EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0012

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti

ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2009; Imħassar b' 32008L0118

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/12/oj

31992L0012



Official Journal L 076 , 23/03/1992 P. 0001 - 0013
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0057


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE

tal-25 ta' Frar 1992

dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi is-suq intern li jkun stabbilit u l-iffunzjonar tiegħu jeħtieġ il-moviment ħieles ta' l-oġġetti, inklużi dawk soġġetti għad-dazju tas-sisa;

Billi għandha ssir dispożizzjoni biex tiddefinixxi t-territorju li fuqu din id-Direttiva, kif ukoll id-Direttiva dwar ir-rati u l-istrutturi tad-dazju fuq prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa, għandhom jiġu applikati;

Billi l-kunċett ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jiġi definit; billi dawk l-oġġetti biss li huma hekk ittrattati fl-Istati Membri kollha jistgħu jkunu għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità; billi dawk il-prodotti jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal għanijiet speċifiċi; billi ż-żamma jew l-introduzzjoni ta' taxxi ndiretti oħra m'għandhiex tagħti lok għal formalitajiet mal-qsim tal-fruntiera;

Billi sabiex jiġi żgurat l-istabbiltà u l-iffunzjonar tas-suq intern, il-ħlas tad-dazji tas-sisa għandu jkun identiku fl-Istati Membri;

Billi kull tqassim, bil-għan li tqassim jew provvista għall-skopijiet ta' negozjant li jwettaq indipendentement attivita ekonomika jew għall-għanijiet ta' korp regolat bil-liġi pubblika, li jseħħ fi Stat membru li ma jkunx dak li fiħ il-prodott jkun rilaxxat għall-konsum jagħti lok għad-dritt tal-ħlas tad-dazju tas-sisa f'dak l-Istat Membru l-ieħor;

Billi fil-każ ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa akkwistati minn individwi privati għall-użu proprju tagħhom u trasportati minnhom, id-dazju għandu jitħallas fil-pajjiż fejn kienu akkwistati;

Billi biex jiġi stabbilit li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jinżammux għal għanijiet privati iżda għal dawk kummerċjali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ ta' numru ta' kriterji;

Billi prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mixtrija minn persuni li ma jkunux magazziniera approvati jew negozjanti reġistrati jew mhux reġistrati u mibgħuta jew trasporati direttament jew indirettament mill-venditur jew għan-nom tiegħu għandhom ikunu suġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

Billi biex jiġi żgurat li d-dejn tat-taxxa jiġi eventwalment miġbur għandu jkun possibbli li jitwettqu verifiki fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u ħażna; billi sistema ta' mħażen, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, għandha tagħmilha possibbli li jitwettqu verifiki bħal dawk;

Billi ċ-ċaqliq mit-territorju ta' Stat Membru għal dak ta' ieħor m'għandux jagħti lok għall-verifiki li jistgħu x'aktarx jimpedixxu l-moviment ħieles fil-Komunità; billi għall-għanijiet tal-ħlas huwa madanakollu meħtieġ li jkun magħruf iċ-ċaqliq tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa; billi għandha għalhekk issir dispożizzjoni għal dokument mehmuż li jkun jinkludi prodotti bħal dawk;

Billi għandhom jiġu stabbilti l-ħitiġijiet li għandhom jiġi mħarsa mill-magazziniera awtorizzati u negozjanti li ma jkollhomx status ta' magazziniera awtorizzati ta' mħażen;

Billi għandha ssir dispożizzjoni, biex jiġi żgurat il-ġbir tat-taxxi bir-rati stabbiliti mill-Istati Membri, biex tiġi stabbilita proċedura għaċ-ċaqliq ta' oġġetti bħal dawk taħt is-sospensjoni tad-dazju;

Billi f'dan ir-rigward għandha l-ewwel issir dispożizzjoni biex kull konsenja tkun faċilment identifikata; billi għandha ssir dispożizzjoni biex l-istatus tat-taxxa tal-konsenja ikun minnufih identifikabbli; billi huwa għalhekk meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal dokument mehmuż li jilħaq dawn il-ħtiġijiet, li jista' jkun jew dokument amministrattiv jew wieħed kummerċjali; billi d-dokument kummerċjali wżat għandu jkun fih l-elementi essenzali li jidhru fuq id-dokument amministrattiv;

Billi l-proċedura li biha l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri jiġu nfurmati min-negozjanti bil-konsenji mibgħuta jew riċevuti permezz ta' dokument mehmuż għandha tiġi spjegata;

Billi m'hemm ebda ħtieġa li d-dokument mehmuż jintuża meta l-prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa jiġu mċaqalqa taħt proċedura tad-dwana tal-Komunità barra minn tħollija għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew jitqegħdu f'zona ħielsa jew maħżen ħieles;

Billi fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, id-dazju tas-sisa għandu, fil-każ ta' xi nuqqas jew irregolarita, fil-prinċipju jinġabar mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu ikun seħħ in-nuqqas jew l-irregolarita, jew mill-Istat Membru fejn jiġi aċċertat in-nuqqas jew l-irregolarita, jew, fil-każ ta' nuqqas ta' preżentazzjoni fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, mill-Istat Membru tat-tluq;

Billi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li prodotti li jkunu rilaxxati għall-konsum għandhom iġorru marki fiskali jew nazzjonali ta' identifikazzjoni u billi l-użu ta' dawn il-marki ma' għandux iservi ta' xi xkiel għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi l-ħlas tad-dazji tas-sisa fl-Istat Membru fejn il-prodotti kienu rilaxxati għall-konsum għandu jagħti lok għall-ħlas lura ta' dawk id-dazji meta l-prodotti ma jkunux maħsuba għall-konsum f'dak l-Istat Membru;

Billi, bħala riżultat tat-tneħħija tal-prinċipju ta' taxxi fuq importazzjonijiet f'relazzjoni bejn l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet dwar eżenzjonijiet u allowances fuq importazzjonijiet ma jibqax japplika f'relazzjonijiet bejn l-Istati Membri; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għalhekk jitneħħew u d-direttivi konċernati jiġu hekk addattati;

Billi għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa biex jeżamina l-miżuri tal-Komunità meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tas-sisa;

Billi l-Artikolu 1(2) tar-regolament dwar it-tneħħija ta' kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagolli tal-kabina u dawk ta' l-istiva li jagħmlu titjira intra-Komunitarja jew li jagħmlu qsim intra-Komunitarju bil-baħar, jipprovdi li l-infurzar tiegħu huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli li jirrelataw mal-projbizzjonijiet jew mar-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-tlett Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea; billi f'dak il-kuntest il-verifikazzjonijiet meħtieġa għall-infurzar tar-restrizzjonijiet kwantitattivi riferiti fl-Artikolu 26 għandhom jitqiesu li jkunu kontrolli bħal dawk u, bħala hekk, li jkunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità;

Billi ċertu perjodu ta' żmien ikun meħtieġ biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu mtaffija kemm ir-riperkussjonijiet soċjali fis-settur konċernati u d-diffikultajiet reġjonali, partikolarment fir-reġjuni mal-fruntiera, li jistgħu jinħolqu bħala riżultat tat-tneħħija tat-taxxi fuq importazzjonijiet u eżenzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet fil-kummerċ bejn l-Istati Membri; billi għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, għall-perjodu ta' żmien li jintemm fit-30 ta' Ġunju 1999, li jeżentaw il-prodotti provduti, fil-limiti stabbiliti, minn ħwienet ħielsa mit-taxxa fil-kuntest tat-traffiku tal-passiġġieri bl-ajru jew bil-baħar bejn l-Istati Membri:

Billi produtturi żgħar ta' l-inbid jistgħu jiġu eżentati minn ċerti ħtiġijiet taħt l-arranġamenti ġenerali tad-dazji tas-sisa;

Billi, finalment, id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxa fuq il-valur miżjud [4] għandha tiġi emendata biex testendi d-dispożizzjonijiet tagħha biex ikopru d-dazji tas-sisa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-arranġamenti għal prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa u taxxi indiretti oħra li huma mposti direttament jew indirettament mal-konsum ta' dawk il-prodotti, ħlief għat-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxi stabbiliti mill-Komunità.

2. Id-dispożizzjonijiet partikolari li jirrelataw ma' l-istrutturi u r-rati ta' dazju fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom jiġi stabbiliti f'Direttivi speċifiċi.

Artikolu 2

1. Din id-Direttiva u d-Direttivi elenkati fl-Artikolu 1(2) għandhom jgħoddu fit-territorju tal-Komunità kif definit, għal kull Stat Membru, bit-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 227 tiegħu, ħlief għat-territorji nazzjonali li ġejjin:

- fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gżira ta' Heligoland u t-territorju ta' Buesingen,

- fil-każ tar-Repubblika Taljana, Livigno, Campione d'Italia u l-ibħra Taljani ta' Lag Lugano,

- fil-każ tar-Renju ta' Spanja, Ceuta u Melilla.

2. Minkejja paragraph 1, din id-Direttiva u d-Direttivi riferiti fl-Artikolu 1(2) m'għandhomx jgħoddu għall-Gżejjer Canary. Iżda, r-Renju ta' Spanja jista' jagħti avviż, permezz ta' dikjarazzjoni, li dawn id-Direttivi jgħoddu għal dawk it-territorji għall-prodotti kollha jew uħud minnhom riferiti fl-Artikolu 3(1) hawn taħt, sa mill-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-depożitu ta' dik id-dikjarazzjoni.

3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, la din id-Direttiva u lanqas dawk riferiti fl-Artikolu 1(2) m'għandhom jgħoddu għad-dipartimenti barranin tar-Repubblika Franċiża.

Iżda, ir-Repubblika Franċiża tista' tagħti avviż, permezz ta' dikjarazzjoni, li dawn id-Direttivi jgħoddu għal dawk it-territorji bla ħsara għall-miżuri li jaġġustaw fl-ibgħad distanza tagħhom - mill-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara id-depożitu tad-dikjarazzjoni.

4. l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li tranżazzjonijiet li joriġinaw fi jew huma maħsuba għal:

- Il-Prinċipalita ta' Monako huma meqjusa bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw fi jew huma maħsuba għar-Repubblika Franċiża,

- Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal) huma meqjusa bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw fi jew huma maħsuba għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

- l-Isle of Man huma meqjusa li huma tranżazzjonijiet li joriġinaw fi jew huma maħsuba għar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq,

- San Marino huma meqjusa bħala tranżazzjonijiet li joriġinaw fi jew huma maħsuba għar-Repubblika Taljana,

5. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprevjenu lill-Greċja milli żżomm l-istatus speċifiku mogħti lill-Mount Athos kif garantit bl-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega.

6. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-esklużżjonijiet provduti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ma jkunux aktar ġustifikati, partikolarment f'termini ta' kompetizzjoni ġusta, għandha tibgħat il-proposti addattati lill-Kunsill.

Artikolu 3

1. Din id-Direttiva għandha tgħodd fil-livell tal-Komunità għall-prodotti li ġejjin kif definiti fid-Direttivi relevanti:

- żjut minerali,

- alkoħol u xorb alkoħoliku,

- tabakk maħdum.

2. Il-prodotti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal għanijiet speċifiċi, iżda dawk it-taxxi jkunu jikkonformaw mar-regoli ta' taxxa applikabbli għad-dazju tas-sisa u għall-għanijiet tal-VAT għal dak li għandu x'jaqsam ma' d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-kalkolu tat-taxxa, il-ħlas tat-taxxa u l-immonitorjar tat-taxxa.

3. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jintroduċu jew iżommu taxxi li huma mposti fuq prodotti ħlief għal dawk li huma elenkati fil-paragrafu 1, b'dan illi, iżda, li dawk it-taxxi ma jagħtux lok għal formalitajiet mal-qsim tal-fruntieri fil-kummerċ bejn l-Istati membri.

Bla ħsara għall-istess proviso, l-Istati Membri għandhom ukoll iżommu d-dritt li jimponu taxxi fuq il-provvista ta' servizzi li ma jistgħux jiġu karatterizzati bħala taxxi fuq il-bejgħ, inklużi dawk li jirrelataw ma' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

Artikolu 4

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom jgħoddu id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) magazzinier awtorizzat: persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat prodotti fil-kors tan-negozju tagħha, bid-dazju tas-sisa jiġi sospiż taħt arranġament ta' magazzinaġġ tat-taxxa;

(b) maħżen tat-taxxa: lok fejn oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa huma prodotti, proċessati, miżmuma, riċevuti jew mibgħuta taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju minn magazzinier awtorizzat fil-kors tan-negozju tiegħu, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn icon jinsab il-maħżen tat-taxxa;

(ċ) arranġament ta' sospensjoni: arranġament ta' taxxa applikat għall-produzzjoni, proċessar, żamma u ċaqliq ta' prodotti, bid-dazju tas-sisa jkun sospiż;

(d) negozjant reġistrat: persuna naturali jew legali mingħajr status ta' magazzinier, awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, biex tirċievi, fil-kors tan-negozju tagħha, prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa minn Stat Membru ieħor taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju. Dan it-tip ta' negozjant la jista jżomm u lanqas jibgħat prodotti bħal dawk taħt arranġementi ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa;

(e) negozjant mhux reġistrat: persuna naturali jew legali mingħajr status ta' magazzinier, li jkun intitolat, fil-kors tan-negozju tagħha, li jirċievi ta' kull tant prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa minn Stat Membru ieħor taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju. Dan it-tip ta' negozjant la jista jżomm u lanqas jibgħat prodotti bħal dawk taħt arranġementi ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa; Negozjant mhux reġistrat għandu jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri ta' destinazzjoni qabel ma jintbagħtu dawk l-oġġetti.

Artikolu 5

1. Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fiż-żmien tal-produzzjoni tagħhom ġewwa t-territorju tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 2 jew ta' l-importazzjoni tagħhom f'dak it-territorju.

"Importazzjoni ta' prodott soġġett għad-dazju tas-sisa" għandha tfisser id-dħul ta' dak il-prodott fit-territorju tal-Komunità, inkluż id-dħul ta' prodott bħal dak minn territorju kopert bl-Artikolu 2(1), (2) u (3) jew miċ-Channel Islands.

Iżda, meta l-prodott jitqiegħed taħt proċedura tad-dwana tal-Komunità mad-dħul fit-territorju tal-Komunità, l-importazzjoni għandha titqies li seħħ meta jkun għadda mill-proċedura tad-dwana tal-Komunità.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew tal-Komunità dwar kwistjonijiet tad-dwana, meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn pajjiż terz ikunu taħt proċedura tad-dwana tal-Komunità barra minn rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa jew jitqegħdu f'zona ħielsa jew f'maħżen ħieles, id-dazju tas-sisa fuqhom għandu jitqies li jkun sospis.

Artikolu 6

1. Id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fiż-żmien tar-rilaxx għall-konsum jew meta jiġu rekordjati nuqqasijiet li għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa skond l-Artikolu 14(3).

Rilaxx għall-konsum ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandha tfisser:

(a) kull tluq, inkluż tluq irregolari, minn arranġament ta' sospensjoni;

(b) kull manifattura, inkluża manifattura irregolari, ta' dawk il-prodotti barra arranġament ta' sospensjoni;

(ċ) kull importazzjoni ta' dawk il-prodotti, inkluża importazzjoni irregolari, meta dawk il-prodotti ma jkunux tqiegħedu taħt arranġament ta' sospensjoni.

2. Il-kondizzjonijiet ta' meta għandu jitħallas u-rata ta' dazju tas-sisa li għandhom jiġu addottati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data li fiha jkollu jitħallas id-dazju fl-Istat Membru fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum jew jiġu rekordjati n-nuqqasijiet. Id-dazju tas-sisa għandu jiġi mpost u miġbur skond il-proċedura stabbilita mnn kull Stat membru, b'dan jiġi miftiehem li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess proċeduri għall-imposizzjoni u ġbir għall-prodotti nazzjonali u għal dawk minn Stati Membri oħra.

Artikolu 7

1. Fil-każ ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u ġa rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed waqt li jkunu miżmuma għal għanijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor, id-dazju tas-sisa għandu jiġi mpost fl-Istat Membru li fih ikunu miżmuma dawk il-prodotti.

2. Għal dak il-għan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, meta prodotti ġa rilaxxati għall-konsum kif definit fl-Artikolu 6 fi Stat Membru wieħed jitwasslu, jkunu maħsuba biex jitwasslu jew użati fi Stat Membru ieħor għall-għanijiet ta' negozjant fit-twettiq ta' attività ekonomika indipendentement jew għall-għanijiet ta' korp regolat bil-liġi pubblika, id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut f'dak l-Istat membru l-ieħor.

3. Skond iċ-ċirkostanzi kollha, id-dazju għandu jkun dovut mill-persuna li tagħmel it-tqassim jew li tkun iżżomm il-prodotti maħsuba għat-tqassim jew mill-persuna li tirċievi l-prodotti għall-użu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn il-prodotti jkunu ġa ġew rilaxxati għal-konsum, jew in-negozjant relevanti jew korp regolat bil-liġi pubblika.

4. Il-prodotti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiċċaqalqu bejn it-territorji ta' l-Istati Membri varji taħt il-kopertura ta' dokument mehmuż li jelenka t-tagħrif prinċipali mid-dokumnent riferit fl-Artikolu 18(1). Il-forma u l-kontenut ta' dan id-dokument għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 24 ta' din id-Direttiva.

5. Il-persuna, negozjant jew korp riferit fil-paragrafu 3 għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) qabel ma jintbagħtu l-oġġetti, tagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat membru ta' destinazzjoni u tiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa;

(b) tħallas id-dazju tas-sisa lill-Istat Membru ta' destinazzjoni skond il-proċedura stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(ċ) taċċetta għal kull verifika li tippermetti lill-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni li jissodisfa lilu nnifsu li l-oġġetti jkunu ġew attwalment riċevuti u li d-dazju tas-sisa li għalih ikunu suġġetti jkun tħallas.

6. Id-dazju tas-sisa mħallas fl-ewwel Stat Membru riferit fil-paragrafu 1 għandu jitħallas lura skond l-Artikolu 22(3).

Artikolu 8

Fir-rigward ta' prodotti akkwistati minn individwi privati għall-użu proprju tagħhom u trasportati minnhom, il-prinċipju li jirregola s-suq intern jipprovdi li d-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat membru li fih ikunu ġew akkwistati.

Artikolu 9

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6, 7 u 8, id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fejn il-prodotti għall-konsum fi Stat Membru jkunu miżmuma għal għanijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor.

F'dan il-każ, id-dazju għandu jkun dovut fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun l-prodotti u għandu jkun dovut mid-detentur tal-prodotti.

2. Biex jistabbilixxu li l-prodotti riferiti fl-Artikolu 8 huma maħsuba għal-għanijiet kummerċjali, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont, inter alia, ta' dan li ġej:

- l-istatus kummerċjali tad-detentur tal-prodotti u r-raġunijiet tiegħu għalfejn ikun qed iżommhom,

- il-post fejn ikunu jinsabu l-prodotti jew, fejn xieraq, il-mod ta' trasport użat,

- kull dokument li jirrelata mal-prodotti,

- in-natura tal-prodotti,

- il-kwantita tal-prodotti.

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni tal-ħames indent ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livelli ta' gwida, unikament bħala forma ta' evidenza. Dawn il-livelli ta' gwida, m'għandhomx ikunu anqas minn:

(a) Prodotti tat-tabakk

sigaretti | 800 wieħed |

cigarillos (sigarri li ma jkunux jiżnu aktar minn 3 g kull wieħed) | 400 wieħed |

sigarri | 200 wieħed |

tabakk tat-tipjip | 1,0 kg; |

(b) Xorb alkoħoliku

xorb spirituż | 10 l |

prodotti intermedjarji | 20 l |

nbejjed (inkluż massimu ta' 60 l ta' nbejjed bil-gas) | 90 l |

birra | 110 l. |

Sat-30 ta' Ġunju 1977 l-Irlanda għandha tkun awtorizzata li tapplika livelli ta' gwida li m'għandhomx ikunu anqas minn 45 litru għall-inbid (inkluż massimu ta' 30 litrtu ta' nbid li jfexfex) u 55 litru għall-birra.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li d-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fl-Istat membru ta' konsum fuq l-akkwist ta' żjut minerali ġa rilaxxati għall-konsum fi Stat membru ieħor jekk dawk il-prodotti jiġu trasportati b'modi ta' mezzi ta' trasport atipiċi minn individwi privati jew għan-nom tagħhom. Trasport atipiku għandu jfisser it-trasport ta' karburanti barra minn f'tankijiet ta' vetturi jew f'kontenituri addattati ta' riżerva ta' karburanti u t-trasport ta' prodotti likwidi għat-tisħin barra mill-mezz ta' tankers użati għan-nom ta' negozjanti professjonali.

Artikolu 10

1. Prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mixtrija minn persuni li ma jkunux magazziniera awtorizzati ta' mħażen jew negozjanti reġistrati jew mhux reġistrati u mibgħuta jew trasporati direttament jew indirettament mill-venditur jew għand-nom tiegħu għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru ta' destinazzjoni; Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, "Stat Membru ta' destinazzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru fejn jitwassal id-dispaċċ jew it-trasport.

2. Għal dak il-għan, it-twassil ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ġa rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li jagħti lok għad-dispaċċ jew trasport ta' dawk il-prodotti lill-persuna kif riferit fil-paragrafu 1, stabbilita fi Stat Membru ieħor, u li jintbagħtu jew jiġu trasportati direttament jew indirettament mill-venditur jew għan-nom tiegħu għandu jġiegħel li d-dazju tas-sisa jiġi dovut fuq dawk il-prodotti fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

3. Id-dazju ta' l-Istati Membri ta' destinazzjoni għandhu jkun dovut mill-venditur fiż-żmien tat-twassil. Iżda, L-Istati Membri jistgħu jaddottaw dispożizzjonijiet li jistipulaw li d-dazju tas-sisa għandu jitħallas minn rappreżentant tat-taxxa, barra mill-konsenjatarju tal-prodotti. Rappreżentant tat-taxxa bħal dak għandu jkun sabbilit fl-Istat Membru ta' destinazzjoni u approvat mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-venditur għandu jiżgura li jħares il-ħtiġijiet li ġejjin:

- jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa taħt il-kondizzjonijiet iffissati mill-Istat Membru ta' destinazzjoni qabel id-dispaċċ tal-prodotti u jiżgura li d-dazju tas-sisa jitħallas wara li jaslu l-prodotti,

- iżomm il-kontijiet tat-twassil tal-prodotti.

4. Fil-każ riferit fil-paragrafu 2, id-dazju tas-sisa mħallas fl-ewwel Stat Membru għandu jitħallas lura skond l-Artikolu 22(4).

5. Bla ħsara għall-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxi regoli speċifiki għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li huma koperti b'arranġamenti speċjali nazzjonali ta' distribuzzjoni kompatibbli mat-Trattat.

TITOLU II

Produzzjoni, ipproċessar u żamma

Artikolu 11

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu dwar il-produzzjoni, ipproċessar u żamma tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2. Il-produzzjoni, ipproċessar u żamma tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, fejn dan ta' l-aħħar ma jkunx tħallas, għandu jseħħ f'maħżen tat-taxxa.

Artikolu 12

Il-ftuħ u t-tħaddim ta' l-imħażen tat-taxxa għandhom ikunu bla ħsara għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 13

Magazzinier awtorizzat għandu jkun meħtieġ li:

(a) jipprovdi garanzija, fejn meħtieġ, li tkun tkopri l-produzzjoni, ipproċessar u żamma u garanzija obbligatorja li tkun tkopri ċ-ċaqliq, li l-kondizzjonijiet tiegħu għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri fejn ikun awtorizzat il-maħżen tal-merkanzija;

(b) jikkonforma mal-ħtiġijiet imniżżla mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-maħżen tat-taxxa;

(ċ) iżomm, għal kull maħżen, il-konteġġi tat-ċaqliq tal-ħażniet u l-prodotti;

(d) jipproduċi l-prodotti meta jiġi hekk mitlub;

(e) jagħti l-kunsens tiegħu għall-verifiki ta' immonitorjar u ħażniet.

Il-ħtiġijiet għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn transazzjonijiet nazzjonali u intra-Komunitarji.

Artikolu 14

1. Il-magazziniera awtorizzati għandhom ikunu eżentati mid-dazju dwar it-telf li jseħħ taħt l-arranġamenti ta' sospensjoni li huma attribwibbli għal ġrajjiet aċċidentali jew ta' force majeure u stabbiliti mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru konċernat. Għandhom ukoll ikunu eżentati, taħt l-arranġamenti ta' sospensjoni, dwar xi telf inerenti fin-natura tal-prodott matul il-produzzjoni u l-ipproċessar, il-ħażna jew it-trasport. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jingħataw dawn l-eżenzjonijiet. Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jgħoddu b'mod ugwali għan-negozjanti kif riferit fl-Artikolu 16 matul it-trasport tal-prodotti taħt l-arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

2. It-telf riferit fil-paragrafu 1 li jseħħ matul it-trasport intra-Komunitarju ta' prodotti taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jiġi stabbilit skond ir-regoli ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, id-dazju fuq in-nuqqasijiet barra min-nuqqasijiet riferiti fil-paragrafu 1, u n-nuqqasijiet li dwarhom l-eżenzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 ma' jingħatawx għandu jiġi mpost fuq il-bażi tar-rati applikabbli fl-Istati Membri konċernati fiż-żmien li fih seħħ in-nuqqas, debitament stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, jew fejn meħtieġ fiż-żmien li fih kien rekordjat in-nuqqas.

TITOLU III

Ċaqliq ta' oġġetti

Artikolu 15

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5(2), 16 u 19 (4), iċ-ċaqliq ta' prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa taħt arranġamenti ta' sospensjoni għandu jseħħ bejn l-imħażen tat-taxxa.

2. Il-magazziniera awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru skond l-Artikolu 13 għandhom jitqiesu li jkunu ġew awtorizzati kemm għaċ-ċaqliq nazzjonali u dak intra-Komunitarju.

3. Ir-riskji inerenti maċ-ċaqliq intra-Komunitarju għandhom ikunu koperti bil-garanzija provduta mill-magazzinier awtorizzat tad-dispaċċ kif hemm provdut fl-Artikolu 13, jew jekk ikun meħtieġ, b'garanzija fliemkien u in solidu li tkun torbot kemm lill-konsenjatur u lit-trasportatur. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-konsenjatarju li jipprovdi garanzija.

Ir-regoli dettaljati tal-garanzija għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Il-garanzija għandha tkun valida mal-Komunità kollha.

4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 20, ir-responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat ta' dispaċċ u, jekk tinqala' l-ħtieġa, dik tat-trasportatur tista' tiġi biss ippruvata permezz tal-prova li l-konsenjatarju ikun wassal il-prodotti, b'mod partikolarment mid-dokument mehmuż kif riferit fl-Artikolu 18 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu 19.

Artikolu 16

1. Minkejja l-Artikolu 15(1), il-konsenjatarju jista' jkun negozjant professjonali mingħajr l-istatus ta' magazzinier awtorizzat. Dan in-negozjant jista', fil-kors tan-negozju tiegħu, jirċievi prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn Stati Membri oħra taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju. Iżda, la jista' jżomm u lanqas jibgħat prodotti bħal dawk taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju tas-sisa;

Bla ħsara għall-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxi regoli speċifiki għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li huma koperti b'arranġamenti speċjali nazzjonali ta' distribuzzjoni kompatibbli mat-Trattat.

2. In-negozjant imsemmi hawn fuq jista' jitlob, qabel ma jirċievi l-oġġetti, li jiġi reġistrat mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru tiegħu.

Negozjant reġistrat għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa taħt il-kondizzjonijiet iffissati mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(4) li jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat ta' dispaċċ u, jekk jinqala' l-każ, tat-trasportatur;

(b) iżomm il-kontijiet tat-twassil tal-prodotti;

(ċ) jipproduċi l-prodotti meta jiġi mitlub biex jagħmel dan;

(d) jagħti l-kunsens tiegħu għall-immonitorjar kollu u l-verifiki tal-ħażniet.

Għal dan it-tip ta' negozjant, id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fiż-żmien meta jiġu riċevuti l-oġġetti u għandu jitħallas skond il-proċedura stabbilita minn kull Stat Membru.

3. Jekk in-negozjant riferit fil-paragrafu 1 hawn fuq ma jkunx reġistrat ma' l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru tiegħu, għandhu jikkonforma mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) qabel ma jintbagħtu l-oġġetti, jagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri ta' destinazzjoni u jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(4) li jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-magazzinier awtorizzat ta' dispaċċ u, jekk jinqala' l-każ, tat-trasportatur;

(b) iħallas id-dazju tas-sisa lill-Istat Membru ta' destinazzjoni fiż-żmien li fih jiġu riċevuti l-oġġetti skond il-proċedura stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(ċ) jaċċetta għal kull verifika li tippermetti lill-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni li jissodisfa lilu nnifsu li l-oġġetti jkunu ġew attwalment riċevuti u li d-dazju tas-sisa li għalih ikunu soġġetti jkun tħallas.

4. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrelataw maċ-ċaqliq ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġamenti tas-sospensjoni tad-dazju għandhom jgħoddu.

Artikolu 17

Ir-rappreżentant tat-taxxa jista' jinħatar mill-magazzinier awtorizzat ta' dispaċċ. Dan ir-rappreżentant tat-taxxa għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru ta' destinazzjoni u awtorizzat mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' dak l-Istat. Hu għandu, minflok jew flok il-konsenjatarju mingħajr status ta' magazzinier awtorizzat, jikkonforma mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa taħt il-kondizzjonijiet iffissati mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(4) li jistabbilixxi r-responsabbilità tal-magazzinier awtorizzat ta' dispaċċ u, jekk jinqala' l-każ, tat-trasportatur;

(b) iħallas id-dazju tas-sisa lill-Istat Membru ta' destinazzjoni fiż-żmien li fih jiġu riċevuti l-oġġetti skond il-proċedura stabbilita minn dak l-Istati Membri ta' destinazzjoni;

(ċ) iżomm il-kontijiet tat-twassil tal-prodotti u jagħti parir lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni bil-post fejn ikunu twasslu l-oġġetti.

Artikolu 18

1. Minkejja l-użu possibbli ta' proċeduri komputerizzati, il-prodotti kollha soġġetti għad-dazju tas-sisa imċaqalqa taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju bejn l-Istati Membri għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument imħejji mill-konsenjatur. Dan id-dokument jista' jkun jew dokument amministrattiv jew dokument kummerċjali. Il-forma u l-kontenut ta' dan id-dokument għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 24 ta' din id-Direttiva.

2. Sabiex jiġu identifikati l-oġġetti u jitwettqu l-verifiki, il-pakketti għandhom ikunu numerati u l-prodotti deskritti bl-użu tad-dokument riferiti fil-paragrafu 1. Jekk jinqala' l-każ, kull kontenitur għandu jkun siġillat mill-konsenjatur meta l-mezzi tat-trasport ikunu rikonoxxuti bħala addattati għall-issiġillar mill-Istati Membri tat-tluq jew il-pakketti għandhom ikunu ssiġillati mill-konsenjatur.

3. Fil-każi fejn il-konsenjatarju ma jkunx magazzinier awtorizzat jew negozjant reġistrat u minkejja l-Artikolu 17, id-dokument riferit fil-paragrafu 1 għandu jkollu ukoll dokument ieħor li jkun jiċċertifika li jkun tħallas id-dazju tas-sisa fl-Istat membru ta' destinazzjoni jew li kull proċedura oħra għall-ġbir tad-dazju tkun ġiet imħarsa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat membru ta' destinazzjoni.

Dan id-dokument għandu juri:

- l-indirizz ta' l-uffiċċju konċernat ta' l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat membru ta' destinazzjoni,

- id-data u r-referenza tal-ħlas jew ta' l-aċċettazzjoni tal-garanzija tal-ħlas minn dan l-uffiċċju.

4. Il-paragrafu 1 ma' għandux japplika meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu mċaqalqa taħt il-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 5(2).

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jżommu r-regoli tagħhom dwar iċ-ċaqliq u ħażna ta' materja prima użata fil-manifattura jew preparazzjoni ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

Artikolu 19

1. L-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri għandhom ikunu nfurmati min-negozjanti mit-twassil mibgħut jew riċevut permezz tad-dokument jew referenza għad-dokument speċifikat fl-Artikolu 18. Dan id-dokument għandu jitħejja f'erba' kopji:

- kopja waħda għandha tinżamm mill-konsenjatur,

- kopja waħda għall-konsenjatarju,

- kopja waħda għandha tintbagħat lura lill-konsenjatur għad-dispaċċ,

- kopja waħda għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru ta' dispaċċ għandhom jipprovdu għall-użu ta' kopja addizzjonali tad-dokument għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jkunu intbgħatu l-prodotti.

L-Istati Membri ta' destinazzjoni jistgħu jistipulaw li l-kopja li għandha tintbagħat lura lill-konsenjatur għad-disċarġ għandha tkun ċertifikata u ttimbrata mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li għandha tinforma b'dan lill-Istati membri l-oħra.

Il-proċedura li għandha tiġi segwita dwar il-kopja għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ta' destinazzjoni għandha tkun addotta skond il-proċedura kif hemm provduta fl-Artikolu 24.

2. Meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu mċaqalqa taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju għand magazzinier awtorizzat jew għand negozjant reġistrat jew mhux reġistrat, kopja tad-dokument amministrattiv mehmuż jew kopja tad-dokument kummerċjali, debitament annotata, għandha tiġi ritornata lill-konsenjatarju mill-konsenjatur għad-disċarġ, mhux aktar tard minn 15-il jum wara ix-xahar li fih ikun irċeviha l-konsenjatarju.

Il-kopja li għandha tintbagħat lura għandu jkun fiha id-dettalji li ġejjin li huma meħtieġa għad-disċarġ:

(a) l-indirizz ta' l-uffiċju ta' l-awtorita tat-taxxa għall-konsenjatarju;

(b) id-data u l-post fejn ġew riċevuti l-oġġetti;

(ċ) deskrizzjoni ta' l-oġġetti riċevuti sabiex jiġi verifikat jekk il-kunsinna taqbilx mad-dettalji li jkunu jinsabu fid-dokument. Jekk ikunu jaqblu, in-nota "kunsinna ivverifikata" għandha tiżdied;

(d) ir-referenza jew in-numru ta' reġistrazzjoni maħruġ, fejn xieraq, mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni li juża numerar bħal dak u/jew iċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni jekk dak l-Istat Membru jistipula li l-kopja li għandha tiġi ritornata lura għandha tkun ċertifikata jew ittimbrata mill-awtoritajiet tiegħu;

(e) il-firma awtorizzata tal-konsenjatarju.

3. L-arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju kif definiti fl-Artikolu 4(c) għandhom ikunu mwettqa bit-tqegħid tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt xi wieħed mill-arranġamenti riferiti fl-Artikolu 5(2) u bla ħsara għall-kondizzjonijiet riferiti fih, wara li l-konsenjatarju jkun irċieva l-kopja li għandha tintbagħat lura mad-dokument amministrattiv mehmuż jew kopja tad-dokument kummerċjali, debitament annotata, li fih għandu jiġi nnutat li l-prodotti ikunu ġew imqegħda taħt arranġament bħal dak.

4. Fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu qed jiġu mċaqalqa taħt l-arranġament ta' sospensjoni tad-dazju kif definit fl-Artikolu 4(c) jiġu esportati, dan l-arranġament għandu jiġi mwettaq permezz ta' attestazzjoni mħejjija mill-uffiċju tad-dwana tat-tluq mill-Komunità li jikkonferma li l-prodott kien ħalla tabilħaqq il-Komunità. Dak l-uffiċju għandu jibgħat lura lill-konsenjatur il-kopja ċertifikata tad-dokument mehmuż maħsuba għalih.

5. Jekk ma jkun hemm ebda twettieq, il-konsenjatur għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru tiegħu f'limitu ta' żmien li għandu jiġi ffissat minn dawk l-awtotitajiet tat-taxxa. Il-limitu taż-żmien, ma' għandux iżda, jeċċedi t-tlett xhur mid-data tad-dispaċċ ta' l-oġġetti.

6. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw għall-introduzzjoni ta' verifiki fuq il-post, li jistgħu jiġu mwettqa, skond kif meħtieġ, minn proċeduri komputerizzati.

Artikolu 20

1. Fejn tkun saret xi irregolarita jew xi reat fil-kors taċ-ċaqliq li jkun jinvolvi il-ħlas ta' dazju tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat jew l-irregolarita mill-persuna naturali jew legali li tkun iggarantit il-ħlas tad-dazji tas-sisa skond l-Artikolu 15(3), mingħajr preġudizzju għat-teħid ta' proċeduri kriminali.

Meta d-dazju tas-sisa jinġabar minn Stat Membru li ma jkunx dak tat-tluq, l-Istat Membru li jiġbor id-dazju għandu javża lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq.

2. Meta, fil-kors taċ-ċaqliq, ikun inkixef reat jew irregolarita mingħajr ma jkun jista' jiġi stabbilit fejn ikun seħħ, għandu jitqies li jkun seħħ fl-Istat Membru fejn ikun inkixef.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 6(2), meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jaslux fid-destinazzjoni tagħhom u ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit fejn ikun seħħ ir-reat jew l-irregolarita, dak ir-reat jew irregolarita għandu jitqies li jkun seħħ fl-Istat Membru tat-tluq, li għandu jiġbor id-dazji tas-sisa bir-rata fis-seħħ fid-data meta jkunu ntbagħtu l-prodotti kemm-il darba fi żmien ta' erba' xhur l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jafu bil-korrettezza tat-tranżazzjoni jew bil-lok fejn ir-reat jew l-irregolarita tkun attwalment seħħet.

4. Jekk, qabel ma jiskadi perjodu ta' tlett snin mid-data li fha kien tħejja d-dokument mehmuż, jiġi aċċertat l-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat jew l-irregolarita, l-Istati Membru għandhom jiġbru d-dazju tas-sisa bir-rata fis-seħħ fid-data li fiha jkunu ntbagħtu l-oġġetti. F'dan il-każ, malli tiġi provduta xhieda li l-ġbir ikun sar, id-dazju tas-sisa oriġinalment impost għandu jitħallas lura.

Artikolu 21

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li prodotti rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom għandhom iġorru marki tat-taxxa jew marki nazzjonali ta' identifkazzjoni wżati għal għanijiet fiskali.

2. Kull Stat Membru li jeħtieġ l-użu ta' immarkar tat-taxxa jew marki nazzjonali ta' identifikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli lill-magazziniera awtorizzati ta' l-Istati Membri l-oħra. Iżda, kull Stat membru jista' jeħtieġ li l-marki fiskali jagħmilhom disponibbli lil rappreżentant awtorizzat tat-taxxa mill-awtorità tat-taxxa ta' dak l-Istat membru.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura dwar dan l-immarkar ma toħloqx ostakoli għall-moviment ħieles ta' prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa.

3. Il-marki tat-taxxa jew il-marki ta' identifikazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandhom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom.

Iżda, jista' jkun hemm għarfien komuni għal dawn il-marki bejn l-Istati Membri.

4. Iż-żjut minerali jistgħu jinżammu, jiġu trasportati jew użati fl-Irlanda, ħlief għal dawk fit-tankijiet għat-tħaddim ta' vetturi li għandhom il-permess jużaw karburanti bl-irħis, biss fejn dawn ikunu konformi mal-kontroll ta' l-Istat u l-ħtiġijiet ta' immarkar.

5. Iċ-ċaqliq intra-Komunitarju ta' prodotti li jġorru immarkar ta' taxxa jew marka nazzjonali ta' identifikazzjoni ta' Stat Membru skond it-tifsira tal-paragrafu 1 u maħsuba għal-bejgħ f'dak l-Istat Membru, li jkunu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandu jsħħ meta jkun kopert b'dokument mehmuż kif provdut fl-Artikolu 18(1) u (3), jew jekk jinqala' l-każ, skond l-Artikolu 5(2).

TITOLU IV

Ħlas lura

Artikolu 22

1. Fejn japplika, prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum jistgħu, fuq it-talba ta' negozjant fil-kors tan-negozju tiegħu, ikunu eliġibbli għall-ħlas lura tad-dazju tas-sisa mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum meta ma jkunux maħsuba għall-konsum f'dak l-Istat Membru.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw talba għall-ħlas lura jekk dan ma jkunx jissodisfa l-kriterji ta' korrettezza tal-kriterji li jistabbilixxu.

2. Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) qabel id-dispaċċ ta' l-oġġetti, il-konsenjatur għandu jagħmel talba għall-ħlas lura lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tiegħu u jipprovdi xhieda li d-dazju tas-sisa jkun tħallas. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jirrifjutaw il-ħlas lura unikament fuq il-bażi tan-nuqqas ta' preżentazzjoni tad-dokument imħejji mill-istess awtoritajiet li jiċċertifika li l-ħlas inizjali jkun sar;

(b) iċ-ċaqliq ta' l-oġġetti riferiti fl-(a) għandu jseħħ meta jkun kopert mid-dokument speċifikat fl-Artikolu 18(1);

(ċ) il-konsenjatur għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tiegħu il-kopja li tkun inbagħtet lura tad-dokument riferit fil-(b) debitament annotata mill-konsenjatarju li għandha jew tkun akkumpanjata minn dokument li jiċċertifika li d-dazju tas-sisa jkun ġie żgurat fl-Istat Membru tal-konsum jew li jkollu miżjuda d-dettalji li ġejjin:

- l-indirizz ta' l-uffiċċju konċernat ta' l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni,

- id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni minn dan l-uffiċju flimkien mar-referenza jew numru ta' reġistrazzjoni ta' dik id-dikjarazzjoni;

(d) prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li b'hekk ikkollhom markat tat-taxxa jew marka ta' identifikazzjoni ta' dak l-Istat Membru jistgħu jkunu eliġibbli għall-ħlas lura tad-dazju tas-sisa dovut mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri li jkunu ħarġu il-marki tat-taxxa jew il-marki ta' identifikazzjoni, b'dan illi l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom ikun stabbilixxa li dak l-immarkar jew marki jkunu ġew distrutti.

3. Fil-każi riferiti fl-Artikolu 7, l-Istat Membru tat-tluq huwa meħtieġ li jħallas lura d-dazju tas-sisa mħallas biss meta d-dazju tas-sisa jkun qabel tħallas fl-Istat Membru ta' destinazzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(5).

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw din it-talba għall-ħlas lura fejn din ma tkunx tissodisfa l-kriterji ta' korrettezza li jkunu stabbilew.

4. Fil-każi riferiti fl-Artikolu 8b l-Istat Membru tat-tluq għandu, fuq it-talba tal-venditur, iħallas lura id-dazju tas-sisa mħallas meta l-venditur ikun segwa il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 10(3).

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw din it-talba għall-ħlas lura fejn din ma tkunx tissodisfa l-kriterji ta' korrettezza li jkunu stabbilew.

Fejn il-venditur ikun magazzinier awtorizzat, l-Istat Membru jista' jistipula li l-proċedura tiġi simplifikata.

5. L-awtoritajiet tat-taxxa ta' kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu il-proċeduri ta' immonitorjar u l-metodi li japplikaw għall-ħlas lura magħmul fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlas lura ta' dazju tas-sisa ma jeċċedix is-somma attwalment imħallsa.

TITOLU V

Eżenzjonijiet

Artikolu 23

1. Prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom ikunu eżentati mid-dazju tas-sisa fejn dawn ikunu maħsuba għal:

- twassil fil-kuntest ta' relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari,

- organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom għarfien bħal dak mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istat Membru li jospita, u minn membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawk, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu dawk l-organizzazzjonijiet jew minn ftehim tal-kwartieri ġenerali,

- forzi armati ta' kull Stat li jagħmel sehem mit-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana barra mill-Istat Membru li fih ikun dovut id-dazju tas-sisa kif ukoll għall-forzi armati riferiti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 90/640/KEE [5], għall-użu ta' dawk il-forzi, għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom jew għall-provvista tal-messijiet jew kantinijiet tagħhom,

- konsum taħt ftehim konkluż ma' pajjiżi li mhumiex membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali b'dan illi dak il-ftehim ikun permess jew awtorizzat fir-rigward ta' l-eżenzjoni mill-VAT.

Dawn l-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita sakemm jiġu addottati regoli uniformi tat-taxxa. L-eliġibilita għall-eżenzjoni tista' tingħata skond il-proċedura għall-ħlas lura tad-dazji tas-sisa.

2. Il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil xi Stat Membru li jikkonkludi ma' pajjiż mhux membru jew ma' organizzazzjoni internazzjonali xi ftehim li jkun fih eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa.

Xi Stat li jixtieq li jikkonkludi xi ftehim bħal dak għandu jġib il-kwistjoni a konjizzjoni tal-Kummissjoni u jipprovdi l-isfond tat-tagħrif kollu meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar. Id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha titqies li tkun ġiet addottata jekk, fi żmien xahrejn minn mindu jkunu ġew infurmati l-Istati Membri l-oħra, il-kwistjoni ma tkunx tqajmet quddiem il-Kunsill.

3. Id-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa stabbiliti fid-Direttivi li ġejjin m'għandhomx jibqgħu jgħoddu wara l-31 ta' Diċembru 1992:

- Id-Direttiva 74/651/KEE [6],

- Id-Direttiva 83/183/KEE [7],

- Id-Direttiva 68/297/KEE [8].

4. Id-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa stabbiliti fid-Direttiva 69/169/KEE [9] m'għandhomx jibqgħu jgħoddu wara l-31 ta' Diċembru 1992 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri.

5. Sakemm il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jkun addotta dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar dgħajjes u ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq is-suġġett.

TITOLU VI

Kumitat dwar id-dazji tas-sisa

Artikolu 24

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat". Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u pprisedut mill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jħejji r-regoli tiegħu ta' proċedura.

2. Il-miżuri meħtiġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 7, 18 u 19 għandhom jiġu addottati skond il-proċeduri mniżżla fil-paragrafi 3 u 4.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Il-Kumitat għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu skond il-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President ma'għandux jivvota.

4. (a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta li tirrelata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, wara li jiskadi l-perijodu ta' tlett xhur mid-data li l-kwistjoni kienet riferita lilu, il-Kunsill ma jkunx addotta xi miżuri, il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri proposti, ħlief fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-imsemmija miżuri b'maġġoranza sempliċi.

5. B'żieda mal-miżuri riferiti fil-paragrafu 2, il-Kumitat għandu jeżamina l-kwistjonijiet mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar dazji tas-sisa, ħlief għal dawk riferiti fl-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 25

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jagħmlu stima ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar id-dazji tas-sisa.

TITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, sal-31 ta' Diċembru 1996 u soġġetta għall-mekkaniżmu ta' reviżjoni simili għal dak stabbilit fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 77/388/KEE [10], id-Danimarka għandha tiġi awtorizzata li tapplika l-arranġamenti speċifiċi mniżżla fil-paragrafi 2 u 3 għal xorb spirituż u tabakk manifatturat fil-qafas ġenerali ta' l-approssimazzjonijiet tar-rati tad-dazju tas-sisa.

2. Id-Danimarka għandha tkun awtorrizzata li tapplika r-restrizzjonijiet kwantitattivi li ġejjin:

- il-vjaġġaturi privati li jidħlu fid-Danimarka għandhom jibbenefikaw mill-allowance fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1992 għal sigarretti, cigarillos, jew tabakk tat-tipjip u għal xorb spirituż,

- vjaġġaturi residenti fid-Danimarka u li kienu barra d-Danimarka għal anqas mill-perjodu fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1992 għandhom jibbenefikaw mill-allowances fis-seħħ fid-Danimarka fil-31 ta' Diċembru 1992 dwar sigarretti u xorb spirituż.

3. Id-Danimarka tista' tiġbor id-dazji tas-sisa u twettaq il-verifiki meħtieġa fir-rigward ta' xorb spirituż, sigarretti, cigarillos u tabakk tat-tipjip.

4. Il-Kunsill, b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi flimkien ma' l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazju tas-sisa u fid-dawl tar-riskju ta' kompetizzjoni mhux xierqa, li jimmodifika d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jew, fejn xieraq, li jillimita t-tul ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 27

Qabel l-1 ta' Jannar 1997 il-Kunsill, b'mod unanimu fuq il-bażi tar-rapport mill-Kummissjoni, għandu jeżamina mill-ġdid id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 8, 9 u 10 u, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jaddotta kull emenda meħtieġa.

Artikolu 28

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għall-perjodu li jintemm fit-30 ta' Ġunju 1999:

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw prodoti provduti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinġarru fil-bagoll personali ta' passiġġieri li jagħmlu titjir intra-Komunitarju jew qsim bil-baħar għal Stat Membru ieħor.

Għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni:

(a) "ħanut ħieles mit-taxxa" għandha tfisser kull stabbiliment li jkun jinsab f'ajruport jew port li jħares il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond b'mod partikolari l-paragrafu 3 ta' dan-Artikolu;

(b) "vjaġġatur għal Stat Membru ieħor" għandha tfisser kull passiġġier li jkollu dokument tat-trasport, għall-vjaġġ bl-ajru jew bil-baħar, li jkun juri li d-destinazzjoni mmedjata tkun ajruport jew port li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor;

(ċ) "titjira intra-Komunitarja jew qsim bil-baħar" għandha tfisser kull trasport, bl-ajru jew bil-baħar, li jibda fi Stat Membru, meta l-post attwali ta' twassil ikun jinsab fi Stat Membru ieħor.

Prodotti provduti abbord ajruplan jew bastiment matul servizz ta' passiġġieri intra-Komunitarju għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal prodotti provduti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika wkoll għal prodotti provduti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jkunu jinsabu f'terminal wieħed jew tnejn ta' aċċess għaċ-Channel Tunnel għall-passiġġieri li jkollhom dokumenti tat-trasport li huma validi għall-vjaġġ bejn iż-żewġ terminals.

2. L-eżenzjoni provduta fil-paragrafu 1 għandha tgħodd biss għal prodotti fi kwantitajiet li ma jeċċedux il-limiti, skond il-persuna skond il-vjaġġ, stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ fil-kuntest tal-moviment ta' vjaġġaturi bejn pajjiżi terzi u l-Komunità.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-eżenzjoni provduta f'dan l-Artikolu tiġi applikata b'mod korrett u b'mod li jinftiehem, u biex tiġi evitata l-possibiltà ta' kull evażjoni, skansament jew abbuż.

Artikolu 29

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw produttuti żgħar ta' l-inbid mill-ħtiġijiet tat-Titoli II u III u mill-ħtiġijiet l-oħra li jirrelataw maċ-ċaqliq u l-immnitorjar. Meta dwan il-produtturi żgħar infushom iwettqu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet relevanti tagħhom u jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 986/89 [11] ta' l-10 ta' April 1989 partikolarment fir-rigward tar-reġistru tal-prodotti ħerġin ‘il barra minn pajjiżhom u tad-dokument mehmuż.

"Produtturi żgħar ta' l-inbid" għandha tiftiehem li tfisser persuni li jipproduċu medja ta' anqas minn 1000 hl ta' nbid kull sena.

2. L-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom ikun nfurmati mill-konsenjatarju ta' twassil ta' inbid riċevut permezz tad-dokument riferit fil-paragrafu 1 jew billi jagħmlu referenza għalih.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fuq bażi bilaterali biex jintroduċu verifiki fuq il-post, li jisgħtu jitwetqu, kif meħtieġ, minn proċeduri komputerizzati.

Artikolu 30

Id-Direttiva 77/799/KEE hija emendata kif ġej:

1. It-Titolu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta."

2. Fl-Artikolu 1:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Skond din id-Direttiva l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru għandhom jibdlu kull tagħrif li jista' jippermettilhom li jeffettwaw stima korretta tat-taxxi fuq id-dħul u l-kapital u kull tagħrif li jirrelata ma' l-istima tat-taxxi ndiretti li ġejjin:

- taxxa fuq il-valur miżjud,

- dazju tas-sisa fuq żjut minerali,

- dazju tas-sisa fuq alkoħol u xorb alkoħoliku,

- dazju tas-sisa fuq tabakk immanifatturat."

(b) Il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej fir-rigward tad-Danimarka, il-Greċja, ir-Renju Unit u l-Portugall:

fid-Danimarka:

- Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat;

fil-Greċja:

- YπουργóΏ Οικονομικων jew rappreżentant awtorizzat;

fir-Renju Unit:

- Il-Kummissarji tad-Dwana u s-Sisa jew rappreżentant awtorizzat għal-informazzjoni meħtieġa dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa,

- Il-Kummissarji tat-Taxxi Nterni jew rappreżentant awtorizzat għat-tagħrif kollu l-ieħor;

fil-Portugall:

- O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat.'

Artikolu 31

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1993.

Iżda, fir-rigward ta' l-Artikolu 9(3) ir-Renju tad-Danimarka huwa awtorizzat li jintroduċi il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ta' dawn id-dispożizzjonijiet sa' l-1 ta' Jannar 1993 l-aktar tard.

Fejn l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jaddottaw biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Artikolu 32

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' Frar 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Vitor Martins

[1] ĠU C 322, tal-21.12.1990, p.1; u ĠU C 45, ta' l-20.8.1992, p. 10.

[2] ĠU C 183, tal-15.7.1991, p. 131.

[3] ĠU C 169, tat-18.3.1991, p. 25.

[4] ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/1070/KEE (ĠU L 331, tas-27.12.1979, p. 8).

[5] ĠU L 349, tat-13.12.1990, p. 19.

[6] ĠU No L 354, tat-30.12.1974, p. 6; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/663/KEE (ĠU C 382, tal-31.12.1988, p. 40).

[7] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 64; Direttiva emendata bid-Direttiva 89/604/KEE (ĠU L 348, tad-29.11.1989, p. 28).

[8] ĠU L 175, tal-25.7.1968, p. 15; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/347/KEE (ĠU L 183, tas-16.7.1985, p. 22).

[9] ĠU L 135, ta' l-4.6.1969, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/191/KEE (ĠU L 94, tas-16.4.1991, p. 24).

[10] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/640/KEE (ĠU L 349, tat-13.12.1990, p. 19).

[11] ĠU L 106, tat-18.4.1989, p. 1; Regolament kif l-aħħar modifikat bir-Regolament (KEE) Nru 592/91 (ĠU L 66, tat-13.3.1991, p. 13).

--------------------------------------------------

Top