This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0827
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/827 of 11 October 2022 laying down regulatory technical standards amending Delegated Regulation (EU) No 241/2014 as regards the prior permission to reduce own funds and the requirements related to eligible liabilities instruments (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/827 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tal-permess minn qabel biex jitnaqqsu l-fondi proprji u r-rekwiżiti relatati mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/827 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tal-permess minn qabel biex jitnaqqsu l-fondi proprji u r-rekwiżiti relatati mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/7138
ĠU L 104, 19.4.2023, p. 1–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/827
tal-11 ta’ Ottubru 2022
li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tal-permess minn qabel biex jitnaqqsu l-fondi proprji u r-rekwiżiti relatati mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(5), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 29(6), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 52(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 72b(7), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 76(4), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 78(5), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 78a(3), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 79(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda t-terminoloġija użata f’għadd ta’ Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawn l-emendi jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 (3), li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 rekwiżiti ġodda għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għal istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) u għal sussidjarji materjali ta’ G-SIIs mhux tal-UE, kif ukoll kriterji armonizzati għal elementi u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Ir-Regolament (UE) 2019/876 introduċa wkoll l-Artikoli 72b(7) u 78a(3) fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jirrikjedu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA) tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw uħud mill-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif ukoll ir-reġim ta’ permessi għat-tnaqqis ta’ dawk l-istrumenti. Ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet u r-rekwiżiti l-ġodda għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli jsegwu l-istess objettiv li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom kapaċità suffiċjenti ta’ assorbiment tat-telf. Għal din ir-raġuni, l-istandards għall-istrumenti tal-fondi proprji u l-istandards għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari meta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi b’mod espliċitu li dawk l-istandards jiġu allinjati bis-sħiħ. Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-istandards għall-istrumenti tal-fondi proprji u l-istandards għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, u jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għal dawk l-istandards minn persuni soġġetti għalihom, huwa xieraq li l-istandards għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu inkorporati fir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014. |
(3) |
Ir-rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kemm fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jikkondividu l-istess objettiv li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom kapaċità suffiċjenti ta’ assorbiment tat-telf. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) introduċiet fid-Direttiva 2014/59/UE l-Artikolu 45b(1), li estenda, għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni kollha, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għal obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (minimum requirement for own funds and eligible liabilities, MREL), bl-eċċezzjoni tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 72b(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fir-rigward tal-entitajiet ta’ riżoluzzjoni li huma entitajiet ta’ G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta’ G-SIIs mhux tal-UE, id-Direttiva (UE) 2019/879 introduċiet fid-Direttiva 2014/59/UE l-Artikolu 45d. Dik id-dispożizzjoni tipprevedi fil-paragrafu 1(a) u fil-paragrafu 2(a) tagħha, it-tnejn li huma jinqraw flimkien mal-Artikolu 45b(1), it-tieni subparagrafu, li l-eliġibbiltà tal-obbligazzjonijiet biex jintlaħaq il-livell minimu meħtieġ ta’ MREL hija soġġetta għall-konformità ta’ dawk l-obbligazzjonijiet mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. Dawk il-kriterji jirrikjedu, fost l-oħrajn, li l-obbligazzjonijiet ma jkunux iffinanzjati direttament jew indirettament mill-istituzzjoni, li l-obbligazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitnaqqsu mingħajr permess minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u li l-obbligazzjonijiet ma jistax ikun fihom inċentiv ta’ tifdija, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Bl-istess mod, fir-rigward tal-entitajiet li ma humiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni, id-Direttiva (UE) 2019/879 introduċiet fid-Direttiva 2014/59/UE l-Artikolu 45f. Il-paragrafu 2, il-punti (a)(ii) u (a)(v), ta’ dak l-Artikolu għamel l-eliġibbiltà tal-obbligazzjonijiet soġġetta għall-konformità ma’ ċerti kriterji ta’ eliġibbiltà għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u għar-rekwiżit li l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità li hija soġġetta għal dak l-Artikolu. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 relatati mal-finanzjament dirett u indirett ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, il-forma u n-natura tal-inċentivi ta’ tifdija u l-permess minn qabel għat-tnaqqis ta’ tali strumenti jenħtieġ li jiġu applikati wkoll b’mod konsistenti għall-finijiet tal-Artikolu 45b(1) u l-Artikolu 45f(2)(a)(ii) u (a)(v), tad-Direttiva 2014/59/UE. Biex tiġi żgurata din il-konsistenza, it-terminu “strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli” jenħtieġ li jinftiehem ukoll bħala referenza għal “obbligazzjonijiet eliġibbli” kif imsemmija fl-Artikolu 45b u l-Artikolu 45f(2)(a), tad-Direttiva 2014/59/UE, irrispettivament mill-maturità residwa ta’ dawk l-obbligazzjonijiet, u t-terminu “istituzzjoni” jenħtieġ li japplika wkoll għal kwalunkwe entità soġġetta għal MREL f’konformità mal-Artikolu 45(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(4) |
L-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c), u l-Artikolu 63(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmlu l-eliġibbiltà tal-istrumenti ta’ fondi proprji soġġetta għall-fatt li ma jiġux iffinanzjati direttament jew indirettament mill-istituzzjoni. Ir-Regolament (UE) 2019/876, billi introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-Artikolu 72b(2)(c), estenda dik il-kundizzjoni għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bid-differenza li, f’konformità mal-istandard tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf (Total Loss-absorbing Capacity, TLAC), l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jiġux iffinanzjati direttament jew indirettament mill-entità ta’ riżoluzzjoni. L-Artikolu 72b(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti mandat lill-EBA biex tispeċifika, permezz ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. Skont l-Artikolu 72b(7), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jridu jiġu allinjati bis-sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 28(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huwa r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014. Għalhekk jenħtieġ, li d-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament Delegat japplikaw ukoll għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. |
(5) |
Il-kriterju ta’ eliġibbiltà dwar il-finanzjament dirett u indirett jipprevjeni l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ta’ fondi proprji u tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ffinanzjati direttament jew indirettament minn istituzzjoni jew minn entità ta’ riżoluzzjoni. Mingħajr dak il-kriterju, it-telf jista’ jerġa’ jispiċċa għand dawk l-entitajiet, u potenzjalment inaqqas jew jinnewtralizza l-ħelsien minn taxxa għal telf li l-istrumenti kellhom jipprovdu. Ir-riskju ta’ tali ċirkwit ta’ feedback negattiv jeżisti wkoll fil-gruppi bankarji u ta’ riżoluzzjoni, pereżempju fil-kuntest tal-ħruġ u tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit intern il-ġdid tal-MREL stabbilit fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE. Għalhekk, ir-regoli dwar il-finanzjament dirett u indirett ta’ fondi proprji u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jkopri l-ktajjen ta’ finanzjament li jżommu r-riskji fi grupp, irrispettivament minn jekk dawk il-ktajjen ta’ finanzjament jinvolvux investitur estern jew le. Tabilħaqq, huwa meħtieġ li jiġu koperti sitwazzjonijiet ta’ finanzjament ċirkolari intragrupp biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar il-finanzjament dirett u indirett tal-fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li tista’ sseħħ, pereżempju, meta l-finanzjament jiġi pprovdut permezz ta’ sussidjarji tal-istituzzjoni jew tal-entità ta’ riżoluzzjoni jew minn entitajiet oħra li l-istituzzjoni jew l-entità ta’ riżoluzzjoni jkollha interdipendenzi magħhom. Għalhekk jenħtieġ, li ma jkunx meħtieġ li l-finanzjament jiġi pprovdut minn dik l-istituzzjoni biex jiġi konkluż li l-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet huma direttament jew indirettament iffinanzjati mill-istituzzjoni li toħroġ tali strumenti jew obbligazzjonijiet. Għalhekk, kwalifika ta’ finanzjament bħala finanzjament dirett jew indirett tista’ tkun possibbli wkoll meta dak il-finanzjament jiġi pprovdut minn entità inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali jew kontabilistika tal-istituzzjoni, l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew in-network ta’ istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali li għalih tappartjeni l-istituzzjoni, jew l-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-istituzzjoni. Dan jenħtieġ li japplika irrispettivament minn jekk dik l-entità l-oħra tkunx tappartjeni għal grupp ta’ riżoluzzjoni ieħor. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) neħħa d-definizzjoni ta’ “marġni pożittiv” mill-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Billi l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 juża dan it-terminu billi jirreferi għall-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa meħtieġ li l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat jiġi emendat billi tiġi introdotta definizzjoni tat-terminu “marġni pożittiv” direttament f’dak l-Artikolu. |
(7) |
L-Artikolu 52(1)(g), u l-Artikolu 63(h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmlu l-eliġibbiltà tal-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 u tal-istrumenti ta’ Grad 2 soġġetta għan-nuqqas ta’ kwalunkwe inċentiv għat-tifdija tal-ammont prinċipali tagħhom. Ir-Regolament (UE) 2019/876, billi introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-Artikolu 72b(2)(g), estenda dak ir-rekwiżit għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bid-differenza li għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-inċentivi għat-tifdija huma permessi fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, din l-emenda jenħtieġ li tkun riflessa fir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014. |
(8) |
Fir-rigward tal-parteċipazzjonijiet tal-indiċi, ir-Regolament (UE) 2019/876 introduċa l-Artikolu 76 fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan l-Artikolu estenda l-ambitu tal-permess minn qabel li għandu jingħata mill-awtorità kompetenti – biex jippermetti lil istituzzjoni tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għal strumenti inklużi fl-indiċijiet — għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjonijiet. Għalhekk, din l-emenda jenħtieġ li tkun riflessa fir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet f’dak ir-Regolament dwar l-istimi użati bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskoperturi sottostanti għall-istrumenti tal-fondi proprji inklużi fl-indiċijiet li huma “konservattivi biżżejjed” u t-tifsira ta’ “operazzjonalment ta’ piż” jenħtieġ li tiġi emendata biex tapplika wkoll għal strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. |
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 daħħal l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħtu lill-istituzzjonijiet permess ġenerali minn qabel biex inaqqsu l-fondi proprji għal ammont determinat minn qabel u għal perjodu ta’ żmien limitat. Għalhekk, huwa meħtieġ li mir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 jitneħħew il-prekundizzjonijiet u l-limiti li huma applikabbli għal permess minn qabel għal skopijiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, billi dawk il-prekundizzjonijiet u l-limiti issa huma inkorporati fir-reġim ġenerali tal-permess minn qabel stabbilit fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(10) |
Ir-reġimi tal-permess minn qabel għat-tnaqqis tal-fondi proprji, stabbiliti fl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għat-tnaqqis tal-istrumenti eliġibbli, stabbiliti fl-Artikolu 78a ta’ dak ir-Regolament, it-tnejn għandhom l-għan li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti regolatorji relatati mal-fondi proprji u mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u għandhom għadd ta’ karatteristiċi simili. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-proċessi jiġu standardizzati segwiti mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kemm għall-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll għal kwalunkwe permess ieħor imsemmi f’dawk l-Artikoli. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kwalunkwe permess minn qabel, u biex jiġi żgurat li dawk il-permessi jintużaw kif xieraq għall-finijiet speċifiċi tagħhom, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu meħtieġa jispeċifikaw il-perjodu li għalih jingħata permess minn qabel għajr permess ġenerali minn qabel, u jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu għal dak il-perjodu speċifikat. |
(11) |
L-Artikoli 78(1), it-tieni subparagrafu, u 78a(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedu li jingħata permess ġenerali minn qabel għat-tnaqqis tal-fondi proprji u tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għal perjodu speċifikat li ma għandux ikun itwal minn sena. Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel li jkun għadu ma skadiex jenħtieġ li ma tirrikjedix l-istess livell ta’ skrutinju jew interazzjoni bejn l-awtoritajiet bħall-applikazzjoni għall-permess oriġinali, jekk l-istituzzjoni ma tkunx talbet żieda fl-ammont determinat minn qabel meta jkun ingħata l-permess oriġinali u ma tkunx biddlet ir-raġunament ipprovdut meta jkun intalab il-permess oriġinali. Konsegwentement, f’dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjonijiet u ż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jenħtieġ li jitnaqqas. |
(12) |
L-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jiksbu l-permess minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex iwettqu x-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli. Skont l-Artikolu 78a(1) ta’ dak ir-Regolament, il-permess jista’ jingħata biss meta jkun hemm konformità ma’ għadd ta’ kundizzjonijiet, inkluż il-kundizzjoni li l-istituzzjoni tibdel l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli b’fondi proprji jew bi strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ kwalità ugwali jew ogħla f’termini li huma sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni. L-Artikolu 78a(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istandards dwar it-tifsira ta’ “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni” fil-kuntest ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu allinjati bis-sħiħ mal-ekwivalenti tiegħu għall-fondi proprji. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-istess tifsira ta’ “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni” għandha tintuża għaż-żewġ tipi ta’ strumenti. |
(13) |
Huwa meħtieġ li r-reġimi ġenerali ta’ permess minn qabel għall-fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu allinjati biex jiġi żgurat li dawk ir-reġimi jiġu applikati b’mod koerenti madwar l-Unjoni. Għalhekk, l-ammont determinat minn qabel li għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jagħtu l-permess ġenerali minn qabel biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jkun soġġett għal limiti, mingħajr ma l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jitwaqqfu milli jistabbilixxu ammonti determinati minn qabel aktar baxxi għal istituzzjoni partikolari meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Huwa meħtieġ ukoll li l-istituzzjonijiet jitwaqqfu milli joperaw f’livell ta’ fondi proprji u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jonqsu milli jirriflettu li parti mill-fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ma tkunx disponibbli biex tassorbi t-telf meta jkun meħtieġ. F’każ ta’ permess ġenerali minn qabel, l-ammont determinat minn qabel li għalih l-awtorità kkonċernata tat il-permess tagħha jenħtieġ li għalhekk jitnaqqas mill-mument li tingħata l-awtorizzazzjoni. |
(14) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat trattament proporzjonat għall-istituzzjonijiet li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom jipprevedu li għandhom jiġu stralċjati skont il-proċedimenti normali ta’ insolvenza u li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun stabbiliet ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE f’livell li ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jassorbi t-telf. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jitolbu permess, inkluż permess ġenerali minn qabel, biex inaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fuq il-bażi ta’ reġim ta’ applikazzjoni simplifikat. Tali reġim jenħtieġ li jinvolvi rekwiżiti ta’ informazzjoni mnaqqsa u, biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq dawk l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, il-permess minn qabel jenħtieġ li jitqies li ngħata fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Minħabba li dawk l-istituzzjonijiet ma hemmx għalfejn joħorġu strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont determinat minn qabel tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li għandu jitnaqqas jenħtieġ li ma jkunx soġġett għall-istess limiti bħal dawk għal istituzzjonijiet oħra. |
(15) |
L-Artikolu 78a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti struzzjonijiet lill-EBA biex tiżviluppa standards tekniċi regolatorji ħalli tispeċifika l-proċedura għall-għoti ta’ permess biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u tispeċifika l-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fid-Direttiva 2014/59/UE, il-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jinkludi konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti dwar l-applikazzjoni għal permess minn qabel riċevut mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. Din il-konsultazzjoni jenħtieġ li titwettaq b’tali mod li jippermetti lill-awtorità kompetenti tesprimi opinjoni infurmata dwar il-konsultazzjoni, inkluż fejn ikun meħtieġ il-qbil tagħha biex jiġi stabbilit il-marġni li bih il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni jridu jaqbżu r-rekwiżiti tagħha, bi skambju adegwat ta’ informazzjoni u bi żmien suffiċjenti biex tiġi mwieġba l-konsultazzjoni. |
(16) |
Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/876, l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ipprovda li awtorità kompetenti tista’ temporanjament tirrinunzja d-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis għall-istrumenti ta’ fondi proprji meta istituzzjoni kellha dawk l-istrumenti f’entità tas-settur finanzjarju għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja mfassla biex dik l-entità tiġi organizzata mill-ġdid u salvata. Ir-Regolament (UE) 2019/876, billi emenda l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, estenda l-ambitu tar-rinunzja temporanja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lill-parteċipazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’istituzzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 dwar dik ir-rinunzja temporanja jenħtieġ li jiġu emendati biex japplikaw ukoll għall-parteċipazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fl-istituzzjonijiet. |
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 jiġi emendat skont dan. |
(18) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-EBA. |
(19) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali, u talbet il-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(20) |
F’konformità mal-proċedura fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-Kummissjoni approvat b’emendi l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-EBA bl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet għall-emendi. L-EBA pprovdiet opinjoni formali, li fiha aċċettat l-emendi proposti minbarra dawk relatati mal-introduzzjoni ta’ projbizzjoni espliċita tal-finanzjament intragrupp indirett u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ ftehim taċitu għall-permess ġenerali minn qabel biex jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet eliġibbli minn entitajiet li l-MREL tagħhom ma jaqbiżx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji. |
(21) |
Wara li vvalutat bir-reqqa l-argumenti li l-EBA pprovdiet biex issostni l-oġġezzjoni tagħha għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni dwar il-finanzjament intragrupp fit-termini ta’ promulgazzjoni tal-istandards tekniċi, il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li l-projbizzjoni tal-finanzjament indirett jenħtieġ li tkopri b’mod espliċitu l-ktajjen ta’ finanzjament rilevanti kollha, irrispettivament minn jekk jinvolvux investitur estern. |
(22) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi bis-sħiħ l-importanza li jiġi żgurat trattament proporzjonat ta’ entitajiet li l-MREL tagħhom ma jaqbiżx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Madankollu, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni li titlob il-permess minn qabel biex jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom hija karatteristika inerenti tar-reġim ta’ permessi minn qabel kif stabbilit fl-Artikolu 78a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għalhekk ma tistax tiġi rrinunzjata. Madankollu, biex jitnaqqas għal minimu l-piż amministrattiv fuq dawk l-entitajiet u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom, tal-ewwel jenħtieġ li jitħallew jippreżentaw applikazzjoni simplifikata biex jitolbu permess minn qabel u tal-aħħar jenħtieġ li jitħallew jagħtu tali permess fuq il-bażi ta’ ftehim taċitu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa emendat kif ġej: “ Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet ”; |
(2) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fil-Kapitolu I jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej: “Artikolu 1a L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u għall-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 8, 9 u 20, u tal-Kapitolu IV, it-Taqsima 2 ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jitqiesu bħala “istituzzjonijiet”, u “obbligazzjonijiet eliġibbli” kif imsemmija fl-Artikolu 45b u l-Artikolu 45f(2)(a), ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala “strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli”.” |
(4) |
it-titolu tal-Kapitolu II jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU II ELEMENTI TA’ FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI ”; |
(5) |
fil-Kapitolu II, it-titolu tat-Taqsima 1 jinbidel b’dan li ġej: “ TAQSIMA 1 Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u entrati u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ”; |
(6) |
fl-Artikolu 4(2), jiddaħħal il-punt (ka) li ġej:
|
(7) |
fl-Artikolu 4(2), il-punt (r) jinbidel b’li ġej:
|
(8) |
l-Artikoli 8 u 9 jinbidlu b’dawn li ġejjin: “Artikolu 8 Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c), u l-Artikolu 63(c), u tal-obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali skont l-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c) u l-Artikolu 63(c), u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jitqies finanzjament li ma huwiex dirett. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, finanzjament dirett għandu jirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom istituzzjoni tkun tat self jew fondi oħra fi kwalunkwe forma lil investitur li jintużaw għall-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni. 3. Finanzjament dirett għandu jinkludi wkoll finanzjament mogħti għal skopijiet oħra apparti l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew li titqies li hija parti relatata fis-sens tad-definizzjonijiet fil-paragrafu 9 tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 24 dwar Divulgazzjonijiet fuq Partijiet Relatati kif applikati fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), filwaqt li titqies kwalunkwe gwida addizzjonali kif mogħtija mill-awtorità kompetenti għall-istrumenti kapitali, jekk l-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti għall-obbligazzjonijiet, jekk l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi dan kollu li ġej:
Artikolu 9 Forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett ta’ strumenti kapitali għall-finijiet tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 52(1)(c), u l-Artikolu 63(c), u tal-obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 72b(2)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tal-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
2. Biex jitqies bħala finanzjament indirett għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati wkoll, meta applikabbli:
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), investitur jitqies li jkun inkluż fl-ambitu tal-kalkolu aggregat estiż jekk l-istrument kapitali jew l-obbligazzjoni rilevanti tkun soġġetta għal konsolidazzjoni jew għal kalkolu aggregat estiż f’konformità mal-Artikolu 49(3)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’mod li jiġi eliminat l-użu multiplu ta’ entrati ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli u kwalunkwe ħolqien ta’ fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali. Meta l-permess mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunx ingħata, din il-kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata meta ż-żewġ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u l-istituzzjoni jkunu membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali u l-entitajiet inaqqsu l-finanzjament ipprovdut għall-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 36(1) minn (f) sa (i), l-Artikolu 56 minn (a) sa (d), u l-Artikolu 66 minn (a) sa (d), għall-istrumenti kapitali, u f’konformità mal-Artikolu 72e minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-obbligazzjonijiet, kif applikabbli. 2a. Il-forom applikabbli u n-natura tal-finanzjament indirett tal-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jinkludu finanzjament ċirkolari intragrupp. Għal dawk il-finijiet, finanzjament ċirkolari intragrupp ifisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
3. Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit jekk l-akkwist tas-sjieda ta’ strument kapitali jinvolvix finanzjament dirett jew indirett kif imsemmi fl-Artikolu 8, l-ammont li għandu jitqies għandu jkun nett minn kwalunkwe konċessjoni li tkun saret għal indeboliment ivvalutat individwalment. 4. Biex tiġi evitata kwalifika ta’ finanzjament dirett jew indirett skont l-Artikolu 8 u fejn is-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha parteċipazzjoni kwalifikanti fl-istituzzjoni ta’ kreditu jew li titqies li hija parti relatata kif imsemmi fl-Artikolu 8(3), l-istituzzjoni għandha tiżgura li fuq bażi kontinwa ma tkunx ipprovdiet self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji għall-iskop tal-akkwist tas-sjieda direttament jew indirettament ta’ strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni. Meta s-self jew forma oħra ta’ finanzjament jew garanziji jingħataw lil tipi oħra ta’ partijiet, l-istituzzjoni għandha tagħmel dan il-kontroll fuq bażi tal-aħjar sforz. 5. Fir-rigward ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi u istituzzjonijiet simili, fejn hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni li konsumatur jissottoskrivi strumenti kapitali biex jirċievi self, dak is-self ma għandux jitqies bħala finanzjament dirett jew indirett, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontijiet (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1)." (*2) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).”;" |
(9) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. Il-qligħ rikonoxxut fuq il-bejgħ li huwa assoċjat mal-introjtu ta’ marġni futur għandu jirreferi, f’dan il-kuntest, għall-“marġni pożittiv” futur mistenni ddefinit bħala l-ġbir tal-imposti finanzjarji u introjtu ieħor mill-imposti riċevuti fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati netti mill-ispejjeż u min-nefqiet.” |
(10) |
it-titolu tal-Kapitolu III jinbidel b’dan li ġej: “KAPITOLU III KAPITAL U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI TA’ GRAD 1 U GRAD 2 ADDIZZJONALI” |
(11) |
L-Artikolu 20 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 20 Il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(g), l-Artikolu 63(h), l-Artikolu 72b(2)(g), u l-Artikolu 72c(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Inċentivi għat-tifdija għandha tfisser il-karatteristiċi kollha li jipprovdu, fid-data tal-ħruġ, aspettattiva li l-istrument kapitali jew l-obbligazzjoni x’aktarx se tiġi mifdija. 2. L-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-forom li ġejjin:
|
(12) |
L-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 25 Livell ta’ konservattiżmu meħtieġ f’estimi għall-kalkolu tal-iskoperturi użati bħala alternattiva għall-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Stima tkun konservattiva biżżejjed meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
|
(13) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Għall-fini tal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, operattivament ta’ piż tfisser sitwazzjonijiet li fihom il-prinċipju taċ-ċar kristall fuq bażi kontinwa għall-parteċipazzjonijiet kapitali f’entitajiet mis-settur finanzjarju jew għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f’istituzzjonijiet fuq bażi kontinwa ma huwiex ġustifikat, kif ivvalutat mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-valutazzjoni tagħhom tan-natura ta’ sitwazzjonijiet operattivament ta’ piż, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità limitata u perjodu qasir tal-parteċipazzjoni ta’ tali pożizzjonijiet. Perjodu qasir ta’ parteċipazzjoni għandu jirrikjedi li tintwera l-likwidità qawwija tal-indiċi mill-istituzzjoni.” |
(14) |
It-Taqsima 2 tinbidel b’dan li ġej: “ TAQSIMA 2 Permess għat-tnaqqis ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
Artikolu 27 Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78(1)(a) u l-Artikolu 78(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78(1)(a) u skont l-Artikolu 78(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tfisser li l-profittabbiltà tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità kompetenti, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara s-sostituzzjoni tal-istrumenti jew tal-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament bi strumenti ta’ fondi proprji tal-istess kwalità jew ta’ kwalità aħjar, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress. Artikolu 28 Ir-rekwiżiti tal-proċess inklużi l-limiti u l-proċeduri għal applikazzjoni minn istituzzjoni biex jitnaqqsu l-fondi proprji skont l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti ta’ strumenti ta’ fondi proprji ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti. 2. Meta l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu mistennija li jseħħu b’ċertezza suffiċjenti, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti korrispondenti ta’ strumenti ta’ fondi proprji li għandhom jiġu mifdija, imnaqqsa jew riakkwistati jew l-ammonti tal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati li għandhom jitnaqqsu jew jiġu distribwiti, kif applikabbli, mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tagħha qabel ma jseħħu t-tifdijiet, it-tnaqqis, ix-xiri mill-ġdid jew id-distribuzzjonijiet effettivi. Għandu jitqies li teżisti biżżejjed ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tifdi, tnaqqas jew tirriakkwista strument ta’ fondi proprji. 3. Fil-każ ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess tagħha għandu jitnaqqas mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni mill-mument li tingħata l-awtorizzazzjoni. 4. Meta japplikaw għal permess minn qabel, inkluż permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament, u meta l-istrumenti ta’ fondi proprji relatati jinxtraw sabiex jiġu ttrasferiti lill-impjegati tal-istituzzjoni bħala parti mir-remunerazzjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li dawk l-istrumenti jinxtraw għal dak l-iskop speċifiku. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, dawk l-istrumenti għandhom jitnaqqsu mill-elementi korrispondenti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, għaż-żmien li jinżammu mill-istituzzjoni. Tnaqqis ma jibqax meħtieġ meta l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe azzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu jkunu diġà inklużi fil-fondi proprji bħala riżultat ta’ rapport finanzjarju interim jew ta’ tmiem is-sena. 5. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess minn qabel, minbarra l-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal perjodu ta’ żmien speċifikat, meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament, li ma għandux jaqbeż sena. 6. Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, kif applikabbli. Artikolu 29 Preżentazzjoni mill-istituzzjoni ta’ applikazzjoni biex jitnaqqsu l-fondi proprji skont l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Istituzzjoni għandha tippreżenta applikazzjoni għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, lill-awtorità kompetenti qabel ma tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, kif applikabbli. Artikolu 30 Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29 għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (e), l-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas perjodu ta’ tliet snin u, fir-rigward tal-obbligazzjonijiet, għandha tinkludi speċifikazzjonijiet tal-ammonti li ġejjin, kif applikabbli:
2. L-awtorità kompetenti għandha tirrinunzja l-preżentazzjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 meta tkun issodisfata li diġà għandha dik l-informazzjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti, fejn applikabbli. Artikolu 30a Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ kull ħarġa rilevanti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li hija soġġetta għal dik l-applikazzjoni. 2. Meta jintalab permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tispeċifika fl-applikazzjoni dan kollu li ġej:
3. Applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(1)(a) u (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tinkludi strumenti ta’ fondi proprji li għad iridu jinħarġu, soġġett għal speċifikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), kif applikabbli, li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti wara l-ħruġ rilevanti. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali, fejn applikabbli. Artikolu 30b Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Qabel l-iskadenza ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjoni tista’ tippreżenta applikazzjoni għat-tiġdid tiegħu għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena addizzjonali kull darba, dment li l-istituzzjoni ma titlobx żieda fl-ammont stabbilit minn qabel meta ngħata l-permess ġenerali minn qabel u ma tbiddilx ir-raġunament kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)(a), meta ntalab il-permess ġenerali minn qabel oriġinali. 2. Meta tapplika għat-tiġdid tal-permess ġenerali minn qabel msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) minn (a) sa (d), (f), (g) u (i). Artikolu 31 It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Għal permess minn qabel, għajr permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 lill-awtorità kompetenti mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti. 2. Għal permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 30 u 30a lill-awtorità kompetenti mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 3. B’deroga mill-paragrafu 2, meta jintalab tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 30b, l-istituzzjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 30, 30a u 30b lill-awtorità kompetenti mill-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikun ingħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali. 4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u f’ċirkostanzi eċċezzjonali jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien iqsar mill-perjodi stabbiliti f’dawk il-paragrafi. 5. L-awtorità kompetenti għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-informazzjoni l-ġdida li jirċievu matul dak il-perjodu, li fih kwalunkwe informazzjoni ġdida bħal din tkun disponibbli u meta jqisu li dik l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu sodisfatti li l-istituzzjoni tkun ipprovditilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30 u, fejn applikabbli, l-Artikoli 30a u 30b. Artikolu 32 Applikazzjonijiet għal tifdijiet, tnaqqis u riakkwisti minn mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili għall-finijiet tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Fir-rigward tat-tifdija ta’ strumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ mutwi, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2, u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti bl-istess frekwenza bħal dik użata mill-korp kompetenti tal-istituzzjoni biex jeżamina t-tifdijiet. 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess tagħhom bil-quddiem għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ċertu ammont determinat minn qabel li għandu jiġi mifdi, nett mill-ammont tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti mħallsa ġodda tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni matul perjodu sa sena. Dan l-ammont determinat minn qabel jista’ jkun sa 2 % tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, jekk ikunu ssodisfati li din l-azzjoni ma hijiex se toħloq periklu għas-sitwazzjoni attwali jew futura tas-solvenza tal-istituzzjoni.
Artikolu 32a Tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 78a(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 Sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 78a(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tfisser li l-profittabbiltà tal-istituzzjoni, kif ivvalutata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tibqa’ soda jew ma tgħaddi mill-ebda bidla negattiva wara l-bidla tal-istrumenti tal-obbligazzjoni eliġibbli bi strumenti ta’ fondi proprji jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ kwalità ugwali jew ogħla, f’dik id-data u fil-futur prevedibbli. Il-valutazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tqis il-profittabbiltà tal-istituzzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ stress. Artikolu 32b Ir-rekwiżiti tal-proċess, inklużi l-limiti u l-proċeduri għal applikazzjoni minn istituzzjoni biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Xiri, tifdijiet, ħlas lura u xiri mill-ġdid ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx jitħabbru lid-detenturi tal-istrumenti qabel l-istituzzjoni tkun kisbet permess minn qabel mingħand l-awtorità ta’ riżoluzzjoni. 2. Meta l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu mistennija li jseħħu b’biżżejjed ċertezza, u ladarba jinkiseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-istituzzjoni għandha tnaqqas l-ammonti li għandhom jiġu mixtrija, mifdija, imħallsa lura jew mixtrija mill-ġdid mill-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni qabel ma jseħħu x-xiri, it-tifdijiet, il-ħlasijiet lura jew ix-xiri mill-ġdid effettivi. Għandu jitqies li teżisti biżżejjed ċertezza b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tkun ħabbret pubblikament l-intenzjoni tagħha li tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri lura strument ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli. 3. Fil-każ ta’ permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun tat il-permess tagħha għandu jitnaqqas mill-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni mill-mument li fih tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni. 4. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħti permess minn qabel, minbarra l-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal perjodu ta’ żmien speċifikat, meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, li ma għandux jaqbeż sena. 5. Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont determinat minn qabel li għalih jingħata l-permess ġenerali minn qabel ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti. 6. Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw fil-livelli ta’ konsolidazzjoni, subkonsolidazzjoni u individwali tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli. Artikolu 32c Preżentazzjoni mill-istituzzjoni ta’ applikazzjoni biex jitnaqqsu l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Istituzzjoni għandha tippreżenta applikazzjoni għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni qabel ma tieħu azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli. Artikolu 32d Kontenut tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:
2. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tirrinunzja l-preżentazzjoni ta’ xi informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 meta tkun issodisfata li diġà għandha dik l-informazzjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli. Artikolu 32e Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Meta jintalab permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal azzjoni skont l-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjoni għandha tispeċifika fl-applikazzjoni l-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti, inkluż l-ammont totali ta’ strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 88a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tal-Artikolu 45b(3) tad-Direttiva 2014/59/UE. 2. Applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel għal azzjoni skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tinkludi strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li għad iridu jinħarġu, soġġett għal speċifikazzjoni tal-ammont finali msemmi fil-paragrafu 1, li għandu jiġi pprovdut lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni wara l-ħruġ ikkonċernat. Artikolu 32f Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata ma’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Qabel l-iskadenza tal-permess ġenerali minn qabel mogħti skont l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, istituzzjoni tista’ tippreżenta applikazzjoni għat-tiġdid tiegħu għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena addizzjonali kull darba, dment li l-istituzzjoni ma titlobx żieda fl-ammont determinat minn qabel meta ngħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali u ma tbiddilx ir-raġunament imsemmi fl-Artikolu 32d(1)(a), meta ntalab il-permess ġenerali minn qabel oriġinali. 2. Meta tapplika għat-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d(1)(a), (b), (c), (e), (f) u (h). Artikolu 32g It-twaqqit tal-applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-istituzzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Għal permess minn qabel, għajr il-permess ġenerali minn qabel imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti. 2. Għall-permess ġenerali minn qabel imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 32d u 32e lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas erba’ xhur qabel id-data li fiha titwettaq waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 3. B’deroga mill-paragrafu 2, meta jintalab tiġdid tal-permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 32f, l-istituzzjoni għandha tibgħat applikazzjoni kompluta u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 32d, 32e u 32f lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu li għalih ikun ingħata l-permess ġenerali minn qabel oriġinali. 4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ u f’ċirkostanzi eċċezzjonali jibagħtu l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien iqsar mill-perjodi stabbiliti f’dawk il-paragrafi. 5. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tipproċessa applikazzjoni jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 jew matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-informazzjoni l-ġdida li jirċievu matul dak il-perjodu, li fih kwalunkwe informazzjoni ġdida bħal din tkun disponibbli u meta jqisu li dik l-informazzjoni hija materjali. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni biss meta jkunu ssodisfati li l-istituzzjoni tkun ipprovditilhom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 32d u, fejn applikabbli, l-Artikoli 32e u 32f. Artikolu 32h Rekwiżiti simplifikati għall-istituzzjonijiet li għalihom l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun stabbiliet ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE f’livell li ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf 1. B’deroga mill-Artikoli 32d, 32e u 32f, meta l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c tiġi ppreżentata minn istituzzjoni li għaliha l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun stabbiliet ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2014/59/UE f’livell li ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf f’konformità mal-Artikolu 45c(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva, dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dan kollu li ġej:
2. Permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mogħti wara applikazzjoni magħmula f’konformità mal-paragrafu 1, ma għandux ikun soġġett għar-restrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 32b(5) ta’ dan ir-Regolament. 3. B’deroga mill-Artikolu 32g, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi mħabbra lid-detenturi tal-istrumenti jew, fil-każ ta’ applikazzjoni għal permess ġenerali minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 78a(1), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha titwettaq waħda mill-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 4. Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma topponix bil-miktub l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32c fil-perjodi speċifikati fil-paragrafu 3, il-permess għandu jitqies bħala mogħti. 5. Dan l-artikolu għandu japplika fil-livelli individwali, ta’ konsolidazzjoni u ta’ subkonsolidazzjoni tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, kif applikabbli. Artikolu 32i Il-proċess ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni meta jingħata l-permess imsemmi fl-Artikolu 78a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Meta istituzzjoni tippreżenta applikazzjoni kompluta għal permess minn qabel, inkluż il-permess ġenerali minn qabel msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tibgħat dik l-applikazzjoni minnufih lill-awtorità kompetenti, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32d u, fejn applikabbli, l-Artikolu 32e, l-Artikolu 32f jew l-Artikolu 32h. 2. Fl-istess ħin tat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tagħmel talba għal konsultazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar l-applikazzjoni li tirċievi, li għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni jew kompetenti. 3. L-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom jaqblu dwar terminu adegwat biex jipprovdu rispons għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mill-mument li fih tasal it-talba għall-konsultazzjoni u li għandu jitnaqqas għal xahrejn meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet riċevuti mill-awtorità kompetenti qabel ma tieħu deċiżjoni dwar il-permess. 4. Meta l-ftehim tal-awtorità kompetenti jkun meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 78a(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti, fi żmien xahrejn mit-talba għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jew fi żmien xahar meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h, li bih, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huwa meħtieġ li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni jridu jaqbżu r-rekwiżiti tagħha. 5. Fi żmien tliet ġimgħat jew, meta l-konsultazzjoni tikkonċerna t-tiġdid ta’ permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32f jew permess ġenerali minn qabel skont l-Artikolu 32h, fi żmien ġimagħtejn, wara li tirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat il-ftehim bil-miktub tagħha lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. F’każ li l-awtorità kompetenti ma taqbilx jew parzjalment ma taqbilx mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’dak il-perjodu, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha. 6. B’deroga mill-paragrafu 3, meta l-ftehim tal-awtorità kompetenti jkun meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 78a(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi tweġiba għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fl-istess ħin tat-trażmissjoni tal-ftehim bil-miktub tagħha lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 5. 7. B’deroga mill-paragrafi minn 3 sa 6, meta l-perjodu massimu ta’ żmien għall-ipproċessar tal-applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ikun iqsar minn erba’ xhur f’konformità mal-Artikolu 32g, il-paragrafi 3 jew 4, il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu miftiehma bejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti filwaqt li jitqies il-perjodu ta’ żmien massimu rilevanti. 8. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pproċessata fi kwalunkwe każ fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 32g(1), (2), (3) jew (4). 9. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti d-deċiżjoni meħuda dwar il-permess mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha wkoll tinforma lill-awtorità kompetenti f’każ ta’ rtirar tal-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta’ dak il-permess.” |
(15) |
fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8).
(4) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(5) Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).
(6) Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).