Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0015

    Direttiva tal-Kunsill 2005/15/KE tat- 28 ta' Frar 2005 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    ĠU L 56, 2.3.2005, p. 12–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 161–162 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/15/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    161


    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2005/15/KE

    tat-28 ta' Frar 2005

    li temenda l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2004/102/KE (2) temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE, u għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri sa l-1 ta' Marzu 2005.

    (2)

    Id-Direttiva 2004/102/KE fiha dispożizzjonijiet dwar l-injam u l-prodotti ta’ l-injam. Il-miżuri dwar il-pelits, kaxex u l-paljol jallinjaw il-miżuri tal-Komunità ma’ dawk ta’ l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji (ISPM) Nru 15 dwar “Linji Gwida biex jiġi regolat il-materjal għall-ippakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali” li ġie adottat f’Marzu 2002 mir-Raba’ Kummissjoni Interim dwar Miżuri Fitosanitarji (ICPM).

    (3)

    L-Istandard Nru 15 jgħid li l-ippakkjar bl-injam (inkluż il-paljol) magħmul mill-injam mhux proċessat tal-koniferi u mhux tal-koniferi, għandu jkun suġġett għal miżuri approvati bħal ma hu t-trattament bis-sħana (56° C għal mill-inqas 30 minuta) jew fumigazzjoni bil-Metil Bromidju. Barra minn hekk l-injam għandu jkollu marka speċifika li tiċċertifika li l-injam kien suġġett għal miżura approvata.

    (4)

    L-Istandard jgħid ukoll li l-pajjiżi jistgħu jitolbu li l-materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam suġġett għal miżura approvata għandu jkun magħmul minn injam li tneħħitlu l-qoxra ta’ barra u li fuqu jkollu marka suġġetta għal “ġustifikazzjoni teknika”.

    (5)

    Pajjiżi terzi talbu li l-Komunità tqis metodi oħra biex tilħaq l-istess għan. Għal dan il-għan, għaddejja riċerka dwar l-aspetti tekniċi tat-tneħħija tal-qoxra ta’ l-injam, b’mod partikolari l-effiċjenza tat-“tnaqqis tar-riskju ta’ insetti jew annimali qerrieda” fit-tneħħija tal-qoxra li jiżdied mal-miżuri ta’ trattament.

    (6)

    Waqt l-istennija tar-riżultati ta' din ir-riċerka, huwa xieraq li għall-injam li tneħħietlu l-qoxra, tiġi posposta l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu użati.

    (7)

    Id-Direttiva 2000/29/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

    (8)

    Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2000/29/KE qed tiġí emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Anness IV, Parti A, taqsima I, punt 2, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-kolonna tal-lemin:

    “L-ewwel inċiż, li jitlob li materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam ikun magħmul minn injam ittundjat bla qoxra, għandu japplika biss mill-1 ta’ Marzu 2006”

    .

    2.

    Fl-Anness IV, Parti A, taqsima I, punt 8, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-kolonna tal-lemin:

    “L-ewwel linja tal-punt (a), li titlob li materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam ikun magħmul minn injam ittundjat bla qoxra, għandha tapplika biss mill-1 ta’ Marzu 2006”

    .

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-iskeda ta’ korrispondenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2005.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jkunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam koperta minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-28 ta' Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. BODEN


    (1)  ĠU L 169 ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE (ĠU L 309, 6.10.2004. p. 9).

    (2)  ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9.


    Top