Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0066-20170109

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal- 14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/66/2017-01-09

    02014R0066 — MT — 09.01.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2014

    tal-14 ta’ Jannar 2014

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 029 31.1.2014, p. 33)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 66/2014

    tal-14 ta’ Jannar 2014

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta’ fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), ħobbs domestiċi u estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, ukoll meta dawn jinbiegħu għal għanijiet mhux domestiċi.

    2.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

    (a) għall-apparat li juża sorsi tal-enerġija oħrajn minbarra l-elettriku jew il-gass;

    (b) għall-apparat li jkun fih il-funzjoni tat-“tisħin tal-ikel bil-majkrowejv”;

    (c) għall-fran iż-żgħar;

    (d) għall-fran portabbli;

    (e) għall-fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana;

    (f) għall-fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom;

    (g) għall-berners mgħottijin tal-gass fil-ħobbs;

    (h) għall-apparat għat-tisjir għall-użu fuq barra;

    (i) għall-apparat maħsub biex jaħdem biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan);

    (j) għall-grillijiet.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “forn” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih kavità waħda jew aktar u li jaħdem bil-gass u/jew bl-elettriku, li fih jitħejja l-ikel billi tintuża l-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul;

    (2) “kavità” tfisser kompartiment magħluq li fih it-temperatura tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel;

    (3) “forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn li jkollu żewġ kavitajiet jew aktar, li kull waħda minnhom tissaħħan b’mod separat;

    (4) “forn żgħir” tfisser forn li fih il-kavitajiet kollha jkunu wesgħin u fondi inqas minn 250 millimetru jew ikunu għoljin inqas minn 120 millimetru;

    (5) “forn portabbli” tfisser forn li ma jiżinx iktar minn 18-il kilogramm, sakemm dan ma jkunx iddisinjat għall-installazzjonijiet inkorporati;

    (6) “tisħin tal-ikel bil-majkrowejv” tfisser it-tisħin tal-ikel bl-użu tal-enerġija elettromanjetika;

    (7) “modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità Mħaddem ta’ forn li juża l-konvezzjoni naturali biss għaċ-ċirkulazzjoni tal-arja msaħħna fil-kavità tal-forn;

    (8) “modalità Fann mixgħul” tfisser modalità li fiha fann inkorporat jiċċirkola l-arja msaħħna ġol-kavità tal-forn;

    (9) “ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standardizzata f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet iddefiniti;

    (10) “kuker” tfisser apparat magħmul minn forn u ħobb li jaħdmu bil-gass jew bl-elettriku;

    (11) “modalità Mħaddem” tfisser l-istatus tal-forn jew tal-ħobb waqt l-użu;

    (12) “sors tas-sħana” tfisser il-forma ewlenija tal-enerġija għat-tisħin ta’ forn jew ta’ ħobb;

    (13) “ħobb tal-elettriku” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir u/jew erja waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-elettriku;

    (14) “ħobb tal-gass” tfisser apparat, jew parti minn apparat, li jkun fih żona waħda jew iktar tat-tisjir, inkluża unità ta’ kontroll, u li jkun jissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass b’qawwa minima ta’ 1,16 kW;

    (15) “ħobb” tfisser “ħobb tal-elettriku”, “ħobb tal-gass” jew “ħobb imħallat”;

    (16) “berners mgħottijin tal-gass” tfisser berners magħluqin jew issiġillati tal-kukers tal-gass, mgħottijin bi ħġieġa b’saħħitha jew b’għatu taċ-ċeramika li jifforma wiċċ lixx għat-tisjir;

    (17) “ħobb imħallat” tfisser apparat li jkollu żona jew erja waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-elettriku u żona waħda jew iktar tat-tisjir li tkun tissaħħan bl-użu ta’ berners tal-gass;

    (18) “żona tat-tisjir” tfisser parti minn ħobb li jkollha dijametru ta’ mill-inqas 100 millimetru, li fuqha jitqiegħdu u jissaħħnu, wieħed wieħed, ir-reċipjenti għat-tisjir; l-erja taż-żona tat-tisjir tista’ tkun immarkata b’mod ċar fuq wiċċ il-ħobb;

    (19) “erja tat-tisjir” tfisser parti minn erja ta’ ħobb tal-elettriku li tissaħħan bl-użu ta’ kamp manjetiku indott, li fuqha jitqiegħdu r-reċipjenti għat-tisjir biex jissaħħnu mingħajr marki viżibbli għalihom u li fuqha jistgħu jintużaw diversi reċipjenti għat-tisjir fl-istess ħin;

    (20) “estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, li huwa maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq ħobb jew li jinkludi sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata maġenb il-kukers, il-ħobbs jew apparat simili għat-tisjir, li tiġbed il-fwar ‘l isfel għal ġo pajp tal-egżost li jkun jinsab fuq ġewwa;

    (21) “modalità Funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers matul il-perjodu tat-tisjir ikun ikkontrollat b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri), fosthom b’rabta mal-umdità, mat-temperatura, eċċ.;

    (22) “estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew il-funzjonijiet l-oħra huma kkontrollati b’mod awtomatiku permezz ta’ sensur (jew sensuri) matul 24 siegħa, inkluż waqt il-perjodu tat-tisjir;

    (23) “il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li fih ikun hemm l-effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur);

    (24) “luminazzjoni medja” (Emedja) tfisser il-luminazzjoni medja li tagħti s-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’lux;

    (25) “modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    (26) “modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, li tista’ ddum għaddejja għal tul taż-żmien mhux definit;

    (27) “funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħrajn, fosthom il-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, li jkun jinkludi kontroll mill-bogħod, sensur intern jew kronometru, għal qagħda li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija;

    (28) “turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inkluż il-ħin;

    (29) “utent aħħari” tfisser konsumatur li jkun qed jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih;

    (30) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur jew mill-istess importatur b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

    1.  L-Anness I jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi, inkluża l-iskeda taż-żmien marbuta magħhom.

    2.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    2.  Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fih kopja tal-kalkolu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    3.  F’każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell ikun inkiseb permezz ta’ kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

    4.  Jekk il-manifattur jew l-importatur iqiegħed fis-suq mudelli ekwivalenti, huwa għandu jinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha.

    Artikolu 5

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Valuri indikattivi ta’ referenza

    L-Anness IV jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-apparat li jkun disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollu l-aqwa prestazzjoni.

    Artikolu 7

    Analiżi

    Sa mhux aktar tard minn seba’ snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizzah fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ din l-analiżi lill-Forum ta’ Konsultazzjoni. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni, fost l-oħrajn, tal-fattibbiltà tar-rekwiżiti potenzjali biex jitjiebu l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-apparat, tar-rekwiżiti ta’ kemm idum iservi l-apparat u tat-tul ta’ ħajja tiegħu, tal-inklużjoni tal-apparat professjonali u kummerċjali u tar-rekwiżiti għat-tneħħija tad-dħaħen u l-irwejjaħ.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.  Għandu jibda japplika minn sena wara li jidħol fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   IR-REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA, IR-REKWIŻITI TAL-FLUSS TAL-ARJA U R-REKWIŻITI TAL-LUMINAZZJONI

    1.1.    Għall-fran domestiċi

    Il-kavitajiet tal-fran domestiċi (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers) għandhom ikunu konformi mal-valuri massimi ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika mogħtija fit-Tabella 1.



    It-Tabella 1

    Il-valuri ta’ limitu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kavitajiet tal-fran domestiċi (EEIkavità)

     

    Fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIkavità < 146

    Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIkavità < 121

    Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIkavità < 96

    Fil-każ tal-fran b’diversi kavitajiet (inklużi dawk li jkunu integrati fil-kukers), minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, tal-inqas waħda mill-kavitajiet għandha tkun konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, filwaqt li l-kavitajiet l-oħra għandhom ikunu konformi mal-indiċi massimu tal-effiċjenza enerġetika mogħti fit-Tabella 1 kif applikabbli minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    1.2.    Għall-ħobbs domestiċi

    Il-ħobbs domestiċi jrid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu tal-konsum tal-enerġija għall-ħobbs tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) u l-valuri minimi ta’ limitu tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs tal-gass (EEħobb tal-gass) mogħtija fit-Tabella 2.



    It-Tabella 2

    Il-valuri ta’ limitu tal-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għall-ħobbs domestiċi (ECħobb tal-elettriku u EEħobb tal-gass)

     

    Ħobb tal-elettriku

    (ECħobb tal-elettriku f’Wh għal kull kilogramm.)

    Ħobb tal-gass

    (EEħobb tal-gass f’perċentwali)

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    ECħobb tal-elettriku < 210

    EEħobb tal-gass > 53

    Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    ECħobb tal-elettriku < 200

    EEħobb tal-gass > 54

    Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    ECħobb tal-elettriku < 195

    EEħobb tal-gass > 55

    1.3.    Għall-estratturi tal-kukers domestiċi

    1.3.1.    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

    L-estratturi tal-kukers domestiċi irid ikollhom il-valuri massimi ta’ limitu għall-EEIestrattur u l-valuri minimi ta’ limitu għall-FDEestrattur mogħtija fit-Tabella 3.



    It-Tabella 3

    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) u l-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur) għall-estratturi tal-kukers domestiċi

     

    EEIestrattur

    FDEestrattur

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIestrattur < 120

    FDEestrattur > 3

    Minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIestrattur < 110

    FDEestrattur > 5

    Minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    EEIestrattur < 100

    FDEestrattur > 8

    1.3.2.    Il-fluss tal-arja

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu , hekk kif iddefinit fl-Anness II.

    1.3.3.    Il-modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija għall-estratturi tal-kukers domestiċi

    (1) Minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:

     il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda tal-modalità Mitfi m’għandux jaqbeż il-1,00 W;

     il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija:

     

     il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, m’għandux jaqbeż il-1,00 W.

     Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, jew li tipprovdi biss taħlita tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tat-turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, m’għandux jaqbeż iż-2,00 W;

     id-disponibbiltà tal-modalità Mitfi u/jew tal-modalità Stennija: l-estratturi tal-kukers domestiċi għandhom jipprovdu l-modalità Mitfi u/jew il-modalità Stennija, u/jew xi qagħda oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija li japplikaw għall-modalità Mitfi u/jew għall-modalità Stennija meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku;

    (2) Minn tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament:

     il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda tal-modalità Mitfi m’għandux jaqbeż iż-0,50 W;

     il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija: il-konsum tal-enerġija fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni sempliċi li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, m’għandux jaqbeż iż-0,50 W.

     Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir fi kwalunkwe qagħda li tipprovdi biss turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, jew li tipprovdi biss taħlita tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tat-turija tal-informazzjoni jew tal-istatus, m’għandux jaqbeż il-1,00 W;

     ġestjoni tal-konsum tal-enerġija: meta l-estratturi tal-kukers domestiċi ma jkunux qed jipprovdu l-funzjoni ewlenija, jew meta prodotti oħrajn li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu fuq il-funzjonijiet tagħhom, dan it-tagħmir għandu joffri, dejjem jekk dan ikun adattat għall-użu maħsub, funzjoni ta’ ġestjoni tal-konsum tal-enerġija jew funzjoni simili li, wara l-iqsar perjodu taż-żmien possibbli li jkun adattat għall-użu maħsub tat-tagħmir, tibdel il-qagħda tiegħu b’mod awtomatiku:

     

     għall-modalità Stennija jew

     għall-modalità Mitfi jew

     għal qagħda oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija li japplikaw għall-modalità Mitfi u/jew għall-modalità Stennija meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku.

     Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel il-kunsinna tal-prodott.

     Għall-estratturi tal-kukers li jkun fihom il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir u għall-estratturi tal-kukers li huma kompletament awtomatiċi, il-perjodu taż-żmien li warajh il-prodott jibdel il-qagħda tiegħu b’mod awtomatiku għall-modalitajiet u l-qagħdiet imsemmija fil-punt ta’ qabel għandu jkun ta’ minuta minn x’ħin id-dawl u l-mutur ikunu ntfew it-tnejn li huma jew b’mod awtomatiku jew b’mod manwali.

    1.3.4.    Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil

    Għall-estratturi tal-kukers li joffru l-possibbiltà ta’ tidwil tal-wiċċ għat-tisjir, minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja) għandha tkun ta’ iktar minn 40 lux meta titkejjel f’kundizzjonijiet standard.

    2.   IR-REKWIŻITI TAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, it-tagħrif li ġej dwar il-prodotti għandu jingħata fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott, fuq il-manwal tal-istruzzjonijiet u fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi tal-fran domestiċi, tal-ħobbs domestiċi u tal-estratturi tal-kukers domestiċi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas:

    (a) it-titlu qasir jew ir-referenza tal-metodi tal-kejl u tal-kalkolu użati biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti mogħtija hawn fuq;

    (b) tagħrif li huwa rilevanti għall-utenti biex inaqqsu l-impatt totali ambjentali tal-proċess tat-tisjir (pereżempju l-konsum tal-enerġija).

    Minn sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, id-dokumentazzjoni teknika u t-taqsimiet tas-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, għall-professjonisti, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, għandu jkun fihom tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar mhux distruttiv tal-prodott għall-għanijiet tal-manutenzjoni u tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar tal-prodott, b’mod partikulari għaż-żarmar tal-mutur, jekk dan ikun applikabbli, u ta’ kwalunkwe batterija li jista’ jkun fih, u għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi tal-prodott fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu.

    2.1.    Għall-fran domestiċi



    It-Tabella 4

    Tagħrif dwar il-fran domestiċi

     

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Identifikazzjoni tal-mudell

     

     

     

    It-tip ta’ forn

     

     

     

    Il-massa tal-apparat

    M

    X,X

    kilogrammi

    L-għadd ta’ kavitajiet

     

    X

     

    Sors tas-sħana għal kull kavità (l-elettriku jew il-gass)

     

     

     

    Volum għal kull kavità

    V

    X

    litri

    Il-konsum tal-enerġija (l-ammont ta’ elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku)

    ECkavità tal-elettriku

    X,XX

    kWh għal kull ċiklu

    Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-elettriku)

    ECkavità tal-elettriku

    X,XX

    kWh għal kull ċiklu

    Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità Konvenzjonali għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass)

    ECkavità tal-gass

    X,XX

    X,XX

    MJ għal kull ċiklu

    kWh għal kull ċiklu (1)

    Il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed fil-modalità bil-fann mixgħul għal kull kavità (l-enerġija finali tal-gass)

    ECkavità tal-gass

    X,XX

    X.XX

    MJ għal kull ċiklu

    kWh għal kull ċiklu

    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità

    EEIkavità

    X.X

     

    (1)   1 kWh għal kull ċiklu = 3,6 MJ għal kull ċiklu.

    2.2.    Għall-ħobbs domestiċi

    2.2.1.    Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku



    It-Tabella 5a

    Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-elettriku

     

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Identifikazzjoni tal-mudell

     

     

     

    It-tip ta’ ħobb

     

     

     

    L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir

     

    X

     

    It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku)

     

     

     

    Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri

    Ø

    X,X

    ċentimetri

    Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri

    L

    W

    X,X

    X,X

    ċentimetri

    Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir, ikkalkulat għal kull kilogramm

    ECsajran bl-elettriku

    X,X

    Wh għal kull kilogramm

    Il-konsum tal-enerġija tal-ħobb, ikkalkulat għal kull kilogramm

    ECħobb tal-elettriku

    X,X

    Wh għal kull kilogramm

    2.2.2.    Il-ħobbs domestiċi tal-gass



    It-Tabella 5b

    Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi tal-gass

     

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Identifikazzjoni tal-mudell

     

     

     

    It-tip ta’ ħobb

     

     

     

    L-għadd ta’ berners tal-gass

     

    X

     

    L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass

    EEberner tal-gass

    X,X

     

    L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass

    EEħobb tal-gass

    X,X

     

    2.2.3.    Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass



    It-Tabella 5c

    Tagħrif dwar il-ħobbs domestiċi mħalltin

     

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Identifikazzjoni tal-mudell

     

     

     

    It-tip ta’ ħobb

     

     

     

    L-għadd ta’ żoni u/jew erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-elettriku

     

    X

     

    It-teknoloġija tat-tisħin (żoni u erjas tat-tisjir li jaħdmu bl-induzzjoni, żoni tat-tisjir konvenzjonali, pjanċi tal-elettriku) għal kull żona u/jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku

     

     

     

    Għaż-żoni tat-tisjir f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: id-dijametru tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarreb għall-eqreb 5 millimetri

    Ø

    X,X

    ċentimetri

    Għaż-żoni jew l-erjas tat-tisjir li mhumiex f’għamla ta’ ċirku li jaħdmu bl-elettriku: it-tul u l-wisa’ tal-erja utli tal-wiċċ għal kull żona jew erja tat-tisjir li tissaħħan bl-elettriku, imqarrbin għall-eqreb 5 millimetri

    L

    W

    X,X

    X,X

    ċentimetri

    Il-konsum tal-enerġija għal kull żona jew erja tat-tisjir li taħdem bl-elettriku, ikkalkulat għal kull kilogramm

    ECsajran bl-elettriku

    X

    Wh għal kull kilogramm

    L-għadd ta’ berners tal-gass

     

    X

     

    L-effiċjenza enerġetika għal kull berner tal-gass

    EEberner tal-gass

    X,X

     

    2.3.    Għall-estratturi tal-kukers domestiċi



    It-Tabella 6

    Tagħrif dwar l-estratturi tal-kukers domestiċi

     

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Identifikazzjoni tal-mudell

     

     

     

    Il-konsum annwali tal-enerġija

    AECestrattur

    X,X

    kWh fis-sena

    Fattur ta’ żieda fil-ħin

    f

    X,X

     

    L-effiċjenza fluwidodinamika

    FDEestrattur

    X,X

     

    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika

    EEIestrattur

    X,X

     

    Ir-rata tal-fluss tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima

    QBEP

    X,X

    metri kubi fis-siegħa

    Il-pressjoni tal-arja mkejla fil-punt tal-effiċjenza massima

    PBEP

    X

    Pa

    Il-fluss massimu tal-arja

    Qmax

    X,X

    metri kubi fis-siegħa

    Il-kontribut tal-enerġija elettrika mkejjel fil-punt tal-effiċjenza massima

    WBEP

    X,X

    W

    Il-qawwa nominali tas-sistema tat-tidwil

    WL

    X,X

    W

    Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir

    Emedja

    X

    lux

    Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Stennija

    Ps

    X,XX

    W

    Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-modalità Mitfi

    Po

    X,XX

    W

    Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss

    LWA

    X

    dB




    ANNESS II

    Il-kejl u l-kalkoli

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.

    1.   IL-FRAN DOMESTIĊI

    Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).

    Għal kull kavità ta forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:

    għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:

    image

    image

    (f’kWh);

    għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:

    image

    image

    (f’MJ)

    fejn:

    EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    V = il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

    ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.

    2.   IL-ĦOBBS DOMESTIĊI

    2.1.    Il-ħobbs domestiċi tal-elettriku

    Il-konsum tal-enerġija ta’ ħobb domestiku tal-elettriku (ECħobb tal-elettriku) jitkejjel f’Wh għal kull kilogramm ta’ ilma li jissaħħan b’mod normalizzat (f’Wh għal kull kilogramm), meta wieħed iqis ir-reċipjenti kollha għat-tisjir f’kundizzjonijiet tat-test standardizzati, u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    2.2.    Il-ħobbs domestiċi tal-gass

    L-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass f’ħobb domestiku hija kkalkulata kif ġej:

    image

    fejn:

    EEberner tal-gass = l-effiċjenza enerġetika ta’ berner tal-gass, mogħtija f’perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

    Eberner tal-gass = il-kontenut tal-enerġija tal-ammont ta’ gass użat għat-tisħin preskritt, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    Eteoretika = l-ammont minimu teoretiku ta’ enerġija meħtieġa għat-tisħin preskritt korrispondenti, mogħti f’MJ u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    L-effiċjenza enerġetika tal-ħobb tal-gass (EEħobb tal-gass ) hija kkalkulata bħala l-valur medju tal-effiċjenza enerġetika tal-berners tal-gass differenti (EEberner tal-gass ) li jkun fih il-ħobb.

    2.3.    Il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass

    Għall-finijiet tal-kejl, il-ħobbs domestiċi mħalltin tal-elettriku u tal-gass jitqiesu bħala żewġ apparati separati. Iż-żoni u l-erjas tat-tisjir f’ħobb domestiku mħallat li jaħdmu bl-elettriku għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.1 ta’ qabel, filwaqt li ż-żoni tat-tisjir imsaħħnin bl-użu ta’ berners tal-gass għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-taqsima 2.2 ta’ qabel.

    3.   L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI

    3.1.    Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)

    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    fejn:

    SAECestrattur = il-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

    AECestrattur = il-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

    image

    fejn:

      WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

      WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:

    (i) għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi:

    image

    (ii) għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha:

    image

    fejn:

      tL huwa l-ħin medju tat-tidwil ta’ kuljum, mogħti f’minuti (tL = 120);

      tH huwa l-ħin medju tal-użu ta’ kuljum tal-estratturi tal-kukers domestiċi, mogħti f’minuti (tH = 60);

      Po huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Mitfi, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

      Ps huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-modalità Stennija, mogħti f’Watts u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

      f huwa l-fattur ta’ żieda fil-ħin, ikkalkulat kif ġej u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:

     
    image

    3.2.    Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)

    L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:

    image

    fejn:

      QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

      PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

      WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    3.3.    Kalkolu tal-limitu fuq l-arja tal-egżost

    3.3.1. L-estratturi tal-kukers domestiċi li jkollhom fluss massimu tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa fi kwalunkwe waħda mill-konfigurazzjonijiet disponibbli għandhom jerġgħu jmorru lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew ta’ inqas minn hekk wara ċertu ammont ta’ ħin, tlimitu . Dan huwa l-ammont ta’ ħin li estrattur tal-kukers domestiku li jkun qed jaħdem bi fluss tal-arja ta’ iktar minn 650 metru kubu fis-siegħa jieħu biex jiġbed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu qabel ma jmur lura b’mod awtomatiku għal fluss tal-arja ta’ 650 metru kubu fis-siegħa jew inqas. Dan jiġi kkalkulat kif ġej u jingħata f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

    image  ( 2 )

    fejn:

     Qmax huwa l-fluss massimu tal-arja tal-estrattur tal-kukers domestiku, inkluża l-modalità intensiva/ta’ qawwa addizzjonali, jekk din tkun disponibbli, mogħti f’metri kubi fis-siegħa u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

    Is-sempliċi preżenza ta’ swiċċ jew konfigurazzjoni manwali li biha l-fluss tal-arja tal-apparat jitnaqqas għal 650 metru kubu fis-siegħa jew għal valur inqas minnu ma titqiesx li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

    3.3.2. Għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jkun fihom il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku matul il-perjodu tat-tisjir:

     il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku għandha tkun tista’ tiġi attivata biss billi l-utent iqabbadha b’mod manwali jew minn fuq l-estrattur jew minn xi mkien ieħor;

     il-modalità ta’ funzjonament awtomatiku għandha tmur lura għall-kontroll manwali wara mhux aktar minn għaxar minuti minn x’ħin il-mutur jintefa permezz tal-funzjoni awtomatika.

    3.4.    Il-luminazzjoni tas-sistema tat-tidwil (Emedja)

    Il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir (Emedja ) titkejjel f’kundizzjonijiet standard f’lux u titqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

    3.5.    L-istorbju

    Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, mingħajr l-użu tal-modalità intensiva jew ta’ qawwa addizzjonali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.

    ▼M1




    ANNESS III

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 7.

    (3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

    (5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.

    (6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 7

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    It-tolleranzi tal-verifika

    Il-massa tal-forn domestiku, M

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur M dikjarat b'iktar minn 5 %.

    Il-volum tal-kavità tal-forn domestiku, V

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar mill-valur V dikjarat b'aktar minn 5 %.

    ECelectric cavity , ECgas cavity

    Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri ECelectric cavity u ECgas cavity dikjarati b'iktar minn 5 %.

    ECelectric hob

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur ECelectric hob dikjarat b'iktar minn 5 %.

    EEgas hob

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur EEgas hob dikjarat b'aktar minn 5 %.

    WBEP , WL

    Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri WBEP u WL dikjarati b'iktar minn 5 %.

    QBEP , PBEP

    Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikun inqas mill-valuri QBEP u PBEP dikjarati b'aktar minn 5 %.

    Qmax

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Qmax dikjarat b'iktar minn 8 %.

    Emiddle

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Emiddle dikjarat b'aktar minn 5 %.

    Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur LWA dikjarat.

    Po , Ps

    Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps m'għandhomx jaqbżu l-valuri dikjarati Po u Ps b'aktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps ta' 1,00 W jew inqas m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'aktar minn 0,10 W.

    ▼B




    ANNESS IV

    Il-valuri indikattivi ta’ referenza

    Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, il-fran domestiċi, il-ħobbs domestiċi u l-estratturi tal-kukers domestiċi disponibbli fis-suq li kellhom l-aqwa prestazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom ġew identifikati kif ġej:



    Il-fran domestiċi

    tal-elettriku

    EEIkavità = 70,7

    tal-gass

    EEIkavità = 75,4

    Il-ħobbs domestiċi

    tal-elettriku

    ECsajran bl-elettriku = 169,3

    tal-gass

    EEberner tal-gass = 63,5 %

    L-estratturi tal-kukers domestiċi

    Il-fluss tal-arja

    FDEestrattur = 22

    L-istorbju

    51 dB f’550 metru kubu fis-siegħa; 57 dB f’750 metru kubu fis-siegħa



    ( 1 ) Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).

    ( 2 ) Ara l-formola
    image li tista’ tiġi ssimplifikata għall-formola li ġejja:
    image

    fejn:

     Vmax huwa l-volum massimu tal-arja li jrid tinġibed, li huwa stabbilit bħala 100 metru kubu.

     Qmax huwa l-fluss massimu tal-arja tal-estrattur tal-kukers, inkluża l-modalità intensiva/ta’ qawwa addizzjonali, jekk din tkun disponibbli.

      t huwa l-ħin, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

      dt huwa l-ħin totali meħud sa ma jintlaħaq il-volum tal-arja ta’ 100 metru kubu.

      tlimitu huwa l-ammont ta’ ħin meħtieġ biex jinġibed volum tal-arja ta’ 100 metru kubu, mogħti f’minuti u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

    Top