Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0691

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Ottubru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni ta' l-ikel (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3679) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 192–193 (MT)
    ĠU L 314, 13.10.2004, p. 14–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/691/oj

    12.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    192


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta' Ottubru 2004

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/840/KE li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għall-irradjazzjoni ta' l-ikel

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3679)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/691/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 fuq l-avviċinar tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel li jkunu ttrattati bir-radjazzjoni li tijonizza (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond id-Direttiva 1999/2/KE prodott ta' l-ikel li jkun ittrattat b'radjazzjoni li tijonizza ma jistax ikun impurtat minn pajjiż terz jekk dan ma jkunx ġie ttrattat f'faċilità ta' irradjazzjoni li tkun ġiet approvata mill-Komunità.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE kienet twaqqfet lista tal-bidu ta' faċilitajiet approvati (2).

    (3)

    Il-Kummissjoni rċeviet mingħand l-awtoritajiet kompetenti applikazzjoni waħda dwar faċilità ta' irradjazzjoni fit-Turkija u oħra fl-Iżvizzera. L-esperti tal-Kummissjoni għamlu spezzjonijiet fuq dawn il-faċilitajiet ta' irradjazzjoni biex jaraw jekk dawn humiex tabilħaqq konformi mal-kriterji tad-Direttiva 1999/2/KE, u l-aktar jekk is-superviżjoni uffiċjali tkunx tiggarantixxi li dawn ikunu konformi mal-kriterji ta' l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi taw tweġibiet sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet kollha li hemm fir-rapport aħħari.

    (4)

    Wara s-sħubija ta' l-Ungerija fil-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, mhux se jkun aktar meħtieġ li titniżżel il-faċilità ta' irradjazzjoni ta' dak l-Istat Membru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/840/KE. Din il-faċilità issa se tiżdied fil-lista ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni approvati li hemm fl-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 1999/2/KE.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2002/840/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

    (6)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/840/KE huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 66, tat-13.3.1999, p. 16.

    (2)  ĠU L 287, tal-25.10.2002, p. 40.


    ANNESS

    Lista ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni f'pajjiżi terzi li huma approvati mill-Komunità

    Nru ta' Referenza: EU-AIF 01-2002

    HEPRO Cape (Pty) Ltd

    6 Ferrule Avenue

    Montague Gardens

    Milnerton 7441

    Western Cape

    Republic of South Africa

    Tel: + 27-21-551 2440

    Fax: + 27-21-551 1766

    Nru ta' Referenza: EU-AIF 02-2002

    GAMMASTER South Africa (Pty) Ltd

    P.O. Box 3219

    5 Waterpas Street

    Isando Extension 3

    Kempton Park 1620

    Johannesburg

    Republic of South Africa

    Tel: + 27-11-974 8851

    Fax: + 27-11-974 8986

    Nru ta' Referenza: EU-AIF 03-2002

    GAMWAVE (Pty) Ltd

    P.O. Box 26406

    Isipingo Beach

    Durban 4115

    Kwazulu-Natal

    Republic of South Africa

    Tel: + 27-31-902 8890

    Fax: + 27-31-912 1704

    Nru ta' Referenza: EU-AIF 05-2004

    GAMMA-PAK A.S.

    Yünsa Yolu N: 4 OSB

    Cerkezköy/TEKIRDAG

    TR-59500

    Turkey

    Tel: + 90 282726 57 90

    Fax: + 90 282726 51 78

    Nru ta' Referenza: EU-AIF 06-2004

    STUDER AGG WERK HARD

    Hogenweidstrasse 2

    Däniken

    CH-4658

    Switzerland

    Tel: + 41 062288 9060

    Fax: + 41 062288 9070


    Top