This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1481
Commission Regulation (EC) No 1481/2004 of 19 August 2004 amending Council Regulation (EEC) No 2092/91 on organic production of agricultural products and indications referring thereto on agricultural products and foodstuffs
1481/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1481/2004 tad- 19 ta' Awissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
1481/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1481/2004 tad- 19 ta' Awissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 18–18
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 272, 20.8.2004, p. 11–11
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1481/2004
tad-19 ta' Awissu 2004
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea, it-tipografija definita fil-logo Komunitarju mill-manwal grafiku stipulat fl-Anness V, il-parti B4 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 m'għadx għandha l-ittri u l-aċċenti meħtieġa kollha tal-ilsna uffiċjali kollha. Għalhekk, għandha tiġi permessa tipografija oħra fil-manwal grafiku. |
(2) |
L-Anness VI, it-Taqsima C, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jelenka l-ingredjenti tal-oriġini agrikola li ma ġewx prodotti b'mod organiku iżda li jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-oġġetti tal-ikel skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament, dment li ntwera li ingredjenti bħal dawn miksuba mill-metodu ta' produzzjoni organika mhumiex disponibbli fi kwantitajiet biżżejjed fi ħdan il-Komunità. |
(3) |
Wara li ġie stabbilit li l-imsaren prodotti organikament ma kinux disponibbli fi kwantitajiet biżżejjed fi ħdan il-Komunità, l-Anness VI, it-Taqsima C, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ġie emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 473/2002 (2), sabiex jinkludi l-imsaren fil-lista ta' ingredjenti agrikoli, għal perjodu ta' tranżizzjoni li jiskadi fl-1 ta' April 2004. |
(4) |
Madankollu jidher li d-disponibbiltà tal-imsaren prodotti organikament xorta tibqa' limitata ħafna u li mhux probabbli li jsiru disponibbli kwantitajiet biżżejjed fil-ġejjieni. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi permess l-użu tal-imsaren li mhumiex prodotti skont il-metodu tat-tkabbir organiku mingħajr limiti ta' żmien. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat maħtur bi qbil mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness V, il-Parti B.4, it-Taqsima 2.4 (Tipografija) tinbidel b'dan li ġej: “Uża Frutiger jew Myriad f’ittri kapitali bil-grassett u kkompressati, għall-kliem. Id-daqs tal-ittri tal-kliem għandu jiċċekken skont in-normi stabbiliti fit-Taqsima 2.6.” |
(2) |
Fl-Anness VI, it-Taqsima C, il-punt C.3, fid-daħla għall-“imsaren”, il-kliem “sal-1 ta' April 2004 biss” għandhom jitħassru. |
Artikolu 2
Dan il-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Awissu 2004.
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).
(2) ĠU L 75, 16.3.2002, p. 21. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 746/2004.