Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1452

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti ta' l-agrikultura għad-dipartimenti barranin Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom)

ĠU L 198, 21.7.2001, p. 11–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2006; Imħassar b' 32006R0247

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1452/oj

32001R1452



Official Journal L 198 , 21/07/2001 P. 0011 - 0025


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001

tat-28 ta' Ġunju 2001

li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti ta' l-agrikultura għad-dipartimenti barranin Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 36, 37 u Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 89/687/KEE [2], il-Kunsill adotta program ta' għażliet speċifiċi għan-natura remota u insulari tad-dipartimenti barranin Franċiżi (Poseidom) bi qbil ma’ l-istrateġija tal-Komunità ta' għajnuna għar-reġjuni l-aktar imbiegħda. L-iskop tal-programm hu li jiffaċilita l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawk ir-reġuni u jgħinhom jibbenifikaw mill-vantaġġi ta' suq singolu li tiegħu huma parti integrali allavolja l-fatturi oġġettivi jżommuhom iżolati ġeografikament u ekonomikament. Il-programm jitlob li l-CAP biex ikun applikat f'dak ir-reġuni u jipprovdi għall-miżuri speċifiċi li jkunu adottati. Partikolarment, jipprovdi għall-miżuri biex jittjiebu l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti ta’ l-agrikultura huma prodotti u kkummerċjalizzati f'dawk id-dipartimenti u biex inaqqsu l-effetti tas-sitwazzjoni u l-limiti ġeografiċi eċċezzjonali tagħhom kif la darba huwa rikonoxxut fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

(2) Is-sitwazzjoni ġeografika partikolari tad-dipartimenti barranin Franċiżi (FOD — DBF) jimponi spejjeż tat-trasport addizzjonali fil-forniment tal-prodotti essenzjali, għall-ipproċessar u fil-kontribuzzjoni agrikola. B'żieda, il-fatturi oġġettivi li jseħħu bħala riżultat ta' l-insularità u d-distanza estrema jimponu aktar limiti fuq l-operaturi u l-produtturi fil-DBF li joħolqu b'mod sever l-intoppi ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan hu vera partikolarment fil-każ tal-fornimenti taċ-ċereali, li pjuttost mhumiex prodotti u ma jistgħux ikunu prodotti fuq skala kbira fil-DBF, jagħmluhom dipendenti fuq sorsi esterni ta' forniment. Dawn l-iżvantaġġi jistgħu jkunu mtaffija billi jitbaxxew l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti essenzjali. Huwa għalhekk xieraq li jintroduċu l-arranġamenti speċifiċi tal-fornimet bl-għan li jassigura l-forniment lejn id-DBF minn produzzjoni lokali u li jimmitigaw l-ispejjeż żejda tad-distanza kbira, l-insularità u l-lokazzjoni ferm imbiegħda tad-DBF.

(3) Għal dak l-iskop, minkejja l-Artikolu 23 tat-Trattat, l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżentati mid-dazji ta' l-importazzjoni applikabbli.

(4) Sabiex jilħqu l-għan li jbaxxu l-prezzijiet fid-DBF u jimmitigaw l-ispejjeż addizjonali tad-distanza kbira, l-insularità u l-lokazzjoni mbiegħda tagħhom filwaqt li jżommu l-kompettività tal-prodotti tal-Komunità, għajnuna għandha tingħata għall-fornimenti tal-prodotti ta’ l-oriġini tal-Kommunità lid-DBF. Għajnuna bħal din trid tieħu akkont ta' l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn d-DBF u l-prezzijiet applikati lill-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi u, fil-każ tad-dħul ta’ l-agrikolu u l-prodotti intiżi għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali ta' l-insularità u l-lokalità mbiegħda.

(5) La darba l-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti speċifiċi tal-fornimenti huma llimitati għall-ħtiġiet tad-DBF, dawk l-arranġamenti ma jnaqqsux il-funzjonalità proprja tas-suq intern. B'żieda, l-iżvantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti speċifiċi tal-forniment ma għandhomx jipprovokaw tgħawwiġ fil-kummerċ tal-prodotti kkonċernati. Id-dispaċċ mil-ġdid jew l-esportazzjoni mill-ġdid mid-DBF għandha għalhekk tkun ipprojbita. B'dana kollu, in-nixxija tal-kummerċ bejn id-DBF mhix koprita b'din il-projbizzjoni. Lanqas ma tapplika, meta l-proċessar ikun ikkonċernat, suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet, għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi biex jippromwovu kummerċ reġjonali jew għal konsenji tradizzjonali għal bqija tal-Komunità.

(6) Il-vantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti speċifiċi tal-fornimenti għandhom inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jkunu mgħoddija fuq l-aħħar utenti. Dawn għandhom għalhekk jingħataw biss bil-kondizzjoni li jkunu attwalment mgħoddija, u l-monitoraġġ għandu jitwettaq għal dak l-iskop.

(7) Fid-dawl ta' żviluppi agrikoli riċenti fil-Guiana Franċiża, ir-Regolamenti (KEE) Nru 3763/91 [3] introduċa miżura għall-iżvilupp tal-koltivazzjoni tar-ross. F'dik il-miżura skadiet fl-aħħar tas-sena tas-suq tal-1996, u la darba l-Istat Membru kkonċernat ma talabx li din tkun imġedda, dik il-miżura għandha tkun abolita. Miżura ġiet introdotta biex tiddisponi minn u l-kummerċ ta' parti mill-produzzjoni lokali tar-ross fil-Guadeloupe, il-Martinique u l-bqija tal-Komunità. La darba mhux il-produzzjoni lokali kollha jistgħu jkunu kkonsmata fir-reġjun, u minħabba li n-nuqqas ta' faċilitajiet u l-kondizzjonijiet lokali jagħmlu l-ħażna fir-reġun bilkemm probabbli, din il-miżura, li hija vitali għaż-żamma tal-bilanċ fis-settur tal-produzzjoni lokali, għandhom jibqgħu skond it-termini stabbiliti fir-regoli kurrenti.

(8) L-attivitajiet tradizzjonali tat-trobbija tal-qobla għandhom ikunu sostnuti sabiex jilħqu l-ħtiġiet tal-konsum lokali tad-DBF. Għal dak l-iskop, derogi huma meħtieġa minn xi disposizzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni li jirrestrinġu l-produzzjoni, biex jittieħed akkont ta’ l-iżvilupp u kondizzjonijiet partikolari tal-produzzjoni lokali, li huma pjuttost differenti minn dawk fil-bqija tal-Komunità. Dan l-oġġettiv jista’ wkoll ikun segwit b'mod indirett bi programmi ta' żviluppi finanzjarji ġenetiċi li jinvolvu x-xiri ta' l-annimali tar-razza pura għat-tnissil, bix-xiri ta' razez aktar xierqa għall-kondizzjonijiet lokali, billi jissupplimentaw il-laġġju tal-baqar li jreddgħu u l-laġġju tal-qatla u, fejn xieraq, billi jagħmluha possibbli li jimportaw minn pajjiżi terzi l-annimali maskili ta’ l-ifrat intiżi għas-simna taħt ċerti kondizzjonijiet, kif ukoll bid-deroga mill-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni għall-annimali u l-ikel ta' l-oriġini mill-annimali.

(9) Titjieb jenħtieġ li jrid isir għal kondizzjonijiet fqar għall-forniment ta' prodotti tal-ħalib frisk lis-swieqi lokali fid-DBF, li fil-preżent jiġi l-aktar mill-importazzjoni; dan l-iskop jista’ jinkiseb min-naħa l-waħda billi titkompla l-għajnuna għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum lokali kif evalwat perjodikament permezz tal-bilanċ tal-forniment, u min-naħa l-oħra billi jkun hemm waqfien fl-applikazzjoni ta' l-arranġamenti għal dazju addizzjonali fuq produtturi tal-ħalib tal-baqra stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 [4]; il-kondizzjonijiet fqar tal-forniment għar-reġuni l-aktar imbiegħda, li huma kompletament differenti minn dawk bi prevalenza fil-bqija tal-Komunità, u l-ħtieġa għall-inċentiv ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali li tiġġustifika din id-deroga.

(10) Il-Komunità qiegħda tikkontribwixxi fondi għall-programmi reġjonali bħala appoġġ għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti lokali fis-setturi tat-trobbija tal-qobla u tal-ħalib fil-Martinique u f'Réunion bħala miżura temporanja mill-1996-2000. Il-livell ta' lokali ta' suffiċjenza minnhom infushom f'dawk is-setturi baqgħet baxxa. L-appoġġ tal-Komunità jista’ jkun mobilizzat effettivament biss jekk l-istrutturi tal-produzzjoni lokali jkunu jistgħu jimplimentaw strateġiji magħmula apposta għall-kuntest lokali għall-iżvilupp ekonomiku, l-organizzazzjonijiet spazjali ta' produzzjoni u jżid il-professjonalità tal-produtturi. Din l-għajnuna għandha tibqa’ bħala miżura temporanja biex tgħin il-produzzjoni ta' settur modern, ta' kwalità għolja biex jakkwista l-veloċità. Il-prinċipju li jestendu dan l-appoġġ għall-Guiana Franċiża u l-Guadeloupe kien ġie aċċettat, bil-kondizzjoni li l-organizzazzjonijiet lokali ġewwa l-fergħa lokali jkunu stabbiliti.

(11) Fis-settur tal-frott, ħxejjex, pjanti u fjorikultura, miżuri ġew introdotti biex itejbu l-produttività ta’ l-irziezet u l-kwalità tal-prodott, jagħtu struttura lill-produzzjoni u l-ktajjen tad-distribuzzjoni, jiżviluppaw prodotti pproċessati lokalment u jżommu ċerta produzzjoni tradizzjonali (vanilla, zjut essenzjali, etċ.), bl-għan li jagħtu appoġġ lis-suq lokali, l-ipproċessar u l-bejgħ għall-esportazzjoni ta' dawk il-prodotti. Dawn il-miżuri għenu biex jibdew jitjiebu l-abilità tal-prodotti lokali biex jikkompetu ma’ prodotti minn postijiet oħrajn fuq is-swieqi ta' tkabbir għoli, biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u l-kanali ġodda tad-distribuzzjoni u biex jistabbilixxu dawn il-prodotti mtejba fis-suq tal-Komunità, u għandu għalhekk jitkompla.

(12) Ir-Regolament (KEE) Nru 525/77 [5] li stabbilixxa sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni għall-ananas fil-landi li kien applikat biss fil-Martinique. Meqjusa l-fatturi speċifiċi ta' l-iskema u r-reġjun tal-prodott, fl-interessi ta' l-armonizzazzjoni leġislattiva u amministrattiva, l-iskema għandha tkun inkluża f'dan ir-Regolament u r-Regolament (KEE) Nru 525/77 għandu jkun imħassar. Jekk il-produzzjoni ta' l-ananas għandha jkollha futur, dawk kollha involuti f'dan is-settur għandhom ikunu mmobilizzati. Il-produzzjoni ta' l-ananas hija partikolarment importanti fil-Martinique, kemm għal raġuni ekonomiċi u wkoll soċjali. Il-produzzjoni ta' l-ananas tiswa ħafna u l-prodotti pproċessati minnhom jiffaċċaw kompetizzjoni minn pajjiżi terzi. Appoġġ għandu jibqa’ jingħata għall-ipproċessar u biex jassiguraw is-sopravivenza ta’ l-irziezet żgħar, biex jassiguraw forniment regolari lill-industrija ta’ l-ipproċessar u jsaħħu r-rwol ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi waqt li jiftħu t-triq fit-terminu medju għall-profitabbiltà aħjar u, jekk xieraq, il-kummerċ ta' prodotti friski.

(13) Is-settur tal-kannamieli hu vitali għal ekonomija tad-DBF. Id-DBF ikomplu jaffaċjaw problemi serji (distanza, insularità, lokazzjoni mbiegħda, art muntanjuża diffiċli, razzetti zgħar u nxerrda ħafna, ftit fabbriki, spejjeż tat-trasport lokali għoljin, aċċess diffiċli minħabba toroq ħżiena) li jgħollu l-ispejjeż. Il-produzzjoni tal-kannamieli tiffaċċja wkoll intoppi speċifiċi meta mqabbla mal-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor fl-art ewlenija ta' l-Ewropa, partikolarment rigward ir-rakkolt tal-qasab. Biex jassiguraw li s-settur jiżviluppa b'mod xieraq u li jalleva dawn id-diffikultajiet, miżuri huma meħtieġa biex jagħmlu tajjeb parzjalment għall-ispejjeż addizzjonali tat-trasport tal-qasab mill-għelieqi lejn iċ-ċentri tal-ġbir.

(14) Ir-rum hu prodott ta' importanza ekonomika kbira għad-DBF, u l-iżfog fis-suq huma vitali. L-abolizzjoni gradwali ta' ċerti benefiċji li bħal issa jingħataw għall-produzzjoni tar-rum ikollhom impatt serju fuq il-qligħ tal-produtturi. Il-miżuri biex jappoġġjaw il-kultivazzjoni tal-kannamieli u l-ipproċessar dirett tiegħu f'rum agrikolu u f'ġulepp taz-zokkor għandu jibqa minħabba li dawn il-miżuri jgħinu biex jassiguraw li jibqgħu l-fornimenti tal-kannamieli lid-distilleriji, li jistgħu għalhekk jippjanaw u jirrazzjonalizzaw l-investimenti fil-faċilitajiet tagħhom tal-produzzjoni, u minħabba li jgħinu biex itejbu l-qligħ mit-tkabbir tal-kannamieli u biex jinkoraġġixxu li jtejbu l-metodi tal-produzzjoni tagħhom biex jassiguraw uċuħ aħjar u jfornu qasab ta' kwalità aktar għolja.

(15) Il-produtturi ta’ l-agrikoli fid-DBF għandhom ikunu inkoraġġiti li jfornu prodotti ta' kwalità u l-kummerċ ta' dawn għandu jkun mgħejun, f'dan ir-rigward, bl-użu tas-simbolu grafiku tal-Komunità li jista’ jgħin biex jintlaħaq dan l-għan.

(16) Is-saħħa tal-pjanta ta' l-uċuħ agrikoli fid-DBF hija suġġetta għall-problemi partikulari marbuta mal-klima u l-inadekwatezza tal-miżuri ta' kontroll li sa issa kienu applikati hemmhekk. Il-programmi għandhom ikunu implimentati kontra l-organiżmi ta' ħsara, inklużi l-metodi organiċi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal-programmi bħal dawn għandha tkun speċifikata.

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [6] jistabbilixxi miżuri ta' zvilupp rurali li jistgħu jingħataw l-appoġġ tal-Komunità u jelenka l-kondizzjonijiet biex jinkiseb appoġġ bħal dan.

(18) Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-intoppi minħabba n-natura mwarrba u insulari tad-DBF u biex jitjiebu l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti agrikoli huma prodotti u kkumerċjalizzati.

(19) L-istrutturi ta' ċerti oqsma agrikoli jew ta' intrapriżi ta’ l-ipproċessar u l-kummerċ li jinstabu fid-DBF juru nuqqasijiet serji u li huma ffaċċjati b'diffikultajiet speċifiċi. Provvediment għandu għalhekk isir għal derogi ta' ċerti tipi ta' investimenti mid-disposizzjonijiet li jillimitaw jew li jwaqqfu l-għotja ta' xi għajnuna strutturali li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(20) Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jirrestrinġi l-għotja ta' appoġġ tal-forestrija u ż-żoni msarrġa li jappartjenu lis-sidien privati u muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet ta' dawn. Il-biċċa l-kbira tal-foresti u ż-żoni msarrġa li jinstabu fid-DBF huma ta' l-awtoritajiet pubbliċi pjuttost milli tal-muniċipalitajiet. Permezz ta' dawn iċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu għandhom ikunu aktar flessibbli.

(21) Il-kontribut finanzjarju tal-Kommunità għat-tlieta mill-miżuri li jakkumpanjaw li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistgħu jammontaw fir-reġuni l-aktar imbiegħda sa massimu ta' 85 % tan-nefqa totali eliġibbli. Minn-naħa l-oħra, bi qbil mat-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-miżuri agri-ambjentali, li jikkostitwixxu r-raba' miżura ta' akkumpanjament, għandha tkun illimitata għal 75 % għaż-żoni kollha koperti bl-Objettiv 1. In vista ta' l-importanza attribwita għal agri-ambjent fil-kuntest ta’ l-iżvilupp rurali, ir-rata tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun armonizzat għal miżuri kollha ta' akkumpanjament fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(22) Permezz ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [7], kull pjan, qafas ta' appoġġ tal-Komunità, programm operazzjonali u dokument ta' programmizzar singolu għandu jkopri perjodu ta' seba' snin, u l-perjodu tal-programm għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2000. Fl-interessi ta' l-għaqda u biex jevitaw diskriminazzjoni bejn il-benifiċjarji ta' l-istess programm, id-derogi li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament għandhom, eċċezzjonalment, ikunu applikabbli għall-perjodu kollu tal-programm.

(23) Deroga tista’ tingħata mill-istrateġija konsistenti tal-Kummissjoni biex ma tawtorizzawx l-għajnuna operazzjonali ta’ l-Istat għall-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli koperti bl-Anness 1 tat-Trattat sabiex inaqqsu l-impenji speċifiċi fuq il-biedja fid-DBF bħala riżultat tad-distanza estrema, l-insularità u l-lokazzjoni ferm imbiegħda, iż-żona zgħira, l-art muntanjuża u l-klima tagħhom u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq numru zgħir ta' prodotti.

(24) Disposizzjoni għandha ssir għall-possibbiltà ta' l-adottazzjoni tar-regoli tranżizzjonali sabiex jiffaċilitaw iċ-ċaqlieq mis-sistema stabbilita fir-Regolament emendat (KEE) Nru 3763/91, u mis-sistema stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77, għas-sistema l-ġdida stabbilita f'dan ir-Regolament u, fil-każ ta' eżenzjonijiet għall-miżuri eżistenti, biex jassiguraw il-kontinwità meħtieġa.

(25) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poter ta' l-implimentazzjoni kkonferit fuq il-Kummissjoni [8],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi biex jagħtu rimedju għad-diffikultajiet maħluqa mid-distanza kbira, il-lokalità mbiegħda u n-natura insulari tad-dipartimenti barranin Franċiżi (DBF) f'dak li jirrigwarda ċerti prodotti agrikoli.

TITOLU I ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TAL-FORNIMENT

Artikolu 2

1. L-arranġamenti speċifiċi tal-forniment huma b'hekk introdotti għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, li huma essenzjali għall-konsum uman, għall-ipproċessar u bħala introjtu agrikolu fid-DBF.

2. Tbassir ta' bilanċ tal-forniment għandu jitħejja li jistqarr il-kwantità tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-forniment ta' kull sena. Tbassir ta' bilanċ separat għandu jkun imħejji għall-ħtiġiet ta' l-industriji ta’ l-ipproċessar u l-prodotti ta' l-ippakkjar intiżi għas-suq lokali, għall-esportazzjoni permezz ta' ċerti kondizzjonijiet għall-pajjiżi terzi jew għall-konsenja tradizzjonali għall-bqija tal-Kommunità.

Artikolu 3

1. L-ebda dazji m'għandhom japplikaw għall-importazzjoni diretta fid-DBF tal-prodotti koperti mill-arranġamenti ta' fornimenti speċifiċi minn pajjiżi terzi, fil-limiti tal-kwantitajiet iddeterminati fil-bilanċ tal-forniment.

2. Biex jassiguraw li jkopru l-ħtiġiet stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 2 f'termini ta' kwantità, prezz u kwalità, waqt li jieħdu ħsieb li jżommu l-ishma tal-Komunità fil-fornimenti, l-għajnuna għandha tingħata biex iforni lid-DBF bi prodotti tal-Komunità intiżi għall-ħażna ta' intervent pubbliku jew disponibbli fis-suq tal-Komunità.

Għajnuna bħal din għandha tkun iffissata biex tieħu akkont ta' l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn id-DBF u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u, fil-każ ta' introjtu agrikolu u l-prodotti intiżi għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali ta' insularità u l-lokalità ferm imbiegħda.

3. Fl-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi tal-forniment, akkont għandu jittieħed, partikolarment, ta' dan li ġej:

- il-ħtiġiet speċifiċi tad-DBF u, fil-każ tal-prodotti intiżi għall-ipproċessar u l-introjtu agrikolu, il-ħtiġiet speċifiċi ta' kwalità,

- it-tnixxija kummerċjali mal-bqija tal-Komunità,

- l-aspett ekonomiku ta' l-għajnuna proposta.

4. L-intitolament permezz ta' l-arranġamenti speċifiċi tal-forniment għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet li l-vantaġġ ekonomiku akkwistat jew minn eżenzjoni tad-dazji ta’ l-importazzjoni jew minn l-għajnuna fil-każ tal-forniment mill-bqija tal-Komunità tkun mgħoddija lejn l-utent finali.

5. Prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' forniment ma jistgħux ikunu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi jew għal kunsinja mill-ġdid lejn il-bqija tal-Komunità. Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għat-tnixxija tan-negozju bejn id-DBF.

Meta l-prodotti kkonċernati jkunu pproċessati fid-DBF, il-projbizzjoni msemmija qabel m'għandhiex tapplika għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u lanqas għall-konsenji tradizzjonali tal-prodotti pproċessati għall-bqija tal-Kommunità, b'konformita mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 19(2).

L-ebda rifużjoni ta' l-esportazzjoni m'għandha tingħata.

6. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). Dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

- l-ifissar ta' l-għajnuna għall-forniment mill-bqija tal-Komunità,

- disposizzjonijiet biex jassiguraw li l-vantaġġi li jingħataw ikunu attwalment mgħoddija lejn l-utent finali,

- l-introduzzjoni jekk meħtieġa tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni jew tal-konnsenja.

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-bilanċi tal-fornimenti bi qbil ma’ l-Artikolu 23(2). Hi tista’ tirrevedi dawk il-bilanċi, u l-lista tal-prodotti fl-Anness I, bi qbil ma’ l-istess proċedura, fid-dawl tat-tibdiliet fil-ħtiġiet tad-DBF.

Artikolu 4

Fil-limitu tal-kwantità annwali ta' 8000 tunnellata, it-taxxa stabbilita fl-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 [9] m'għandhiex tkun applikata għall-importazzjoniRéunion tal-qxur tal-qamħ kopert mil-kodiċi NM 230230 li joriġina fis-Stati ACP.

TITOLU II MIŻURI BIEX JGĦINU L-PRODOTTI LOKALI

KAPITOLU I ROSS

Artikolu 5

1. L-għajnuna tal-Komunità għandha tingħata għall-konklużjoni ta' kuntratti annwali li jikkonċernaw il-konsum u l-kummerċ fil-Guadeloupe, fil-Martinique u fil-bqija tal-Komunità ta' ross rakkolt fil-Guiana Franċiż, fil-limiti tal-volum annwali ta' l-ekwivalenti ta' 12000 tunnellata ta' ross kompletament mitħun. F'dak li jirrigwarda l-konsum u l-kummerċ fil-bqija tal-Komunità, l-għajnuna għandha tingħata għall-massimu ta' 4000 tunnellata.

Il-kuntratti għandhom ikunu konklużi bejn il-produtturi fil-Guiana Franċiża u persuni naturali jew legali stabbiliti fil-Guadeloupe, fil-Martinique jew fil-bqija tal-Komunità.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun 10 % tal-valur tal-prodott innegozjat mibjuh fil-Guadeloupe, fil-Martinique jew fil-bqija tal-Komunità, għall-merkanzija mwassla fl-ewwel port tal-ħatt. Dan il-persentaġġ għandu jittella’ għal 13 % meta l-kuntrattur għall-produtturi jkun grupp jew assoċjazzjoni ta' produtturi.

Din l-għajnuna għandha titħallas lix-xerrej li jinnegozja l-prodotti permezz ta' kontratti annwali.

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). Bi qbil ma’ l-istess proċedura l-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-limitu tal-volum annwali ta' 12000 tunnellata li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

KAPITOLU II MERĦLIET TA' QOBLA U PRODOTTI TAL-ĦALIB

Artikolu 6

1. Fis-settur tal-merħliet ta' qobla, l-għajnuna għandha tingħata għall-forniment lejn id-DBF ta' annimali ta' razza pura, annimali ta' tip kummerċjali u prodotti mill-qobla, li joriġinaw fil-Komunità.

2. It-termini biex tingħata għajnuna għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed akkont, partikolarment, tal-ħtiġiet tal-forniment tad-DBF biex jibdew il-produzzjoni u tittejjeb il-ġenetika tal-qobla u l-ħtieġa għall-aħjar razez l-aktar addattati għal kondizzjonijiet lokali. L-għajnuna għandha titħallas għall-forniment ta' l-oġġetti li jwettqu l-ħtiġiet speċifikati fir-regoli tal-Komunità.

3. Is-segwenti għandu jkun meqjus meta l-għajnuna se tkun stabbilita:

- il-kondizzjonijiet u partikolarment l-ispejjeż tal-forniment lejn id-DBF li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeografika tagħhom,

- il-prezzijiet tal-prodotti fis-suq tal-Komunità u fis-suq dinji,

- jekk id-dazji huma jew mhumiex imħallsa fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi,

- l-aspett ekonomiku ta’ l-għajnuna proposta.

4. L-Artikolu 3(4) u (5) għandhom japplikaw għall-oġġetti li jikkwalifikaw għall-għajnuna permezz tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5. Il-lista ta' prodotti, il-livell ta’ l-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottata bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 7

1. Sakemm in-numri barrin żgħażagħ maskli jilħqu livell biżżejjed biex jassiguraw l-iżvilupp tal-produzzjoni taċ-ċanga lokali, u fil-limitu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 9, il-possibbiltà għandha tkun introdotta għall-importazzjoni, mingħajr ma japplikaw id-dazji doganali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [10], annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi terzi għas-simna u l-konsum fuq il-post fid-DBF.

L-Artikolu 3(4) u (5) għandu jkun applikabbli għall-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2. In-numri ta' l-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddeterminati meta l-ħtieġa għall-importazzjoni hija ġġustifikata, billi jittieħed akkont ta' l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Dawn in-numri, u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi partikolarment it-tul minimu tal-perjodu tas-simna, għandu jkun iffissat bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). Priorità għal dawn l-annimali għandha tingħata lill-produtturi li jkollhom annimali għas-simna li mill-inqas 50 % minnhom huma ta' oriġini lokali.

Artikolu 8

Fid-Direttiva 72/462/KEE [11], l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"Artikolu 31a

Minkejja l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/496/KEE [12] u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 97/78/KE [13], il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva, tidderoga mid-disposizzjonijiet tiegħu f'dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet fid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi.

Meta d-deċiżjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel paragrafu jkunu adottati, ir-regoli applikabbli wara l-importazzjoni għandhom ikunu ddeterminati bi qbil ma’ l-istess proċedura."

Artikolu 9

1. L-għajnuna li hemm provvedimnt dwarha f'(a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandha tingħata biex tgħin l-attivitajiet tradizzjonali konnessi mal-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella u l-miżuri biex titjieb il-kwalità tal-prodott, fil-limiti tal-ħtiġiet tal-konsum tal-DBF kif ikkalkolati fil-kuntest tal-bilanċ perjodiku tal-forniment.

Il-bilanċ għandu wkoll jieħu akkont ta' l-annimali fornuti permezz ta' l-Artikoli 6 u 7.

(a) Suppliment għall-laġġju tal-baqar li jreddgħu li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jitħallas lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. L-ammont ta' dan is-suppliment għandu jkun EUR 50 kull baqra li tredda’ miżmuma mill-produttur fuq il-jum li fiha l-applikazzjoni tkun ippreżentata.

(b) Suppliment għal-laġġju tal-qatla li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jitħallas lill-produtturi taċ-ċanga u l-vitella. L-ammont ta' dan is-suppliment għandu jkun ta' EUR 25 kull ras.

2. Id-disposizzjonijiet irrelatati ma’:

(a) il-livell massimu reġjonali stabbilit permezz ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 f'dak li jirrigwarda l-laġġju speċjali;

(b) il-livell massimu individwali għall-annimali miżmuma fuq il-qasam kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1254/1999, f'dak li jirrigwarda l-laġġju bażiku tal-baqar li jreddgħu;

(ċ) il-livell massimu nazzjonali stabbilit permezz ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 f'dak li jirrigwarda l-laġġju bażiku tal-qatla;

(d) id-densità ta' l-ammont ta' qobla ta' l-annimali miżmuma fir-rażżett, stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

(d) m'għandux ikun japplika għad-DBF fil-każ tal-laġġju speċjali, il-laġġju basiku tal-baqar li jreddgħu, il-laġġju bażiku għal qatla jew il-laġġju supplimentarju li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(a) u (b) ta' dan l-Artikolu.

3. Il-laġġju bażiku u supplimentarju li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mogħtija kull sena għal massimu ta' 10000 annimali maskili ta’ l-ifrat, 35000 għall-baqar li jreddgħu u 20000 annimali maqtula, rispettivament.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). Dawn għandhom ikopru t-tħejjija tal-bilanċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu l ta' dan l-Artikolu u xi reviżjonijiet biex jittieħed akkont tal-ħtiġiet li jinbidlu u,

(a) f'dak li jirrigwarda l-laġġju speċjali għall-annimali maskili ta’ l-ifrat, għandhom jipprovdu għal:

- l-"iffriżar", fil-limitu massimu reġjonali stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, tan-numru ta' l-annimali li dwarhom il-laġġju speċjali kien ingħata fid-DBF għal 1994,

- l-għotja ta' laġġju fil-limitu ta' 90 annimal għal kull grupp skond l-età, kull sena kalendarja u kull qasam;

(b) f'dak li jirrigwarda l-laġġju tal-baqar li jreddgħu, dawn ir-regoli dettaljati:

- għandhom jinkludu disposizzjonijiet biex jiggarantixxu, sal-limitu meħtieġ, id-drittijiet tal-produtturi li lilhom il-laġġju jkun ingħata permezz ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999,

- jistgħu jipprovdu għall-istabbiliment ta' riżerva speċifika għad-DBF u l-kondizzjonijiet speċjali għall-allokazzjoni jew id-drittijiet ta' l-allokazzjoni mill-ġdid, li jieħdu akkont ta' l-objettivi segwiti fis-settur tat-trobbija tal-qobla; id-daqs tar-riżerva għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-massimu stabbilit fil-paragrafu 3 u n-numru ta' laġġju mogħtija għas-sena 1994;

(ċ) f'dak li jirrigwarda l-laġġju tal-qatla, għandhom jipprovdu għal:

- l-"iffriżar", fil-limiti tal-massimu nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999 [14], tan-numru ta' l-annimali li dwarhom il-laġġju għall-qatla kien mogħti għall-2000.

Ir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni jistgħu jinkludu l-kondizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-laġġju supplimentari.

Il-Kummissjoni tista’ tirrivedi l-massimi stabbiliti fil-paragrafu 3 bi qbil ma’ l-istess proċedura.

Artikolu 10

1. Għajnuna għandha tingħata biex tiżdied il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqra, fil-limitu tal-ħtiġiet lokali fid-DBF tal-prodotti tal-ħalib għal konsum uman, ħtiġiet bħal dawn għandhom ikunu ddeterminati kull sena tal-kummerċ fil-bilanċ tal-forniment. Il-kwantitajiet tal-ħalib użati għall-manifattura tal-ħalib xkumat intenzjonat bħala għalf ta' l-annimali m'għandux ikun eliġibbli għall-għajnuna.

L-għajnuna għandha tingħata lill-produtturi u lill-gruppi tal-produtturi għall-kwantitajiet ikkonsinjati lejn fejn isir ix-xogħol fuq il-ħalib. Għandu jkun imħallas permezz tal-post fejn isir ix-xogħol fuq il-ħalib.

L-għajnuna għandha tammonta għal EUR 8,45 kull 100 kg ta' ħalib intier.

L-għajnuna għandha titħallas kull sena fil-limiti tal-kwantità massima ta' 40000 tunnellata ta' ħalib.

2. L-iskema ta' taxxa addizzjonali applikabbli fuq il-produtturi tal-ħalib tal-baqra li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 m'għandhiex tapplika fid-DBF.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u l-bilanċ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 tiegħu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-kwantità massima li hemm referenza dwarha fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 bi qbil ma’ l-istess proċedura.

Artikolu 11

1. Fil-perjodu 2001-2006, l-għajnuna għandha tingħata biex timplimenta kemm fil-Martinique u f'Réunion il-programmi komprensivi biex jagħtu appoġġ għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti lokali fis-setturi tal-qobla u l-prodotti tal-ħalib. Għall-2001, l-għajnuna għandha tingħata għall-programmi annwali ta' tranżizzjoni. It-tul tal-programmi komprensivi għandu jkun ta' ħames snin matul il-perjodu 2002-2006.

Dawn il-programmi jistgħu jinkludu miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib tal-kwalità u l-iġene, il-kummerċ, l-istruttura fis-settur, ir-razjonalizzazzjoni tal-produzzjoni u l-istrutturi tal-kummerċ, il-komunikazzjoni lokali rrelatata mal-prodotti ta' kwalità u l-provvediment ta' assistenza teknika. Il-programmi ma jistgħux jinkludu l-għotja ta' għajnuna addizzjonali għall-laġġju mħallsa permezz ta' l-Artikoli 9 u 10.

Il-programmi għandhom ikunu ppreparati u implimentati mill-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri, li jaħdmu b'kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-organizzazzjonijiet eżistenti bejn il-friegħi kif rikonoxxuti bħala li huma l-aktar rappreżentattivi fis-setturi kkonċernati.

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(2). Abbozzi tal-programmi, biex joperaw għal mhux aktar minn ħames snin, għandhom ikunu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). Bi qbil ma’ l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista’ testendi l-iskop ta' dan l-Artikolu biex ikopri d-dipartimenti ta' Guadeloupe u l-Guiana Franċiża, basta li l-organizzazzjonijiet bejn il-friegħi jkunu stabbiliti f'dawk id-dipartimenti.

3. Kull sena l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrappreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Qabel l-aħħar ta’ l-2005, il-Kummissjoni għandha tissottometti lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill rapport ta' evalutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżura li hemm referenza dwarha f'dan l-Artikolu, akkumpanjati jekk applikabbli minn proposti xierqa.

KAPITOLU III FROTT, ĦXEJJEX, PJANTI U FJURI

Artikolu 12

1. L-għajnuna għandha tingħata f'dak li jirrigwarda l-frott, il-ħxejjex, il-fjuri u l-pjanti ħajjin elenkati fil-Kapitoli 6, 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda, il-bżar u l-frott tal-ġenju Capsicum u tal-ġenju Pimenta li jaqaw taħt Kodiċi NM 0904 u l-ħwawar li jaqaw fil-kodiċi NM 0910 miġbura fid-DBF u intiżi għall-forniment fis-suq domestiku tagħhom. Fil-Martinique u fill-Guadeloupe l-għajnuna m'għandhiex tingħata għall-ananas apparti mill-plantani li jaqaw taħt il-kodiċi NM 08030011.

L-għajnuna għandha tingħata għal prodotti li huma konformi man-normi komuni kif stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Komunità jew, meta ma jeżistux minn dawn in-normi, għall-ispeċifikazzjonijiet miktuba fil-kuntratti tal-forniment.

L-għotja ta’ l-għajnuna għandha tkun suġġetta għall-konklużjoni tal-kuntratti tal-forniment li jdum sena jew aktar bejn il-produtturi individwali jew bejn il-gruppi tal-produtturi, jew l-organizzazzjonijiet kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [15] u d-distributuri, ir-ristoranti u l-postijiet simili jew l-awtoritajiet lokali.

L-għajnuna għandha titħallas lill-produtturi individwali msemmija hawn fuq, lill-gruppi ta' produtturi jew l-organizzazzjonijiet fil-limiti tal-kwantitajiet annwali stabbiliti għal kull kategorija tal-prodott.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun iffissat fuq il-bażi ta' rata dritta għal kull kategorija tal-prodotti li għandhom ikunu ddeterminati, ibbażati fuq il-valur medju tal-prodotti koperti. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun iddifferenzjat skond jekk il-benifiċjarju jkunx jew ma jkunx wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2. Għajnuna li tammonta għal EUR 6,04 kull kilogramma għandha titħallas għall-produzzjoni tal-vanilla ħadra li taqa taħt il-kodiċi NM ex09050000 u użati biex jipproduċu vanilla (sewda) niexfa jew estratti tal-vanilla.

L-għajnuna għandha titħallas sa kwantità massima annwali ta' 75 tunnellata.

3. Għajnuna li tammonta għal EUR 44,68 kull kilogramma għandha titħallas għall-produzzjoni ta' żjut essenzjali tal-ġeranium u tal-vetiver, li jaqaw taħt kodiċi NM 330121 u 330126 rispettivament.

L-għajnuna għandha titħallas sa massimu annwali ta' 30 tunnellata fil-każ ta' żejt tal-ġeranium u 5 tunnellata fil-każ ta' żejt vetiver.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). L-istess proċedura għandha tintuża biex tiffissa l-kategoriji tal-prodotti u l-ammonti ta' l-għajnuna li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u biex jirrevedu, meta meħtieġ, il-kwantitajiet massimi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu.

Artikolu 13

1. Għajnuna għandha tingħata għall-prodotti tal-frott ipproċessat u l-ħxejjex miksuba minn prodotti rakkolti fid-DBF.

L-għajnuna tal-produzzjoni għandha titħallas lill-proċessuri li jkunu ħallsu lill-produtturi għall-materja prima tagħhom prezz ta' mhux anqas mill-prezz minimu permezz tal-kuntratti bejn il-produtturi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fil-qofol ta' dak li jfisser ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-proċessuri jew l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet legalment kostitwiti tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiffissaw il-prezz minimu għall-materja prima fuq il-bażi ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni involuti.

2. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jkun iffissat fuq bażi ta' rata dritta għal kull kategorija tal-prodotti li għandhom ikunu ddeterminati, b'referenza għall-prezzijiet tal-materji primi lokali użati u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni għall-istess materji primi.

3. L-għajnuna għandha titħallas fil-limiti tal-kwantitajiet annwali stabbiliti għal kull kategorija tal-prodott.

4. Il-lista tal-prodotti pproċessati li dwarhom tingħata għajnuna u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bil-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2). L-istess proċedura għandha tkun użata biex tiffissa l-kategoriji tal-prodott u l-ammonti ta' l-għajnuna li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-kwantitajiet massimi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tiegħu.

Artikolu 14

1. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jippreżentaw programm lejn il-Kummissjoni biex jagħtu appoġġ għas-settur ta' l-ananas fil-Martinique.

Dan il-programm għandu jinkludi inċentivi biex jitjiebu l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-ananas ikunu prodotti, kummerċjalizzati u pproċessati, biex jagħtu struttura mill-ġdid u jtejbu l-kompetittività tas-settur, u jassiguraw is-sopravivenza ta' rziezet zgħar. L-ananas prodotti fil-Martinique m’għandhomx jikkwalifikaw għall-għajnuna mogħtija permezz ta' l-Artikolu 13.

2. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jippreżentaw abozzi ta' programmi lejn il-Kummissjoni, li għandhom ikunu operabbli għal mhux aktar minn ħames snin, akkumpanjati minn rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 23(2).

Artikolu 15

1. L-għajnuna għandha tingħata għall-konklużjoni ta' kuntratti annwali li jikkonċernaw it-tneħħija u l-kummerċ tal-prodotti speċifikati fl-Artikolu 12(1). Din l-għajnuna għandha titħallas sal-limitu tal-volum ta' negozju ta' 3000 tunnellata kull prodott kull sena u kull dipartiment.

Il-kuntratti għandhom ikunu konklużi bejn il-produtturi individwali jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-persuni naturali jew legali stabbiliti fil-bqija tal-Komunità.

2. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jkun ta' 10 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, ħielsa fid-destinazzjoni.

3. L-għajnuna għandha tingħata lil min jixtri li jimpenjaw irwieħhom li jikkommerċjalizzaw fis-suq tad-dipartiment barrani l-prodotti permezz tal-kuntratti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1.

4. Meta l-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jittieħdu minn azjendi konġunti ikkostitwiti, bl-għan li jikkommerċjalizzaw il-prodotti rakkolti fid-DBF, minn produtturi jew minn gruppi ta' produtturi jew minn assoċjazzjonijiet f'dawk id-dipartimenti u l-persuni naturali jew legali stabbiliti fil-bqija tal-Komunità, u meta s-sieħba ta' l-impriżi jintrabtu li jiġbru l-għerf u l-kapaċità meħtieġa biex jilħqu l-objettivi ta' l-azjenda konġunta matul perjodu massimu ta' tliet snin, l-ammont ta' l-għajnuna speċifikata fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal 13 % tal-valur tal-produzzjoni annwali li tkun ikkummerċjalizzata buq bażi konġunta.

5. L-għajnuna li hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu għandha titħallas ukoll, fuq it-termini stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, fir-rigward ta':

- prodotti pproċessati minn frott jew ħxejjex rakkolti fid-DBF,

- żjut essenzjali tal-geranium u l-vetiver li jaqaw fil-kodiċi NM 330121 u 330126 rispettivament,

- vanilla niexefa (sewda) li taqa’ taħt il-kodiċi NM ex09050000 u l-estratti tal-vanilla li jaqaw taħt il-kodiċi NM 33019090,

li dwarhom l-utilizzazzjoni annwali u l-kuntratti tal-kummerċ kienu ġew konklużi.

6. B'dana kollu, fir-rigward tal-bettieħ li jaqaw taħt il-kodiċi NM ex08071900 u l-ananas li jaqaw taħt il-kodiċi NM ex08043000, l-għajnuna tista’ tingħata f'dipartiment għall-kwantità li teċċedi 3000 tunnellata basta li l-volum totali eliġibbli għall-għajnuna għad-DBF kollu ma jkunux misbuqa.

7. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

KAPITOLU IV IS-SETTUR TAZ-ZOKKOR U TAL-KANNAMIELI TAR-RUM

Artikolu 16

1. L-għajnuna għat-trasport tal-kannamieli mill-għelieqi minn fejn ikunu rakkolt lejn iċ-ċentri tal-wasla għandha tkun mogħtija lill-produtturi li dwarhom il-korpi kompetenti li għandhom ikunu ddeterminati mill-Istati Membri jkunu ħejjew nota tal-konsenja lejn l-industrija ta’ l-ipproċessar.

2. L-ammont ta' l-għajnuna għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tad-distanza u l-kriterji oġġettivi l-oħrajn irrelatati mat-trasport. Dan ma jistax jeċċedi aktar minn nofs l-ispejjeż ta' trasport kull tunnellata stabbiliti fuq il-bażi ta' rata dritta mill-awtoritajiet Franċiżi f'kull dipartiment.

Artikolu 17

1. L-għajnuna għandha tkun mogħtija għall-ipproċessar dirett mill-kannamieli prodott fid-DBF f'ġulep taz-zokkor jew tar-rum agrikolu kif definit fl-Artikolu 1(4)(a)(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 [16].

L-għajnuna għandha titħallas lejn il-fabbrikant tal-ġulep taz-zokkor jew lejn id-distillatur bil-kondizzjoni li jħallsu lill-produttur tal-kannamieli prezz minimu, li għandu jkun iddeterminat.

2. L-għajnuna għandha titħallas:

- fil-każ tal-ġulep taz-zokkor, sal-limitu tal-kwantità annwali ta' 250 tunnellata,

- fil-każ tar-rum agrikolu, sal-limitu tal-kwantità ġenerali ta' 75600 ettolitri ta' alkoħol pur.

Artikolu 18

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu adottati u l-ammont ta' l-għajnuna u l-prezzijiet minimi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 17(1) għandhom ikunu ffissati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

KAPITOLU V SIMBOLU GRAFIKU

Artikolu 19

1. Il-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku introdott bl-għan biex jassigura akbar tagħrif u konsum tal-prodotti agrikoli ta' kwalità, sew jekk naturali jew ipproċessati, speċifikament għad-DBF bħala reġuni l-aktar imbiegħda, għandu jkunu ipproponut mill-organizzazzjonijiet professjonali. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom iwasslu proposti bħal dawn, bl-opinjoni tagħhom, lejn il-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

L-użu tas-simbolu għandu jkun immonitorjat minn awtorità uffiċjali jew korp approvat mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi.

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati kif meħtieġ bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

TITOLU III MIŻURI TAS-SAĦĦA TAL-PJANTI

Artikolu 20

1. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jippreżentaw programmi lejn il-Kummissjoni għall-kontroll ta' l-organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. Il-programmi għandhom jispeċifikaw partikolarment l-objettivi li jridu jintlaħqu, il-miżuri li għandhom ikunu mwettqa, kemm għandhom idumu u l-ispejjeż tagħhom. Il-programmi ppreżentati permezz ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jikkonċernaw miżuri protettivi għall-banana.

2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi lejn il-finanzjament ta' programmi bħal dawn fuq il-bażi ta' analiżi teknika tas-sitwazzjoni reġjonali.

3. Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità u l-ammont ta' l-għajnuna għandu jkun deċiz bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(2). Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità għandhom ikunu definiti bi qbil ma’ l-istess proċedura.

4. Parteċipazzjoni bħal dan tista’ jkopri sa 60 % tan-nefqa eliġibbli. Il-pagament għandu jsir fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni fornuta mill-awtoritajiet Franċiżi. Jekk meħtieġ, l-investigazzjonijiet jistgħu jkunu organizzati mill-Kummissjoni u mwettqa f'isimha minn esperti kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2000/29/KE [17].

TITOLU IV DEROGI STRUTTURALI

Artikolu 21

1. Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999, il-valur totali ta' l-għajnuna, espressa bħala persentaġġ tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux ikun aktar minn 75 % għall-investimenti intiżi partikolarment biex jinkoraġġixxu d-diversifikazzjoni, l-istrutturar mill-ġdid jew tibdil lejn agrikultura sostenibbli fuq l-oqsma agrikoli ta' daqs ekonomiku zgħir li għandu jkun definit fil-programm komplimentarju li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

2. Minkejja l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali ta' l-għajnuna, espressa bħala persentaġġ tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux ikun aktar minn 65 % għal investimenti f'intrapriżi involuti fl-ipproċessar u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli li jikkonsistu l-aktar minn prodotti lokali fis-setturi li għandhom ikunu definiti fil-programmi kumplimentarji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Il-valur totali ta' l-għajnuna għall-intrapriżi żgħir u ta' daqs medju, permezz ta' l-istess kondizzjonijiet, m'għandux jeċċedi 75 %.

3. Ir-restrizzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandhiex tapplika għall-foresti tropikali u ż-żoni msaġġra fit-territorju tad-DBF.

4. Minkejja t-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-kontribut tal-Komunità għall-miżuri ta' l-agri-ambjent li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 22, 23 u 24 ta' dan ir-Regolament għandhom jammontaw għal 85 %.

5. Deskrizzjoni sommarja tal-miżuri intiżi permezz ta' dan l-Artikolu għandha tkun inkluża f'dokument singolu ta' programmazzjoni għad-DBF, kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

TITOLU V DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 22

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura ta' ġestjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 23

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali stabbilit permezz ta' l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, jew mill-kumitati ta' ġestjoni stabbiliti bir-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuna tas-suq għall-prodotti kkonċernati.

Fil-każ tal-prodotti agrikoli koperti bir-Regolament (KEE) Nru 827/68 [18] u l-prodotti mhux koperti b’organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħopp stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 [19].

Fil-każ tas-simbolu grafiku u każi l-oħrajn li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott Frisk u l-Ħxejjex stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tat-Titolu III, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanta stabbilit bid-Deċiżjoni 76/894/KEE [20].

Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tat-Titolu IV, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni u mill-Kumitat dwar Strutturi Agrikoli u Żviluppi Rurali, stabbilit mill-Artikolu 48 u mill-Artikolu 50 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun applikabbli.

B'dana kollu, fil-każ tat-Titolu III, il-proċedura fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tkun tapplika.

Il-perjodu li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3. Il-Kumitati għandhom jadottaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom.

Artikolu 24

Għall-prodotti agrikoli kopriti bl-Anness I għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li dwarhom l-Artikoli 87, 88 u 89 tiegħu japplikaw, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-għajnuna operattiva fis-setturi tal-produzzjoni, ta’ l-ipproċessar u tal-kummerċ ta' dawk il-prodotti, bl-għan li jnaqqsu l-limiti speċifiċi fuq il-biedja fid-DBF bħala riżultat tad-distanza kbira, l-insularità u l-lokalità mbiegħda tagħhom.

Artikolu 25

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament, apparti milli għall-Artikolu 21, għandhom jikkostitwixxu intervent intiż li jistabilizza s-swieq agrikoli fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [21].

Artikolu 26

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw konformità ma' dan ir-Regolament, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-kontrolli u l-penalitajiet amministrattivi, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 27

1. Franza għandha tippreżenta rapport annwali lejn il-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament.

2. Mhux aktar tard mit-tmiem tal-ħames sena ta' l-applikazzjoni tas-sistema, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ġenerali lejn il-Parlament u l-Kunsill li juri l-impatt ta' l-azzjoni meħuda permezz ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat jekk applikabbli minn proposti xierqa.

Artikolu 28

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3763/91 hu b'hekk imħassar. Ir-Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 3763/91 għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Ir-Regolament (KEE) Nru 525/77 hu b'hekk imħassar sa mis-sena tas-suq 2002/2003.

Il-Kummissjoni tista’, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(2), tadotta l-miżuri transizzjonali meħtieġa biex tassigura passaġġ faċli mis-sistema fis-seħħ matul is-sena tas-suq 2000 jew l-2000/2001 għas-sistema li tirriżulta mill-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament. Fil-każ ta' estensjoni għall-miżuri eżistenti, din għandha tassigura l-kontinwità meħtieġa.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

B'dana kollu,

- l-Artikolu 10 għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2001;

- l-Artikolu 11 għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2001;

- l-Artikolu 16 għandu jkun japplika għall-kannamieli rakkolti mis-sena tas-suq 2001/2002 inklużiva;

- l-Artikolu 21 għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta' Ġunju 2001

Għall-Kunsill

Il-President

B. Rosengren

[1] L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Ġunju 2001 (għadha mhix ippubblikat f'dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 399, tat-30.12.1989, p. 39.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jintroduċi miżuri speċifiċi fir-rigward ta' ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tal-dipartimenti barranin Franċiżi (ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u fuq is-settur ta' prodotti tal-ħalib (ĠU L 405, tal-31.12.1992 p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1256/1999 (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 73).

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta' Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta' għajnuna fuq il-produzzjoni għall-ananas fil-landi (ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 (ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12).

[6] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikoli Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikoli (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80).

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1).

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[9] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21). Ir-Regulament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1).

[10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21).

[11] Id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi ta' l-ispezzjoni tas-saħħa u veterinarji ma’ l-importazjoni ta' l-annimali ta’ l-ifrat u l-majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi (ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31).

[12] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[13] Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tal-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9).

[14] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta' Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-laġġju (ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2001 (ĠU L 29, tal-31.1.2001, p. 7).

[15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[16] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż (ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 366, ta’ l-31.12.1994, p. 1).

[17] Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikulużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Kommunità (ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE (ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 42).

[18] Ir-Regolament (KEE) Nru 827/68 tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f'ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat (ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, ta’ l-31.12.1994, p. 105).

[19] Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-Ħopp (ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 191/2000 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 4).

[20] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/894/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li tistabbilixxi Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti (ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 25).

[21] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Prodotti eliġibbli għal arranġamenti speċifiċi tal-fornimenti kif hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 2 u 3:

- Ċereali u prodotti taċ-ċereali intiżi għall-konsum uman u l-għalf ta' l-annimali

- Il-Ħopp

- Patata taż-żriegħ

- Żjut veġitali għall-użu fl-industrija ta’ l-ipproċessar

- Polpi tal-frott, purées u ġuleppi kkonċentrati għall-ipproċessar, apparti minn dawk li jikwalifikaw għall-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 13

- Preparazzjonijiet għall-għalf ta' l-annimali li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053 [1].

[1] Għall-Guiana Franċiża biss, sakemm il-faċilitajiet tal-manifattura jsiru operabbli; għall-prodotti importati, l-eliġibbiltà għall-eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni għandha tkunu ristretta għat-taxxa stabbilita permezz ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KKE) Nru 3763/91 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 3(1) |

L-Artikolu 2(3) | L-Artikolu 3(1) |

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(4) | L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) |

I-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(4) | It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 2(5) | L-Artikolu 3(4) |

L-Artikolu 2(6) | L-Artikolu 3(3) u 3(6) |

L-Artikolu 3(1) | L-Anness 1 |

L-Artikolu 3(2) | Imħassar |

L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 3(5) | L-Artikolu 3(6) u L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 3(6) | Imħassar |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 5(1) | L-Artikolu 9(1) |

L-Artikolu 5(1)(a) | Imħassar |

L-Artikolu 5(1)(b) | L-Artikolu 7(1)(a) |

L-Artikolu 7(1)(b) |

L-Artikolu 5(2)(a) | L-Artikolu 7(2)(a) |

L-Artikolu 5(2)(b) | L-Artikolu 7(2)(b) |

L-Artikolu 7(2)(c) |

L-Artikolu 5(2)(c) | L-Artikolu 7(2)(d) |

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) | L-Artikolu 7(3) |

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) | L-Artikolu 7(4) |

It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) | It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) |

L-Artikolu 5(4) | L-Artikolu 7(4) |

L-Artikolu 5(5) | Imħassar |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 |

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 8 | L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(5) |

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 8 | It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(5) |

It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 8 | It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 3(5) |

Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 8 | L-Artikolu 3(6) |

L-Artikolu 9 | Imħassar |

L-Artikolu 9a | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 12 | Imħassar |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 16 | Imħassar |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 22a | L-Artikoli 22 u 23 |

L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 29 |

L-Anness | L-Anness 1 |

L-Anness 11 |

--------------------------------------------------

Top