Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992L0029-20191120

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/29/2019-11-20

    01992L0029 — MT — 20.11.2019 — 005.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/29/KEE

    tal-31 ta' Marzu 1992

    dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

    (ĠU L 113 30.4.1992, p. 19)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

      L 284

    1

    31.10.2003

    ►M2

    DIRETTIVA 2007/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

      L 165

    21

    27.6.2007

     M3

    REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

      L 311

    1

    21.11.2008

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

      L 198

    241

    25.7.2019

    ►M5

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1834 tal-24 ta’ Ottubru 2019

      L 279

    80

    31.10.2019




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/29/KEE

    tal-31 ta' Marzu 1992

    dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti



    L-Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini segwenti għandhom ikollhom it-tifsiriet li ġejjin:

    (a)  bastiment: kull bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew hu irreġistrat taħt ġurisdizzjoni plenarja ta' Stat Membru, tas-sajd tal-baħar jew dak estwarju, ta' propjetà privata jew pubblika, minbarra:

     bastimenti ta' navigazzjoni interna,

     bastimenti tal-gwerra,

     dgħajjes tad-divertiment għal użu mhux kummerċjali li ma jkollhomx ekwipaġġ professjonali,

     vapuri ta' l-irmonk (tugs) li jaħdmu fil-portijiet.

    Bastimenti għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji skond l-Anness 1;

    (b)  ħaddiem: kull persuna li tagħmel xogħol abbord bastiment, inklużi dawk li jkunu qegħdin jitħarrġu jew apprentisti, iżda piloti tal-portijiet u persunal tax-xatt li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol abbord il-bastiment waqt li jkun sorġut max-xatt huma esklużi;

    (ċ)  sid: is-sid irreġistrat tal-bastiment sakemm il-bastiment ma jkunx mikri jew immexxi, sew jekk parzjalment u sew jekk kollu kemm hu, minn persuna naturali jew legali għajr is-sid irreġistrat taħt it-termini ta' qbil amministrattiv; f'dak il-każ is-sid għandu jitqies bħala il-kerrej jew bħala il-persuna naturali jew legali li timmaniġġja l-bastiment kif xieraq;

    (d)  provvisti ta' mediċina: mediċini, tagħmir mediku u antidoti, li lista mhux eżawrjenti tagħhom hija mogħtija fl-Anness II;

    (e)  antidotu: sustanza użata sabiex tipprevieni jew għat-trattament ta' effett jew effetti ħżiena, diretta jew indiretta, ta' sustanza waħda jew aktar inkluża fil-lista ta' sustanzi perikolużi fl-Anness III.

    L-Artikolu 2

    Mediċini u tagħmir mediku — Infermerija — Tabib

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

    1.

     

    (a) kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew li jkun irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu dejjem iġorr abbord provvisti tal-mediċina li għallinqas jissodisfaw, fit-termini ta' kwalità, l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness II,it-Taqsimiet I u II għall-kategorija ta' bastiment li għaliha jkun jappartieni;

    (b) il-kwantitajiet ta' prodotti mediċinali u tagħmir mediku li għandhom jinġarru ikunu jiddependu fuq in-natura tal-vjaġġ — b'mod partikolari il-portijiet li jżur, id-destinazzjoni, it-tul — it-tip ta' xogħol li għandu jitwettaq jew it-tipi ta' xogħol li għandhom jitwettqutul il-vjaġġ, in-natura tal-merkanzija u n-numru ta' ħaddiema;

    (ċ) il-kontenut tal-mediċini u t-tagħmir mediku inkluż fil-provvisti tal-mediċina ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li għallinqas tkun tikkorrispondi għall-qafas ġenerali stabbilit fl-Artikolu IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ II 1 u II 2;

    2.

     

    (a) għall-kull ċattra jew dgħajsa ta' emerġenza, kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu jġorr kaxxa bil-mediċina, issiġillata b'mod li ma tixxarrabx li jkun fiha il-provvisti speċifikati fl-Anness II, it-Taqsimiet I u II, għall-bastimenti ta' kategorija Ċ;

    (b) il-kontenut ta' dawn il-kaxxi ikun iddettaljat ukoll fuq il-lista ta' kontroll imsemmija fil- paragrafu 1(ċ);

    3. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, ta' aktar minn 500 tunnellata grossa rreġistrati, b'ekwipaġġ ta' ħmistax-il ħaddiem jew aktar u impenjat fi vjaġġ ta' tlett ijiem jew aktar, ikollu infermerija li fiha jkun jista' jingħata trattament mediku taħt kondizzjonijiet materjali u iġjeniċi sodisfaċenti;

    4. Kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, b'ekwipaġġ ta' 100 ħaddiem jew iktar u impenjat fuq vjaġġ internazzjonali ta' tlett ijiem jew iktar, ikollu tabib responsabbli għall-kura medika tal-ħaddiema abbord.

    L-Artikolu 3

    Antidoti

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

    1. kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu u li jġorr xi waħda mis-sustanzi perikolużi fl-Anness III jġorr abbord provvisti tal-mediċina li jinkludu għallinqas l-antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II;

    2. fuq kull tip ta' bastiment ta' ġarr ta' passiġġierili jtajjar il-bandiera tiegħu jew irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu, li l-kondizzjonijiet ta' ħidma tiegħu mhux dejjem jagħmluha possibbli li wieħed ikun jaf tajjeb bil-quddiem in-natura tas-sustanzi perikolużi li jkunu qegħdin jiġu trasportati, jkollu provvisti tal-mediċina li jkunu jinkludu għallinqas antidoti mniżżla fit-Taqsima III ta' l-Anness II.

    Madanakollu, fejn b'mod regolari, il-vjaġġ għandu jieħu inqas minn sagħtejn, l-antidoti jistgħu ikunu llimitati għal dawk li għandhom jiġu amministrati f'każijiet ta' emerġenza estrema f'perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tul normali tal-vjaġġ;

    3. il-kontenut tal-provvisti tal-mediċina, fir-rigward ta' antidoti, għandhom ikunu ddettaljati fuq lista ta' kontroll li tikkorrispondi għallinqas mal-kuntest ġenerali stabbilit fl-Anness IV, it-Taqsimiet A, B u Ċ, II 3.

    L-Artikolu 4

    L-Allokazzjoni tar-responsabbilitajiet

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

    1.

     

    (a) il-forniment u l-mili mill-ġdid ta' provvisti tal-mediċina ta' kull bastiment li jtajjar il-bandiera jew hu irreġistrat taħt il-ġurisdizzjoni plenarja tiegħu isiru fuq ir-responsabbilità esklużiva tas-sid, mingħajr l-ebda ħlas mill-ħaddiema;

    (b) l-amministrazzjoni tal-provvisti tal-mediċina taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan tal-bastiment; huwa jista', mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tiegħu, jiddelega l-użu u l-manteniment tal-provvisti tal-mediċina lil ħaddiem wieħed jew iktar maħtura b'mod speċjali skond il-kompetenza tagħhom;

    2. Il-provvisti tal-mediċina jinżammu f'kondizzjoni tajba u jerġgħu jiġu mimlija u/jew mibdula kull meta jkun possibbli, u f'kull każ bħala parti ta' prijorità fil-proċedura normali ta' forniment mill-ġdid;

    3. F'każ ta' emerġenza stabbilita mill-kaptan, sakemm ikun possibbli wara li tkun miksuba opinjoni medika, il-mediċini, tagħmir mediku u antidoti meħtieġa li ma jkunux disponibbli abbord ikunu magħmula disponibbli mill-iktar fis possibbli.

    L-Artikolu 5

    Informazzjoni u taħriġ

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

    1. il-provvisti tal-mediċina jkunu akkumpanjati b'manwal wieħed jew iktar għall-użu tagħhom, inklużi struzzjonijiet għall-użu ta' għallinqas l-antidoti meħtieġa fl-Anness II, it-Taqsima III;

    2. il-persuni kollha li jingħataw taħriġ profesjonali marittimu u li jkollhom il-ħsieb li jaħdmu abbord vapur ikunu ġew mogħtija taħriġ bażiku f'miżuri tal-mediċina u ta' emerġenza li għandhom jittieħdu immedjatament f'każ ta' aċċident jew emerġenza medika serja;

    3. il-kaptan u kull ħaddiem jew ħaddiema li lilu (lilhom) huwa jkun iddelega l-użu ta' provvisti tal-mediċina skond l-Artkolu 4(1)(b) jkunu rċevew taħriġ speċjaliaġġornat perjodikament, għallinqas kull ħames snin, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji speċifiċi u l-bżonnijiet marbuta mal-kategoriji differenti tal-bastiment u skond il-linji ta' gwida maħruġa fl-Anness V.

    L-Artikolu 6

    Konsultazzjonijiet tal-mediċina bir-radju

    1.  Sabiex ikun żgurat trattament ta' emerġenza għall-ħaddiema, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li:

    (a) jkun innominat ċentru wieħed jew aktar sabiex jipprovdu parir mediku bir-radju lill-ħaddiema;

    (b) uħud mit-tobba li jagħtu s-servizzi tagħhom għaċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju ikunu ġew imħarrġa f'kondizzjonijiet speċjali li jipprevalu abbord il-vapur.

    2.  Sabiex itejbu l-parirmogħti, iċ-ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju għandhom iżommu records tal-mediċina, bil-qbil tal-ħaddiema kkonċernati.

    Records bħal dawn għandhom jinżammu konfidenzjali.

    L-Artikolu 7

    L-Ispezzjoni

    1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li persuna kompetenti jew l-awtorità kompetenti twettaq spezzjoni annwali sabiex tikkontrolla li fuq kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu:

     il-provvisti tal-mediċina jissodisfaw il-ħtiġiet minimi ta' din id-Direttiva;

     il-lista ta' kontroll li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 2(1) (ċ) tikkonferma li l-provvisti tal-mediċina jaqblu ma' dawk il-ħtiġiet minimi;

     il-provvisti tal-mediċina huma miżmumab'mod korrett;

     kull data ta' skadenza ta'mediċina tkun ġiet irrispettata.

    2.  Spezzjonijiet fuq provvisti tal-mediċina miżmuma fuq ċattri ta' emerġenza għandhom isiru matul il-perjodu ta' manutenzjoni annwali taċ-ċattri ta' emerġenza.

    Dawk l-ispezzjonijiet jistgħu jiġu eċċezzjonalment posposti sa mhux aktar minn ħames xhur.

    ▼M4

    Artikolu 8

    Emendi għall-Annessi

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku jew il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda dwar it-trattament mediku abbord bastimenti.

    Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

    ▼M4

    Artikolu 8a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).

    5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 8b

    Proċedura ta’ urġenza

    1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

    2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    ▼B

    L-Artikolu 9

    Id-Dispożizzjonijiet finali

    1.  L-Istati Membri għandħom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1994. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, miżuri bħal dawn għandhom ikun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru referenzi bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew liema jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

    ▼M2 —————

    ▼M2

    L-Artikolu 9a

    Rapport ta’ implimentazzjoni:

    Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva fil-forma ta’ kapitolu speċifiku tar-rapport uniku msemmi fl-Artikolu 17 a(1), (2) u (3), tad-Direttiva 89/391/KEE li jservi ta’ bażi għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17a (4) ta’ dik id-Direttiva.

    ▼B

    L-Artikolu 10

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    KATEGORIJI TA' BASTIMENTI

    (L-Artikolu 1(a))

    A. Bastimenti tal-baħar jew tas-sajd tal-baħar, mingħajr limitazzjoni fuq it-tul tal-vjaġġi.

    B. Bastimenti tal-baħar jew tas-sajd li jagħmlu vjaġġi ta' inqas minn 150 mil nawtiku mill-eqreb port b'tagħmir mediku adegwat ( 2 ).

    Ċ. Bastimenti, dgħajjes u bċejjeċ tal-baħar ta' ġewwa l-port li jibqgħu qrib ix-xatt jew mingħajr akkomodazzjoni f'kabina għajr fejn hemm it-tmun.

    ▼M5




    ANNESS II

    Provvisti tal-mediċina (lista mhux eżawrjenti) (*)

    (Artikolu 1(d))

    (*) Fid-dawl tal-Artikolu 2(1)(a), taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-użu ta’ mediċini jew ta’ tagħmir mediku alternattivi għal raġunijiet oġġettivament ġustifikati.

    I.    MEDIĊINI



     

    Kategoriji ta’ bastimenti

     

    A

    B

    C

    1. Kardjovaskulari

     

     

     

    (a) Simpatikomimetiċi kardjoċirkolatorji

    x

    x

     

    (b) Preparati kontra l-anġina

    x

    x

    x

    (c) Dijuretiċi

    x

    x

     

    (d) Antiemorraġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

    x

    x

     

    (e) Antiipertensivi

    x

    x

     

    2. Sistema gastrointestinali

     

     

     

    (a) Mediċini għal disturbi gastriċi u duwodenali

     

     

     

    — Mediċina għat-trattament ta’ ulċeri fl-istonku u ta’ gastrite

    x

    x

     

    — Protetturi antiaċidi tal-mukoża

    x

    x

     

    (b) Antiemetiċi

    x

    x

     

    (c) Lassattivi

    x

     

     

    (d) Mediċini kontra d-dijarea

    x

    x

    x

    (e) Preparati kontra l-emorrojdi

    x

    x

     

    3. Analġeżiċi u antispażmodiċi

     

     

     

    (a) Preparati analġeżiċi, antipiretiċi u antiinfjammatorji

    x

    x

    x

    (b) Analġeżiċi qawwija

    x

    x

     

    (c) Spażmolitiċi

    x

    x

     

    4. Sistema nervuża

     

     

     

    (a) Ansjolitiċi

    x

    x

     

    (b) Newrolettiċi

    x

    x

     

    (c) Rimedji kontra d-dardir tal-baħar

    x

    x

    x

    (d) Antiepilettiċi

    x

    x

     

    5. Mediċini kontra l-allerġiji u antianafilattiċi

     

     

     

    (a) Antiistamini

    x

    x

     

    (b) Glukokortikojdi

    x

    x

     

    6. Sistema respiratorja

     

     

     

    (a) Preparati għall-kura ta’ bronkospażmi

    x

    x

     

    (b) Mediċini kontra s-sogħla

    x

    x

     

    (c) Mediċini li jintużaw għall-irjiħat u għas-sinusite

    x

    x

     

    7. Kontra l-infezzjonijiet

     

     

     

    (a) Antibijotiċi (mill-inqas żewġ klassijiet)

    x

    x

     

    (b) Antiparassitiċi

    x

    x

     

    (c) Vaċċini u immunoglobulini kontra t-tetnu

    x

    x

     

    (d) Mediċini kontra l-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    x

    x

     

    8. Komposti li jgħinu r-ridratazzjoni, it-teħid ta’ kaloriji u l-espansjoni tal-plażma

    x

    x

     

    9. Mediċini għall-użu estern

     

     

     

    (a) Mediċini tal-ġilda

     

     

     

    — Soluzzjonijiet antisettiċi

    x

    x

    x

    — Ingwenti antibijotiċi

    x

    x

     

    — Ingwenti antiinfjammatorji u analġeżiċi

    x

    x

     

    — Kremi antimikotiċi tal-ġilda

    x

     

     

    — Preparati kontra l-ħruq

    x

    x

    x

    (b) Mediċini tal-għajnejn

     

     

     

    — Antibijotiċi u antinfjammatorji

    x

    x

     

    — Qtar anestetiku

    x

    x

     

    — Soluzzjoni salina għat-tlaħliħ tal-għajnejn

    x

    x

    x

    — Qtar ipotoniku mijotiku

    x

    x

     

    (c) Mediċini tal-widnejn

     

     

     

    — Soluzzjonijiet anestetiċi u antiinfjammatorji

    x

    x

     

    (d) Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

     

     

     

    — Prodotti antisettiċi għat-tlaħliħ tal-ħalq

    x

    x

     

    (e) Anestetiċi lokali

     

     

     

    — Anestetiċi lokali li jużaw l-iffriżar

    x

     

     

    — Anestetiċi lokali li jingħataw permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda

    x

    x

     

    II.    TAGĦMIR MEDIKU



     

    Kategoriji ta’ bastimenti

     

    A

    B

    C

    1. Tagħmir għar-risuxxitazzjoni

     

     

     

    — Borża ambu (jew ekwivalenti); fornut b’maskri kbar, medji u żgħar

    x

    x

     

    — Apparat għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu b’valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex ikun jista’ jintuża l-ossiġenu industrijali tal-vapur, jew kontenitur tal-ossiġenu (1)

    x

    x

     

    — Aspiratur mekkaniku biex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta’ fuq

    x

    x

     

    2. Faxex u tagħmir għas-sutura

     

     

     

    — Turniketti

    x

    x

    x

    — Stejpler tas-sutura jew kitt tas-sutura bil-labar mhux riutilizzabbli

    x

    x

     

    — Faxex elastiċi adeżivi

    x

    x

    x

    — Strixxi tal-garża

    x

    x

     

    — Garża tubulari għall-infaxxar tas-swaba

    x

     

     

    — Kompressi tal-garża sterili

    x

    x

    x

    — Liżar sterili għal vittmi ta’ ħruq

    x

    x

     

    — Faxxa trijangulari (sling)

    x

    x

     

    — Ingwanti mhux riutilizzabbli

    x

    x

    x

    — Faxex adeżivi

    x

    x

    x

    — Faxex sterili ta’ kompressjoni

    x

    x

    x

    — Suturi adeżivi jew faxex tal-ossidu taż-żingu

    x

    x

    x

    — Suturi mhux assorbenti bil-labar

    x

     

     

    — Garża bil-vażelina

    x

    x

     

    3. Strumenti

     

     

     

    — Skieken żgħar tal-operazzjonijiet mhux riutilizzabbli

    x

     

     

    — Kaxxa għall-istrumenti magħmula minn materjal adatt

    x

    x

     

    — Imqassijiet

    x

    x

     

    — Forċipi għad-dissezzjoni

    x

    x

     

    — Klampi emostatiċi

    x

    x

     

    — Forċipi tal-labar

    x

     

     

    — Xfafar li jintremew

    x

     

     

    4. Tagħmir għal eżamijiet u monitoraġġ

     

     

     

    — Depressuri tal-ilsien mhux riutilizzabbli

    x

    x

     

    — Strixxi reattivi għall-analiżi tal-urina

    x

     

     

    — Ċarts tat-temperatura

    x

     

     

    — Lożor f’każ ta’ evakwazzjoni medika

    x

    x

     

    — Stetoskopju

    x

    x

     

    — Sfigmomanometru

    x

    x

     

    — Termometru mediku

    x

    x

     

    — Termometru ipotermiku

    x

    x

     

    — Test rapidu għall-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    x

    x

     

    5. Tagħmir għall-injezzjoni, għall-perfużjoni, għat-titqib u għall-kateterizzazzjoni

     

     

     

    — Tagħmir għat-tbattil tal-bużżieqa tal-urina (adattat għall-irġiel u għan-nisa)

    x

     

     

    — Sett għall-infużjoni fil-vini

    x

    x

     

    — Siringi u labar mhux riutilizzabbli

    x

    x

     

    6. Tagħmir mediku ġenerali

     

     

     

    — Tagħmir protettiv mediku u ta’ kura personali

    x

    x

     

    — Patella

    x

     

     

    — Flixkun tal-ilma sħun

    x

     

     

    — Flixkun għall-urina

    x

     

     

    — Borża tas-silġ

    x

     

     

    7. Tagħmir għall-immobilizzar u għall-issettjar

     

     

     

    — Sett ta’ qassaba ta’ daqsijiet differenti għall-estremitajiet

    x

    x

     

    — Kullar għall-immobilizzar tal-għonq

    x

    x

     

    8. Diżinfezzjoni, diżinsettizzazzjoni u profilassi

     

     

     

    — Kompost għad-diżinfetazzjoni tal-ilma

    x

     

     

    — Insettiċida likwidu

    x

     

     

    — Insettiċida f’forma ta’ trab

    x

     

     

    (1)   Skont il-kundizzjonijiet ta’ użu preskritti mil-liġijiet u/jew mill-prattiki nazzjonali

    III.    ANTIDOTI



    1. Mediċini

    — Ġenerali

    — Kardjovaskulari

    — Sistema gastrointestinali

    — Sistema nervuża

    — Sistema respiratorja

    — Kontra l-infezzjonijiet

    — Għall-użu estern

    2. Tagħmir mediku

    — Meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu (inklużi rekwiżiti ta’ manutenzjoni)

    Nota:

    Għall-implimentazzjoni dettaljata tat-Taqsima III, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Gwida għall-Ewwel Għajnuna Medika għall-użu f’aċċidenti li jinvolvu oġġetti perikolużi (MFAG) tal-OMI li tinsab fl-edizzjoni konsolidata tal-1990 tal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi Marittimi tal-OMI, kif emendata.

    Kwalunkwe adattament tat-Taqsima III fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 jista’ jqis, fost l-oħrajn, kwalunkwe aġġornament tal-MFAG.

    ▼B




    L-ANNESS III

    SUSTANZI PERIKOLUŻI

    (L-Artikolu 1(e) u l-Artikolu 3(1))

    Is-sustanzi elenkati f'dan l-Anness għandhom jiġu meqjusa f'kull mod li jiġu ttrasportati abbord, inkluż f'forma ta' skart jew residwi ta' merkanzija.

     Sustanzi u oġġetti splussivi,

     Gassijiet: kompressati, likwidifikati jew maħlula taħt pressjoni,

     Likwidi infjammabbli,

     Solidi infjammabbli,

     Sustanzi li jistgħu joħolqu kombustjoni spontanja,

     Sustanzi li, f'kuntatt ma' l-ilma, joħolqu gassijiet infjammabbli,

     Sustanzi kombustibbli,

     Perossidiorganiċi,

     Sustanzi tossiċi,

     Sustanzi infettivi,

     Sustanzi radjoattivi,

     Sustanzi korrużivi,

     Sustanzi varji perikolużi, i.e. kull sustanza oħra li l-esperjenza uriet, jew tista' turi, li hija perikoluża, b'tali mod li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 jeħtieġu li jiġu applikati.

    Nota

    Għall-implimentazzjoni ddettaljata ta' dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-edizzjoni kkonsolidata ta' l-1990 tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.

    Kull adattament ta' dan l-Anness fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 jista' jagħti każ, inter alia, ta' kull aġġornament tal-Kodiċi Internazzjonali ta' Oġġetti Marittimi Perikolużi ta' l-IMO.

    ▼M5




    ANNESS IV

    Qafas Ġenerali għall-Ispezzjoni ta’ Provvisti tal-Mediċina ta’ Bastimenti

    (Artikolu 2(1)(c), Artikolu 3(3))

    TAQSIMA A

    BASTIMENTI TAL-KATEGORIJA A

    I.    Dettalji tal-bastiment

    Isem: …

    Bandiera: …

    Port tal-irmiġġ: …

    II.    Provvisti tal-mediċina



     

    Kwantitajiet meħtieġa

    Kwantitajiet li fil-fatt jinsabu abbord

    Rimarki (b’mod partikolari, kwalunkwe data ta’ skadenza)

    1.MEDIĊINA

    1.1. Kardjovaskulari

     

    (a) Simpatikomimetiċi kardjoċirkolatorji

    0

    0

    0

    (b) Preparati kontra l-anġina

    0

    0

    0

    (c) Dijuretiċi

    0

    0

    0

    (d) Antiemorraġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

    0

    0

    0

    (e) Antiipertensivi

    0

    0

    0

    1.2. Sistema gastrointestinali

     

     

     

    (a) Mediċini għal disturbi gastriċi u duwodenali

    0

    0

    0

    — Mediċina għat-trattament ta’ ulċeri fl-istonku u ta’ gastrite

    0

    0

    0

    — Protetturi antiaċidi tal-mukoża

    0

    0

    0

    (b) Antiemetiċi

    0

    0

    0

    (b) Lassattivi

    0

    0

    0

    (d) Mediċini kontra d-dijarea

    0

    0

    0

    (e) Preparati kontra l-emorrojdi

    0

    0

    0

    1.3. Analġeżiċi u antispażmodiċi

     

     

     

    (a) Preparati analġeżiċi, antipiretiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    (b) Analġeżiċi qawwija

    0

    0

    0

    (c) Spażmolitiċi

    0

    0

    0

    1.4. Sistema nervuża

     

     

     

    (a) Ansjolitiċi

    0

    0

    0

    (b) Newrolettiċi

    0

    0

    0

    (c) Rimedji kontra d-dardir tal-baħar

    0

    0

    0

    (d) Antiepilettiċi

    0

    0

    0

    1.5. Mediċini kontra l-allerġiji u antianafilattiċi

     

     

     

    (a) Antiistamini

    0

    0

    0

    (b) Glukokortikojdi

    0

    0

    0

    1.6. Sistema respiratorja

     

     

     

    (a) Preparati għall-kura ta’ bronkospażmi

    0

    0

    0

    (b) Mediċina kontra s-sogħla

    0

    0

    0

    (c) Mediċini li jintużaw għall-irjiħat u għas-sinusite

    0

    0

    0

    1.7. Kontra l-infezzjonijiet

     

     

     

    (a) Antibijotiċi (mill-inqas żewġ klassijiet)

    0

    0

    0

    (b) Antiparassitiċi

    0

    0

    0

    (c) Vaċċini u immunoglobulini kontra t-tetnu

    0

    0

    0

    (d) Mediċini kontra l-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    0

    0

    0

    1.8. Komposti li jgħinu r-ridratazzjoni, it-teħid ta’ kaloriji u l-espansjoni tal-plażma

    0

    0

    0

    1.9. Mediċini għall-użu estern

     

     

     

    (a) Mediċini tal-ġilda

    0

    0

    0

    — Soluzzjonijiet antisettiċi

    0

    0

    0

    — Ingwenti antibijotiċi

    0

    0

    0

    — Ingwenti antiinfjammatorji u analġeżiċi

    0

    0

    0

    — Kremi antimikotiċi tal-ġilda

    0

    0

    0

    — Preparati kontra l-ħruq

    0

    0

    0

    (b) Mediċini tal-għajnejn

    0

    0

    0

    — Antibijotiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    — Qtar anestetiku

    0

    0

    0

    — Soluzzjoni salina għat-tlaħliħ tal-għajnejn

    0

    0

    0

    — Qtar ipotoniku mijotiku

    0

    0

    0

    (c) Mediċini tal-widnejn

    0

    0

    0

    — Soluzzjonijiet anestetiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    (d) Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

    0

    0

    0

    — Prodotti antisettiċi għat-tlaħliħ tal-ħalq

    0

    0

    0

    (e) Anestetiċi lokali

    0

    0

    0

    — Anestetiċi lokali li jużaw l-iffriżar

    0

    0

    0

    — Anestetiċi lokali li jingħataw permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda

    0

    0

    0

    2. TAGĦMIR MEDIKU

    2.1. Tagħmir għar-risuxxitazzjoni

     

    — Borża Ambu (jew ekwivalenti); fornut b’maskri kbar, medji u żgħar

    0

    0

    0

    — Apparat għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu b’valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex ikun jista’ jintuża l-ossiġenu industrijali tal-vapur, jew kontenitur tal-ossiġenu (1)

    0

    0

    0

    — Aspiratur mekkaniku biex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta’ fuq

    0

    0

    0

    2.2. Faxex u tagħmir għas-sutura

    — Turniketti

    0

    0

    0

    — Stejpler tas-sutura jew kitt tas-sutura bil-labar mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Faxex elastiċi adeżivi

    0

    0

    0

    — Strixxi tal-garża

    0

    0

    0

    — Garża tubulari għall-infaxxar tas-swaba

    0

    0

    0

    — Kompressi tal-garża sterili

    0

    0

    0

    — Liżar sterili għal vittmi ta’ ħruq

    0

    0

    0

    — Faxxa trijangulari (sling)

    0

    0

    0

    — Ingwanti mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Faxex adeżivi

    0

    0

    0

    — Faxex sterili ta’ kompressjoni

    0

    0

    0

    — Suturi adeżivi jew faxex tal-ossidu taż-żingu

    0

    0

    0

    — Suturi mhux assorbenti bil-labar

    0

    0

    0

    — Garża bil-vażelina

    0

    0

    0

    2.3. Strumenti

    — Skieken żgħar tal-operazzjonijiet mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Kaxxa għall-istrumenti magħmula minn materjal adatt

    0

    0

    0

    — Imqassijiet

    0

    0

    0

    — Forċipi għad-dissezzjoni

    0

    0

    0

    — Klampi emostatiċi

    0

    0

    0

    — Forċipi tal-labar

    0

    0

    0

    — Xfafar li jintremew

    0

    0

    0

    2.4. Tagħmir għal eżamijiet u monitoraġġ

    0

    0

    0

    — Depressuri tal-ilsien mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Strixxi reattivi għall-analiżi tal-urina

    0

    0

    0

    — Ċarts tat-temperatura

    0

    0

    0

    — Lożor f’każ ta’ evakwazzjoni medika

    0

    0

    0

    — Stetoskopju

    0

    0

    0

    — Sfigmomanometru

    0

    0

    0

    — Termometru mediku

    0

    0

    0

    — Termometru ipotermiku

    0

    0

    0

    — Test rapidu għall-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    0

    0

    0

    2.5. Tagħmir għall-injezzjoni, għall-perfużjoni, għat-titqib u għall-kateterizzazzjoni

    0

    0

    0

    — Tagħmir għat-tbattil tal-bużżieqa tal-urina (adattat għall-irġiel u għan-nisa)

    0

    0

    0

    — Sett għall-infużjoni fil-vini

    0

    0

    0

    — Siringi u labar mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    2.6. Tagħmir mediku ġenerali

    0

    0

    0

    — Tagħmir protettiv mediku u ta’ kura personali

    0

    0

    0

    — Patella

    0

    0

    0

    — Flixkun tal-ilma sħun

    0

    0

    0

    — Flixkun għall-urina

    0

    0

    0

    — Borża tas-silġ

    0

    0

    0

    2.7. Tagħmir għall-immobilizzar u għall-issettjar

    0

    0

    0

    — Sett ta’ qassaba ta’ daqsijiet differenti għall-estremitajiet

    0

    0

    0

    — Kullar għall-immobilizzar tal-għonq

    0

    0

    0

    2.8. Diżinfezzjoni, diżinsettizzazzjoni u profilassi

    0

    0

    0

    — Kompost għad-diżinfezzjoni tal-ilma

    0

    0

    0

    — Insettiċida likwidu

    0

    0

    0

    — Insettiċida f’forma ta’ trab

    0

    0

    0

    3. ANTIDOTI

    3.1. Ġenerali

    0

    0

    0

    3.2. Kardjovaskulari

    0

    0

    0

    3.3. Sistema gastrointestinali

    0

    0

    0

    3.4. Sistema nervuża

    0

    0

    0

    3.5. Sistema respiratorja

    0

    0

    0

    3.6. Kontra l-infezzjonijiet

    0

    0

    0

    3.7. Għall-użu estern

    0

    0

    0

    3.8. Oħrajn

    0

    0

    0

    3.9. Meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu (inklużi rekwiżiti ta’ manutenzjoni)

    0

    0

    0

    (1)   Skont il-kundizzjonijiet ta’ użu preskritti mil-liġijiet u/jew mill-prattiki nazzjonali.

    Post u data: …

    Firma tal-Kaptan: …

    Awtorizzazzjoni minn persuna jew awtorità kompetenti: …

    TAQSIMA B

    BASTIMENTI TAL-KATEGORIJA B

    I.    Dettalji tal-bastiment

    Isem: …

    Bandiera: …

    Port tal-irmiġġ: …

    II.    Provvisti tal-mediċina



     

    Kwantitajiet meħtieġa

    Kwantitajiet li fil-fatt jinsabu abbord

    Rimarki (b’mod partikolari, kwalunkwe data ta’ skadenza)

    1. MEDIĊINA

    1.1. Kardjovaskulari

     

    (a) Simpatikomimetiċi kardjoċirkolatorji

    0

    0

    0

    (b) Preparati kontra l-anġina

    0

    0

    0

    (c) Dijuretiċi

    0

    0

    0

    (d) Antiemorraġiċi inklużi uterotoniċi jekk ikun hemm nisa abbord

    0

    0

    0

    (e) Antiipertensivi

    0

    0

    0

    1.2. Sistema gastrointestinali

     

     

     

    (a) Mediċini għal disturbi gastriċi u duwodenali

    0

    0

    0

    — Mediċina għat-trattament ta’ ulċeri fl-istonku u ta’ gastrite

    0

    0

    0

    — Protetturi antiaċidi tal-mukoża

    0

    0

    0

    (b) Antiemetiċi

    0

    0

    0

    (c) Mediċini kontra d-dijarea

    0

    0

    0

    (e) Preparati kontra l-emorrojdi

    0

    0

    0

    1.3. Analġeżiċi u antispażmodiċi

     

     

     

    (a) Preparati analġeżiċi, antipiretiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    (b) Analġeżiċi qawwija

    0

    0

    0

    (c) Spażmolitiċi

    0

    0

    0

    1.4. Sistema nervuża

     

     

     

    (a) Ansjolitiċi

    0

    0

    0

    (b) Newrolettiċi

    0

    0

    0

    (c) Rimedji kontra d-dardir tal-baħar

    0

    0

    0

    (d) Antiepilettiċi

    0

    0

    0

    1.5. Mediċini kontra l-allerġiji u antianafilattiċi

     

     

     

    (a) Antiistamini

    0

    0

    0

    (b) Glukokortikojdi

    0

    0

    0

    1.6. Sistema respiratorja

     

     

     

    (a) Preparati għall-kura ta’ bronkospażmi

    0

    0

    0

    (b) Mediċina kontra s-sogħla

    0

    0

    0

    (c) Mediċini li jintużaw għall-irjiħat u għas-sinusite

    0

    0

    0

    1.7. Kontra l-infezzjonijiet

     

     

     

    (a) Antibijotiċi (mill-inqas żewġ klassijiet)

    0

    0

    0

    (b) Antiparassitiċi

    0

    0

    0

    (c) Vaċċini u immunoglobulini kontra t-tetnu

    0

    0

    0

    (d) Mediċini kontra l-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    0

    0

    0

    1.8. Komposti li jgħinu r-ridratazzjoni, it-teħid ta’ kaloriji u l-espansjoni tal-plażma

    0

    0

    0

    1.9. Mediċini għall-użu estern

     

     

     

    (a) Mediċini tal-ġilda

    0

    0

    0

    — Soluzzjonijiet antisettiċi

    0

    0

    0

    — Ingwenti antibijotiċi

    0

    0

    0

    — Ingwenti antiinfjammatorji u analġeżiċi

    0

    0

    0

    — Preparati kontra l-ħruq

    0

    0

    0

    (b) Mediċini tal-għajnejn

    0

    0

    0

    — Antibijotiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    — Qtar anestetiku

    0

    0

    0

    — Soluzzjoni salina għat-tlaħliħ tal-għajnejn

    0

    0

    0

    — Qtar ipotoniku mijotiku

    0

    0

    0

    (c) Mediċini tal-widnejn

    0

    0

    0

    — Soluzzjonijiet anestetiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    (d) Mediċini għal infezzjonijiet tal-ħalq u tal-griżmejn

    0

    0

    0

    — Prodotti antisettiċi għat-tlaħliħ tal-ħalq

    0

    0

    0

    (e) Anestetiċi lokali

    0

    0

    0

    — Anestetiċi lokali li jingħataw permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda

    0

    0

    0

    2. TAGĦMIR MEDIKU

    2.1. Tagħmir għar-risuxxitazzjoni

     

    — Borża Ambu (jew ekwivalenti); fornut b’maskri kbar, medji u żgħar

    0

    0

    0

    — Apparat għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu b’valv li jnaqqas il-pressjoni sabiex ikun jista’ jintuża l-ossiġenu industrijali tal-vapur, jew kontenitur tal-ossiġenu (1)

    0

    0

    0

    — Aspiratur mekkaniku biex jiftaħ il-passaġġi respiratorji ta’ fuq

    0

    0

    0

    2.2. Faxex u tagħmir għas-sutura

    — Turniketti

    0

    0

    0

    — Stejpler tas-sutura jew kitt tas-sutura bil-labar mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Faxex elastiċi adeżivi

    0

    0

    0

    — Strixxi tal-garża

    0

    0

    0

    — Kompressi tal-garża sterili

    0

    0

    0

    — Liżar sterili għal vittmi ta’ ħruq

    0

    0

    0

    — Faxxa trijangulari (sling)

    0

    0

    0

    — Ingwanti mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Faxex adeżivi

    0

    0

    0

    — Faxex sterili ta’ kompressjoni

    0

    0

    0

    — Suturi adeżivi jew faxex tal-ossidu taż-żingu

    0

    0

    0

    — Garża bil-vażelina

    0

    0

    0

    2.3. Strumenti

    — Kaxxa għall-istrumenti magħmula minn materjal adatt

    0

    0

    0

    — Imqassijiet

    0

    0

    0

    — Forċipi għad-dissezzjoni

    0

    0

    0

    — Klampi emostatiċi

    0

    0

    0

    2.4. Tagħmir għal eżamijiet u monitoraġġ

    0

    0

    0

    — Depressuri tal-ilsien mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Lożor f’każ ta’ evakwazzjoni medika

    0

    0

    0

    — Stetoskopju

    0

    0

    0

    — Sfigmomanometru

    0

    0

    0

    — Termometru mediku

    0

    0

    0

    — Termometru ipotermiku

    0

    0

    0

    — Test rapidu għall-malarja, it-trasport għandu jiddependi fuq il-post tal-operazzjonijiet

    0

    0

    0

    2.5. Tagħmir għall-injezzjoni, għall-perfużjoni, għat-titqib u għall-kateterizzazzjoni

    0

    0

    0

    — Sett għall-infużjoni fil-vini

    0

    0

    0

    — Siringi u labar mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    2.6. Tagħmir mediku ġenerali

    0

    0

    0

    — Tagħmir protettiv mediku u ta’ kura personali

    0

    0

    0

    2.7. Tagħmir għall-immobilizzar u għall-issettjar

    0

    0

    0

    — Sett ta’ qassaba ta’ daqsijiet differenti għall-estremitajiet

    0

    0

    0

    — Kullar għall-immobilizzar tal-għonq

    0

    0

    0

    3. ANTIDOTI

    3.1. Ġenerali

    0

    0

    0

    3.2. Kardjovaskulari

    0

    0

    0

    3.3. Sistema gastrointestinali

    0

    0

    0

    3.4. Sistema nervuża

    0

    0

    0

    3.5. Sistema respiratorja

    0

    0

    0

    3.6. Kontra l-infezzjonijiet

    0

    0

    0

    3.7. Għall-użu estern

    0

    0

    0

    3.8. Oħrajn

    0

    0

    0

    3.9. Meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu (inklużi rekwiżiti ta’ manutenzjoni)

    0

    0

    0

    (1)   Skont il-kundizzjonijiet ta’ użu preskritti mil-liġijiet u/jew mill-prattiki nazzjonali

    Post u data: …

    Firma tal-Kaptan: …

    Awtorizzazzjoni minn persuna jew awtorità kompetenti: …

    TAQSIMA C

    BASTIMENTI TAL-KATEGORIJA C

    I.    Dettalji tal-bastiment

    Isem: …

    Bandiera: …

    Port tal-irmiġġ: …

    II.    Provvisti tal-mediċina



     

    Kwantitajiet meħtieġa

    Kwantitajiet li fil-fatt jinsabu abbord

    Rimarki (b’mod partikolari, kwalunkwe data ta’ skadenza)

    1. MEDIĊINA

    1.1. Kardjovaskulari

     

    (a) Preparati kontra l-anġina

    0

    0

    0

    1.2. Sistema gastrointestinali

     

     

     

    (a) Mediċini kontra d-dijarea

    0

    0

    0

    1.3. Analġeżiċi u antispażmodiċi

     

     

     

    (a) Preparati analġeżiċi, antipiretiċi u antiinfjammatorji

    0

    0

    0

    1.4. Sistema nervuża

     

     

     

    (c) Rimedji kontra d-dardir tal-baħar

    0

    0

    0

    1.5. Mediċini għall-użu estern

     

     

     

    (a) Mediċini tal-ġilda

    0

    0

    0

    — Soluzzjonijiet antisettiċi

    0

    0

    0

    — Preparati kontra l-ħruq

    0

    0

    0

    (b) Mediċini tal-għajnejn

    0

    0

    0

    — Soluzzjoni salina għat-tlaħliħ tal-għajnejn

    0

    0

    0

    2. TAGĦMIR MEDIKU

    2.1. Faxex u tagħmir għas-sutura

    — Turniketti

    0

    0

    0

    — Faxex elastiċi adeżivi

    0

    0

    0

    — Kompressi tal-garża sterili

    0

    0

    0

    — Ingwanti mhux riutilizzabbli

    0

    0

    0

    — Faxex adeżivi

    0

    0

    0

    — Faxex sterili ta’ kompressjoni

    0

    0

    0

    — Suturi adeżivi jew faxex tal-ossidu taż-żingu

    0

    0

    0

    3. ANTIDOTI

    3.1. Ġenerali

    0

    0

    0

    3.2. Kardjovaskulari

    0

    0

    0

    3.3. Sistema gastrointestinali

    0

    0

    0

    3.4. Sistema nervuża

    0

    0

    0

    3.5. Sistema respiratorja

    0

    0

    0

    3.6. Kontra l-infezzjonijiet

    0

    0

    0

    3.7. Għall-użu estern

    0

    0

    0

    3.8. Oħrajn

    0

    0

    0

    3.9. Meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ossiġenu (inklużi rekwiżiti ta’ manutenzjoni)

    0

    0

    0

    Post u data: …

    Firma tal-Kaptan: …

    Awtorizzazzjoni minn persuna jew awtorità kompetenti: …

    ▼B




    L-ANNESS V

    TAĦRIĠ MEDIKU TAL-KAPTAN U TAL-ĦADDIEMA MAĦTURA

    (L-Artikolu 5(3))

    I.

     

    1. Fehim bażiku tal-fisjoloġija, simptomatoloġija u terapewtiċi.

    2. Elementi ta' mediċina ta' prevenzjoni, prinċipalment ta' iġjene individwali u kollettiva, u elementi ta' miżuri profilattiċi possibbli.

    3. Abilità ta' twettiq ta' tipi bażiċi ta' trattament u sorveljanza ta' żbark ta' emerġenza fil-baħar.

    Il-persuna responsabbli għat-trattament abbord bastimenti ta' kategorija A għandha jekk ikun possibbli tirċievi taħriġ prattiku fi sptarijiet.

    4. Tagħrif iddettaljat ta' kif jintużaw il-faċilitajiet varji ta' konsultazzjoni medika remota.

    II. Dan it-taħriġ għandu jagħti każ tal-programmi ta' struzzjonijiet iddettaljati f'dokumenti internazzjonali relevanti riċenti.



    ( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    ( 2 ) Il-Kategorija B għandha tiġi estiża għall-bastimenti tat-tbaħħir jew tas-sajd li jagħmlu vjaġġi ta' anqas min 175 mil nawtiku mill-eqreb port b'tagħmir mediku adegwat u li jibqgħu kontinwament fil-medda li fiha jaħdmu l-elikotteri tas-salvataġġ. Għall-dan l-iskop, kull Stat Membru għandu jgħaddi informazzjoni aġġornata dwar iż-żoni li fihom jiġu pprovduti servizzi ta' salvataġġ bl-elikotteri, u fiċ-ċirkostanzi li fihom jaħdmu:

    (a) lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni; u

    (b) lill-kaptani ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li huma irreġisatrati taħt il-ġuridizzjoni plenarja tiegħu li huma, jew probabbli li jkunu, kkonċernati mill-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' din in-nota tal-qiegħ; l-informazzjoni għandha tingħadda bl-iktar mod xieraq, per eżempju minn ċentri ta' konsultazzjoni bir-radju, ċentri ta' koordinazzjoni għas-salvataġġ jew stazzjonijiet tar-radju mal-kosta.

    Top