EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0014

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/14/oj

32000L0014

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

Official Journal L 162 , 03/07/2000 P. 0001 - 0078
CS.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
ET.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
HU.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
LT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
LV.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
MT.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
PL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
SK.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364
SL.ES Chapter 13 Volume 25 P. 287 - 364


Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill

tat-8 ta' Mejju 2000

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Fi ħdan il-qafas tas-suq intern, bżonnijiet għall-emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għall-użu ta' barra għandhom ikunu armonizzati sabiex jipprevjenu ostakoli għall-moviment ħieles ta' tagħmir bħal dan. Jnaqqsu livelli ta' ħoss permisibbli għal tagħmir bħal dan għandu jħares is-saħħa u kumditá ta' ċittadini kif ukoll biex iħarsu l-ambjent Il-pubbliku għandu jkun provdut ukoll b'informazzjoni dwar l-emissjoni ta' ħoss minn tagħmir bħal dan.

(2) Leġislazzjoni tal-Komunitá dwar emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għal użu ta' barra sa llum kienu d-disa' direttivi li ġejjin li jkopru xi tipi ta' makkinarju ta' kostruzzjoni u magni li jaqtgħu l-ħaxix: Direttiva tal Kunsill 79/113/KEE tal-1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward id-determinazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħoss ta' impjant ta' kostruzzjoni u tagħmir [4], Direttiva tal-Kunsill 84/533/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar disposizzjonijiet komuni għall-impjant ta' kostruzzjoni u tagħmir [5], Direttiva tal-Kunsill 84/534/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' kompressuri [6], Direttiva tal-Kunsill 84/534/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss ta' krejnijiet għoljin [7], Direttiva tal-Kunsill 84/535/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' ġeneraturi ta' weldjar [8], Direttiva tal-Kunsill 84/536/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' ġeneratur ta' qawwa [9], Direttiva tal-Kunsill 84/537/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' makkinarju ta' l-idejn li jkisser u jaqbad il-konkrit li jaħdem bil-qawwa [10], Direttiva tal-Kunsill 84/538/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' magni li jaqtgħu l-ħaxix [11], u Direttiva tal-Kunsill 86/662/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 tal-limiti ta' ħoss emess minn skavaturi idrawliċi, skavaturi li jaħdmu bil-ħabel, dozers, magni ta' tagħbija u tagħbija ta' skavaturi [12], hawnhekk imsemmija bħala "Direttivi eżistenti"; dawn id-Direttivi jniżżlu l-bżonnijiet skond il-livelli ta' ħoss pemissibbli, kodiċi ta' testijiet ta' ħoss, proċeduri ta' stima ta' mmarkar u konformi ma' kull tip ta' tagħmir separatament Simplifikazzjoni ta' din il-leġislazzjoni u l-ħolqien ta' qafas għat-tnaqqis ta' emissjoni ta' ħoss b'tagħmir għal użu ta' barra hija xierqa.

(3) Din id-Direttiva hija bbażata fuq prinċipji u kunċetti magħmula fir-Resoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi [13]. Il-prinċipji msemmija aktar ‘il fuq kienu żviluppati aktar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għal fażijiet varji tal-proċedura ta' stima ta' konformitá u r-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' mmarkar ta' konformitá CE li hija maħsuba biex tkun użata fid-direttivi tekniċi armonizzati [14]

(4) Il-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali mehmuż mar-resoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 [15] jidentifika ħoss bħala wieħed mill-aktar problemi pressanti ambjentali b'żoni urbani u l-bżonn li tittieħed azzjoni skond is-sorsi varji ta' ħoss.

(5) Fil-Green Paper tagħha "Politika Futura dwar il-Ħoss", il-Kummissjoni ndirizzat il-ħoss fl-ambjent bħala waħda mill-problemi prinċipali lokali ta' l-ambjent fl-Ewropa, u ħabbret l-intenzjonijiet tagħha li tipproponi direttiva ta' qafas biex tikkontrolla emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għall-użu ta' barra.

(6) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tagħmir kopert minn din id-Direttiva taqbel mal-bżonnijiet tagħhom meta mqiegħda fis-suq jew użati f'servizz fl-Istati Membri. Bżonnijiet li jiproteġu ħaddiema billi jirregolaw l-użu ta' tagħmir ta' barra mhumiex effettwati minn din id-Direttiva.

(7) L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew l-użu f'servizz fit-territorju tagħhom tagħmir li jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva, ikollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss u li jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

(8) Il-produttur jew rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunitá għandu jkun responsabbli li jassigura li t-tagħmir huwa konformi mad-disposizzjoniiiet ta' din id-Direttiva u ta' kwalunkwe direttivi li japplikaw għalih. Il-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunitá għandu jwaħħal il-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit mat-tagħmir u jassigura li t-tagħmir ikollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE sabiex hekk jiċċertifika li t-tagħmir huwa konformi mad-disposizzjoni ta' din id-Direttiva u kwalunkwe direttivi oħra pertinenti.

(9) L-Istati Membri, jekk neċessarju f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra, għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li tagħmir li ma jħarisx għandu jibda jħares fil-futur jew ikun irtirat mis-suq. Implimentazzjoni u applikazzjoni ta' ħoss ta' din id-Direttiva hija indispensabbli biex tilħaq l-objettivi ta' din id-Direttiva. Koperazzjoni aktar mill-viċin fis-sorveljanza ta' suq b'mezzi ta' skambju ta' informazzjoni kontinwa hija neċessarja. Għalhekk għandu jkun stabbilit Kumitat.

(10) Immarkar ta' tagħmir għall-użu ta' barra mal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss huwa essenzali sabiex iħallu konsumaturi u utenti jagħmlu għażla informata ta' tagħmir u bħala bażi għal regolament dwar użu jew strumenti ekonomiċi biex ikunu addottati f'livell lokali jew internazzjonali. Dan l-immarkar għandu jkun ċar u mhux ambigwu. Il-valuri indikati għandhom ikunu garantiti mill-produttur. Huwa xieraq li l-indikazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħoss fil-forma tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss għandu jkollha l-marka CE. Proċedura unita u fissa għal stima ta' valuri ta' emissjoni ta' ħoss hija kondizzjoni indispensabbli għall-immarkar ta' min jorbot fuqu.

(11) Direttivi eżistenti dwar kompressuri, krejnijiet għoljin, ġeneraturi ta' weldjar u qawwa u tagħmir li jkisser u jaqbad il-konkrit jirrikjedu l-Kummissjoni li tissottometti proposti biex tnaqqas l-livelli ta' ħoss permissibbli. Teknoloġija ta' tnaqqis ta' ħoss għal xi tagħmir ieħor għall-użu ta' barra (eż. magni li jqassmu skond il-kobor, magni li jrossu skart flimkien ta' tip ta' loader, dumpers, combustion-engine driven counterbalanced lift trucks, krejnijiet mobbli, għarbiel tal-bennejja, winches ta' kostruzzjoni, magni ta' trassis, paver-finishers and hydaulic power packs) huma disponibbli imma mhux użati ġeneralment. Stħarriġ juri li l-valuri ta' emissjoni ta' ħoss ta' tagħmir għal użu ta' barra ta' l-istess qawwa fis-suq bħalissa jista' jvarja b'aktar minn 10 dB. Huwa xieraq li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ħoss b'tagħmir suġġett għal limiti ta' ħoss jitniżżlu għall-livell ta' performers aħjar fis-suq illum f'żewġ stadji, sabiex iħallu produtturi li diġa ma jaqblux mal-bżonnijiet suffiċenti biex jaddattaw it-tagħmir tagħhom għal aktar valuri ta' limiti bżonnjużi.

(12) Proċeduri ta' stima ta' konformitá differenti jistgħu jkunu kkonsidrati xierqa għal kategoriji differenti ta' tagħmir. Deċiżjoni 93/465/KEE toffri moduli differenti għall-użu fi proċeduri ta' stima ta' konformitá. Għal tagħmir suġġett għal livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli, proċedura li tikkonsisti f'involviment ta' korp notifikat biex jikkontrolla l-konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva fid-disinn u l-fażi ta' produzzjoni hija kkunsidrata li tkun xierqa. Ċertifikazzjoni proprja hija meqjusa xierqa għal tagħmir suġġett għal markar ta' ħoss biss. Il-Kontroll huwa indispensabbli.

(13) L-istandards tekniċi u amministrattivi ta' korpi notifikati tul il-Komunitá għandhom ikunu l-istess. Dawn jistgħu jintlaħqu billi jistabilixxu kriterji minimi li għandhom jilħqu.

(14) Il-kollezzjoni ta' data ta' ħoss hija kkunsidrata li tkun indispensabbli bħala bażi għal għażla ta' konsumatur informat u għall-Istati Membri u l-Kummissjoni stima oħra ta' żvilupp teknoliġiku ġdid u l-bżonn għal azzjoni ta' leġislazzjoni oħra. Din l-informazzjoni ta' ħoss tista' tinġabar billi sempliċiment tintbagħat kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE lill-Istat Membru u l-Kummissjoni.

(15) Sabiex ikunu protetti ċ-ċittadini kontra esposizzjoni ta' ħoss għoli mhux raġonevoli, l-Istati Membri għanhom ikunu jistgħu jirrestrinġu, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-użu ta' tagħmir fl-ambjent.

(16) Id-disposizzjonijiet tekniċi rigward il-metodi ta' kejl għandhom ikunu supplimentati u addottati bħala neċessarji għal progress tekniku u l-progress f'standardiżar Ewropew. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun addottata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' implimentazzjoni ta' qawwa mogħtija fil-Kummissjoni [16].

(17) Huwa mportanti li jkollhom limiti ta' emissjoni ta' ħoss aktar baxx għal magni li jaqtgħu l-ħaxix/lawn trimmers/lawn edge trimmers li baqgħu ma nbiddlux mill-adozzjoni ta' Direttiva 84/538/KEE. Biex tingħata gwida lill-industrija, ċifri indikattivi għal limiti aktar baxxi għandhom ikunu ntrodotti għal stadju II. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar jekk u sa' liema grad progress tekniku jħalli tnaqqis ta' valuri ta' limiti għal magni li jaqtgħu l-ħaxix u lawn trimmers/lawn edge trimmers, u, jekk xieraq, jissottomettu proposta biex jemendaw din id-Direttiva.

(18) Din id-Direttiva tbiddel id-direttivi eżistenti; id-direttivi eżistenti għandhom jitħassru meta l-bżonnijiet ta' din id-Direttiva tiġi fis-seħħ. Perjodi transizzjonali huma neċessarji biex jilħqu transizzjoni lixxa mid-direttivi eżistenti għal din id-Direttiva,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettivi

L-għan ta' din id-Direttiva hija li tarmonizza l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-istandards ta' l-emissjoni ta' ħoss, proċeduri ta' stima ta' konformitá, immarkar, dokumentazzjoni u kollezzjoni teknika ta' informazzjoni dwar l-emissjoni ta' ħoss fl-ambjent ta' tagħmir għall-użu ta' barra. Tikkontribwixxi għal funzjonament bla xkiel tas-suq intern, sadanittant tipproteġi saħħa u l-kumditá tal-bniedem.

Artikolu 2

Skop

1. Din id-Direttiva tapplika għal tagħmir għall-użu ta' barra mniżżel fl-Artikoli 12 u 13 u definiti fl-Anness I. Din id-Direttiva tkopri biss tagħmir imqiegħed fis-suq jew provduti f'servizz bħala klassifikazzjoni sħiħa addattata għall-użu maħsub. Twaħħil mhux bil-qawwa li huma separatament mqiegħda fis-suq jew provduti f'servizzi għandhom ikunu esklużi, minbarra għal tkissir jew ġbir ta' konkrit bl-idejn u għal mrietel idrawliċi.

2. Dawn li ġejjin għandhom jkunu esklużi mill-għan ta' din id-Direttiva:

- it-tagħmir kollu maħsub għat-trasport ta' oġġetti jew persuni mit-triq jew b'ferrovija jew bl-ajru jew b'passaġġi ta' l-ilma,

- taħgmir iddisinjat u mibni speċjalment għal għanijiet militari u tal-pulizija u għal servizzi ta' emerġenza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "tagħmir għall-użu ta' barra" tfisser il-makkinarju kollu definit fl-Artikolu 1(2) ta' Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' makkinarju [17] jew li jaħdmu weħidhom jew li jistgħu ikunu mċaqalqa, irrispettivament ta' l-element(i) tas-sewqan, huma maħsuba li jkunu wżati, skond it-tip tagħhom, fil-miftuħ u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. L-użu ta' tagħmir fi klima fejn it-trasmissjoni ta' ħoss mhijiex jew mhijiex sinifikatament effettwata (per eżempju taħt tined, taħt bjut għal protezzjoni kontra xita jew fil-qoxra ta' djar) jitqies bħala użu fil-miftuħ. Tfisser ukoll tagħmir mhux bil-qawwa għal applikazzjonijiet industrijali jew ambjentali maħsuba, skond it-tip tagħhom, biex jintużaw barra u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. Dawn it-tipi kollha ta' tagħmir huma minn issa ‘l quddiem imsejjħa "tagħmir";

(b) "proċeduri ta' stima ta' konformitá" tfisser il-proċeduri mniżżla fl-Annessi V sa VIII, bbażata fuq Deċiżjoni 93/465/KEE;

(ċ) "immarkar" tfisser il-twaħħil viżibbli, leġġibbli u li ma jistax jitħassar fuq it-tagħmir tal-markar CE definit f'Deċiżjoni 93/465/KEE li jkollu miegħu indikazzjoni tal-livell ta' garanzija ta' qawwa ta' ħoss;

(d) "livell ta' qawwa ta' ħoss LWA" tfisser il-qawwa ta' ħoss A - imkejjel f'dB f'relazzjoni ma' 1 pW kif imsejjaħ f'EN OSI 3744:1995 u EN OSI 3746:1995;

(e) "livell ta' qawwa ta' ħoss imkejjel" tfisser livell ta' qawwa ta' ħoss kif determinat mit-tkejjil kif imniżżla fl-Anness II; valuri mkejjla jistgħu jkunu determinat jew minn rappreżentanti ta' magna singola mit-tip ta' tagħmir jew mill-medja ta' numru ta' magni;

(f) "livell ta' qawwa ta' ħoss garantit" tfisser livell ta' ħoss ta' qawwa determinat skond il-bżonnijiet imniżżla fl-Anness III li tinkludi l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u proċeduri ta' tkejjil u fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jikkonferma li skond l-istrumenti applikati u li jissemmew fid-dokumentazzjoni teknika dan ma jinqabiżx.

Artikolu 4

Tqegħid fis-suq

1. Tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew provduti f'servizz sakemm il-produttur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jassigura li:

- it-tagħmir jissodisfa l-bżonnijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' ħoss fl-ambjent ta' din id-Direttiva,

- tlestew il-proċeduri ta' stima ta' konformitá msemmija fl-Artikolu 14,

- it-tagħmir ikollu mmarkar CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

2. Billi la l-produttur u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huwa mwaqqaf fil-Komunitá, l-obbligi ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna li tqiegħed it-tagħmir fis-suq jew tipprovdihom f'servizz fil-Komunitá.

Artikolu 5

Sorveljanza tas-suq

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li t-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista' jitqiegħed fis-suq jew jkun provdut f'servizz biss jekk jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ikollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jassistu lill-xulxin fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom biex jagħmlu sorveljanza tas-suq.

Artikolu 6

Moviment ħieles

1. L-Istati Membri m' għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz fit-territorju tagħhom ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jaqbel mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkollu marka CE u l-indikazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá KE.

2. F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet, u każi simili, l-Istati Membru, m' għandhomx jipprevjenu li jintwera tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ipprovdut li sinjal ċar viżibbli jindika li tagħmir bħal dan ma jikkonformax u li mhuwiex imqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz sakemm jinġieb f'konformitá mill-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá. Matul dimostrazzjonijiet adegwati għandhom jittieħdu miżuri ta' sigurtá biex jassiguraw il-protezzjoni ta' persuni.

Artikolu 7

Presunzjoni ta' konformitá

L-Istati Membri għandhom iqisu li tagħmir imsemmija fl-Artikolu 2(1) li jkollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u li jkollu miegħu d-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE li tikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE

1. Il-produttur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu, sabiex jiċċertifika li oġġett ta' tagħmir huwa f'konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jfasslu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal kull tip ta' tagħmir prodott; il-kontenut minimu ta' din id-dikjarazzjoni ta' konformitá hu mniżżel fl-Anness II.

2. Stat Membru jista' jeħtieġ li d-dikjarazzjoni ta' konformitá tkun imfassla jew mibdula fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' Komunitá, determinati mill-Istat Membru meta tagħmir huwa mqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz fit-territorju tiegħu.

3. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jżomm kampjun tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal 10 snin mid-data meta t-tagħmir kien prodott l-aħħar, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika kif provduta minn Anness V punt 3, Anness VI punt 3, Anness VII punt 2, Anness VIII punt 3.1 u 3.3.

Artikolu 9

Nuqqas ta' konformitá ta' tagħmir

1. Fejn Stat Membru jaċċerta li tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li huwa mqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz ma jaqbilx mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva, għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex il-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá għandu jġib it-tagħmir tiegħu f'konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. Fejn

(a) il-valuri limiti msemmija fl-Artikolu 12 jinqabżu; jew

(b) nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkomplu minkejja miżuri meħuda taħt paragrafu 1;

l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz tat-tagħmir fi kwistjoni jew biex jassiguraw li huwa rtirat mis-suq. L-Istat Membru għandu immedjatament javża l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra ta' miżuri bħal dawn.

3. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati malajr kemm jista' jkun. Fejn, wara konsultazzjoni bħal din, il-Kummissjoni ssib li:

- il-miżuri huma ġġustifikati, għandha immedjatament tavża l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u l-Istati Membri l-oħra,

- il-miżuri mhumiex iġġustifikati, għandhom immedjatament javżaw b'dan l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva, l-Istati Membri l-oħra u l-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.

4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu nformati bil-progress u dak li ħareġ minn din il-proċedura.

Artikolu 10

Rimedji legali

Kwalunkwe miżura meħuda minn Stat Membru skond din id-Direttiva li tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz ta' tagħmir kopert minn din id-Direttiva għandha tistabilixxi r-raġuni eżatta fuq x'hiex hija bbażata Miżura bħal din meħuda għandha tkun notifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti kkonċernata, li għandha f'dak l-istess ħin tkun informata bir-rimedji legali disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-limiti ta' ħin għal liema rimedji bħal dawn huma suġġetti.

Artikolu 11

Immarkar

1. Tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) mqegħda fis-suq jew provduti f'servizz li jaqbel mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jkollhom marka ta' konformitá CE. Il-marka għandha tikkonsisti fl-inizjali "CE". Il-forma tal-marka li għandha tintuża hi kif murija fl-Anness IV.

2. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata mill-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit. Mudell ta' din l-indikazzjoni hu mogħti fl-Anness IV.

3. Il-marka ta' konformitá KE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit għand tkun imwaħħla f'forma viżibbli, leġġibbli u li ma titħassarx ma' kull oġġett ta' tagħmir.

4. It-twaħħil ta' immarkar jew kitba fuq it-tagħmir li jistgħu jqarrqu dwar it-tifsira jew il-marka CE għall-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit għandhom ikunu projbiti. Kwalunkwe mmarkar ieħor jista' jitwaħħal mat-tagħmir, jekk il-viżibilitá u l-leġġibbilitá tal-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' garanzija ta' qawwa ta' ħoss mhumiex b'hekk imnaqqsa.

5. Fejn it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) huwa suġġett għal direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil tal-marka CE, l-immarkar għandu jindika li tagħmir bħal dan iwettaq ukoll id-disposizzjonijiet ta' dawk id-direttivi. Madankollu, jekk waħda jew aktar minn dawn id-diretttivi jħallu l-produttur, matul il-perjodu transizzjonali biex jagħżel liema arranġamenti biex japplika, il-marka CE għandha tindika li t-tagħmir iwettaq biss id-disposizzjonijiet tad-direttivi applikati mill-produttur. F'dan il-każ il-partikolarijet ta' dawk id-direttivi, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, avviżi u struzzjonijiet meħtieġa minn dawk id-direttivi u jakkumpanjaw tagħmir bħal dan.

Artikolu 12

Tagħmir suġġett għal limiti ta' ħoss

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit ta' tagħmir elenkat isfel m'għandux jaqbeż il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli kif imniżżel fit-tabelli ta' valuri limitati li ġejjin:

- taljoli ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti (li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 3. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 3

- magni ta' rbit flimkien (rombli li jivvibraw jew li ma jivvibrawx biss, pjanċi ta' vibraturi u, madaffi li jivibraw)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 8. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 8

- kompressuri (< 350 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 9. Kejl: Anneess III, Parti B, oġġett 9

- tkissir u ġbir ta' konkri, ta' l-idejn

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 10. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 10

- taljoli ta' kostruzzjoni (jaħdmu b'magni ta' kombustjoni)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 12. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 12

- dożaturi (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 16. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 16

- dumpers (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 18. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 18

- skavaturi, idrawliċi jew li jaħdmu bil-ħabel (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 20. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 20

- makkinarju ta' tagħbija ta' skavaturi (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 21. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 21

- gradaturi (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 23. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 23

- pakketti ta' qawwa idrawlika

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 29. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 29

- kompatturi ta' miżbla, tip ta' ħatt bil-barmil (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 31. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 31

- magni li jaqtgħu l-ħaxix (li ma jinkludux tagħmir ta' l-agrikoltura jew tal-foresti, u strumenti għal ħafna għanijet, il-komponent prinċipali motorizzat li għandu installata qawwa ta' aktar minn 20 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 32. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 32

- trimjaturi tal-ħaxix/trimjaturi ta' truf tal-ħaxix

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 33. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 33

- trakkijiet ta' rfigħ, li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni, kontrabilanċjati (li ma jinkludux "trakkijiet ta' rfigħ oħra kontrabilanċjati") kif definiti fl-Anness I, oġġett 36, tieni inċiż b' kapaċitá ta' rata ta' mhux aktar minn 10 tunnellati metriċi

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 36. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 36

- makkinarju ta' tagħbija (< 500 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 37. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 37

- krejnijiet li jistgħu jinġarru

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 38. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 38

- mgħażaq bil-mutur (< 3 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 40. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 40

- finalizzaturi ta' toroq (li ma jinkluduxu finalizzaturi ta' toroq mgħammra b'biċċa ta' rbit flimkien għolja)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 41. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 41

- ġeneraturi ta' qawwa (< 400 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 45. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 45

- krejnijiet għolja

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 53. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 53

- ġeneraturi ta' weldjar

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 57. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 57

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli għandu jkun ittundjat għan numru l-aktar viċin (inqas minn 0,5 jintuża numru aktar baxx; aktar minn jew ugwali għal 0,5 jintuża numru aktar għoli).

[18] [19]

Tip ta' tagħmir | Qawwa netta installata P f'(f'kW) Qawwa ta' elettriku Pel [18] Massa ta' tagħmir m f'kg Wisa' maqtugħ L f'ċm | Livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli f'dB/1 pW |

Stadju I mit-3 ta' Jannar 2002 | Stadju II mit-3 ta' Jannar 2006 |

Magni ta' rbit flimkien (rombli li jivvibraw, pjanċi vibraturi, maddafa vibraturi) | P = 8 | 108 | 105 |

8 < P = 70 | 109 | 106 |

P > 70 | 89 + 11 lg P | 89 + 11 lg P |

Tracked dozers, tracked loaders tracked excavator-loaders | P = 55 | 106 | 103 |

P > 55 | 87 + 11 lg P | 84 + 11 lg P |

Dożaturi bir-roti, makkinarju ta' tagħbija bir-roti, makkinarju ta' tagħbija bir-roti ta' skavauri, dumpers, gradaturi, kompatturi ta' miżbla ta' tip ta' makkinarju ta' tagħbija, trakkijiet ta' rfigħ kontrabilanċjati li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni, krejnijiet li jistgħu jinġarru, magni ta' rbit flimkien (rombli li ma jivvibrawx) finalizzaturi ta' toroq, pakketti ta' qawwa idrawliċi | P = 55 | 104 | 101 |

P > 55 | 85 + 11 lg P | 82 + 11 lg P |

Skavaturi, taljoli ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti, winċijiet ta' kostruzzjoni, mgħażqa tal-mutur | P = 15 | 96 | 93 |

P > 15 | 83 + 11 lg P | 80 + 11 lg P |

Tkissir u ġbir tal-konkrit ta' l-idejn | m = 15 | 107 | 105 |

15 < m < 30 | 94 + 11 lg m | 92 + 11 lg m |

m = 30 | 96 + 11 lg m | 94 + 11 lg m |

Krejnijiet li jintramaw | | 98 + lg P | 96 + lg P |

Ġeneraturi ta' qawwa u weldjar | Pel = 2 | 97 + lg Pel | 95 + lg Pel |

2 < Pel = 10 | 98 + lg P el | 96 + lg Pel |

Pel > 10 | 97 + lg P el | 95 + lg Pel |

Kompressuri | P = 15 | 99 | 97 |

P > 15 | 97 + 2 lg P | 95 + 2 lg P |

Magni li jaqtgħu l-ħaxix, trimjaturi tal-ħaxix/trimjaturi ta' truf tal-ħaxix | L = 50 | 96 | 94 [19] |

50 < L = 70 | 100 | 98 |

70 < L = 120 | 100 | 98 [19] |

L > 120 | 105 | 103 [19] |

Artikolu 13

Tagħmir suġġett għal immarkar ta' ħoss biss

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit ta' tagħmir elenkat hawn taħt għandu jkun suġġett għal immarkar ta' ħoss biss:

- pjattaformi ta' aċċess ta' l-arja b'magna ta' kombustjoni

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 1. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 1

- qtugħ ta' brush

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 2. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 2

- taljoli ta' bennejja għat-trasport t'oġġetti (b'mutur ta' l-elettriku)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 3. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 3

- magni ta' serrar ta' faxxa ta' lok ta' bini

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 4. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 4

- bankijiet ta' serrar ċirkolari ta' lok ta' bini

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 5. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 5

- serrar b'katina, li jinġarru

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 6. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 6

- vetturi ta' flushers u ta' ġbid bi pressjoni għolja kkombinata

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 7. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 7

- magni li jorbtu flimkien (maddafa li jisplodu biss)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 8. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 8

- taħlit ta' konkrit jew ġir tat-tikħil

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 11. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 11

- winċijiet ta' kostruzzjoni b'mutur ta' l-elettriku)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 12. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 12

- magni għat-twassil u sprejjar għal konkrit u ġir ta' tikħil

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 13. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 13

- ċintorini ta' ġarr

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 14. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 14

- tagħmir ta' tkessiħ f'vetturi

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 15. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 15

- riggijiet ta' tħaffir

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 17. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 17

- tagħmir għal tagħbija u ħatt ta' silos jew tankijiet fuq trakkijiet

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 19. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 19

- kontenituri ta' riċiklar ta' ħġieġ

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 22. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 22

- trimjaturi tal-ħaxix/trimjaturi tat-tarf tal-ħaxix

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 24. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 24

- trimjaturi tal-ħajt ta' l-għalqa

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 25. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 25

- flushers bi pressjoni għolja

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 26. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 26

- magni ta' ġettijiet ta' l-ilma bi pressjoni għolja

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 27. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 27

- martelli idrawliċi

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 28. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 28

- qtugħ ta' ġonot

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 30. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 30

- neffieħa tal-werqa

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 34. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 34

- kolletturi tal-weraq

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 35. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 35

- trakkijiet ta' rfigħ, li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni, kontrabilanċjati (li ma jinkludux trakkijiet ta' rfigħ oħra kontrabilanċjati) kif definiti fl-Anness I, oġġett 36, tieni inċiż b'kapaċitá ta' rata ta mhux aktar minn 10 tunnellati metriċi

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 36. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 36

- kontenituri ta' skart mobbli

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 39. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 39

- finalizzaturi ta' toroq (mgħammra bi biċċa ta' kompressjoni għoli)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 41. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 41

- tagħmir ta' rfigħ fuq xulxin

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 42. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 42

- tqegħid ta' pajp

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 43. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 43

- piste caterpillars

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 44. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 44

- ġeneraturi ta' qawwa (= 400 kW)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 45. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 45

- xkupi ta' qawwa

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 46. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 46

- vetturi ta' kollezzjoni ta' skart

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 47. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 47

- magni ta' tħin ta' toroq

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 48. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 48

- scarifiers

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 49. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 49

- shredders/chippers

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 50. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 50

- magni li jneħħu l-borra b'għodda li ddur (taħdem b'mutur proprju, li ma jinkludux twaħħil)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 51. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 51

- vetturi ta' ġbid

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 52. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 52

- trenchers

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 54. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 54

- trakkijiet ta' taħlit

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 55. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 55

- unitajiet ta' pompa ta' l-ilma (mhux għall-użu ta' taħt l-ilma)

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 56. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 56

Artikolu 14

Stima ta' konformitá

1. Qabel iqiegħed fis-suq jew jipprovdi f'servizz kwalunkwe tagħmir imsemmi fl-Artikolu 12 il-produttur, jew il-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jissuġġetta għal kul tip ta' tagħmir għal dak tal-proċeduri ta' stima ta' konformitá li ġejjin:

- il-kontroll intern ta' produzzjoni bi stima ta' dokumentazzjoni teknika u proċedura ta' kontroll perjodiku msemmi fl-Anness VI, jew

- l-unitá ta' proċedura ta' verifika msemmija fl-Anness VII, jew

- il-proċedura ta' assigurazzjoni ta' kwalitá sħiħa msemmija fl-Anness VIII.

2. Qabel iqiegħed fis-suq jew jipprovdi f'servizz kwalunkwe tagħmir imsemmi fl-Artikolu 13 il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jissuġġetta għal kul tip ta' tagħmir għal kontroll intern ta' proċedura ta' produzzjoni msemmija fl-Anness V:

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni u kull Stat Membru ieħor jistgħu, fuq talba raġonevoli, jiksbu l-informazzjoni kollha wżata matul il-proċedura ta' stima ta' konformitá dwar tip ta' tagħmir u b'mod partikolari d-dokumentazzjoni teknika provduta fl-Anness V oġġett 2, Anness VI oġġett 3, Anness VII oġġett 2, Anness VIII oġġett 3.1 u 3.3.

Artikolu 15

Korpi notifikati

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex iwettqu jew jissorveljaw il-proċeduri ta' stima ta' konformitá msemmija fl-Artikolu 14(1).

2. L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi bħal dawn biss li jħarsu l-kriterji magħmula fl-Anness IX. Il-fatt li dak il-korp iħares il-kriterji ta' l-Anness IX ma' din id-Direttiva ma jfissirx li l-Istat Membru huwa obbligat li jaħtar dak il-korp.

3. Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra tal-korpi li ħatru, flimkien ma' xogħlijiet oħra speċifiċi u proċeduri ta' eżaminazzjoni li dawn il-korpi inħatru biex iwettqu u n-numri ta' identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi notifikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej flimkien man-numri ta' identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet għal liema inħatru. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

5. Stat Membru għandu jirtira n-notifika tiegħu jekk isib li l-korp m' għadux jilħaq il-kriterji msemmija fl-Anness IX. Għandhom fil-pront jinfurmaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Artikolu 16

Kollezzjoni ta' tagħrif ta' ħoss

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jibgħat lill-awtoritá responsabbli ta' l-Istat Membru fejn qiegħed joqgħod jew fejn ipoġġi fis-suq jew jqiegħed f'servizz it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2 (1) u għall-Kummissjoni kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2 (1).

2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor it-tagħrif magħmul disponibbli skond il-paragrafu 1 għat-tagħmir kollu.

3. L-Istati Membri, jistgħu, fuq talba, jiksbu t-tagħrif miġbur mill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni relevanti perjodikament, preferibbilment kull sena. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom ta' l-inqas ikollhom it-tagħrif li ġej għal kull tip jew mudell ta' tagħmir:

- il-qawwa stallata netta jew kull valur ta' ħoss ieħor relatat

- il-livell ta' qawwa ta' ħoss mkejjel

- il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit

- deskrizzjoni ta' tagħmir

- produttur u/jew isem patentjat

- numru/isem ta' mudell

Artikolu 17

Regolament ta' użu

Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprevjenu l-intitolament ta' l-Istati Membri biex iniżżel, bl-osservanza dovuta tat-Trattat:

- miżuri biex jirregolaw l-użu ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) f'żoni li huma jikkunsidraw sensittivi, li jinkludu l-possibbilitá li jirrestrinġu l-ħinijiet ta' xogħol tat-tagħmir,

- bżonnijiet bħal dawn kif jistgħu jitqiesu neċessarji biex jassiguraw li persuni huma protetti meta jużaw it-tagħmir fi kwistjoni, iżda li dan ma jfissirx li t-tagħmir huwa modifikat f'mod mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 18

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li kkunsidraw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabillit fi tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu.

Artikolu 19

Poteri tal-Kumitat

Il-Kumitat għandu':

(a) jiskambja informazzjoni u esperjenzi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva u jiddiskuti materji ta' interess komuni f'dawk l-oqsma;

(b) jassisti lill-Kummissjoni f'adattament għal progress tekniku ta' l-Anness III skond il-proċedura regolatorja magħmula fl-Artikolu 18(2), b'mezzi ta' emendi neċessarji, pprovdut li m'għandhomx kwalunkwe impatt dirett dwar livell ta' ħoss imkejjel ta' tagħmir elenkat fl-Artikolu12, b'mod partikolari tul l-inklużjoni ta' referenzi għal standards Ewropej relevanti;

(ċ) jipprovdi parir lill-Kummissjoni b'rispett għall-konlużjonijiet u emendi msemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 20

Rapporti

1. Mhux aktar tard mit-3 ta' Jannar 2005 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jikkonċerna l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u amministrazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jkollu fiħ:

(a) reviżjoni ta' tagħrif ta' ħoss miġbur skond l-Artikolu 16 u informazzjoni oħra xierqa;

(b) prospett tal-bżonn għal reviżjoni tal-listi fl-Artikoli 12 u 13, speċjalment kemm jekk huma ġodda għandhom jiżdiedu jew fl-Artikolu 12 jew fl-Artikolu 13 jew tagħmir għandu jkun trasferit mill-Artikolu 13 għall-Artikolu 12;

(ċ) prospett tal-bżonn u l-possibilitajiet għal reviżjoni tal-valuri limitati mniżżla fl-Aritikolu 12 jieħdu nkonsiderazzjoni żvilupp teknoloġiku;

(d) prospett li jagħmel sensiela integrata ta' strumenti li għandhom jintużaw fil-kontinwazzjoni ta' tnaqqis ta' ħoss minn tagħmir.

2. Wara li żammew il-konsultazzjonijiet kollha neċessarji, b'mod partikolari mal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha f'dik l-okkażjoni tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u fejn xieraq kwalunkwe emenda għal din id-Direttiva.

3. Mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2002 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jikkonċerna jekk għal liema estent progress tekniku jħalli tnaqqis ta' valuri limitati għal magna li taqta' il-ħaxix u magna li tittrimja l-ħaxix/magna li tittrimja t-truf tal-ħaxix, u, jekk xieraq, proposta biex jemenda din id-Direttiva.

Artikolu 21

Imħassar

1. Direttivi 79/113/KEE, 84/532/KEE, 84/533/KEE, 84/534/KEE, 84/535/KEE, 84/536/KEE, 84/537/KEE, 84/538/KEE u 86/662/KEE għandhom ikunu mħassra fit-3 ta'Jannar 2002.

2. Ċertifikati tat-tip ta' eżaminazzjoni maħruġa u tkejjil ta' tagħmir magħmul taħt id-Direttivi msemmija f'paragrafu 1 jistgħu jintużaw fit-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika pprovdut fl-Anness V punt 3, fl-Anness VI punt 3, fl-Anness VII punt 2, fl-Anness VIII punti 3.1 u 3.3 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 22

Trasposizzjoni u data ta' l-applikazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2001.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b'effett mit-3 ta' Jannar 2002. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iħallu l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, biex japprofitta ruħu mid-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mit-3 ta' Lulju 2002.

3. Rigward il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli mnaqqsa ta' stadju II imsemmija fl-Artikolu 12, dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw b'effett mit-3 ta' Jannar 2006.

4. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni ta' pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu referenza bħal din għandhom jitniżżlu mill-Istati Membri.

5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 24

Destinatarji tad-Direttiva

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 8 ta' Mejju 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

E. Ferro Rodrigues

[1] ĠU C 124, 22.4.1998, p. 1.

[2] ĠU C 407, 28.12.1998, p. 18.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' April 1998 (ĠU C 138, 4.5.1998, p. 84), posizzjoni komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 (ĠU C 83, 22.3.2000, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000.

[4] ĠU L 33, 8.2.1979, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/405/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 9).

[5] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 111. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 88/665/KEE (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 42).

[6] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 123. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 85/406/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 11).

[7] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 130. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 87/405/KEE (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 60).

[8] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 142. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/407/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 16).

[9] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 149. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/408/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 18).

[10] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 156. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/409/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 20).

[11] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 171. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 88/181/KEE (ĠU L 81, 26.3.1988, p. 71).

[12] ĠU L 384, 31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/27/KE (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 14).

[13] ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

[14] ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

[15] ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1.

[16] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[17] ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 98/79/KE (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

[18] P el għal ġeneraturi ta' weldjar: Kurrenti ta' weldjar konvenzjonali multiplikati bit-tagħbija ta' vultaġġ konvenzjonali għall-aktar valur baxx tal-fattur ta' dover mogħti lill-produttur.P el għal ġeneraturi ta' qawwa: qawwa prima skond l-OSI 8528-1:1993, punt 13.3.2

[19] Figuri indikattivi biss. Figuri definittivi għandhom jiddependu fuq emenda tad-Direttiva wara r-rapport meħtieġ fl-Artikolu 20(3). Fin-nuqqas ta' emenda bħal dan, iċ-ċifri għal stadju I għandu jibqa' japplika għal stadju II.

--------------------------------------------------

IL-PRESIDENTANNESS I

DEFINIZZJONIJIET TA' TAGĦMIR

1. Pjattaformi ta' aċċess ta' l-arja b' magni ta' kombustjoni

Tagħmir li jikkonsisti f'minimu ta' pjattaforma ta' xogħol, struttura estiża u xażi. Il-pjattaforma ta' xogħol hija pjattaforma mdawwra b'ħajt jew gaġġa li tista' timxi taħt tagħbija għall-posizzjoni meħtieġa ta' xogħol. L-istruttura estiża hija konnessa max-xażi u tgħin il-pjattaforma ta' xogħol; tħalli moviment tal-pjattaforma ta' xogħol għal-posizzjoni meħtieġa tagħha.

2. Qtugħ bi xkupilja

Unitá li taħdem b'magna ta' kombustjoni bl-idejn portabbli mwaħħla b'xafra li ddur magħmula minn metal jew plastik maħsuba biex taqta' ħaxix ħażin, tfarfar, siġar żgħar u tkabbir simili. Il-mezz ta' qtugħ jaħdem fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art.

3. Taljola ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti

Taljola ta' bennejja nstallata temporanjament, taħdem b'qawwa maħsuba għall-użu minn persuni li huma permessi li jidħlu f'lokijiet ta' inġenjerija u kostruzzjoni, jservu

(i) livelli ta' moll definiti, li jkollhom pjattaformi

- iddisinjati għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss

- li jippermettu l-aċċess ta' persuni waqt tagħbija u ħatt

- li jippermettu l-aċċess u vjaġġ minn persuni awtorizzati matul it-twaqqif, ħatt u manutenzjoni

- iggwidati

- jivjaġġaw vertikali jew tul passaġġ fi ħdan 15o mass. tal-vertikali

- appoġġat jew sostenuti b': wajer, ħabel, katina, magħżel bil-kamin u skorfina, roti żgħar bis-snien, ġakk idrawliku (dirett jew indirett), jew mekkaniżmu ta' rbit li jespandi

- fejn arbli jistgħu jew ma jistgħux jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati, jew

(ii) kwalunkwe indana waħda ta' fuq jew żona ta' xogħol li testendi għal skop tal-gwida (eż bejt), li jkollhom mezz ta' ġarr ta' tagħbija:

- mfassla għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss

- mfassla li ma hemmx bżonn li tirfes fuqha għal raġunijet ta' tagħbija jew ħatt jew għal manutenzjoni, twaqqif jew ħatt

- minn liema persuni huma projbiti fi kwalunkwe ħin

- iggwidati

- li hija mfassla biex tivjaġġa f'angolu ta' l-inqas 30o għall-vertikali imma tista' tintuża fi kwalunkwe angolu

- miżmuma b'ħabel ta' wajer ta' l-azzar u sistema ta' gwida pożittiva

- ikkontrollata b'kontrolli ta' tip ta' pressjoni kostanti

- li ma tibbenefikax mill-użu ta' kwalunkwe kontrapiż

- li jkollu rata massima ta' tagħbija ta' 300 kg

- li jkollu veloċitá massima ta' 1 m/s

- u fejn il-gwidi jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati.

4. Magna ta' serrar f'faxxa ta' lok ta' bini

Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal xafra ta' sega singola fil-forma ta' faxxa kontinwa mmuntata jew li tgħaddi bejn tnejn jew aktar taljoli

5. Banka ta' serrar ċirkulari ta' lok ta' bini

Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal fiha sega singola tonda (għajr minn sega li taqta') b'dijametru ta' 350 mm jew aktar, sa dijametru massimu ta' 500 mm, li hi mwaħħla matul operazzjoni ta' qtugħ normali, u mejda orizzontali, kollha jew parti ta' liema hija mwaħħla matul operazzjoni. Is-sega hija mmuntata f'magħżel orizzontali li ma jitgħawwiġx, ta' liema l-posizzjoni tibqa' stazzjonarja matul mekkaniżmu. Il-magna jista' jkollha kwalunkwe mill-għamliet li ġejjin:

- il-faċilitá għas-sega li tista' titella' jew titniżżel tul il-mejda

- gwarniċ ta' magna taħt il-mejda jista' jkun miftuħ jew magħluq

- is-serrieq jista' jkun imwaħħal b'mejda żejda li tista' tinġarr li taħdem manwalment (mhux ħdejn is-sega).

6. Sega ta' katina, portabbli

Għodda li taħdem bil-qawwa mfassla biex taqta' injam b'sega ta' katina u tikkonsisti f'unitá marsusa integrata ta' manki, sors ta' qawwa u attakkament ta' qtugħ, imfassal biex ikun mgħajjun b'żewġ idejn

7. Flusher bi pressjoni għolja kkombinata u vettura li tiġbed

Vettura li tista' taħdem kemm bħala flusher bi pressjoni għolja jew bħala vettura li tiġbed Ara flusher bi pressjoni għolja jew vettura li tiġbed.

8. Magna li tgħaqqad flimkien

Magna li tgħaqqad flimkien materjali eż. rock fills, ħamrija jew wiċċ ta' asfalt, tul azzjoni ta' brim, mili jew vibrar ta' l-għodda ta' xogħol. Tista' tkun taħdem b'mutur proprju, irmunkata, timxi wara jew konnessa ma' magna li ġġor. Magni li jgħaqqdu flimkien huma maqsuma kif ġej:

- rombli għal operaturi li jinġarru fuqhom: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lasktu; l-istazzjon ta' l-operatur huwa parti integrali tal-magna

- rombli li jimxu wara: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li fihom l-operazzjoni tiffaċilita għall-ivjaġġar, steering, waqfien u vibrar huma disposti f'mod li l-magni jkollhom ikunu operati b'operatur fuq il-post jew b'kontroll remot

- rombli rmunkatid: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li ma jkollhomx sistema ta' sewqan indipendenti u fejn l-istazzjon ta' l-operaturi jinsab f'unitá ta' tractor

- pjanċi ta' vibraturi u maddafa ta' vibraturi: magni ta' tgħaqid flimkien bi pjanċi prinċipali b'qiegħ ċatt li huma magħmula biex jivvibraw jitħaddmu b' operaturi fuq il-post jew konness ma' magna li tinġarr

- madaffa ta' splużjoni: magni li jgħaqqdu flimkien bi prinċipalment kuxxinett ċatt hekk kif l-għodda li tgħaqqad li hija magħmula biex timxi f'direzzjoni predominanti vertikali bi pressjoni ta' splużjoni. Il-magna għandha taħdem b'operaturfuq il-post.

9. Kompressur

Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li tikkumpressa arja, gassijiet jew fwar għal pressjoni għola mill-pressjoni tad-dħul. Kompressur ikun fiħ il-kompressur fiħ nnifsu, il-ħarrieka prinċipali u kwalunkwe komponent jew mezz fornut, li huwa neċessarju għall-operazzjoni sikura tal-kompressur.

Mhux inklużi huma l-kategoriji ta' mezzi li ġejjin:

- fannijiet, i.e. mezzi li jipproduċu ċirkolazzjoni ta' arja bi pressjoni pożittiva ta' mhux aktar minn 110000 pascals

- pompi ta' vakum, i.e. mezzi għal estrazzjoni ta' arja minn spazju magħluq bi pressjoni li ma taqbiżx pressjoni atmosferika

- magni b'turbini tal-gass.

10. Tkissir u ġbir ta' konkrit, ta' l-idejn

Tkissir u ġbir ta' konkrit bil-qawwa (bi kwalunkwe metodu) użat biex isir xogħol fuq postijiet ta' inġenjerija ċivili u bini.

11. Mixer ta' konkrit jew ġir tat-tikħil

Magna biex tipprepara konkrit jew ġir tat-tikħil, barra minn proċess ta' tagħbija, taħlit u żvojtar. Tista' titħaddem b'mod intermittenti jew kostanti. Mixer tal-konkrit fuq trakkijiet huma msejħa trakk ta' mixer (ara definizzjoni 55).

12. Taljola ta' kostruzzjoni

Mezz ta' rfigħ li jaħdem bil-qawwa, temporanjament installat li huwa fornut b'mezzi biex jerfgħu u jbaxxu tagħbija sospiża.

13. Magna ta' ġarr u sprejar għal konkrit u ġir tat-tikħil

Oġġetti ta' pumpjar u sprejar ta' konkrit, bl-aġitatur jew mingħajru, bil-materjal li għandu jkun trasportat huwa mqandel għal posizzjoni ta' post tul linji ta' pajpijiet, mezzi ta' distribuzzjoni jew travi kbar ta' distribuzzjoni. Isir il-ġarr:

- għall-konkrit b'mod mekkaniku, biċ-ċilindru jew b'pompi li jduru

- għal ġir tat-tikħil mekkanikament b'ċilindru qasir, spiral ta' vit, pajp u pompi li jduru jew pnewmatiċi b' kompressuri bil-kamra ta' l-arja jew mingħajrha

Dawn il-magni jistgħu jkunu mmuntati fuq trakkijiet, trejlers jew vetturi speċjali

14. Ċinturin tal-ġarr

Magna nstallata temporanjament addattata biex titrasporta materjal b'mezzi ta' ċinturin li jaħdmu bil-qawwa

15. Tagħmir fuq vetturi li jkessaħ

Unitá bi spazju ta' refriġerazzjoni għal tagħbija f'kategoriji ta' vetturi N2, N3, O3 u O4 kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE.

L-unitá ta' refriġerazzjoni tista' tkun bil-qawwa b'mezzi ta' parti integrali ta' l-unitá ta' refriġerazzjoni, parti separata attakkata mal-korp tal-vettura, magna ta' sewqan tal-vettura, jew b'sors ta' poter indipendenti jew standby.

16. Dożatur

Magna li taħdem b'mutur proprja bir-roti jew li titkaxkar użata biex teżerċita forza ta' spinta jew ta' ġibda tul tagħmir immuntat.

17. Manuvra ta' tħaffir

Magna li hija wżata biex tħaffer toqob f'postijiet ta' kostruzzjoni bi

- tħaffir perkussiv

- tħaffir li jdur

- tħaffir perkussiv li jdur.

Manuvri tat-tħaffir huma stazzjonarji matul tħaffir. Jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor ta'xogħol, taħt il-qawwa tagħhom. Riggijiet ta' tħaffir li jaħdmu b'mutur proprju li jinkludu dawk immuntati fuq trakk tal-ġarr, xażi bir-roti, tractor, crawlers, qiegħ li jiskiddja (miġbuda b'winċ). Meta riggijiet tat-tħaffir huma mmuntati fuq trakkijiet tal-ġarr, tractors u trejlers jew qiegħ bir-roti, trasportazzjoni tista' ssir b'veloċitá għolja u fuq toroq pubbliċi.

18. Dumper

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li tista' titkakxar li għandha korp miftuħ, li jew titrasporta u tarmi jew tferrex materjal Dumpers jistgħu jkunu mgħammra b'tgħamir ta' tagħbija minnnha nnifisha integrali.

19. tagħmir għal tagħbija u ħatt ta' silos jew tankijiet fuq trakkijiet

Mezzi bil-qawwa konnessi ma' silo jew trakkijet ta' tanker għal tagħbija jew ħatt ta' likwidi jew materjal goff b'mezzi ta' pompi jew tgħamir simili.

20. Skavatur, idrawliku jew jaħdem bil-ħabel

Magna li taħdem b'mutur proprju b'magna li tista' titkaxkar jew bir-roti li jkollha struttura ta' fuq b'kapaċità minima ta' rotazzjoni ta' 360o, li jħaffer, ibandal u jarmi materjal bl-azzjoni ta' barmil imwaħħal mat-travu u appoġġ jew travu teleskopiku, mingħajr ma jimxi x-xażi jew karru ta' taħt matul kwalunkwe ċiklu tal-magna.

21. Skavatur li jgħabbi

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha għajnuna strutturali prinċipali mfassla biex iġġorr barmil immuntat fuq quddiem li jġorr mekkaniżmu u mgħażqa mmuntat fuq wara. Meta wżat bħala mod tal-magħżqa fuq wara, il-magna normalment tħaffer taħt il-livell ta' l-art bil-barmil jersaq lejn il-magna L-imgħażqa ta' wara terfa', tbandal u tħott materjal waqt li l-magna hija stazzjonarja. Meta wżata fil-mod ta' tgħabija, il-magna tgħabbi jew tħaffer tul moviment il-quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta u tħott materjal.

22. Kontenitur ta' skart tal-ħġieġ

Kontenitur, magħmul minn liema materjal ikun, li huwa wżat għal ġbir ta' fliexken. Huwa mgħammar b' ta' l-inqas fetħa waħda biex jimla' fliexken u oħra biex jitbattal il-kontenitur.

23. Gradatur

Magna bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkollha xafra aġġustabbli, posizzjonata bejn il-fusijiet ta' quddiem u ta' wara, li taqta', tmexxi u tifrex materjal ġeneralment biex tiggrada bżonnijiet.

24. Trimmer tal-ħaxix/trimmer tat-tarf tal-ħaxix

Unitá portabbli li taħdem b'magna ta' kombustjoni ta' l-idejn armata b'linji flessibbli, spag, jew elementi ta' qtugħ flessibbli mhux tal-metall, bħal cutters li jduru, maħsuba biex jaqtgħu ħaxix ħażin, ħaxix jew tkabbir artab ieħor. Il-mezz ta' qtugħ topera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (trimmer tal-ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmer tal-ħaxix tat-tarf) ma' l-art.

25. Trimmer ta' ħajt tal-ħaxix

Tagħmir integrali ta' l-idejn, li jaħdem bil-qawwa li huwa mfassal għall-użu minn operatur wieħed għal trimmjar ta' ħajt tal-ħaxix u siġar iffulati jutilizza xafra waħda jew aktar xfafar jaqtgħu lineari reċiprokament.

26. Flusher ta' pressjoni għolja

Vettura mgħammra b'mezz biex inaddaf kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja. Il-mezz jista' jkun jew immuntat fuq xażi tat-trakk proprju ta' vettura jew inkorporat fuq korp ta' xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jitwaħħal jew jista' jerġa jimmonta bħal fil-każ ta' sistema ta' qafas li tinbidel

27. Magna ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja

Magna b'żennuni jew ftuħ ta' żieda fil-veloċitá oħra li jħallu ilma, kif ukoll taħlit ieħor, biex joħroġ barra bħala ġett ħieles. Ġeneralment, magni b'ġett ta' pressjoni għolja jikkonsistu f'sewqan, ġeneratur ta' pressjoni, linji ta' pajpijiet, mezzi ta' sprejar, mekkaniżmi ta' sigurtá, kontrolli u mezzi ta' kejl. Magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja jistgħu jkunu mobbli jew stazzjonarji:

- magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja mobbli huma mobbli, magni tajba għat-trasport li huma mfassla biex jintużaw f'lokalitajiet varji, u għal dan l-għan huma ġeneralment imwaħħla b'undergear tal-magna stess jew vettura mmontata. Il-linji ta' forniment kollha neċessarji huma flessibli u lesti biex jinħallu

- magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja stazzjonarji huma mfassla biex jintużaw f'post wieħed għal tul ta' żmien imma kapaċi biex jitmexxew għal post ieħor b'tagħmir addattat. Ġeneralment jiskidjaw jew mmuntati bi frejm b' linja ta' forniment tajjeb biex jinqala'.

28. Martell idrawliku

Tagħmir li juża s-sors ta' qawwa idrawlika tal-magna li tinġarr biex jaċċellera ċilindru (xi drabi mgħejjun bil-gass), li imbagħad jolqot għodda. Il-mewġa ta' stress iġġenerata b'azzjoni li tirriżulta minn mozzjoni tgħaddi tul l-għodda, li tikkawża l-materja biex jinkiser. Martell idrawliku għandu bżonn forniment ta' żejt ippressat biex jaħdem. L-unitá ta' martell/trasportatur komplut hija kkontrollata b'operatur, ġeneralment ipoġġi fil-kabina tat-trasportatur.

29. Pakkett ta' qawwa idrawlika

Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li jikkumpressa likwidi għal pressjoni aktar għolja mill-pressjoni ta' ġewwa. Dan ifisser assemblea ta' ħarrieka prinċipali, pompa, bir-riservwar jew mingħajru u aċċessorji (eż. kontrolli, valve li jissoleva pressjoni).

30. Joint cutter

Magna mobbli maħsuba għall-produzzjoni ta' ġonot f'konkrit, asfalt u wċuħ ta' toroq simili. L-għodda li taqta' hija diska li ddur b'velocitá għolja. Il-moviment ‘l quddiem tal-joint cutter tista' tkun

- manwali

- manwali b'assistenza mekkanika

- motorizzata.

31. Magna li tikkompressa skart, tip ta' karikatur bil-barmil

Magna li tikkumpressa bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkolla karikatur immuntat fuq quddiem marbut b'barmil li jkollu roti ta' l-azzar (tnabar) primarjament mfassla biex irossu, jimxu, jiggradaw, u jgħabbu ħamrija, skart jew materjal sanitarju (skart).

32. Magna li taqta' l-ħaxix

Magna, li taqta' l-ħaxix li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b'konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz li jaqta' jopera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art u li tuża l-art biex tiddetermina għoli ta' qtugħ b'mezzi ta' roti, kuxxinett ta' l-arja jew skidjaturi, eċċ; u li tutilizza magna jew mutur ta' l-elettriku għal sors ta' qawwa. Il-mezzi ta' qtugħ huma jew

- elementi ta' qtugħ riġidi, jew

- linja(i) ta' filamenti mhux tal-metall jew cutter(s) mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' aktar minn 10 J kull waħda; l-enerġija ta' mozzjoni hija determinata li tuża EN 786:1997, l-Anness B.

Magna, li taqta' li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b' konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz ta' qtugħ qed iddur ma' fus orizzontali biex jipprovdu azzjoni li ġġiżż b'virga jew sikkina li jaqtgħu b'mod stazzjonarju (ħassad ċilindriku).

33. Trimmjar tal-ħaxix/trimmjar ta' tarf tal-ħaxix

Magna li taqta' li taħdem bl-elettriku li tkun fuq wara ta' trakk jew ta' l-idejn b'element(i) li taqta' ta' linja(i) ta' filament mhux tal-metall jew cutters mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' mhux aktar minn 10 J kull waħda, maħsuba biex taqta' ħaxix jew tkabbir artab simili L-element(i) li jaqtgħu jopera (joperaw) fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (Trimmjar ta' ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmjar ta' tarf ta' ħaxix) ma' l-art. L-enerġija ta' mozzjoni hija determinata billi tintuża EN 786:1997, l-Anness B

34. Neffieħa tal-weraq

Magna bil-qawwa addatata biex tnaddaf ħaxix, passaġġi, toroq eċċ. ta' weraq u materjal ieħor b' mezzi ta' fluss t' ajru ta' veloċitá għolja Tistá tkun portabbli (ta' l-idejn) jew mhux portabbli imma mobbli.

35. Kollettur ta' weraq

Magna ta' qawwa addattata biex tiġbor weraq u rdim ieħor billi tuża mezz ta' ġbid li jikkonsisti f'sors ta' poter li jipproduċi vakum fil-magna u żennuna u kontenitur għall-materjal miġbur. Tista' tkun ta' l-idejn jew mhux ta' l-idejn imma mobbli.

36. Trakk ta' rfigħ, li jaħdem b' magna ta' kombustjoni, b'kontrapiż

Trakk ta' rfigħ, bir-roti li jaħdem b'magna ta' kombustjoni b'kontrapiż u tagħmir ta' rfigħ (arblu, support teleskopiku jew support artikulat). Dawn huma:

- trakkijiet ta' l-art mħarbta (trakkijiet bir-roti kontrabilanċjati maħsuba primarjament għal operazzjoni fuq art naturali mhux imtejba u fuq art disturbata ta', eż., postijiet ta' kostruzzjoni)

- trakkijiet oħra ta' rfigħ kontrabilanċjati, minbarra dawk it-trakkijiet ta' rfigħ kontrabilanċjati li huma speċifikament mibnija għall-imaniġġar ta' kontenitur.

37. Karigatur

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha barmil bħala li jappoġġa struttura u konnessjoni mmuntat fuq quddiem, li jgħabbi jew iħaffer tul mozzjoni ‘l quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta jew tarmi materjal.

38. Krejn mobbli

Oġġett ta' krejn li jaħdem b'magna proprja addattat biex jivjaġġa, mgħobbi jew mhux mgħobbi, mingħajr il-bżonn għal runways fissi u jiddependi fuq gravitá għal stabbilitá. Jaħdem fuq tyers, crawlers jew b'arranġamenti mobbli. F'posizzjonijiet fissi jista' jkun appoġġat b'outriggers jew aċċessjori oħra li jżidu l-istabbiltá tiegħu. Is-superstruttura ta' krejn mobbli tista' tkun ta' tip ta' tidwira sħiħ, ta' tidwir limitat jew li ma jdurux Huwa normalment mgħammar b'taljola waħda jew aktar u/jew ċilindri idrawliċi biex jerfgħu jew ibaxxu l-oġġett tat-tagħbija. Krejnijiet mobbli huma mgħammra jew b'oġġetti teleskopiċi, b'oġġetti artikulari, jew oġġetti ta' network, jew kombinazzjoni ta' dawn, ta' disinn bħal dan li jista' jitbaxxa malajr. It-tagħbija sospiżi mill-jib jistgħu jkunu mqandla b'blokka mgħaqda flimkien bil-ganċ jew twaħil ieħor li jerfa' tagħbija għal servizzi speċjali.

39. Kontenitur ta' skart mobbli

Kontenitur mfassal b'mod xieraq imwaħħal b'roti maħsuba biex jaħżnu skart temporanju, u li huwa mgħammar b'għatu

40. Mgħażqa tal-mutur

Magna li taħdem b'mutur proprju mfassla biex tkun pederstrian-controlled

- bl-appoġġ ta' rota(i) jew mingħajru, b'mod bħal dan li l-elementi li jaħdmu tagħha jaġixxu bħala għodda li tgħażaq biex jassiguraw propulsjoni (imgħażqa tal-mutur), u

- mekkanizzata b'rota waħda jew varji direttament attivati mill-magna u mgħammra b'għodda ta' mgħażqa (mgħażqa tal-mutur b'roti li jimxu)

41. Finalizzatur ta' toroq

Magna ta' kostruzzjoni ta' toroq mobbli użata għall-għan li tapplika saffi ta' materjal ta' kostruzzjoni bħal taħlit tal-bitumen, konkrit u ramel fuq uċuħ. Finalizzaturi ta' toroq jistgħu jkunu mgħammra bi screed ta' kompressjoni għolja.

42. Tgħammir ta' pilastri

Installazzjoni ta' pile u tgħammir ta' estrazzjoni, eż. martelli ta' impatt, estrattturi, vibraturi jew mezzi ta' mbuttar/ġbid ta' safef li ma jiċċaqlaqx ta' twaħħil flimkien ta' magni jew komponenti użati għall-installazzjoni jew estrazzjoni ta' safef, li jinkludu wkoll:

- manuvri ta' piling li jikkonsistu f'magna ta' ġarr (crawler, immuntata b'rota jew virga, twaħħil ta' galleġġjant prinċipali jew sistema priċipali jew ta' gwida,

- aċċessorji, eż. kapsijiet ta' pile, helmets, pjanċi, segwaċi, mezzi ta' rbit, mezzi ta' maneġġar ta' pile, gwida ta' pile, gvieret akustiċi u mezzi ta' assorbazzjoni ta' xokk/vibrazzjoni, pakketti/ġeneraturi ta' qawwa u mezzi ta' rfigħ personali jew pjattaformi.

43. Tqegħid tal-pajpijiet

Magna taħdem b'mutur proprju li tikaxkar jew bir-roti speċifikament imfassal biex timmaniġġa u tqiegħed pajpijiet u ġġorr tagħmir ta' pajpijiet. Il-magna, ta' liema disinn huwa bbażat fuq tractor, għandu komponenti mfassla speċjali bħal undercarriage, kwadru prinċipali, kontrapiż, travu u makkaniżmu ta' travu ta' tagħbija, u travu tal-ġenb li jdur vertikali.

44. Piste caterpillar

Magna li taħdem b'mutur proprju li titkaxkar użata biex tagħmel forza ta' mbuttar jew ġibda fuq borra jew silġ tul tagħmir immuntat.

45. Ġeneratur ta' qawwa

Kwalunkwe mezz li jkollu miegħu magna ta' kombustjoni interna li tmexxi ġeneratur elettriku li jdur li jipproduċi forniment kontinwu ta' qawwa elettrika.

46. Xkupa ta' qawwa

Magna ta' kollezzjoni li tiknes li jkollha tagħmir li jiknes irdim fil-passaġġ ta' ġbid ta' ġewwa li imbagħad b'mod pnewmatiku ta' veloċitá għolja ta' ġett ta' arja jew b'sistema ta' ġbir mekkaniku li tgħaddi l-irdim lill-kollettur ta' skart. Il-mezzi ta' knis u kollezzjoni jistgħu jkunu jew mmuntati ma' vettura proprja ta' xażi ta' trakk jew inkorporat mal-ġisem tax-xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta' qafas li jinbidel.

47. Vettura ta' ġbir ta' skart

Vettura mfassal għall-ġbir jew trasportazzjoni ta' skart domestiku u goff ibbażat fuq tagħbija via kontenituri jew bl-idejn. Il-vettura tista' tkun mgħammra b'mekkaniżmu ta' kompressur. Vettura ta' ġbir ta' skart jkollha fiha xażi b'kabina fuq liema l-qafas huwa mmuntat. Tista' tkun mgħammra mezz ta' kontenitur li jerfa'.

48. Magna ta' tkissir ta' toroq

Magna mobbli wżata biex tneħħi materjal minn uċuħ ta' toroq li tuża korp ċilindriku li jaħdem bil-qawwa, fuq liema wiċċ għodda ta' tkissir huma mwaħħla; it-tnabar li jaqtgħu jduru matul l-operazzjoni ta' qtugħ.

49. Scarifier

Magna bil-qawwa li timxi fuq wara ta' trakk jew fuq trakk li tuża l-art biex tiddetermina l-fond ta' qtugħ u li hija mgħammra bi twaħħil flimkien xierqa biex taqsam jew tobrox il-wiċċ ta' ħaxix f'ġonna, postijiet ta' rikrejazzjoni jew żoni simili.

50. Magna li tqatta' biċċiet/li tfarrak

Magna bil-qawwa mfassal għal użu f'posizzjoni stazzjonarja li jkollom mezz wieħed jew aktar li jaqtgħu għall-għan biex inaqqsu materjal goff organiku f'biċċiet żgħar. Ġeneralment tikkonsisti f'fetħa minn fejn jimtela' materjal (li jista' jinżamm b'apparat jew le) huwa mdaħħal, mezz li jaqta' materjal bi kwalunkwe metodu (qtugħ, tqatta', tfarrak jew metodi oħra) u tubu ta' rmigħ minn fejn il-materjal maqtugħ huwa mormi. Mezz ta' ġbir jista' jitwaħħal.

51. Magna li tneħħi l-borra b'għodda li ddur

Magna b'liema tista' titneħħa borra minn żoni traffikużi b'mezzi li jduru, aċċellerati u mitfugħa b'mezzi ta' neffieħa.

52. Vettura li tiġbed

Vettura mgħammra b'mezz li tiġbor ilma, tajn, ċaflis, skart jew materjal simili minn katusi u kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' vakum. Il-mezz tista' jew tkun immuntata jew fuq xażi ta' trakk proprju ta' vettura jew inkorporata fuq il-ġisem tax-xażi tagħha. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta'qafas li jinbidel.

53. Krejn li jintrama

Il-krejn slewing jib bil-jib li tinsab mal-parti ta' fuq tat-torri li jkun approssimatament vertikali meta jitħaddem. Dan l-apparat li jaħdem bl-elettriku huwa mgħammar b'mezzi biex jgħollu jew ibaxxu tagħbija u għall-moviment ta' tagħbija bħal din billi jibdlu r-radius ta' l-irfigħ ta' tagħbija, tidwir, vjaġġar ta' l-apparat komplet. Ċertu apparati jaqdu x'uħud imma mhux neċessarjament mhux il-movimenti kollha. L-apparat jista' jkun installat f'posizzjoni fissa jew mgħammar b'mezzi għal tneħħija minn post jew tixbit.

54. Moħriet għaż-zerriegħa

Magna li tiċċaqlaq weħidha, mriekba fuq jew ikkontrollata minn pedestrian, li titkaxkar jew bir-roti, li jkollha rbit jew twaħħil ta' skavatur immuntat fuq quddiem jew wara, primarjament mfassla biex tipproduċi moħriet f'operazzjoni kontinwa, tul mozzjoni tal-magna.

55. Trakk tat-tħallit

Vettura li hija mgħammra bi travu biex jittrasporta konkrit diġa mħallat mill-pjanta ta' taħlit ta' konkrit għall-lok tax-xogħol; it-travu jista' jdur meta l-vettura tinstaq jew tkun wieqfa It-travu huwa żvojtat fuq il-post tax-xogħol billi jdur it-travu. It-travu huwa misjuq jew b'magna tas-sewqan tal-vettura jew b'magna supplementari.

56. Unitá ta' pompa ta' l-ilma

Magna li tikkonsisti f'pompa ta' l-ilma nnifisha u s-sistema tas-sewqan. Pompa ta' l-ilma tfisser magna biex ittella' ilma minn livell ta' enerġija baxx għal livell għoli.

57. Ġeneratur ta' weldjar

Kwalunkwe mezz li jdur li jipproduċi kurrent ta' weldjar.

--------------------------------------------------

ANNESS II

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-KE

Id-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għandu jkollha l-partikolarijiet li ġejjin:

- isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá

- isem u indirizz tal-persuna li żżomm id-dokumentazzjoni teknika

- deskrizzjoni tat-tagħmir

- proċedura ta' stima ta' konformitá sewgita, u, fejn xieraq, isem u indirizz tal-korp notifikat involut

- livell ta' qawwa ta' ħoss imkejjel jew tagħmir rappreżentat għal dan it-tip

- livell ta'qawwa ta' ħoss garantit għal dan it-tagħmir

- referenza għal din id-Direttiva

- id-dikjarazzjoni li t-tgħammir jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva

- fejn xieraq, id-dikjarazzjoni(jiet) ta' konformitá u referenzi tad-Direttivi ta' Komunitá oħrajn applikat

- il-post u data tad-dikjarazzjoni

- partikolaritajiet tal-firmatarju awtorizzat biex jiffirma d-dikjarazzjoni legali li torbot għall-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODU TA' TKEJJIL TA' ĦOSS FL-ARJA EMESS MINN TAGĦMIR GĦALL-UŻU TA' BARRA

Skop

Dan l-Anness iniżżel il-metodu ta' tkejjil ta' ħoss fl-arja li għandu jkun użat għad-determinazzjoni tal-livelli ta' qawwa ta' ħoss ta' tagħmir kopert minn din id-Direttiva bi skop għall-proċeduri ta' konformitá ta' stima ta' din id-Direttiva.

Parti A ta' dan l-Anness għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) iniżżel

- standards bażiċi ta'emissjoni ta' ħoss

- supplimenti ġenerali għal dawn l-istandards bażiċi ta'emissjoni ta' ħoss

biex ikejlu l-livell ta' pressjoni ta' ħoss fuq wiċċ ta' tkejjil li jgħatti s-sors u għall-ikkalkular tal-livell ta' qawwa ta' ħoss prodott mis-sors.

Parti B ta' dan l-Anness għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) iniżżel

- standard bażiku ta'emissjoni ta' ħoss irrakkomandat li jinkludi

- referenza għall-istandard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss magħżul minn Parti A

- iż-żona ta' prova

- il-valur tal-kostanti K2A

- il-forma tal-wiċċ tat-tkejjil

- in-numru u posizzjoni ta' mikrofoni li għandhom jintużaw

- kondizzjonijet operattivi jinkludu

- ir-referenza għal standard, jekk hemm

- bżonnijiet li jirrelataw għall-immuntar tat-tagħmir

- metodu biex ikunu kkalkulati l-livelli ta' qawwa ta' ħoss li jirriżultaw fil-każ li x'uħud mill-provi b'kondizzjonijiet operattivi għandhom jintużaw

- aktar informazzjoni.

Meta jipprova tipi speċifiċi ta' tagħmir, il-produttur jew ir-rappreżentanti awtorizzat tiegħu fil-Komunitá jista' in ġenerali jagħżel wieħed mill-istandards bażiku ta' emissjoni ta' ħoss ta' Parti A u japplika l-kondizzjonijiet operattivi ta' Parti B għal dan it-tip speċifiku ta' tagħmir. Fil-każ ta' dubju, madankollu, l-istandard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss irrakkomandata mniżżel f'Parti B għandu jintuża flimkien mal-kondizzjonijet operattivi ta' Parti B.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

MUDELLI TAL-IMMARKAR TA' KONFORMITA TAL-KE U TA' L-INDIKAZZJONI TAL-LIVELL GARANTIT TA' QAWWA TA' ĦOSS

L-immarkar ta' konformitá tal-CE għandha tikkonsisti fl-inizjali "CE" li jieħdu l-forma li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka tal-CE hija mnaqqsa jew imkabbra skond id-daqs tat-tagħmir il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta' fuq għandhom ikunu rispettati. Il-komponenti varji tal-marka tal-CE għandu jkollhom sustanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.

L-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss għandu jikkonsisti f'numru singolu tal-qawwa ta' ħoss garantit f'4B, is-sinjal LWA u l pittogram jieħu l-forma li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka tal-CE hija mnaqqsa jew imkabbra skond id-daqs tat-tagħmir il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta' fuq għandhom ikunu rispettati. Madankollu, id-dimensjoni vertikali ta' l-indikazzjoni għandha, jekk possibbli, ma tkunx anqas minn 40 mm.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punt 2, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet tad-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8.

2. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga pesuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE..

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

- isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

- deskrizzjoni tat-tagħmir

- għamla

- isem ta' kummerċ

- tip, serje u numri

- it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu

- ir-referenza għal din id-Direttiva

- ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

- l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.

4. Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI MA' STIMA TA' DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U KONTROLL PERJODIKU

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura pprovduta mill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punti 2, 5 u 6 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8.

2. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga persuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá ta' KE.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

- isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

- deskrizzjoni tat-tagħmir

- għamla

- isem ta' kummerċ

- tip, serje u numri

- it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu

- ir-referenza għal din id-Direttiva

- ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

- l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.

4. Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f 'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva.

5. Evalwazzjoni mill-korp notifikat qabel ma jitqiegħed fis-suq

Il-produttur, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jippreżenta kopja tad-dokumentazzjoni teknika lill-korp notifikat ta' għażla tiegħu qabel l-ewwel oġġett ta' tagħmir jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed f'servizz.

Jekk hemm dubji dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, u, jekk ikun hemm bżonn, jagħmel, jew kien għamel modifiki għad-dokumentazzjoni teknika, jew possibli, provi għandhom jitqiesu neċessarji.

Wara li l-korp notifikat joħroġ rapport li jikkonferma li d-dokumentazzjoni teknika tissodisfa d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá jista' jwaħħal il-marka tal-CE mat-tagħmir u joħroġ dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikoli 11 u 8, għal liema għandu jkollu risponsabbiltá kompleta.

6. Evalwazzjoni mill-korp notifikat matul produzzjoni

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jinvolvi aktar il-korp notifikat fil-fażi ta' produzzjoni skond waħda mill-proċeduri li għandhom jintgħażlu mill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá:

- il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli perjodiċi sabiex jivverifika qbil kontinwu tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva; b'mod partikolari il-korp notifikat għandu jikkonċentra fuq:

- il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,

- ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,

- l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss,

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jagħti l-korp notifikat aċċess ħieles tad-dokumentazzjoni interna kollha li jappoġġaw dawn il-proċeduri, r-riżultati attwali tar-reviżjonijiet interni u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu, jekk hemm.

Jekk il-kontrolli imsemmija aktar ‘il fuq biss jagħtu riżultati mhux sodisfaċenti, il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli ta' ħoss, li, fuq il-ġudizzju u esperjenza tiegħu, jista' jkun simplifikat jew kompletament magħmul skond id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Anness III għat-tip ta' tagħmir relevanti,

- il-korp notifikat għandu jagħmel jew għamel kontroll ta' prodott f'intervalli kif ġie ġie. Kampjun adegwat tat-tagħmir finali, magħżul mill-korp notifikat, għandu jkun eżaminat u provi ta' ħoss xierqa għandhom jitniżżlu fl-Anness III, jew provi ekwivalenti, għandhom isiru biex jikkontrollaw il-konformitá tal-prodott mal-bżonnijiet relevanti tad-Direttiva. Il-kontroll ta' prodott għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:

- il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,

- ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,

Fiż-żewġ proċeduri, il-frekwenza tal-kontrolli għanda tkun definita mill-korp notifikat skond ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet ta' qabel, il-bżonn biex għal azzjonijiet ta' kontroll korrettiv u aktar gwida għall-frekwenza tal-kontrolli li jistgħu jingħataw mill-produzzjoni ta' kull sena u sikurezza ġenerali tal-produttur biex iżżomm il-valuri garantiti; madankollu għandu jsir kontroll ta' l-inqas darba kull tliet snin.

Jekk hemm dubju dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika jew iż-żamma waqt il-produzzjoni, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.

F'dawk il-każijiet fejn tagħmir ikkontrollat ma jaqbilx mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu javża lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel in-notifika.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

UNITÀ TA' VERIFIKA

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir li nħareġ maċ-ċertifikat imsemmi f'punt 4 jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka tal-CE supplementata mill-informazzjoni kif meħtieġa fl-Artikolu 11 għat-tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE imsemmi fl-Artikolu 8.

2. L-applikazzjoni għal unitá ta' verifika għandha ssir mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá lil korp notifikat magħżul minnu.

Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u indirizz tal-produttur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, l-isem u indirizz flimkien ma'

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma saritx ma' kwalunkwe korp notifikat ieħor

- dokumentazzjoni teknika li taqbel mal-bżonnijiet mniżżla hawn:

- deskrizzjoni tat-tagħmir

- isem ta' kummerċ

- tip, serje u numri

- it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex jinftiehmu biex jinftiehmu

- ir-referenza għal din id-Direttiva

3. Il-korp notifikat għandu:

- jeżamina jekk it-tagħmir kien magħmul bi qbil mad-dokumentazzjoni teknika

- jaqbel ma' l-applikant il-post fejn, skond din id-Direttiva, għandhom isiru l-provi ta' ħoss

- skond din id-Direttiva, jagħmel jew jara li jsiru l-provi ta' ħoss meħtieġa.

4. Fejn it-tagħmir jilħaq il-bżonnijiet ta' din id-Direttva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' konformitá ma' l-applikant deskritt fl-Anness X.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' konformitá, għandu jiddikjara r-raġunijiet dettaljati għaċ-ċaħda.

5. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikat ta' konformitá għal perjdou ta' 10 snin mid-data li fiha t-tagħmir jitqiegħed fis-suq.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ SĦIĦA

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-produttur li jissodisfa l-obbligi ta' punt 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa il-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka tal-CE supplementata mill-informazzjoni kif meħtieġa fl-Artikolu 11 għat-tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE imsemmi fl-Artikolu 8.

2. Il-produttur għandu jopera sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá approvata għal disinn, produzzjoni u spezzjoni finali ta' prodott u ppruvar kif speċifikat f'punt 2 u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

3. Sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá

3.1. Il-produttur għandu jagħmel applikazzjoni għal stima ta' sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá tiegħu ma' korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni kollha relevanti għall-kategorija ta' prodott maħsub, li jinkludi dokumentazzjoni teknika tat-tagħmir kollu f'fażi ta' disinn jew produzzjoni li għandu jkollu ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

- isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

- deskrizzjoni tat-tagħmir

- għamla

- isem ta' kummerċ

- tip, serje u numri

- it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex jinftiehmu

- ir-referenza għal din id-Direttiva

- ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

- l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss,

- kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE

- id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kwalitá ta' assigurazzjoni.

3.2. Is-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni għandha tassigura qbil tal-prodott mal-bżonnijiet tad-Direttivi li japplikaw għaliha

L-elementi kollha, bżonnijiet u disposizzjonijiet addottati mill-produttur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordinat fil-forma ta' politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni ta' sistema ta' kwalitá ta' assigurazzjoni għandha tippermetti ftehim komuni tal-politika u proċeduri ta' kwalitá bħal programmita' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

3.3. Għandu jkollhom b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta'

- l-objettivi ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, risponsabbilitajiet u poteri ta' l-amministrazzjoni dwar disinn u kwalità ta' prodott

- id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal għal kull prodott, li jkollu ta' l-inqas l-informazzjoni indikata f'punt 3.1 għad-dokumentazzjonijiet tekniċi msemmija hemm

- il-kontroll ta' disinn u t-tekniċi għall-verifika ta' disinn, proċeduri u azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw meta jiddisinjaw il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-kategorija ta' tagħmir koperta

- il-produzzjoni li tikkorrispondi, kontroll ta' kwalità u assigurazzjoni teknika ta' kwalità, proċeduri u azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw

- l-eżaminazzjonijiet u prova li jsiru qabel, waqt u wara l-produzzjoni, u b'liema frekwenza se jsiru

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjonijiet u tagħrif ta' prova, data ta' kalibrazzjoni, rapporti ta' kwalifikazzjoni tal-persunal ikkonċernat, eċċ.

- il-mezzi biex jikkontrollaw il-kisba tad-disinn meħtieġ u l-kwalità ta' prodott u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni biex jiddetermina jekk tissodisfax il-bżonnijiet imsemmija f'punt 3.2. Għandha titqies konformità ma' dawn il-bżonnijet skond is-sistemi ta' kwalità ta' assigurazzjoni li jimplimentaw EN OSI 9001.

It-team ta' revisjonijet għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza bħala stimatur fit-tagħmir teknoloġiku kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi żjara ta' stima lill-fondi tal-produttur.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-produttur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjoni ta' l-eżaminazzjoni u l-istima ta' deċiżjoni raġunata.

3.4. Il-produttur għandu jimpenja ruħu biex iwettaq l-obbligi li jinqalgħu tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni kif approvata u biex jżommha b'mod adegwat u effiċenti.

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtroizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunità għandu jżomm lill-korp notifikat li approva s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni informat bi kwalunkwe aġġornament tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jevalwa t-tibdil proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni mibdula tibqa' tissodisfa l-bżonnijiet imsemmija f'punti 3.2 jew jekk tinħtieġx stima mill-ġdid.

Għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-produttur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta' l-eżaminazzjoni u d-deċiżjoni ta'stima rraġunata.

4. Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza hu li tassigura li l-produttur iwettaq l-obbligi li jinqalgħu mis-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni approvata.

4.2. Il-produttur għandu jħalli lill-korp notifikat jidħol għal għanijiet ta' spezzjoni għall-postijiet ta' disinn, produzzjoni, spezzjoni u kontroll, u tiħżin u għandu jipprovdih bl-informazzjoni meħtieġa, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni

- ir-reġistri ta' kwalità maħsuba mill-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni, bħal riżultati ta' analiżi, kalkoli, provi, eċċ.

- ir-reġistri ta' kwalità mill-parti ta' produzzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif ta' prova, rapporti ta' kwalifiki tal-persunal kkonċernat, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament jagħmel reviżjonijiet biex jassigura li l-produttur jmantni u japplika s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni u għandu jipprovdi rapport ta' revizjoni lill-produttur.

4.4. B'żieda ma' dan il-korp notifikat jista' jagħmel żjajar mhux previsti lill-produttur. Matul żjajar bħal dawn il-korp notifikat jista' jagħmel, jew jikkawża li jagħmel, testijiet biex jivverifikaw li s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni qed taħdem tajjeb, jekk neċessarju. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-produttur b'rapport ta' żjara u, jekk sar test, b'rapport tat-test.

5. Il-produttur għandu, għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara l-aħħar tagħmir kien magħmul, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' punt 3.1 ta' dan l-Anness

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu ta' punt 3.4

- id-deċiżjonijiet u rapport mill-korp notifikat imsemmija fil-paragrafu finali ta' punt 3.4, punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jagħti l-korpi notifikati oħra l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna approvazzjonijiet ta' sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni maħruġa u rtirata.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU IN KUNSIDERAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKI TA' KORPI

1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-istaff responsabbli biex jagħmul operazzjonijiet ta' verifika jistgħu jkunu la d-disinjaturi, bennej, fornitur jew installatur tat-tagħmir u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' kwalunkwe minn dawk il-partijiet. Jistgħu jsiru nvoluti la direttament u l-anqas bħala rappreżentati awtorizzati fid-disinn, kostruzzjoni, marketing jew manutenzjoni ta' tagħmir bħal dan l-anqas jirrapreżenta l-partijiet magħquda fl-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbilitajiet ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-produttur u l-korp.

2. Il-korp u l-istaff tiegħu għandu jagħmel l-istimi u l-verifiki bl-għola grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandu jkun ħieles mill-pressjonijiet kollha u inċentivi, partikolarment finanzjarja, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tax-xogħol tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b' interess fir-riżultati ta' verifika.

3. Il-korp għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-istaff meħtieġ u jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa biex iħallieħ jagħmel sew ix-xogħol tekniku u amministrattiv konnes ma' operazzjonijiet ta' spezzjoni u sorveljanza; għandu jkollu wkoll stima għat-tagħmir meħtieġ għal kwalunkwe verifika speċjali.

4. L-istaff responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollu;

- taħriġ san, tekniku u professjonali

- tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-istima ta' dokumentazzjoni teknika

- tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-provi li jagħmlu u esperjenza prattika adegwata ta' provi bħal dawn

- l-abbilità li jfasslu ċ-ċertifikati, reġistri u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw il-preżentazzjoni tal-provi.

5. L-imparzjalità ta' staff li jispezzjona għandha tkun garantita. Ir-rimunerazzjoni m'għandhiex tiddependi fuq in-numru ta'provi magħmula jew ir-riżultati ta' provi bħal dawn

6. Il-korp għandu joħroġ l-assigurazzjoni ta' responsabbilità sakemm ir-responsabbilità tagħha hija meħuda mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu huwa direttament risponsabbli għall-provi.

7. L-istaff tal-korp għandu josserva segretezza professjonali dwar l-informazzjoni kollha miksuba billi jsiru l-provi tagħhom (minbarra l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istati f'liema qed isiru l-attivitajiet) taħt din id-Direttiva jew kwalunke disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jagħtu effett lilha

--------------------------------------------------

ANNESS X

UNITA TA' VERIFIKA

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÁ

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top