This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998L0059
Council Directive 98/59/EC of 20 July 1998 on the approximation of the laws of the Member States relating to collective redundancies
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi
ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/10/2015
Official Journal L 225 , 12/08/1998 P. 0016 - 0021
Id-Direttiva Tal-Kunsill 98/59/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], (1) Billi għar-raġunijet ta' ċarezza u razzjonalità d-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE tas-17 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' redundancies kollettivi [3] għandhom jiġu kkonsolidati; (2) Billi huwa importanti li jkun hemm iżjed protezzjoni għall-ħaddiema fil-każ ta' redundancies kollettivi waqt li jittieħed kont tal-bżonn ta' żvilupp ibbilanċjat ekonomiku u soċjali fil-Komunità; (3) Billi, minkejja ż-żieda ta' konverġenza, jibqgħu differenzi bejn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar l-arranġamenti prattiċi u l-proċeduri għal din ir- redundancy u l-miżuri intenzjonati biex iserrħu mill-konsegwenzi tar- redundancy tal-ħaddiema; (4) Billi dawn id-differeni jistgħu jkollom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern; (5) Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 1974 dwar programm ta' azzjoni soċjali [4] għamlet dispożizzjoni għal-direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar il- redundancies kollettivi; (6) Billi l-Karta tal-Komunità dwar id-drittijiet soċjali fundamentali tal-ħaddiema, li ġiet adottata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Strasbourgu fid-9 ta' Diċembru 1989 mill-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern tal-ħdax-il Stat Membru, tgħid, inter alia , fil-punt 7, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza, u fit-tieni paragrafu; fil-punt 17, l-ewwel paragrafu; u fil-punt 18, it-tielet inċiż: "7. Il-kompletazzjoni tas-suq intern għandha twassal għal titjib fil-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol fil-Komunità Ewropea (…). It-titjib għandu jkopri, meta neċessarju, l-iżvilupp ta' ċerti aspetti tar-regolamenti ta' l-impjieg bħal proċeduri għall- redundancies kollettivi u dawk li jirrigwardaw il-falliment. (…) 17. L-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni għall-ħaddiema għandhom jiġu żviluppati b'mod approprijat, b'kont meħud tal-prattiċi fis-seħħ fil-varji Stati Membri. (…) 18. Din l-informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni għandha tiġi implimentata fi żmien dovut, partikolarment fil-każijiet li ġejjin: ( —…) ( —…) - f'każijiet ta' proċeduri għal redundancies kollettivi; ( —…)"; (7) Billi din l-approssimazzjoni għandha għalhekk tiġi promossa filwaqt li t-titjib qed jinżamm fit-tifsira ta' l-Artikolu 117 tat-Trattat; (8) Billi, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta- redundancies li tipprovdi għalihom id-definizzjoni ta' redundancies kollettivi fis-sens ta' din id-Direttiva, forom oħra ta' terminazzjoni ta' kuntratti ta' l-impjieg fuq l-inizjattiva ta' min iħaddem għandhom ikunu ekwivalenti għal redudancies, sakemm ikun hemm mill-inqas ħames redundancies. (9) Billi għandu jkun stipulat li din id-Direttiva tapplika fil-prinċipju wkoll għall- redundancies kollettivi li jirriżulta meta l-attivitajiet ta' l-istabbiliment jitwaqqfu bħala riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja. (10) Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jistipulaw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jsejħu esperti fuq bażi tal-kumplessità teknika tal-kwistjonijiet li x'aktarx ikunu s-soġġett ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni; (11) Billi huwa neċessarju li l-obbligi ta' min iħaddem fejn għandhom x'jaqsmu l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u n-notifika japplikaw indipendentament minn jekk id-deċiżjoni dwar redundancies kollettivi jiġi minn min iħaddem jew minn impriża li tikkontrolla lil dak li jħaddem; (12) Billi l-Istati Membri għndhom jiżguraw li r-rapreżentanti tal-ħaddiema u/jew il-ħaddiema jkollom għad-dispożizzjoni tagħhom proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jassiguraw li l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva jitwettqu; (13) Billi din id-Direttiva ma għandhiex teffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi indikati fl-Anness I, il-Parti B, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IT-TAQSIMA I It-tifsiriet u l-iskop L-Artikolu 1 1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: (a) "redundancies kollettivi" ifisser tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem għal raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati meta, skond l-għażla ta' l-Istati Membri, in-numru tar- redundancies huwa: (i) jew, fuq perijodu ta' 30 ġurnata: - mill-inqas 10 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw iżjed minn 20 u inqas minn 100 impjegat, - mill-inqas 10 % tan-numru ta' ħaddiema fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw mill-inqas 100 iżda inqas minn 300 ħaddiem, - mill-inqas 30 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw 300 ħaddiema jew iżjed, (ii) jew, fuq perijodu ta' 90 ġurnata, mill-inqas 20, ikun xi jkun in-numru ta' impjegati li jaħdmu fl-istabbilimenti inkwistjoni; (b) "rappreżentanti tal-ħaddiema" jfisser ir-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti mill-liġijiet jew mill-prattiċi ta' l-Istati Membri. Għall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar- redundancies kif previst fis-subparagrafu tal-punt (a), it-termini ta' kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta' min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar- redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies. 2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal: (a) redundancies kollettivi effettwat taħt kuntratti tax-xogħol konklużi għal perjodi limitati taż-żmien jew għal xogħlijiet speċifiċi ħlief meta dan il- redundancies iseħħ qabel id-data ta' skadenza jew il-kompletazzjoni ta' dawn il-kuntratti; (b) ħaddiema impjegati minn korpi amministrattivi jew minn stabbilimenti regolati minn liġi pubblika (jew, fl-Istati Membri fejn dan il-kunċett mhux magħruf, minn korpi ekwivalenti); (ċ) L-ekwipaġġi ta' bastimenti fuq il-baħar. IT-TAQSIMA II L-informazzjoni u l-konsultazzjoni L-Artikolu 2 1. Meta dak li jħaddem ikun qed jikkontempla redundancies kollettivi, huwa għandu jibda konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi żmien tajjeb bl-iskop li jintlaħaq ftehim. 2. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, mill-inqas, ikopru mezzi u miżuri li jevitaw redundancies kollettivi jew tnaqqis ta' numri ta' impjegati affettwati, u biex jittaffew il-konsegwenzi billi jkun hemm rikors għal miżuri soċjali magħhom immirati, inter alia, li jgħinu għall-impjieg jew it-taħriġ mll-ġdid tal-ħaddiema mingħajr xogħol. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jużaw is-servizzi ta' esperti skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali. 3. Sabiex jgħinu r-rappreżentanti tal-ħaddiema biex jagħmlu proposti kostruttivi, min iħaddem għandu fi żmien tajjeb matul il-konsultazzjonijiet: (a) ifornihom bl-informazzjoni rilevanti kollha u (b) f'kull każ jagħtihom notifka bil-miktub: (i) tar-raġunijiet għar- redundancies ipproġettati; (ii) tan-numri tal-kategoriji ta' ħaddiema li se jisfaw bla xogħol; (iii) tan-numri u l-kategoriji tal-ħaddiema normalment impjegati; (iv) tal-perijodu meta r- redundancies ipproġettati għandhom jiġu effettwati; (v) tal-kriterji proposti għas-selezzjoni tal-ħaddiema li se jisfaw bla xogħol sakemm u safejn il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali jagħtu l-poter għal dan lil min iħaddem; (vi) tal-metodu għall-kalkolu ta' xi pagamenti tar- redundancy ta' xort' oħra minn dawk ikkawżati mil-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali. Min iħaddem għandu jgħaddi lill-awtorità pubblika kompetenti kopja ta', mill-inqas, l-elementi tal-kommunikazzjoni bil-miktub li hemm previsti fl-ewwel subparagrafu, l-punt (b), is-subpunti (i) sa (v). 4. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, u 3, għandhom japplikaw irrespettivament minn jekk id-deċiżjoni dwar il- redundancies kollettivi tkux qed tittieħed minn min iħaddem jew minn impriża li tikkontrolla lil min iħaddem. Waqt li jkun qed jiġi kkunsidrat il-ksur allegat tal-ħtiġiet ta' l-informazzjoni, tal-konsultazzjoni u tan-notifika stabbiliti f'din id-Direttiva, m'għandux jittieħed kont ta' xi difiża fuq il-parti ta' min iħaddem fuq il-bażi li l-informazzjoni neċessarja ma ġietx ipprovduta lil min iħaddem mill-impriża li ħadet id-deċiżjoni li wasslet għar-redundancies kollettivi. IT-TAQSIMA III Il-proċedura għal redundancies kollettivi L-Artikolu 3 1. Kull min iħaddem għandu jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub dwar kull pjan ta' redundancies kollettivi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li f'każ ta' redundancies kollettivi ippjanat ikkawżat mit-terminu ta' l-attivitajiet ta' l-istabbiliment bħala riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja, min iħaddem għandu jkun obbligat jinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti bil-miktub biss jekk hi titlob hekk. Din in-notifika għandu jkollha l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna r- redundancies kollettivi u l-konsultazzjonijiet ippjanati mar-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti fl-Artikolu 2, u partikolarment ir-raġunijiet għar-redundancy, in-numru ta' ħaddiema li ser jisfgħu mingħajr xogħol, in-numru ta' ħaddiema normalment impjegati u l-perijodu li fih il- redundancy għandu jiġi effettwat. 2. Min iħaddem għandu jgħaddi lir-rapreżentanti tal-ħaddiema kopja tan-notifika prevista fil-paragrafu 1. Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jibħagtu xi kummenti li jista' jkollhom lill-awtorità pubblika kompetenti. L-Artikolu 4 1. Il- redundancies kollettivi pproġettati nnotifikati lill-awtorità pubblika kompetenti m'għandhomx iseħħu qabel 30 ġurnata wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 3(1) bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet individwali fir-rigward ta' l-avviż tat-tkeċċija mix-xogħol. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-poter lill-awtorità pubblika kompetenti sabiex tnaqqas il-perijodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti. 2. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża mill-awtorità pubblika kompetenti sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi kkawżati mir- redundancies kollettivi proġettati. 3. Meta l-perijodu inizjali previst fil-paragraph 1 huwa iqsar minn 60 ġurnata, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-poter lill-awtorià pubblika kompetenti biex testendi l-perijodu inizjali ta' 60 ġurnata wara n-notika meta l-problemi kkawżati mill-pjanijiet proġettati ta' redundancies kollettivi x'aktarx ma tinstabx soluzzjoni għalihom fil-perijodu inizjali. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtorità pubblika kompetenti poteri iktar wiesgtra ta' estenzjoni. Min iħaddem għandu jkun infurmat bl-estenzjoni u l-bażi tagħha qabel ma jiskadi l-perijodu tal-bidu msemmi fil-paragrafu 1. 4. L-Istati Membri m'għandhomx bżonn japplikaw dan l-Artikolu għar- redundancies kollettivi kkawżati mit-tmiem ta' l-attivitajiet ta' l-istabbiliment meta dawn huwa r-riżultat ta' deċiżjoni ġudizzjarja. IT-TAQSIMA IV Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 5 Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa d-dritt ta' l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma iktar favorevoli għal ħaddiema jew li jippromovu jew li jippermettu l-applikazzjoni ta' ftehim kollettivi iktar favorevoli għall-ħaddiema. L-Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi għall-infurzar ta' l-obbligi taħt din id-Direttiva huma disponibbli għar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew għall-ħaddiema. L-Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test ta' kull dispożizzjoni fondamentali tal-liġi nazzjonali diġà fis-seħħ jew li għad trid tidħol fis-seħħ fis-settur ggvernat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 8 1. Id-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, huma hawnhekk imħassrin mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva stabbilita fl-Anness I, il-Parti B. 2. Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II. L-Artikolu 9 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-20 ta' Lulju 1998. Għall-Kunsill Il-President W. Molterer [1] ĠU C 210, tas-6.7.1998. [2] ĠU C 158, tas-26.5.1997, p.11. [3] ĠU L 48, tat-22.2.1975, p.29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/56/KEE (ĠU L 245, tas-26.8.1992, p.3). [4] ĠU C 13, tat-12.2.1974, p.1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I IL-PARTI A Id-Direttivi mħassrin (imsemmija fl-Artikolu 8) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/129/KEE u l-emenda li ġejja: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/56/KEE. IL-PARTI B Il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni għal-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 8) Id-Direttiva | Il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni | 75/129/KEE (ĠU L 48, tsat-22.2.1975, p. 29) | id-9 ta' Frar 1977 | 92/56/KEE (ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 3) | l-24 ta' Ġunju 1994 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II TABELLA TAL-KORRELAZZJONI Id-Direttiva 75/129/KEE | Din id-Direttiva | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, IL-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 1 | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(I), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 2 | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(I), it-tieni inċiż | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-ewwel inċiż, il-punt 3 | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i), it-tielet inċiż | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-it-tieni inċiż | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii) | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), | L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), | L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 1(2) | Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | Artikolu 4 | L-Artikolu 4 | Artikolu 5 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5a | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6(1) | — | L-Artikolu 6(2) | Artikolu 7 | Artikolu 7 | — | — | L-Artikolu 8 | — | L-Artikolu 9 | — | L-Artikolu 10 | — | L-Anness I | — | L-Anness II | --------------------------------------------------