This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0513
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/513 of 8 March 2023 amending Annexes XV and XIX to Implementing Regulation (EU) 2021/404 as regards the list of third countries, territories or zones thereof authorised for the entry into the Union of meat products from ungulates, poultry and game birds and of eggs and egg products (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/513 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jemenda l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-bajd u l-prodotti tal-bajd (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/513 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jemenda l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-bajd u l-prodotti tal-bajd (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/1476
ĠU L 71, 9.3.2023, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/513
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-bajd u l-prodotti tal-bajd
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 fost l-oħrajn jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodott ta’ oriġini mill-annimali, u japplika mill-21 ta’ April 2021. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali huwa li dawk il-kunsinni jridu jiġu minn pajjiż terz jew territorju, jew żona, jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew mit-territorji, jew iż-żoni, jew il-kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew mit-territorju, minn żona jew minn kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew iż-żoni, jew il-kompartimenti tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(4) |
L-Anness XV, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam tal-ungulati, tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. L-Anness XIX, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ bajd u ta’ prodotti tal-bajd. |
(5) |
Il-Moldova ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi awtorizzata ddaħħal fl-Unjoni kunsinni ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam għajr il-laħam tar-ratiti u l-bajd, u pprovdiet il-garanziji tal-konformità, ta’ dak il-pajjiż terz, mar-rekwiżiti dwar in-notifika u r-rappurtar tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li hu rilevanti għall-pollam, u garanziji tal-konformità, ta’ dak il-pajjiż terz, mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. Għalhekk, u filwaqt li titqies il-qagħda tas-saħħa tal-pollam fil-Moldova, jixraq li dak il-pajjiż terz jiddaħħal fil-listi stabbiliti fl-Anness XV, il-Parti 1, u fl-Anness XIX, il-Parti 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 rigward il-prodotti tal-laħam tal-pollam għajr il-laħam tar-ratiti u l-bajd. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
ANNESS
L-Annessi XV u XIX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness XV, fil-Parti 1, tiddaħħal l-entrata għall-Moldova li ġejja bejn l-entrata tal-Marokk u l-entrata tal-Montenegro:
|
(2) |
Fl-Anness XIX, fil-Parti 1, l-entrata għall-Moldova hija sostitwita b’dan li ġej:
|