Raffinar sussegwenti tal-prodotti li jikludi d-distillazzjoni bil-vakwu jwassal għall-bijodiżil, li jintuża bħala fjuwil għall-kombustjoni. |
ANNESS V
PROĊESS TA’ GASSIFIKAZZJONI “BROOKES”
1. |
Il-proċess ta’ gassifikazzjoni “Brookes” ifisser trattament ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Il-proċess jutilizza kombustjoni b’temperatura għolja f’ossiġnu eċċessiv li jossida l-materjal organiku f'CO2, NO2 u H2O. Proċess bil-qabda huwa użat ma’ ħin ta’ residenza mtawwal għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta’ madwar 24 siegħa. Is-sors tas-sħana huwa kamra sekondarja msaħħna b’gass naturali, li jkun jinsab taħt il-kamra primarja (li fiha jitpoġġa t-tessut li jrid jiġi pproċessat). Il-gassijiet prodotti bħala riżultat tal-proċess tal-ħruq jidħlu fil-kamra sekondarja fejn ikomplu jiġu ossidati. In-nixxiegħa tal-gass ikollha ħin ta’ residenza minimu ta’ żewġ sekondi f’temperatura rakkomandata ta’ 950 grad ċentigrad. Sussegwentement il-gassijiet jgħaddu minn “damper barometriku” fejn jitħalltu ma’ l-arja tal-madwar. |
3. |
Il-gassifikazzjoni ta’ materjali oħra li mhumiex prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhix permessa |