EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0642

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l- arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni

ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2021; Imħassar b' 32019L1153

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/642/oj

32000D0642



Official Journal L 271 , 24/10/2000 P. 0004 - 0006


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta' Ottubru 2000

li tikkonċerna l- arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni

(2000/642/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-pjan ta' l-azzjoni sabiex jiġġieled il-kriminalità organizzata kien ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam tas-16 sas-17 ta' Ġunju 1997 [1]. Il-pjan ta' azzjoni irrakkomanda, partikolarment fir-rakkomandazzjoni 26(e), li għandu jkun hemm titjib fil-koperazzjoni bejn il-punti kompetenti tal-kuntatt sabiex jirċievu rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-money laundering [2].

(2) L-Istati Membri kollha stabbelixxew unitajiet ta' l-intelliġenza finanzjarja (FIUs) sabiex jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni akkwistat permezz tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/308/KEE bl-għan li jistabilixxu r-rabtiet bejn transazzjonijiet finanzjari suspettużi u l-attività kriminali sabiex jipprevenu u jikkumbattu l-money laundering.

(3) Titjib fil-mekkaniżmi għal-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-FIUs hija waħda mill-oġġettivi rikonoxxuti mill-Grupp ta' l-Esperti dwar il-Money Laundering stabbilit fi ħdan il-Grupp Multidixxipplinarju dwar il-Kriminalità Organizzata, flimkien ma titjib fil-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-FIUs u l-awtoritajiet investigattivi fl-Istati Membri u fl-organizzazzjoni multidipplixxinarju tal-FIUs, sabiex jinkoroporaw għarfien tas-setturi finanzjarji, ta' l-infurzar tal-liġijiet u ġudizzjarji.

(4) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Marzu 1995 aċċennaw il-fatt li t-tisħieħ tas-sistemi għall-ġlieda kontra l-money laundering jiddependi minn koperazzjoni eqreb bejn l-awtoritajiet differenti involuti fil-ġlieda tiegħu.

(5) It-tieni rapport tal-Kummissijoni lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/308/KEE jidentifika d-diffikultajiet li għandhom jidhru li jipprevjenu l-komunikazzjoni u l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn ċerti unitajiet li għandhom status legali differenti.

(6) Huwa meħtieġ li ssir koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri involuti fil-ġlieda kontra l-money laundering u li ssir disposizzjoni għall-komunikazzjoni diretta bejn dawk l-awtoritajiet.

(7) Diġa ġew adottati b'suċċess arranġamenti mill-Istati Membri b'relazzjoni ma' din il-materja, ibbażati primarjament fuq il-prinċipji stabbiliti fil-mudell ta' memorandum tal-ftehim propost min-network informali dinjija tal-FIUs referuta bħala "il-Grupp Egmont".

(8) L-Istati Membri għandhom jorganizzaw l-FIUs b'tali mod sabiex jassiguraw li dik l-informazzjoni u d-dokumenti jkunu ippreżentati fi spazju ta' żmien raġjonevoli.

(9) Din id-Deċiżjoni ma taffettwax xi Konvenzjoni jew arranġament li jirrigwardja l-għajnuna reċiproka f'materji kriminali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-FIUs, stabbiliti jew nominati sabiex jirċievu l-isvelar ta' l-informazzjoni finanzjarja għall-għan li jikkumbattu l-money laundering għandhom jikkoperaw sabiex iqabblu, janalizzaw u jinvestigaw l-informazzjoni relevanti fi ħdan il-FIUs dwar kwalunkwe fatt li jista' jkun ta' indikazzjoni tal-money laundering b'konformità mal-poteri nazzjonali tagħhom.

2. Għall-għanjiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-FIUs iwettqu skambju, fuq bażi spontanja jew mat-talba u jew inkella b'konformità ma' din id-Deċiżjoni jew b'konformità mal-memoranda eżistenti jew futuri tar-rikonoxximent, kull informazzjoni disponibbli li tista' tkun relelvanti għall-ipproċessar jew l-analiżi ta' l-informazzjoni jew għal investigazzjoni mill-FIUs li tirrigwarda transazzjonijiet finanzjarji relatati mal-money laundering u l-persuni naturali jew legali involuti fihom.

3. Meta Stat Membru jinnomina awtorità tal-pulizija bħala l-FIUs tiegħu, dan jista' jforni l-informazzjoni li tkun għand dik il-FIUs sabiex iwettaq l-iskambju bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni ma' l-awtorità tal-Istat Membru riċevitur innominat għal dak il-għan u li huwa kompetenti fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-FIUs għandhom ikunu unità waħda għal kull Stat Membru u għandhom ikunu konformi għad-definizzjoni li ġejja: "Unità ċentrali, nazzjonali li, sabiex tiġġieled il-money laundering, hija risponsabbli sabiex tirċievi (u għall-estent permessibli, titlob), tanalizza u tqassam fost l-awtoritajiet kompetenti, sveljar ta' l-informazzjoni finanzjarja li tikkonċerna atti suspettużi ta' kriminalità jew li huma meħtieġa minn leġislazzjoni jew regolament nazzjonali".

2. Fil-kuntest tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jistabilixxi unità ċentrali għall-għan li tirċievi jew tittrasmetti l-informazzjoni lejn. jew minn għand, l-aġenziji diċentralizzati.

3. L-Istati Membri għandhom jindikaw liema unità hija FIUs fil-qofol tat-tifsira ta' dan l-Artikolu. Dawn għandhom jinnotifikaw bil-miktub din l-informazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Din in-notifika ma taffettwax relazzjonijiet kurrenti li jikkonċernaw il-koperazzjoni bejn il-FIUs.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operat tal-funzjonijiet tal-FIUs f'din id-Deċiżjoni m'għandux ikun affettwat mill-istatus intern tagħhom, minkejja l-fatt jekk humiex awtoritajiet amministrattivi, ta' l-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji.

Artikolu 4

1. Kull talba li ssir permezz ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn stqarrija fil-qosor tal-fatti relevanti magħrufa lill-FIUs li tagħmel it-talba. Il-FIUs għandha tispeċifika fit-talba dwar kif sejra tintuża l-informazzjoni miksuba.

2. Meta ssir talba b'konformità ma' din id-Deċiżjoni, il-FIUs mitluba għandha tipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha, li tinkludi l-informazzjoni finanzjarja disponibbli u d-dettalji ta' l-enforzar tal-liġi mitluba, kif miksuba fit-talba, mingħajr il-ħtieġa ta' ittra ta' talba formali skond il-konvenzjonijiet jew il-ftehim applikabbli bejn l-Istati Membri.

3. FIUs jista' jiċħad li jiżvela l-informazzjoni li tista' toħloq ħsara għall-investigazzjoni kriminali li tkun qiegħda ssir fl-Istat Membru mitlub jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar ta' l-informazzjoni tkun kjarament mhux proporzjonata għall-interessi leġittimi ta' persuna naturali jew legali jew tal-Istat Membru ikkonċernat jew li inkella ma tkunx b'konformita mal-prinċipji fundamentali tal-liġi nazzjonali. Kull ċaħda bħal din għandha tkun spegjata b'mod xieraq lill-FIUs li jkun jitlob l-informazzjoni.

Artikolu 5

1. L-informazzjoni jew id-dokumenti miksuba permezz ta' din id-Deċiżjoni huma intiżi li jintużaw għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1).

2. Meta t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni jew tad-dokumenti bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni, il-FIUs li twettaq it-trasmissjoni tista' timponi restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet dwar l-użu ta' l-informazzjoni għall-għanijiet apparti minn dawk stipulati fil-paragrafu 1. Il-FIUs li tirċievi għandha tkun konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet u kondizzjonijiet.

3. Meta Stat Membru jixtieq li juża l-informazzjoni jew id-dokumenti trasmessi għall-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet kriminali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), l-Istat Membru li jittrasmetti ma jistax jiċħad li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan l-użu sakemm ma' jagħmilx dan abbażi tar-restrizzjonijiet permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew tal-kondizzjonijiet referuti fl-Artikolu 4(3). Kwalunkwe ċaħda għall-għoti tal-kunsens għandha tkun spjegata b'mod xieraq.

4. Il-FIUs għandhom iwettqu il-miżuri kollha meħtieġa, li jinkludu miżuri ta' sigurtà, sabiex jassiguraw li l-informazzjoni ippreżentata permezz ta' din id-Deċiżjoni ma tkunx aċċessibbli għall-ebda awtoritajiet, aġenziji jew dipartimenti oħrajn.

5. L-informazzjoni ippreżentata għandha tkun protetta, b'konformità mal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni ta' Individwi f'dak li jirrigwardja l-Iproċċessar Awtomatiku ta' Data Personali u li jittieħed akkont tar-Rakkomendazzjoni Nru R(87)15 tal-15 ta' Settembru 1987 tal-Kunsill ta' L-Ewropa li Tirregola l-Użu ta' Data Personali fis-Settur tal-Pulizija, b'mill-inqas l-istess regoli ta' kunfidenzalità u protezzjoni ta' data personali bħal dawk li applikabbli taħt il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-FIUs li tkun tagħmel it-talba.

Artikolu 6

1. Il-FIUs jistgħu, fi ħdan il-limiti tal-liġi nazzjonali applikabbli u mingħajr talba għal dak l-effett, iwettqu skambju ta' l-informazzjoni relevanti.

2. L-Artikolu 5 għandu jkun japplika fir-rigward ta' l-informazzjoni mgħoddija permezz dan l-Artikolu.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal, u jaqblu dwar, il-kanali xierqa u protetti tal-komunikazzjoni bejn il-FIUs.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tkun implimentata mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri lejn il-Europol, kif ġew stabbiliti fil-Konvenzjoni Europol.

Artikolu 9

1. Sa l-estent ta' dak il-livell ta' koperazzjoni bejn il-FIUs, kif espressa fil-memoranda ta' ftehim konkluż jew li għandu jkun konkluż bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, huwa kompatibbli ma' din id-Deċiżjoni jew imur lill-hinn mid-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, m'għandux ikun affettwat b'din id-Deċiżjoni. Meta id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni imorru lill-hinn mid-disposizzjonijiet ta' xi memorandum ta' qbil konkluż bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, din id-Deċiżjoni għandha twarrab tali il-memoranda ta' qbil sentejn wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li huma jkunu jistgħu jikkoperaw bis-sħiħ b'konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard minn tlett snin wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

3. Il-Kunsill għandu jagħmel stima tal-konformità tal-Istati Membri ma' din id-Deċiżjoni fi żmien erba' snin mid-data li fiha tidħol fis-seħħ, u jista' jiddeċiedi li jkompli b'tali stimi fuq bażi regolari.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli għal Ġibiltà. Għal dan l-effett, minkejja l-Artikolu 2, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar FIUs f'Ġibiltà.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mis-17 ta' Ottubru 2000.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

É. Guigou

[1] ĠU C 251, ta' l-15.8.1997, p. 1.

[2] ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77.

--------------------------------------------------

Top