Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0432R(01)

    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/432 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59 I tal-25 ta’ Frar 2023)

    ST/6956/2023/INIT

    ĠU L 67, 3.3.2023, p. 61–61 (BG, ES, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, HU, MT, NL, PT, RO, SK, SL, FI)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/432/corrigendum/2023-03-03/1/oj

    3.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/61


    Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/432 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 59 I tal-25 ta’ Frar 2023 )

    (1)

    Fil-paġna 438, fl-Artikolu 1, il-punt (1)(c), il-kliem introduttorju tal-Artikolu 2, il-paragrafu 22,

    minflok:

    “22.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, u wara li jkunu ddeterminaw li: ...”,

    aqra:

    “22.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt l-entrata numru 101 taħt l-intestatura "Entitajiet" fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, u wara li jkunu ddeterminaw li: ...”;

    (2)

    Fil-paġna 438, fl-Artikolu 1, il-punt (1)(c), fil-paragrafu 23,

    minflok:

    “23.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati miżmuma mill-entità elenkata taħt in-numru tal-entrata 190 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, konklużi ma’ dik l-entità jew inkella li jinvolvuha, qabel il-25 ta’ Frar 2023.”,

    aqra:

    “23.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, skont il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entità elenkata taħt in-numru tal-entrata 190 taħt l-intestatura ‘Entitajiet’ fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil dik l-entità, wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għat-terminazzjoni sas-26 ta’ Awwissu 2023 ta’ operazzjonijiet, kuntratti, jew ftehimiet oħra, konklużi ma’ dik l-entità jew inkella li jinvolvuha, qabel il-25 ta’ Frar 2023.”.


    Top