Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1425

    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1425/2003 tal-11 ta' Awissu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2000 rigward il-patulin(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 203, 12.8.2003, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1425/oj

    32003R1425



    Official Journal L 203 , 12/08/2003 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1425/2003

    tal-11 ta' Awissu 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2000 rigward il-patulin

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel (SCF),

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 563/2002 [3] jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel. Il-livelli massimi ġew stabbiliti għan-nitrati, l-aflatossini, l-okratossin A, iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju, it-3-MCPD u d-diossini.

    (2) Uħud mill-Istati Membri adottaw, jew jippjanaw li jadottaw, livelli massimi għall-patulin fl-meraq tal-frott b'mod partikolari fil-meraq tat-tuffieħ ta' belludja, prodotti solidi tat-tuffieħ ta' belludja bħalma huma l-compote tat-tuffieħ ta' belludja u l-puree tat-tuffieħ ta' belludja u f'dawk il-prodotti maħsuba għat-trabi u t-tfal żgħar. Minħabba d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-riskju konsegwenti ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni, huma meħtieġa miżuri Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-unità tas-suq filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-proporzjonalità;

    (3) Il-patulin huwa mikotossin prodott mill-funġi li jappartjenu għal numru ta' ġeneri li jinkludu l-ispeċji tal-Peniċillin, l-Asperġillu u l-Bissochlamis. Għalkemm il-patulin jista' jonħoloq f'ħafna frott immuffat, il-qmuħ u ħafna ikel ieħor, is-sorsi maġġuri tal-kontaminazzjoni tal-patulin huma l-prodotti mit-tuffieħ ta' belludja.

    (4) Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta' Marzu 2000 endorsja it-teħid proviżorju massimu tollerabbli ta' kuljum (PMTDI) ta' 0,4 /kg fil-piż tal-ġisem (bw) għall-patulin

    (5) Fis-sena 2001, twettaq kompitu speċifiku "Stima tat-teħid tal-patulin fid-dieta mill-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE" fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 1993/5/KE tal-25 ta' Frar 1993 dwar l-assistenza lill-Kummissjoni u l-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel [4] (SCOOP). Jista' jiġi konkluż mill-istima illi l-espożizzjoni medja tidher li hija baxxa sewwa mill-PMTDI ta' 0,4 /kg bw. Madankollu, meta jittieħdu f'konsiderazzjoni gruppi speċifiċi ta' konsumaturi, b'mod speċjali t-tfal iż-żgħar, u meta jiġu preżunti l-agħar każijiet, l-espożizzjoni għall-patulin hija iktar sinifikanti għalkemm tibqa' taħt il-PMTDI.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 466/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (7) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-livelli massimi għall-patulin stabbiliti fil-punti 2.3.1 u 2.3.2 tat-taqsima 2 ta' l-Anness I l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 2005 bil-ħsieb li tnaqqashom billi tqis il-progress fil-għerf xjentifiku u teknoloġiku u l-implimentazzjoni tal-"Kodiċi tal-prattika għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-patulin fil-meraq tat-tuffieħ ta' belludja u l-ingredjenti tal-meraq tat-tuffieħ ta' belludja f'xorb ieħor.""

    2. L-Anness I huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, pġ. 1.

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, pġ. 1.

    [3] ĠU L 86, tat-3.4.2002, pġ. 5.

    [4] ĠU L 52, ta' l-4.3.1993, pġ. 18.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Fit-Taqsima 2 (Mikotossini) ta' l-Anness I, jiddaħħal il-punt 2.3 li ġej:

    "Il-Prodotti | Il-Patulin: Il-livelli mssimi (μg/kg jew il-ppb) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Il-Metodu ta' l-analiżi tar-referenza |

    2.3.Il-Patulin:

    2.3.1.Il-meraq tal-frott u n-nettari tal-frott, b'mod partikolari fil-meraq tat-tuffieħ ta' belludja, u l-ingredenti tal-meraq tal-frott f'xarbiet oħraIl-meraq ikkonċentrat tal-frottwara r-rikostituzzoni kif ordnat mill-fabbrikant | 50,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE |

    2.3.2.Ix-xorb spirituż, is-cider u xorb ieħor iffermentat, idderivati mit-tuffieħ ta' belludja jew li jkun fihom il-meraq tat-tuffieħ ta' belludja | 50,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE |

    2.3.3.Il-prodotti solidi tat-tuffieħ ta' belludja, inklużi l-compote tat-tuffieħ ta' belludja, il-puree tat-tuffieħ ta' belludja maħsuba għall-konsum dirett | 25,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE |

    2.3.4.Il-meraq tat-tuffieħ ta' belludja u l-prodotti solidi tat-tuffieħ ta' belludja inklużi l-compote tat-tuffieħ ta' belludja u l-puree tat-tuffieħ ta' belludja, għat-trabi u t-tfal iż-żgħa, u ttikkettjati u mibjugħa bħala maħsuba għat-trabi u t-tfal iż-żgħarikel ieħor għat-trabi | 10,0 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE | Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/78/KE |

    --------------------------------------------------

    Top