This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R1329-20141216
Commission Implementing Regulation (EU) No 1329/2014 of 9 December 2014 establishing the Forms referred to in Regulation (EU) No 650/2012 of the European Parliament and of the Council on jurisdiction, applicable law, recognition and enforcement of decisions and acceptance and enforcement of authentic instruments in matters of succession and on the creation of a European Certificate of Succession
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad- 9 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad- 9 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1329/2014-12-16
2014R1329 — MT — 16.12.2014 — 000.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 359 16.12.2014, p. 30) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1329/2014
tad-9 ta' Diċembru 2014
li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3)(b), l-Artikolu 59(1), l-Artikolu 60(2), l-Artikolu 61(2), l-Artikolu 65(2) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom jiġu stabbiliti għadd ta' formoli. |
(2) |
B'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri ma ħadux sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 650/2012. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma ħadux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(3) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Suċċessjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna deċiżjoni f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 1 bħala l-Formola I.
2. Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna strument awtentiku f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 2 bħala l-Formola II.
3. Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna soluzzjoni bil-qorti f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 3 bħala l-Formola III.
4. Il-formola li trid tintuża għall-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni msemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 4 bħala l-Formola IV.
5. Il-formola li trid tintuża għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni msemmi fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 5 bħala l-Formola V.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-17 ta' Awwissu 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
ANNESS 1
ANNESS 2
ANNESS 3
ANNESS 4
ANNESS 5
( 1 ) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107.