Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A1022(01)

    Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/591/oj

    Related Council decision

    21998A1022(01)



    Official Journal L 284 , 22/10/1998 P. 0037 - 0044


    Ftehim

    dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Komunità"),

    mill-parti l-waħda, u

    IL-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA,

    mill-parti l-oħra,

    hanwhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-"Partijiet",

    WAQI LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom;

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Komunità u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika qegħdin isegwu attivitajiet ta' riċerka u teknoloġija f'numru ta' żoni ta' interess komuni, u li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' xulxin ta' riċerka u żvilupp fuq bażi ta' reċiproċità għandhom jipprovdu benefiċċji komuni;

    WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni dwar ir-relazzjonijiet UE-US tat-23 ta' Novembru 1990 u l-Aġenda Ġdida Transatlantika u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt UE-US adaottat f'Madrid fit-3 ta' Diċembru 1995;

    WAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu bażi formali għall-koperazzjoni f'riċerka xjentifika u teknoloġika li għandha testendi u ssaħħaħ il-komportament ta' attivitajiet ta' koperazzjoni f'żoni ta' interess komuni u jinkoraġġixxu l-applikazzjoni tar-riżultati ta' dik il-koperazzjoni għall-ġid ekonomiku u soċjali tagħhom,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għan

    Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċiliatw attivitajiet ta' koperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni fejn qegħdin isegwu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fix-xjenza u t-teknoloġija.

    Artikolu 2

    Tifsir

    Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

    (a) "Attività ta' Koperazzjoni" tfisser kull attività li l-Partijiet iwettqu, jew isostnu, skond dan il-Ftehim, u tinkludi riċerka konġunta;

    (b) "Informazzjoni" tfisser tagħrif xjentifiku jew tekniku, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp li jimbtu minn riċerka komuni, u kull tagħrif ieħor li jirrelata ma attivitajiet ta' koperazzjoni;

    (ċ) "Proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma, 14 ta' Lulju 1967;

    (d) "Riċerka konġunta" tfiser riċerka li hija implimentata bl-appoġġ finanzjarju minn Parti jew miż-żewġ Partijiet u li tinvolvi kollaborazzjoni minn parteċipanti kemm mill-Komunità u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, u hija maħsuba bħala riċerka konġunta bil-miktub mill-Partijiet jew mill-organizzazzjonijiet u aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, jew fil-każ fejn ikun hemm finanzjament minn Parti waħda biss, minn dak il-Parti, u l-parteċipanti f'dak il-proġett;

    (e) "Parteċipanti" tfisser kull individwu jew entità, inklużi, fost oħrajn, organizzazzjonijiet u aġenziji xjentitfiċi u teknoloġiċi tal-Partijiet, persuni privati, impriżi, ċentri ta' riċerka, universitajiet, sussidjarji ta' entitajiet Ewropej jew ta' l-US, jew kull forma oħra ta' entità legali involuta f'attivitajiet ta' koperazzjoni.

    Artikolu 3

    Prinċipji

    L-attivitaiet ta' koperazzjoni għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

    (a) ġid komuni bbażat fuq bilanċ kollox ma’ kollox ta' vantaġġi;

    (b) opportunitajiet reċiproċi ta' twettieq f'attivitajiet ta' koperazzjoni;

    (ċ) trattament ekwu u ġust;

    (d) skambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista’ taffettwa attivitajiet ta' koperazzjoni.

    Artikolu 4

    Żoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

    (a) Is-setturi għall-attivitajiet ta' koperazzjoni huma:

    - l-ambjent (inkluża riċerka dwar il-klima),

    - biomediċina u saħħa (inkluża riċerka dwar l-AIDS, mard infettuż u abbuż mid-droga),

    - agrikoltura,

    - xjenza tas-sajd,

    - riċerka dwar l-inġinerija,

    - enerġija mhux nukleari,

    - risorsi naturali,

    - xjenzi materjali u metroloġija,

    - teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni,

    - telematika,

    - bioteknoloġija,

    - xjenzi marini u teknoloġija,

    - riċerka ta' xjenzi soċjali,

    - trasport,

    - politika ta' xjenza u trasport, amministrazzjoni, taħriġ u mobilità ta' xjenzjati.

    (b) Il-Partijiet jistgħu jimmodifikaw din il-lista fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp Konġunt Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 6, skond il-proċedura fis-seħħ għal kull Parti.

    (ċ) Il-Partijiet jistgħu jsegwu konġuntement attivitajiet ta' koperazzjoni ma’ partijiet terzi.

    Artikolu 5

    Forom ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

    (a) Bla ħsara għal-liġijiet applikabbli, regolamenti u politika, il-Partijiet għandhom irawmu, sa l-aktar limitu possibbli, l-involviment ta' parteċipanti f'attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim bil-ħsieb li jipprovdu opportunitajiet komparabbli għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u żvilupp xjentifiċi u teknoloġiċi.

    (b) L-attivitajiet ta' koperazzjoni jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

    1. proġetti kordinati ta' riċerka u proġetti kondunti ta' riċerka;

    2. gruppi konġunti tax-xogħol;

    3. studji konġunti;

    4. organizzazzjoni konġunta ta' laqgħat xjentifiċi, konferenzi, simpożji u gruppi ta' diskussjoni;

    5. taħriġ ta' xjenzjati u esperti tekniċi;

    6. skambju jew qsim ta' apparat u materjali;

    7. żjajjar u skambji ta' xjenzjati, inġinjiera jew persunal ieħor adattat;

    8. skambji ta' informazzjoni xjentifika u teknoloġika kif ukoll dwar prattika, liġijiet, regolamenti u programmi relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim.

    Fejn xieraq, dawk l-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom iseħħu skond arranġamenti ta' implimentazzjoni konklużi bejn l-aġenti esekuttivi tal-Partijiet, jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u tekniċi tagħhom. Dawn l-arranġamenti jistgħu jiddeskrivu n-natura u t-tul ta' żmien tal-koperazzjoni għal żona jew għan speċifiku, trattament ta' proprjetà intellettwali kif hemm provdut fl-Anness, finanzjament, allokazzjoni ta' spejjeż, u kwistjonijiet oħra relevanti.

    Artikolu 6

    Kordinazzjoni u faċilitazzjoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni

    (a) Il-kordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom jintgħamlu għan-nom tal-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika mid-Dipartiment ta' l-Istat u għan-nom tal-Komunità mill-Kummissjoni Ewropea, waqt li jaġixxu bħala Aġenti Esekuttivi.

    (b) L-Aġenti esekuttivi għandhom jistabbilixxu Grupp Konġunt Konsultattiv (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "JCG") għas-sorveljanza tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika taħt dan il-Ftehim. Il-JCG għandu jikkonsisti f'numru ugwali limitat ta' rappreżentanti uffiċjali ta' kull Parti.

    (ċ) Il-JCG jista’ jżomm konsultazzjoni dwar kwistjonijiet ġenerali ta' xjenza u teknoloġija; skambju ta' informazzjoni; jistabbilixxi forzi tax-xogħol u gruppi tax-xogħol kif xieraq; jikkonsulta ma’ esperti kif xieraq u meħtieġ; u xort’oħra jaħdm biex iżid il-komprensjoni komuni ta' l-attivitajiet tal-Partijiet u programmi relatati ma’ xjenza u teknoloġija.

    (d) Il-funzjonijiet tal-JCG għandhom jinkludu:

    1. is-sorveljanza u r-rakkomandazzjoni ta' attivitajiet taħt il-Ftehim;

    2. jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 4(b);

    3. jagħti pariri lill-partijiet dwar il-modi kif tittejjeb il-koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji mniżżla f'dan il-Ftehim;

    4. jipprovdi kull sena rapport dwar l-istatus u l-effettività tal-koperazzjoni mwettqa taħt dan il-Ftehim;

    5. jirrevedi l-iffunzjonar effiċjenti u effettiv tal-Ftehim.

    (e) Il-JCG għandu jiltaqa’ kull sena, sakemm ma jiġix miftiehem xort'oħra mill-Partijiet. Il-laqgħat għandhom jinżammu alternattivament fil-Komunità u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Il-JCG għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura, suġġetti għall-approvazzjoni mill-Partijiet.

    (f) Id-deċiżjonijiet tal-JCG għandhom jintlaħqu b'konsensus. Minuti, li jikkomprendu rekord tad-deċiżjonijiet u l-punti prinċipali diskussi, għandhom jittieħdu f'kull laqgħa. Għandu jkun hemm qbil dwar dawn il-minuti minn dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex jippresiedu konġuntement il-laqgħat.

    Artikolu 7

    Finanzjar u konsiderazzjonijiet legali

    (a) L-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom ikunu suġġetti għad-disponibilità ta' fondi xierqa u għal-liġijiet u regolamenti applikabbli, politka u programmi tal-Komunità u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

    (b) Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż tat-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha taħt dan il-Ftehim, inklużi l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-JCG. Iżda, l-iżpejjeż, barra minn dawk għall-ivjaġġar u l-akkomodazzjoni, li huma direttament assoċjati mal-laqgħat tal-JCG, għandhom jinġarru mill-Parti li tospita.

    Artikolu 8

    Dħul ta' persunal u apparat

    Kull Parti għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli u juża l-aħjar sforzi tiegħu, fi ħdan il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, biex jiffaċilita d-dħul għal, u l-ħruġ mit-territorju tiegħu ta' persuni, materjal, tagħrif u apparat involut fi jew użat fl-attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu 9

    Trattament ta' proprjetà intellettwali

    L-allokazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu skond id-disposizzjoniijiet ta' l-Anness, li jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

    Artikolu 10

    Patti ta' ftehim oħra u disposizzjonijiet transitorji

    (a) Il-Partijiet għandhom jagħmlu minn kolloxx, fejn xieraq, biex iġibu taħt it-termini ta' dan il-Ftehim arranġamenti ġodda għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 4.

    (b) Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet u obbligazzjonijiet taħt patti ta' ftehim oħra bejn il-Partijiet u kull ftehim jew arranġament bejn xi wieħed mill-Partijiet u pajjiżi terzi li ma jipparteċipawx, inklużi patti ta' ftehim u arranġamenti bejn organizzazzjonijiet jew aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom u Stat Membru tal-Komunità.

    Artikolu 11

    Applikazzjoni territorjali

    Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dak it-Trattat, u min-naħa l- oħra għat-territorju ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dan m'għandux jipprevjeni t-twettiq ta' attivitajiet ta' koperazzjoni f'ibħra internazzjonali, fl-ispazju, jew fit-territorji ta' pajjiżi terzi, skond il-liġi internazzjonali.

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ, terminazzjoni u soluzzjoni ta' disputi

    (a) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri nterni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

    (b) Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta' kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiz, b'emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.

    (ċ) Dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat f'kull żmien minn xi Parti b'avviż bil-miktub ta' sitt xhur. L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, m'għandhiex teffettwa l-validità jew it-tul ta' żmien ta' xi arranġament magħmul taħtu, jew xi drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġemmgħu b'konformità ma l-Anness.

    (d) Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa biex jiġi emendat dan il-Ftehim ikunu tlestew.

    (e) Il-kwistjonijiet jew disputi relatati ma’ l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu solvuti bi qbil komuni bejn il-Partijiet.

    Artikolu 13

    Il-Ftehim huwa ffirmat f'żewġ kopji bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

    Hecho en Washington DC, el cinco de diciembre de mil novecientos noventa y siete.

    Udfærdiget i Washington DC, den femte december nitten hundrede og syvoghalvfems.

    Geschehen zu Washington DC am fünften Dezember neunzehnhundertsiebenundneuzig.

    Έγινε στην Ουάσιγκτον DC, στις 5 Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.

    Done at Washington DC on the fifth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.

    Fait à Washington DC, le cinq décembre mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.

    Fatto a Washington DC, addí cinque dicembre millenovecentonovantasette.

    Gedaan te Washington DC, de vijfde december negentienhonderd zevenennegentig.

    Feito em Washington DC, em cinco de Dezembro de mil novecentos e noventa e sete.

    Tehty Washington DC:ssä viidentenä päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.

    Som skedde i Washington DC den femte december nittohundranittiosju.

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeisnchaftΓια την Ενρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    Por el Gobierno de los Estados Unidos de AméricaFor regeringen for Amerikas Forenede StaterFür die Regierung der Vereinigten Staaten von AmerikaΓια τηυ κνβέρνηση των Ηνωμένων Πολιτειών της ΑμερικήςFor the Government of the United States of AmericaPour le gouvernement des États-Unis d'AmériquePer il governo degli Stati Uniti d'AmericaVoor de regering van de Verenigde Staten van AmerikaPelo Governo dos Estados Unidos da AméricaAmerikan yhdysvaltojen hallituksen puolestaPå Amerikas förenta staternas regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the United States of AmericaPor el Gobierno de los Estados Unidos de AméricaFor regeringen for Amerikas Forenede StaterFür die Regierung der Vereinigten Staaten von AmerikaΓια τηυ κνβέρνηση των Ηνωμένων Πολιτειών της ΑμερικήςPour le gouvernement des États-Unis d'AmériquePer il governo degli Stati Uniti d'AmericaVoor de regering van de Verenigde Staten van AmerikaPelo Governo dos Estados Unidos da AméricaAmerikan yhdysvaltojen hallituksen puolestaPå Amerikas förenta staternas regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    For the European CommunityPor la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeisnchaftΓια την Ενρωπαϊκή ΚοινότηταPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    PROPRJETÀ INTELLETTWALI

    Skond l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim:

    Il-Partijiet għandhom jassiguraw protezzjoni adegwata u effettiva tal-proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija taħt dan il-Ftehim u l-arranġamenti relevanti ta' implimentazzjoni. Il-Partijiet jaqblu li jinnotifikaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun b'xi interventi jew xogħlijiet dritt ta' awtur li joħroġu taħt dan il-Ftehim u li jfittxu protezzjoni għal dik il-proprjetà intellettwali malajr kemm jista’ jkun. Id-drittijiet għal dik il-proprjetà intellettwali għandhom ikunu allokati kif provdut f'dan l-Anness.

    I. SKOP

    A. Dan l-Anness huwa applikabbli għall-attivitajiet kollha ta' koperazzjoni mwettqa mill-Partijiet jew mill-parteċipanti tagħhom skond dan il-Ftehim, ħlief kif mod ieħor speċifikament miftiehem bejn il-Partijiet.

    B. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju 1967.

    C. Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni ta' drittijiet, interessi, u royalties bejn il-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom. Kull Parti għandha tassigura li l-Parti l-oħra jew il-parteċipanti tagħha jistgħu jiksbu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali allokati skond dan l-Anness. dan l-Anness ma jibdilx mod ieħor jew jippreġudika l-allokazzjoni bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha, li għandha tiġi stabbilita mil-liġijiet u l-prattika ta' dak il-Parti.

    D. Disputi li jikkonċernaw proprjetà intellettwali li joħorġu taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu riżolti permezz ta' diskussjonijiet bejn il-parteċipanti relevanti, jew, fejn meħtieġ, il-Partijiet. Bi ftehim komuni bejn il-Partijiet, il-parteċipanti jistgħu jibagħtu disputa lil tribunal ta' arbitraġġ għal arbitraġġ li jorbot. Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux xort'oħra bil-miktub, ir-regoli ta' l-arbitraġġ ta' l-Uncitral għandhom jirregolaw.

    E. It-terminazzjoni jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jeffettwaw drittijiet jew obbligazzjonijiet taħt dan l-Anness.

    II. ALLOKAZZJONI TA' DRITTIJIET

    A. Kull Parti għandha tkun intitolata għal liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u ħielsa mir-royalties fil-pajjiżi kollha biex jipproduċi, iqassam pubblikament u jittraduċi artikoli xjentifiċi u tekniċi fil-ġurnali, rapporti xjentifiċi mhux ta' proprjetà u kotba li joħorġu direttament minn koperazzjoni taħt dan il-Ftehim. Il-kopji kollha mqassma ta' xogħol bi drittijiet ta' l-awtur imħejjija taħt din id-disposizzjonii għandhom jindikaw l-ismijiet ta' l-awturi tax-xogħol sakemm l-awtur espliċitament jirrifjuta li jissemma. Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha għandu jkollu d-dritt li tirrevedi t-traduzzjoni qabel it-tqassim pubbliku.

    B. Drittijiet għall-forom kollha ta' proprjetà intellettwali, minbarra dawk id-drittijiet deskritti fil-paragrafu II(A) hawn fuq, għandhom ikunu allokati kif ġej:

    1. Żjajjar ta' riċerka, per eżempju, xjenzjati li jżuru primarjament fit-tkomplija ta' l-edukazzjoni tagħhom, għandhom jirċievu drittijiet ta' proprjetà intellettwali taħt arranġamenti ma’ l-istituzzjonijiet tagħhom li jospitaw. B'żieda, kull riċerkatur li jkun qiegħed iżur, imsemmi bħala inventur għandu jkun intitolat għal trattament bħala ċittadin fil-pajjiż li jospita fir-rigward ta' għotjiet, bonusijiet, benefiċċi, jew kull għotjiet oħra skond il-politika ta' l-istituzzjoni li tospita.

    2. (a) Għal proprjetà intellettwali li hija jew tista’ tinħoloq matul riċerka konġunta, il-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom għandhom jiżviluppaw konġuntement pjan ta' amministrazzjoni ta' teknoloġija. Il-pjan ta' amministrazzjoni ta' teknoloġija għandu jqis il-kontribuzzjonijiet relattivi tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħom, il-benefiċċi ta' liċenzjar mit-territorju jew għall-oqsma ta' użu, il-ħtiġiet imposti mil-liġijiet domestiċi tal-Partijiet, u fatturi oħra meqjusa xierqa.

    (b) Jekk il-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom ma jaqblux għall-pjan konġunt ta' amministrazzjoni tat-teknoloġija fil-ftehim inizjali ta' koperazzjoni ta' riċerka u ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fi żmien raġonevoli, li m'għandux jeċċedi s-sitt xhur, miż-żmien li Parti ssir konxja bil-ħolqien jew il-possibbiltà ta' ħolqien tal-proprjetà intellettwali in kwistjoni bħala riżultat tar-riċerka konġunta, il-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom għandhom jirriżilvu l-kwistjoni skond id-disposizzjoniijiet tal-paragrafu I(D). Sakemm tiġi riżolta l-kwistjoni, dik il-proprjetà intellettwali, għandha tkun il-proprjetà konġunta tal-Partijiet jew il-parteċipanti tagħhom, iżda għandha tkun kummerċjalment sfruttata (inkluż l-iżvilupp tal-prodott) biss bi ftehim komuni.

    (ċ) "Riċerka konġunta" tfisser riċerka li hija implimentata bl-appoġġ finanzjarju minn Parti waħda jew iż-żewġ Partijiet u li tinvolvi kollaborazzjoni minn parteċipanti kemm mill-Komunità u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u hija maħsuba bħala riċerka konġunta bil-miktub bejn il-Partijiet jew mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji xjentifiċi jew teknoloġiċi tagħhom, jew fil-każ fejn ikun hemm finanzjament minn Parti waħda biss, minn dik il-Parti u l-parteċipanti f'dak il-proġett.

    (d) Fil-każ li kull Parti taħseb li proġett partikolari ta' riċerka konġunta taħt dan il-Ftehim iwassal jew jista’ jwassal għall-ħolqien jew il-forniment ta' tip ta' proprjetà intellettwali li jipproteġi iżda li ma tkunx protetta mat-territorju kollu tal-Parti l-oħra, il-Partijiet għandhom minnufih iżommu diskussjonijiet biex jistabbilixxu l-allokazzjoni tad-drittijiet ta' l-imsemmija proprjetà intellettwali. L-attivitajiet konġunti in kwistjoni għandhom ikunu sospiżi matulid-diskussjonijiet, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet tagħhom. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq ebda qbil f'perjodu ta' tliet xhur mid-data tat-talba għad-diskussjonijiet, il-koperazzjoni dwar il-proġett in kwistjoni għandha tiġi sospiża jew terminata fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

    III. INFORMAZZJONI TA' PROPRJETÀ

    Fil-każ li informazzjoni identifikata f'waqtha bħala proprjetà tiġi fornuta jew maħluqa taħt il-Ftehim, kull Parti u l-parteċipanti tagħha għandhom jipproteġu dik l-informazzjoni skond il-liġijiet applikabbli, regolamenti, u prattika amministrattiva. Mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, ebda waħda mill-Partijiet ma għandha tikxef xi informazzjoni ta' proprjetà ħlief għal impjegati, persunal tal-gvern, u kuntratturi primarji u subkuntratturi. Dak il-kxif għandu jkun għall-użu biss skond it-termini tal-permessi jew liċenzi tagħhom mal-Partijiet jew il-kamp ta' applikazzjoni tax-xogħol tal-kuntratti tagħhom mal-Partijiet u f'xogħol li jirrelata mal-materjal tas-suġġett ta' informazzjoni hekk imxerrda. Il-Partijiet għandhom jimponu jew ikunu imponew, permezz ta' arranġamenti xierqa bħal kuntratti ta' riċerka, dokumenti ta' għoti, pjani ta' amministrazzjoni teknoloġika, eċċ. obbligu fuq il-parteċipanti kollha li jirċievu dik l-informazzjoni li jżommuha kunfidenzjali.

    Jekk waħda mill-Partijiet tinduna li, taħt il-liġijiet jew regolamenti tagħha, ikun, jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li ma jkunx kapaċi li jħares id-disposizzjoniijiet ta' nuqqas ta' kxif, għandha minnufih tinforma lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom wara dan jikkonsultaw biex jddefinixxu l-kors adattat ta' azzjoni. Informazzjoni tista’ tiġi identifikata bħala proprjetà jekk tkun sigrieta fis-sena li ma tkunx, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew assemblea tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa jew faċilment aċċessibbli b'mezzi leċiti; jkollha valur kummerċjali attwali jew potenzjali minħabba s-segretezza tagħha; tkun ġiet suġġetta għal passi li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna legalment fil-kontroll biex iżżomm is-segretezza tagħha u ma tkunx għadha fil-pussess tar-reċipjent mingħajr obbligu li jikkonċerna l-kunfidenzjalità tagħha.

    --------------------------------------------------

    Top