Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0462

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 462/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jissospendi r-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2472/94 u (KE) Nru 2815/95, dwar l-interruzzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja (Serbja u Montenegro), maż-Żona Protetta tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tal-Kroazja u ma' dawk iż-żoni tar-Repubblika tal-Bosnja u Herzegovina li huma taħt il-kontroll tal-forzi Serbi Bosnijaċi

    ĠU L 65, 15.3.1996, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/462/oj

    31996R0462



    Official Journal L 065 , 15/03/1996 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 462/96

    tal-11 ta' Marzu 1996

    li jissospendi r-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2472/94 u (KE) Nru 2815/95, dwar l-interruzzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja (Serbja u Montenegro), maż-Żona Protetta tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tal-Kroazja u ma' dawk iż-żoni tar-Repubblika tal-Bosnja u Herzegovina li huma taħt il-kontroll tal-forzi Serbi Bosnijaċi

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 73 G u 228 A tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-posizzjoni komuni ta' l-4 ta' Diċembru 1995 definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar is-sospensjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja (Serbja u Montenegro) u mas-Serbi Bosnjaċi [1], li dwarha kien hemm deċiżjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tatan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1022 (1995),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fid-dawl tal-ftehim milħuq bejn il-partijiet konċernati dwar ir-Repubblika tal-Bosnja u Herzegovina, iddeċieda, fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1022 (1995) li jissospendi r-restrizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja (Serbja u Montenegro), maż-Żoni Protetti tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tal-Kroazja u, meta ċerti kondizzjonijiet ikunu aderiti, ma' dawk iż-żoni tar-Repubblika tal-Bosnja u Herzegovina li huma taħt il-kontroll tal-forzi Serbi Bosnjaċi;

    Billi l-Kunsill tas-Sigurtà ġie infurmat li l-kondizzjonijiet imsemmija fuq ġew aderiti;

    Billi l-Kunsill diġà adotta r-Regolament (KE) Nru 2815/95 [2], waqt li ssospenda r-Regolament (KEE) Nru 990/93 [3] dwar ir-Repubblika Federali tal-Yugoslavja (Serbja u Montenegro);

    Billi, għal raġunijiet ta' trasparenza, il-leġislazzjoni tal-Komunità, waqt li din tkun qed timplementa r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1022 (1995), għandha tiġi nkorporata fi strument tal-Komunità li jkun jikkomprendi kollox, u, għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2815/95 għandu jiġi mħassar,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 990/93 u (KE) Nru 2471/94 [4] hawnhekk qed jiġu sospiżi.

    2. Sakemm ir-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu sospiżi, il-fondi u l-assi kollha li jkunu ġew iffriżati jew konfiskati qabel skond dawk ir-Regolamenti jistgħu jiġu rilaxxati mill-Istati Membri skond il-liġi, kemm-il darba tali fondi u assi li jkunu soġġetti għal kwalunkwe pretensjonijiet, detenzjonijiet, ġudizzji, jew impedimenti, jew li jkunu fondi jew assi ta' kwalunkwe persuna, tisħib, korporazzjoni, jew entità oħra misjuba jew meqjusa bħala insolventi taħt il-liġi jew il-prinċipji ta' kif jinżammu l-kontijiet kif hemm fl-Istati Membri relevanti, jibqgħu ffriżati jew konfiskati sakemm jiġu rilaxxati skond il-liġi applikabbli.

    3. Ir-Regolamenti (KE) Nru 2472/94 [5] u (KE) Nru 2815/95 għandhom jiġu mħassra.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika b'effett mis-27 ta' Frar 1996.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Marzu 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Dini

    [1] ĠU L 297, tad-9.12.1995, p. 4.

    [2] ĠU L 297, tad-9.12.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 102, tat-28.4.1993, p. 14. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 281/95. (ĠU L 297, tad-9.12.1995, p. 1.)

    [4] ĠU L 266, tal-15.10.1994, p. 1.

    [5] ĠU L 266, tal-15.10.1994, p. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2815/95.

    --------------------------------------------------

    Top