This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981L0933
Council Directive 81/933/EEC of 17 November 1981 amending Directives 69/169/EEC and 78/1035/EEC as regards tax reliefs applicable in international travel and to imports of small consignments of goods of a non- commercial character from third countries
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1981 li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 78/1035/KEE rigward eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali u ta' l-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1981 li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 78/1035/KEE rigward eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali u ta' l-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi
ĠU L 338, 25.11.1981, p. 24–24
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 06/11/2006
Official Journal L 338 , 25/11/1981 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0093
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0129
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1981 li temenda d-Direttivi 69/169/KEE u 78/1035/KEE rigward eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali u ta' l-importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (81/933/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-iffissar ta' l-ekwivalenti f'munita nazzjonali ta' l-eżenzjonijiet ta' taxxa kif hemm provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28 ta' Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet imqegħda bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatat ma' l-eżenzjoni mid-dħul ta' taxxa u dazju tas-sisa fuq importazzjoni fi vjaġġar internazzjonali [4], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 78/1033/KEE [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 78/1035/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 fuq l-eżenzjoni mit-taxxi ta' importazzjoni ta' kunsinni żgħar ta' karattru mhux kummerċjali minn pajjizi terzi [6] jirriżulta fi tnaqqis fit-termini ta' munita nazzjonali fl-eżenzjonijiet ta' taxxa applikabbli fi Stat Membru wieħed; billi, fiċ-ċirkostanzi preżenti, tali tnaqqis għandu jiġi evitat, ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tad-Direttiva 69/169/KEE għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1, l-espressjoni "40 unita' Ewropea ta' rendikont" għandha tiġi mibdula b' "45 ECU", (b) fil-paragrafu 2, l-espressjoni "20 unita' Ewropea ta' rendikont" għandha tiġi mibdula b' "23 ECU". Artikolu 2 Fit-tielet indent ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 78/1035/KEE l-espressjoni "30 EUA" għandha tiġi mibdula b' "35 ECU". Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 1982. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jadottaw għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirrizata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fis-17 ta' Novembru 1981. Għall-Kunsill Il-President G. Howe [1] ĠU Ċ 350, tal-31.12.1980, p. 21. [2] ĠU Ċ 144, tal-15.6.1981, p. 76. [3] ĠU Ċ 159, tad-29.6.1981, p. 5. [4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6. [5] ĠU L 366, tat-28.12.1978, p. 31. [6] ĠU L 366, tat-28.12.1978, p. 34. --------------------------------------------------