This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0357
2002/357/EC,ECSC: Council and Commission Decision of 26 March 2002 on the conclusion of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra
ĠU L 129, 15.5.2002, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/357/oj
Official Journal L 129 , 15/05/2002 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra (2002/357/KE, KEFA) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 238 b’konġunzjoni mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 228(2) u t-tieni ta’ l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu, Wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv u l-ftehim unanimu tal-Kunsill, Wara li kkonsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi: Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fl-24 ta’ Novembru 1997, għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Hashemite tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, il-Protokolli annessi miegħu u d-dikjarazzjonijiet mhemuża ma’ l-Att Finali huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-testi tal-Ftehim, il-Protokolli annessi magħhom u l-Att Finali huma mhemuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni għandha tiiġi stabbilita mill-Kunsill, bi proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn huwa xieraq, mill-Kummissjoni, kollha skond dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. 2. Il-President tal-Kunsill għandu, skond l-Artikolu 90 tal-Ftehim, jippresidi fuq il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità. Rappresentattiv tal-President tal-Kunsill għandu jippresidi fuq il-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni, skond l-Artikolu 93 tal-Ftehim, u jippreżenta l-pożizzjoni tal-Komunità. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jqiegħed l-att tan-notifika provduta għalih fl-Artikolu 106 tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni għandu jqiegħed l-att f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 2002. Għall-Kunsill Il-President A.M. Birulés Y Bertrán Ghall-Kummissjoni Il-President R. Prodi [1] ĠU C 226, 20.07.1998, p. 26. --------------------------------------------------