This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0085
Council Directive 1999/85/EC of 22 October 1999 amending Directive 77/388/EEC as regards the possibility of applying on an experiment basis a reduced VAT rate on labour-intensive services
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward il-possibbilità li tiġi applikata fuq bażi sperimentali rata mnaqqsa tal-VAT fuq servizzi li jinvolvu xogħol intensiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward il-possibbilità li tiġi applikata fuq bażi sperimentali rata mnaqqsa tal-VAT fuq servizzi li jinvolvu xogħol intensiv
ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112
Official Journal L 277 , 28/10/1999 P. 0034 - 0036
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward il-possibbilità li tiġi applikata fuq bażi sperimentali rata mnaqqsa tal-VAT fuq servizzi li jinvolvu xogħol intensiv IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) l-Artikolu 12(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq l-ammont tad-dħul min-negozju- sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima [4] tipprovdi li l-Istati Membri jistgħu japplikaw biss jew waħda jew l-oħra miż-żewġ rati mnaqqsa għall-provvisti ta' l-oġġetti u tas-servizzi tal-kategoriji speċifikati fl-Anness H mad-Direttiva 77/388/KEE; (2) madankollu, l-problema tal-qagħad hija serja b'mod illi dawk l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan għandhom jitħallew jesperimentaw b'metodi operattivi u impatt, f'termini ta' ħolqien tax-xogħol, ta' tnaqqis fir-rata tal-VAT fuq servizzi bażati li jinvolvu xogħol intensiv li ma humiex korrentment imniżżla fil-lista fl-Anness H; (3) din ir-rata mnaqqsa ta' VAT x'aktarx li tnaqqas l-inċentiv għan-negozji interessati li jidħlu jew jibqgħu mdaħħlin fl-ekonomija s-sewda; (4) madanakollu, d-dħul ta' tnaqqis mirat għalih fir-rata tal-VAT jista' jkollu impatt negattiv fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u fuq in-newtralità tat-taxxa; għandhom għalhekk isiru disposizzjonijiet sabiex tiddaħħal proċedura ta' awtorizzazzjoni għal perjodu sħiħ u definit biċ-ċar taż-żmien ta' tliet snin u biex l-iskop ta' din il-miżura jsir bla ħsara għal kondizzjonijiet stretti biex l-iskop jibqa' jista' jiġi verifikat u limitat; (5) minħabba n-natura sperimentali tal-miżura, għandha titwettaq stima dettaljata ta' l-impatt tagħha f'termini ta' ħolqien tax-xogħol u ta' l-effiċjenza ta' l-Istati Membri li jimplimentawha u mill-Kummissjoni; (6) il-miżura għandha tkun strettament limitata fiż-żmien u għandha tintemm mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002; (7) l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tinvolvi l-ebda emenda għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 77/388/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 28: "6. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kull Stat Membru li japplika għall perjodu massimu ta' żmien ta' tliet snin bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002 ir-rati mnaqqsa provduti fit-tielet sottoparagrafu ta' l-Artikolu 12(3)(a) għas-servizzi mniżżla fil-lista għall-massimu ta' tnejn mill-kategoriji dikjarati fl-Anness K. F'każi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jiġi awtorizzat li japplika r-rata mnaqqsa għas-servizzi għal tlieta mill-kategoriji msemmija hawn fuq. Is-servizzi involuti jridu jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin: (a) iridu jinvolvu xogħol intensiv; (b) iridu fil-biċċa l-kbira jiġu provduti direttament lill-konsumaturi aħħarin; (ċ) iridu prinċipalment ikunu lokali u x'aktarx li ma joħolqux tagħwiġ fil-kompetizzjoni; (d) irid ikun hemm rabta mill-qrib bejn il-prezzijiet iktar baxxi li jirriżultaw mit-tnaqqis tar-rata u ż-żieda prevista għad-domanda u għax-xogħol. L-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa ma tridx tippreġudika l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Kull Stat Membru li jixtieq idaħħal il-miżura provduta fl-ewwel sottoparagrafu għandu jgħarraf lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Novembru 1999 u għandu jipprovdiha minn qabel din id-data bil-partikolaritajiet rilevanti, u partikolarment b'dan li ġej: (a) l-iskop tal-miżura u deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi involuti; (b) partikolaritajiet li juru illi jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet preskritti fit-tieni u t-tielet sottoparagrafi; (ċ) partikolaritajiet li juru n-nefqa skond l-estimi tal-miżura prevista. Dawk l-Istati Membri awtorizzati li japplikaw ir-rata mnaqqsa riferita fl-ewwel sottoparagrafu għandhom, qabel l-1 ta' Ottubru 2002, ifasslu rapport dettaljat li jkun fih stima ġenerali ta' l-effettività tal-miżura notabbilment f'termini dwar il-ħolqien tax-xogħol u dwar l-effiċjenza. Qabel il-31 ta' Diċembru 2002 il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni globali lill-Kunsill u lill-Parlament akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposta għal miżuri xierqa għal deċiżjoni finali dwar ir-rata tal-VAT applikabbli għas-servizzi bażati fuq servizzi li jinvolvu xogħol intensiv." 2. Għandu jiżdied l-Anness ġdid K kif dikjarat fl-Anness ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ottubru 1999. Għall-Kunsill Il-President S. Mönkäre [1] ĠU C 102, tat-13.4.1999, p. 10. [2] ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 105. [3] ĠU C 209, tat-22.7.1999, p. 20. [4] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/59/KE (ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 63). -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS K Il-lista tal-provvisti tas-servizzi riferiti fl-Artikolu 28(6) 1. Servizzi żgħar ta' tiswija: - roti (bicycles) - żraben u oġġetti tal-ġilda, - ilbies u għażel tad-dar (inklużi t-tiswija u l-alterazzjoni). 2. Ir-rinovazzjoni u t-tiswija ta' djar privati, għajr il-materjali li jiffurmaw parti sinifikattiva mill-valur tal-provvista. 3. Tindif ta' twieqi u tindif fi djar privati. 4. Servizzi ta' għajnuna domestika (e.g. għajnuna fid-dar u kura taż-żgħar, tax-xjuħ, tal-morda jew tad-diżabbli). 5. Qtugħ (u servizzi) tax-xagħar. --------------------------------------------------