Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001E0554

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istabbfiliment ta’ l- Istitut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

    ĠU L 200, 25.7.2001, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/02/2014; Imħassar b' 32014D0075

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2001/554/oj

    32001E0554



    Official Journal L 200 , 25/07/2001 P. 0001 - 0004


    Azzjoni konġunta tal-kunsill

    ta’ l- 20 ta’ Lulju 2001

    dwar l-istabbfiliment ta’ l- Istitut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

    (2001/554/PESK)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1) fl-10 ta’ Novembru 2000 il-Kunsill irreġistra l-ftehim tiegħu fil-prinċipju dwar l-istabbiliment ta Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà li jinkorpora l-karatteristiċi relevanti ta’ l-istrutturi ta’ l-Unjoni Ewropea tal-Punent WEU

    (2) L-istabbiliment ta’ Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà fl-Unjoni Ewropea ser jassisti l-implimentazzjoni tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (CFSP) u partikolarment tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (ESDP).

    (3) L-istatut u l-istruttura ta’ l-Istitut għandhom jgħinu l-istess istitut jirreagixxi għall-ħtiġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istati Membri tagħha u biex taderixxi l-funzjonijiet tagħha f’kollaborazzjoni stretta ma’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, nazzjonali u dawk internazzjonali.

    (4) L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkollu personalità ġuridika u għandha taħdem f’indipendenza intelletwali assoluta, filwaqt li zzomm rabtiet viċini mall-Kunsill u tagħti konsiderament dovut tar-responsabilitajiet politiċi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-istituzzjonijiet tagħha,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    1. Istitut ghall-Istudju fuq is-Sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea (EUISS), hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ "l-Istitut" huwa hawnhekk stabbilit. Dan ser jibda jopera mill-1 ta’ Jannar 2002.

    2. L-Istitut għandu jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Pariġi.

    3. L-infrustruttura inizjali għandha tkun ipprovduta mill-WEU

    Artikolu 2

    Missjoni

    L-Istitut għandu jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ l-CFSP, kif ukoll l-ESDP, billi jmexxi riċerka u analiżi akademika fl-oqsma relevanti. Għal dan il-għan, huwa għandu, inter alia, jipproduċi u, fuq bażi ad hoc, dokument ta’ riċerka tal-Kummissjoni, jħejji seminars, jarrikkixxi d-djalogu transatlantiku billi jorganizza attivitajiet simili għal dawk tal-Forum Transatlantiku ta’ l-WEU u jimmantjeni networks ta’ skambji ma’ istituti oħra ta’ riċerka u organizzazzjonijiet ta’ esperti kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea. Ix-xogħol ta’ l-Istitut għandu jinvolvi dan in-network bl-iżjed mod wiesgħa possibbli. Ix-xogħol prodott mill-Istitut għandu jkun imqassam bl-iżjed mod wiesgħa, ħlief dak li jirrigwardja informazzjoni kunfidenzjali, li għalih għandhom jgħoddu r-regolamenti tal-Kunsill fuq is-sigurtà kif huma stabbiliti mid-Deċiżjoni 001/264/KE [1].

    Artikolu 3

    Sorveljanza Politikà

    Il-Kumitat għal Politikà u Sigurtà għandu, skond il-ħtiġijiet tar-responsabbilitajiet tiegħu lejn il-CFSP, u partikolarment l-ESDP, jeżerċita sorveljanza politikà fuq l-attivitajiet ta’ l-Istitut, mingħajr ma jkollu effett fuq l-indipendenza intelletwali ta’ l-istitut meta tkun qed twettaq riċerka u attivitajiet ta’ seminars.

    Artikolu 4

    Personalità legali

    L-Istitut għandu jkollu l-personalità ġuridika neċessarja biex ikun jista jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u jilħaq l-għanijiet tiegħu. Kull Stat Membru għandu jieħu dawk il-passi biex jakkorda lill-Istitut il-kapacità ġuridika li s-soltu huwa akkordat taħt il-liġijiet ta’ dak l-istess Stat Membru; jista, partikolarment, jakkwista jew jiddisponi proprjeta mobbli jew immobbli u jieħu sehem f’proċeduri ġudizzjarji. L-għan ta’ l-Istitut m’għandux ikun biex jagħmel profitt.

    Artikolu 5

    Bord

    1. L-Istitut għandu jkollu bord li japprova l-programm tax-xogħol tiegħu annwali u ta’ perjodu twil u estimi li huwa xieraq. Il-bord għandu jkun forum biex jiġu diskussi kwistjonijiet relattati mal-funzjonament ta’ l-istitut u l-impjegati.

    2. Il-Bord għandu jkun presidut mis-Segretarju Generali/Rappreżentant Għoli (SG/HR) jew, fl-eventwalita ta’ l-assenza ta’ dik il-persuna, mir-rapprezentant tiegħu.

    3. Il-Bord għandu jkun kompost minn rapprezentant maħtur minn kull Stat Membru u wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Kull membru tal-bord jista jkun rapprezentat jew akkumpanjat minn sostitut. L-ittri ta’ ħatra, akkreditati kif xieraq mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, għandhom ikunu indirizzati lill-SG/HR.

    4. Id-Direttur ta’ l-Istitut jew ir-rappreżentant tiegħu għandu, bħala regola, jattendi l-laqgħat tal-Bord. Id-Direttur Generali ta’ l-Istaff Militari u l-President tal-Kumitat Militari, jew ir-rappreżentanti taħhom, jistgħu jattendu wkoll għal laqgħat tal-bord.

    5. Deċizjonijiet tal-bord għandhom jittieħdu fuq vot tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’maġġoranza kwalifikata, il-voti jkunu peżati skond is-sub-Artikolu 23(2) tat-Trattat, mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 12(2) ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Bord għandu jaddotta r-regoli ta’ proċeduri tiegħu.

    6. Il-Bord jista’ jiddeċiedi joħloq gruppi taà ħidma ad-hoc jew kumitat permanenti bl-istess format tal-bord, li jieħdu ħsieb suġġetti speċifiċi jew materji fir-responsabilità komplessiva tiegħu u jaġixxu taħt is-sorveljanza tiegħu. Id-deċiżjoni biex jinħoloq grupp jew kumitat għandha tistabbilixi l-mandat, il-komposizzjoni u t-tul tiegħu.

    7. Il-Bord għandu jitlaqqa’ mill-President mill-inqas darbtejn fis-sena fuq talba ta’ mill-inqas terz mill-membri tiegħu

    Artikolu 6

    Direttur

    1. Il-Bord għandu jaħtar Direttur għall-Istitut minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jagħtu kandidaturi lil S/HR, li għandu jibgħathom lill-Bord. Id-Direttur għandu jiġi maħtur għal tlett snin, li possibli jiġi estizz għal perjodu wieħed ta’ sentejn.

    2. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għar-reklutaġġ ta’ l-impjegati ta’ istitut. Membri tal-bord għandhom jiġu nfurmati dwar il-ħatra tar-riċerkaturi.

    3. Id-diretturi għandhom jassiguraw l-applikazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-istitut skond l-Artikolu 2. Id-Direttur għandu jassigura wkoll livell għoli ta’ kompetenza u professjonalità ta’ l-istitut, kif ukoll effiċjenza u effettività fl-insegwiment tal-missjonijiet tagħha.

    Id-Direttur għandu jkun responsabbli biex:

    - jabbozza l-programm ta’ ħidma annwali ta’ l-Istitut kif ukoll ir-rapport annwali fuq l-attivitajiet ta’ l-istitut;

    - jipprepara x-xogħol tal-Bord, partikolarment l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali;

    - jamministra l-istitut minn ġurnata għal ġurnata;

    - materji kollha tal-persunal;

    - jipprepara l-prospett tad-dħul u infiq u l-implimentar tal-estimi ta’ l-istitut;

    - jinforma l-Kumitat tal-Politikà u s-Sigurtà fuq il-pjan ta’ ħidma annwali;

    - jassikura kuntatti u kollaborazzjoni stretta ma’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, taċ-ċittadini u dawk internazzjonali f’oqsma relatati.

    4. Fi ħdan il-pjan ta’ ħidma u l-estimi miftiehma tal-istitut, id-Direttur għandu jkollu s-setgħa li jidħol f’kuntratti, għar-reklutaġġ ta’ impjegati li huma approvati fl-estimi u biex jonfoq dak li huwa neċessarju ghall-operat ta’ l-istitut.

    5. Id-Direttur għandu jipprepara sal-31 ta’ Marza tas-sena ta’ wara rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-istitut., li għandhom jibgħatuh lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    6. Id-Direttur huwa marbut li jagħti rendikont lill-Bord.

    7. Id-Direttur għandu jkun ir-rapprezentant legali ta’ l-Istitut.

    Artikolu 7

    Impjegati

    1. L-impjegati ta’ l-Istitut, li jikkonsistu f’riċerkaturi u mpjegati amministrativi, għandhom ikollhom l-istatus ta’ membri b’kuntratt ta’ mpjieg u għandhom jiġu reklutati minn fost ċittadini ta’ l-Istati Membri. L-impjegati inizjali għandhom ikunu reklutati skond il-ħtiega minn fost l-impjegati ta’ l-Istitut tal-WEU għall-Istudji fuq is-Sigurtà.

    2. Ir-riċerkaturi ta’ l-Istitut għandhom jiġu reklutati fuq il-bażi ta’ mertu u ħila akkademika f’dak li jirrigwardja CFSP u, partikolarment, l-ESDP permezz ta’ proċeduri kompetittivi imparzjali u trasparenti.

    Artikolu 8

    Disposizzjonijiet applikabli ghall-impjegati

    Id-disposizzjonijiet relattati ma’ l-impjegati ta’ l-Istitut għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxu fuq rakkomandazzjoni mid-Direttur.

    Artikolu 9

    Indipendenza Intelletwali

    Id-Direttur u r-riċerkaturi għandhom igawdu minn indipendenza intelletwali meta jkunu qed iwettqu r-riċerka u l-attivitajiet tas-seminars ta’ l-Istitut.

    Artikolu 10

    Programm ta’ ħidma

    Mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord għandu, fuq bażi ta’ l-abbozz mogħti mid-Direttur ta’ l-Istitut, jaddotta l-pjan ta’ ħidma annwali ta’ l-Istitut għas-sena ta’ wara. Il-miżuri li għandhom jitwettqu taħt il-program annwali għandhom jkunu akkumpanjati minn stima ta’ l-ispiża neċessarja.

    Artikolu 11

    L-estimi

    1. Kull oġġett ta’ dħul u nefqa ta’ l-Istitut għandhom ikunu nklużi fl-istimi ta’ kull sena finanzjarja li tkun saret, li għandhom jikkorrispondu mas-sena kalendarja, u għandhom ikunu murija fl-estimi ta’ l-Istitut, li għandhu jinkludi lista ta’ l-impjegati.

    2. Id-Dħul u l-infiq kif muri fl-estimi ta’ l-Istitut ekwilibrat.

    3. Id-dħul ta’ l-Istitut għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri skond l-iskala ta’ l-GNP. Bil-kunsens tad-Direttur ta’ l-Istitut, kontribuzzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu aċċettati minn reġjuni oħra għal attivitajiet speċifiċi.

    Artikolu 12

    Proċedura għall-Estimi

    1. Id-Direttur sal-30 ta’ Gunju ta’ kull sena għandu jistabbilixxi abbozz ta’ estimi għall-Istitut li jkopri n-nefqa amministrattiva, nefqa operazzjonali u l-introjtu previst għas-sena finanzjarja ta’ wara, u dan għandu jiġi mogħti lill-Bord. Id-Direttur għandu jibghat l-abbozz tal-estimi lill-Kunsill għal informazzjoni.

    2. Il-Bord għandu jadotta l-estimi ta’ l-Istitut permezz ta’ l-unanimità tar-rapprezentanti ta’ l-Istati Membri sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, billi jaġġustah skond il-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-Istitut u r-rizorsi oħra tagħha.

    Artikolu 13

    Kontroll tal-estimi

    1. Kontroll fuq rabta u l-pagament ta’ l-infiq kollu u r-reġistrazzjoni u l-ġbir ta’ l-introjtu għandu jitwettaq minn kontrollur finanzjarju indipendenti maħtur mill-Bord.

    2. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-direttur għandu jagħti lill-Kunsill u lill-Bord kontijiet dettaljati ta’ l-introjtu u l-infiq kollu mis-sena finanzjarja ta’ qabel, u dan għandu jinkludi rapport fuq l-attivitajiet ta’ l-Istitut.

    3. Il-Bord għandu jagħti r-rilaxx lid-direttur dwar l- implimentazzjoni tal-estimi.

    Artikolu 14

    Regoli Finanzjarji

    Il-Bord, bl-assent tal-Kunsill, fuq proposta tad-Direttur, għandu jagħmel regoli finanzjarji dettaljati li jispeċifikaw partikolarment il-proċedura li għandha tkun adottata biex jiġi stabbilit u implementat l-estimi ta’ l-Istitut.

    Artikolu 15

    Privileġġi u immunitajiet

    Rigward privileġġi u immunitajiet neċessarji għall-prestazzjoni tad-dmirijiet ta’ l-Istitut, id-Direttur u l-impjegati ta’ l-Istitut, għandhom ikunu provduti fi ftehiem ma l-Istati Membri.

    Artikolu 16

    Responsabbiltà legali

    1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ l-Istitut għandha tiġi regolata, mill-ligi li tapplika ghall-kuntratt konċernat.

    2. Ir-responsabbiltà individwali ta’ l-impjegati lejn l-Istitut għandha tiġi rregolata mid-disposizzjonijiet relevanti li japplikaw lill-impjegati ta’ l-Istitut.

    Artikolu 17

    Riċerkaturi mistiednin

    Riċerkaturi mistiednin jistgħu għal perjodu taz-żmien limitat, bi ftehim mad-Direttur jkunu sekondati fl-Istitut, minn l-Istati Membri u minn pajjiżi terzi, biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ l-Istitut skond l-Artikolu 2.

    Artikolu 18

    Aċċess għal dokumenti

    Fuq proposta mid-Direttur, il-bord għandu jadotta, sal-30 ta’ Gunju 2002 regoli ta’ aċċess pubbliku ta’ dokumenti ta’ l-Istitut, billi jieħu f’kunsidrazzjoni l-prinċipji u l-limiti stabbiliti f’Regolament (EC) No 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2001 li jirrigwarda aċċess pubbliku ta’ dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [2].

    Artikolu 19

    Reviżjoni

    Is-SG/HR għandhom jipprezentaw, mhux iktar tard minn ħames snin dħul fis-seħħ tiegħu, rapport lill-Kunsill fuq l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunt bil-g]an ta’ reviżjoni possibbli tagħha.

    Artikolu 20

    Disposizzjonijiet transitorji

    1. L-ewwel Bord ta’ l-Istitut għandu jiġi maħtur, u d-Direttur nominat, sal-31 ta’ Lulju 2001. Id-Direttur għandu jkun fdat l-amministrazzjoni tat-transizzjoni minn korp sussidjarju tal-WEU għal entità ġdida.

    2. Id-Direttur nominat għandu jipprezenta abbozz ta’ estimi għas-sena 2002 sal-15 ta’ Settembru 2001. Il-Bord għandu jaddotta l-estimi sal-15 ta’ Novembru 2001.

    3. L-Istitut għandu jissostitwixxi l-WEU bħala l-korp li jħaddem l-impjegati mill- 31 ta’ Diċembru 2001. Obligazzjonijiet li jitqajmu minn kuntratti eżistenti ta’ impjegati, kif huma definiti mill-atti applikabbli, għandhom ikunu onorati minn dak li jhaddem il-ġdid.

    4. Kuntratti ffirmati mill-WEU, f’isem l-Istitut tal-WEU għall-Istudji fuq is-Sigurtà, li m’humiex relatati ma’ l-impjegati, għandhom ikunu meħuda taħt il-kontroll ta’ l-Istitut.

    5. L-infiq tal-estimi mill-Istati Membri għandu jkun ta’ EUR 3,2 miljun għas-sena finanzjarja 2002.

    Artikolu 21

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ dakinhar ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 22

    Din Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufficjali.

    Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Vande Lanotte

    [1] ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1.

    [2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

    --------------------------------------------------

    Top