This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R3239
Commission Regulation (EC) No 3239/94 of 21 December 1994 amending various Regulations in the eggs and poultry meat sectors in view of the accession of Austria, Finland and Sweden
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3239/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jemenda diversi Regolamenti fis-settur tal-bajd u l-laħam tat-tjur fid-dawl ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3239/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jemenda diversi Regolamenti fis-settur tal-bajd u l-laħam tat-tjur fid-dawl ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja
ĠU L 338, 28.12.1994, p. 48–51
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008
Official Journal L 338 , 28/12/1994 P. 0048 - 0051
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0115
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3239/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jemenda diversi Regolamenti fis-settur tal-bajd u l-laħam tat-tjur fid-dawl ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, i-Finlandja u l-Isvezja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Billi, skond l-Artikolu 169 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tan-Norveġja, l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, għandhom jiġu addottati r-Regolamenti li ġejjin fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77 tal-25 ta' Lulju 1977 li jistabilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 dwar il-produzzjoni u l-marketing tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur ta' l-irziezet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2773/90 [2]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 tal-15 ta' Mejju 1991 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-marketing tal-bajd [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/94 [4]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 ta' l-5 ta' Ġunju 1991 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards għall-marketing tat-tjur [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1026/94 [6]; Billi l-Isvezja beħsiebha tieħu miżuri biex tipposponi l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1057/91 [8], tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [10], u tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 [11], kif emendat bir- Regolament (KEE) Nru 2617/93 [12], sa l-1 ta' Jannar 1997 skond l-Artikolu 167 ta' l-Att; Billi, skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea jistgħu jadottaw il-miżuri riferiti fl-Artikolu 169 ta' l-Att qabel l-adeżjoni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1868/77 jiġi emendat kif ġej: - "fl-Artikolu 1(1), jiġi miżjud li ġej: AT għall-Awstrija, FIN għall-Finlandja, SE għall-Isvezja."; - "fl-Anness II, li ġej jiġi miżjud man-nota f'qiegħ il-paġna (1): l-Awstrija: reġjun wieħed biss, il-Finlandja: reġjun wieħed biss, l-Isvezja: reġjun wieħed biss." 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 jiġi emendat kif ġej: - "fl-Artikolu 4(2), jiġi miżjud li ġej: l-Awstrija 13 il-Finlandja 14 l-Isvezja 15"; - "fl-Artikolu 14(1), jiġi miżjud li ġej: - Parasta ennen - Bäst före", - "fl-Artikolu 15, jiġi miżjud li ġej: - Pakattu - Förpackat den"; - fl-Artikolu 18(1), jiġi miżjud li ġej: taħt il-(a): "—Ulkokanojen munia | —Ulkokanalasta | —Ägg från utehöns. | —Utehöns.", | taħt il-(b): "—Ulkokanojen munia, voimaperäinen tuotanto | —Ulkokanalasta voimaperäinen tuotanto | —Ägg från utehöns, intensivt | —Utehöns int.", | taħt iċ-(ċ): "—"Lattiakanojen munia", | —Lattiakanalasta | —Ägg från golvhöns | —golvhöns.", | taħt id-(d): "—Lattiakanojen munia, voimaperäinen tuotanto | —Lattiakanalasta voimaperäinen tuotanto | —Ägg från golvhöns, intensivt | —Golvhöns, int."; | - fl-Anness I, jiġi miżjud li ġej: (i) fil-punt 1.: "— parasta ennen — bäst före.", (ii) fil-punt 2.: "— pakattu — förp. den.", (iii) fil-punt 3.: "— viimeinen myyntipäivä — sista försäljningsdag.", (iv) fil-punt 4.: "— munintapäivä — värpta den." 3. Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 jiġi emendat kif ġej: - fl-Artikolu 14a(7), jiġi miżjud li ġej: - "Vesipitoisuus ylittää ETY-normin, - Vattenhalten överstiger den halt som är tillåten inom EEG.", - fl-Anness I, II u III, jiġu miżjuda l-ismijiet u t-termini elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament, - fl-Anness VIII, jiġu miżjuda l-laboratorji li ġejjin: "L-Awstrija: | Bundesamt und Forschungszentrum für LandwirtschaftTrunnerstrasse 1-3A—1020Wien | Il-Finlandja: | Eläinlääkintä- ja elintarvikelaitos (EELA)Hämeentie 57,PL 368,FIN00231Helsinki | L-Iżvezja: | Statens livsnedelsverkBox 622S-75126Uppsala". | L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tan-Norveġja, l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja. L-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1868/77, (KEE) Nru 1274/91 u (KEE) Nru 1538/91 fl-Isvezja għandha tiġi posposta sa l-1 Jannar 1997. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil− 21 ta' Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 209, tas-17.8.1977, p. 1. [2] ĠU L 267, tad-29.9.1990, p. 25. [3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11. [4] ĠU L 137, ta' l-1.6.1994, p. 54. [5] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11. [6] ĠU L 112, tat-3.5.1994, p. 32. [7] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 100. [8] ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 11. [9] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1. [10] ĠU L 289, ta' l-24.11.1993, p. 1. [11] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. [12] ĠU L 240, tal-25.9.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I " L-ANNESS I L-ARTIKOLU 1.1 — L-ISMIJIET TA' KARKASSI TAT-TJUR | D | FIN | SE | 1. | Masthuhn | Broileri | Kyckling, Slaktkyckling (broiler) | 2. | | Kukko, kana | Tupp, höna, gryt- eller kokhöna | 3. | | Chapon (syöttökukko) | Kapun | 4. | | Kananpoika, kukonpoika | Poussin, Coquelet | 1. | | (Nuori) kalkkuna | (Ung) kalkon | 2. | | Kalkkuna | Kalkon | 1. | | (Nuori) ankka, (Nuori) myskiankka | (Ung) anka, ankunge, (ung) mulardand, (ung) myskand | 2. | | Ankka, myskiankka | Anka, mulardand, myskand | 1. | Jungmastgans | (Nuori) hanhi | (Ung) gås, gåsunge | 2. | | Hanhi | Gås | 1. | | (Nuori) helmikana | (Ung) pärlhöna | 2. | | Helmikana | Pärlhöna | L-ARTIKOLU 1.2 — L-ISMIJIET TAL-PARTIJIET TAT-TJUR | D | FIN | SE | (a) | | Puolikas | Halva | (b) | | Neljännes | Kvart | (ċ) | | Takaneljännes | Bakdelspart | (d) | | Rinta | Bröst | (e) | | Koipi-reisi | Klubba | (f) | Hühnerkeule mit Rückenstück | Koipi-reisi, jossa selkäosa | Kycklingklubba med del av ryggben | (g) | | Reisi | Lår | (h) | | Koipi | Ben | (i) | | Siipi | Vinge | (j) | | Siivet kiinni toisissaan | Sammanhängande vingar | (k) | Filet | Rintafile’ | Bröstfilé | (l) | | Rintafile’ solisluineen | Bröstfilé med nyckelben | (m) | | Magret, maigret | Magret, maigret | L-ANNESS II L-ARTIKOLU 9 — IL-METODI TA' L-IFFRIŻAR | FIN | SE | 1. | Ilmajäähdytys | Luftkylning | 2. | Ilmasprayjäähdytys | Evaporativ kylning | 3. | Vesijäähdytys | Vattenkylning | L-ANNESS III L-ARTIKOLU 10.1 — IT-TIPI TA' BIEDJA | FIN | SE | (a) | Ruokittu … % … Kauralla ruokittu hanhi | Utfodrad med … % … Havreutfodrad gås | (b) | Laajaperäinen sisäkasvatus | Extensivt uppfödd inomhus | (ċ) | Ulkoilumahdollisuus | Tillgång till utomhusvistelse | (d) | Ulkoiluvapaus | Traditionell utomhusvistelse | (e) | Vapaa kasvatus | Uppfödd i full frihet | " --------------------------------------------------