Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0918

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/918 tat-13 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett Katini ta’ Valur Globali skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/3736

ĠU L 159, 14.6.2022, p. 43–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/07/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/918/oj

14.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/918

tat-13 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett Katini ta’ Valur Globali skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tipproduċi skont l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2152, darba kull tliet snin, data dwar is-suġġett Katini ta’ Valur Globali elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, li tkun ibbażata fuq data kumparabbli u armonizzata, u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tas-suġġett Katini ta’ Valur Globali mill-Istati, il-Kummissjoni trid tispeċifika l-varjabbli, l-unità ta’ kejl, il-popolazzjoni statistika, il-klassifikazzjonijiet u l-diżaggregazzjonijiet, l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data, l-ewwel perjodu ta’ referenza u l-iskadenza tar-rapport ta’ kwalità.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-suġġett Katini ta’ Valur Globali msemmija fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data għall-perjodu ta’ referenza f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-rapport triennali ta’ kwalità għas-suġġett tal-Katini ta’ Valur Globali għandu jiġi trażmess fi żmien 24 xahar wara t-tmiem tal-aħħar sena tal-perjodu ta’ referenza.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “Katini ta’ Valur Globali”

Kamp ta’ applikazzjoni (Dettalji tas-suġġett Katini ta’ Valur Globali)

Varjabbli

(i)

Funzjonijiet tan-negozju

(1)

Numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom

(ii)

Katini ta’ Valur Globali

(2)

Numru ta’ intrapriżi li jixtru l-merkanzija minn barra mill-pajjiż

(3)

Numru ta’ intrapriżi li jfornu l-merkanzija barra mill-pajjiż

(4)

Numru ta’ intrapriżi li jixtru s-servizzi minn barra

(5)

Numru ta’ intrapriżi li jfornu s-servizzi barra mill-pajjiż

(iii)

Akkwist internazzjonali

(6)

Numru ta’ intrapriżi li jwettqu akkwist internazzjonali

(7)

Numru ta’ impjiegi maħluqa fl-intrapriża bħala riżultat tal-akkwist internazzjonali

(8)

Numru ta’ impjiegi mitlufa (jew li ġew rilokati barra mill-pajjiż) bħala riżultat ta’ akkwist internazzjonali

(9)

Numru ta’ intrapriżi li jwettqu jew li jikkunsidraw li jwettqu akkwist internazzjonali:

(iv)

Avvenimenti li jħallu impatt fuq l-arranġamenti tal-Katini ta’ Valur Globali

(10)

Għadd ta’ intrapriżi attivi

Il-varjabbli (2), (3), (4) u (5) jirreferu biss għall-intrapriżi li jirrapportaw valur ogħla minn EUR 100 000 għall-inqas għal tip wieħed ta’ merkanzija mixtrija jew servizzi mixtrija minn barra l-pajjiż (varjabbli (2) u (4)) jew merkanzija jew servizzi fornuti barra mill-pajjiż (varjabbli (3) u (5)), fis-sena finali tal-perjodu ta’ referenza. Jenħtieġ li d-data ma tinġabar għal dawk l-intrapriżi li l-valur imsemmi qabel ikun inqas minn EUR 100 000 għall-varjabbli korrispondenti.

Unità tal-kejl

Valur assolut

Popolazzjoni statistika

Għall-varjabbli kollha: Il-produtturi tas-suq tat-Taqsimiet B sa N tal-NACE ma’ numru ta’ impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom akbar minn jew ugwali għal 50, fl-aħħar sena tal-perjodu ta’ referenza.

Diżaggregazzjoni

Varjabbli (1): Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Disaggregazzjoni skont l-attività:

Aggregati tat-Taqsimiet tal-NACE:

Total ta’ voti: B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Industrija, kostruzzjoni u servizzi tan-negozju)

B+C+D+E+F (Industrija u kostruzzjoni)

B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Servizzi tan-negozju)

2.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju:

Totali - Kwalunkwe funzjoni tan-negozju

Funzjonijiet tal-attività ewlenija

Funzjonijiet tal-attivitajiet ta’ sostenn

Produzzjoni tal-merkanzija

Trasport, loġistika u ħżin

Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ

Teknoloġija tal-informazzjoni

Maniġment u amminstrazzjoni

Inġinerija u servizzi tekniċi relatati

Riċerka u żvilupp

Funzjonijiet ta’ attività tan-negozju ieħor

3.

Diżaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom:

Li għandha tiġi fornuta biss għal: Total ta’ voti: B+C+D+E+F+G+H+I+J+K+L+M+N (Industrija, kostruzzjoni u servizzi tan-negozju), u biss għal: Total - Funzjoni ta’ kwalunkwe attività tan-negozju, Funzjonijiet tal-attività ewlenija u Funzjonijiet tal-attivitajiet ta’ sostenn.

Total — 50 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar

Intrapriżi ta’ daqs medju — 50-249 impjegat u persuni li jaħdmu għal rashom

Intrapriżi kbar — 250 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar

Varjabbli (2) Numru ta’ intrapriżi li jixtru l-merkanzija minn barra

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Disaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

2.

Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ merkanzija mixtrija

Materja prima li tintuża fil-proċess ta’ produzzjoni tiegħek stess

Komponenti li jiffurmaw parti mill-prodott tiegħek stess

Makkinarju u apparat tekniku ieħor użat mill-kumpanija tiegħek stess

Merkanzija ddisinjata mill-kumpanija tiegħek stess għall-bejgħ mill-ġdid fi swieq domestiċi jew barranin

Merkanzija ddiżinjata minn kumpanija oħra għall-bejgħ mill-ġdid fi swieq domestiċi jew barranin

Merkanzija oħra

Totali

3.

Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika

L-Istati Membri tal-UE

Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE

Pajjiżi mhux Ewropej

Pajjiżi extra UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE)

Totali

Varjabbli (3) Numru ta’ intrapriżi li jfornu l-merkanzija barra mill-pajjiż:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-disaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Disaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

2.

Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ merkanzija mixtrija

Materja prima li tintuża mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom

Komponenti li jintużaw mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż bħala parti mill-prodott tagħhom

Makkinarju u apparat tekniku ieħor użat mill-klijenti tiegħek barra mill-pajjiż

Merkanzija finali ddisinjata mill-kumpanija tiegħek stess għall-bejgħ mill-ġdid

Merkanzija finali ddisinjata minn kumpanija oħra għall-bejgħ mill-ġdid

Merkanzija oħra

Totali

3.

Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2)

Varjabbli (4) Numru ta’ intrapriżi li jixtru servizzi minn barra u varjabbli (5) Numru ta’ intrapriżi li jipprovdu servizzi barra mill-pajjiż:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

2.

Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ servizzi

Trasport, loġistika u ħżin

Kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u servizzi ta’ wara l-bejgħ

Servizzi teknoloġiċi tal-informatika.

Maniġment u amminstrazzjoni

Inġinerija u servizzi tekniċi relatati

Riċerka u żvilupp

Tipi oħra ta’ servizzi

Totali

3.

Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (2)

Varjabbli (6) Numru ta’ intrapriżi li jwettqu akkwist internazzjonali:

A.

Diżaggregazzjoni skont l-attività u l-klassi tad-daqs:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Disaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

Trid tiġi pprovduta għal-klassi tad-daqs totali biss (Total - 50 impjegat u persuna li taħdem għal rasha u aktar):

it-taqsimiet tan-NACE: B, C, D, E, F, G, H, I, J, K, L, M, N

2.

Disaggregazzjoni skont il-klassi tad-daqs tan-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

B.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u t-tip ta’ sieħeb tan-negozju:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

2.

Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ sieħeb tan-negozju

Total — Kwalunkwe sieħeb tan-negozju

Esternalizzazzjoni — sieħeb tan-negozju barra mill-grupp ta’ intrapriżi proprji

Internalizzazzjoni — sieħeb tan-negozju fil-grupp ta’ intrapriżi proprji

C.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju u ż-żona ġeografika:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

2.

Diżaggregazzjoni skont iż-żona ġeografika

L-Istati Membri tal-UE

Pajjiżi extra UE (pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE)

Ir-Renju Unit

Pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE

Iċ-Ċina

L-Indja

Pajjiżi Asjatiċi oħra u l-Oċeanja

Il-USA u l-Kanada

L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel

L-Afrika

Totali

Varjabbli (7) Numru ta’ impjiegi maħluqa fl-intrapriża bħala riżultat tal-akkwist internazzjonali:

A.

Diżaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

B.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

C.

Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

Totali

Impjiegi bi kwalifiki għoljin

Impjiegi mingħajr kwalifiki għoljin

Varjabbli (8) Numru ta’ impjiegi mitlufa (jew li ġew rilokati barra mill-pajjiż) bħala riżultat ta’ akkwist internazzjonali:

A.

Diżaggregazzjoni skont l-attività

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

B.

Diżaggregazzjoni skont il-funzjoni tan-negozju

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (1)

C.

Diżaggregazzjoni skont l-istatus ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (7)

Varjabbli (9) Numru ta’ intrapriżi li jwettqu jew li jikkunsidraw li jwettqu akkwist internazzjonali:

A.

Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal akkwist internazzjonali u l-fatturi ta’ importanza:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont il-motivazzjoni għal akkwist internazzjonali

Tnaqqis tal-kosti lavorattivi

Tnaqqis ta’ korsi għajr kosti lavorattivi

Aċċess għal swieq ġodda

Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati fil-pajjiż residenti

Aċċess għal għarfien/teknoloġiji speċjalizzati

Kwalità mtejba jew introduzzjoni ta’ prodotti ġodda

Konċentrazzjoni fuq l-attività ewlenija

Ħinijiet ta’ konsenja ridotti

Deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-kap tal-grupp

Regolamenti favorevoli barra l-pajjiż li taffettwa l-intrapriża, p.eż. inqas regolamenti ambjentali, sistema tat-taxxa favorevoli

Fatturi li jqisu l-avvenimenti reċenti u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet punti).

2.

Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi

Importanti ħafna

Importanti sa ċertu punt

Mhux importanti

Mhux applikabbli/Ma nafx

B.

Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal akkwist internazzjonali u l-fatturi ta’ importanza:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont l-ostakli għal akkwist internazzjonali

Ostakli legali jew amministrattivi

Kwistjonijiet ta’ tassazzjoni

Tariffi u ostakli għall-kummerċ

Aċċess għal finanzjament jew restrizzjonijiet finanzjarji oħra

Ostakli lingwistiċi jew kulturali

Prossimità ma’ klijenti eżistenti fi [pajjiż residenti] meħtieġa

Diffikultajiet fl-identifikazzjoni ta’ fornituri potenzjali/xierqa barra mill-pajjiż

Inċertezza rigward il-kwalità tal-prodotti/is-servizzi li għandhom jiġu fornuti barra mill-pajjiż

Nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati barra mill-pajjiż

Tħassib tal-impjegati (inklużi t-trade unions)

Tħassib ġenerali li l-operat ta’ akkwist jeċċedi l-benefiċċji mistennija

Ostakli u fatturi li jqisu l-avvenimenti reċenti u ostakli u fatturi topiċi oħra (massimu ta’ tliet punti).

2.

Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (9), diżaggregazzjoni (A)

Varjabbli (10) Numru ta’ intrapriżi attivi:

Id-data trid tiġi pprovduta bħala kombinazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet kollha elenkati hawn taħt.

1.

Diżaggregazzjoni skont l-avvenimenti jew il-kwistjonijiet b’impatt fuq l-arranġamenti għall-Katini ta’ valur globali għall-intrapriża:

Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw l-akkwist ta’ merkanzija jew l-aċċess għas-servizzi

Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw il-moviment ta’ merkanzija u ta’ persunal barra mill-pajjiż

Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw l-akkwist internazzjonali u l-attivitajiet riinternalizzati

Avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi oħra li jaffettwaw l-arranġamenti għall-katini ta’ valur globali

Din id-diżaggregazzjoni tiffoka fuq avvenimenti jew kwistjonijiet topiċi li potenzjalment jimpattaw l-arranġamenti għall-katini ta’ valur globali, u ma jistax ikun fiha aktar minn 15-il punt.

2.

Diżaggregazzjoni skont l-importanza tal-fatturi

L-istess bħal fil-każ tal-varjabbli (9), diżaggregazzjoni (A)

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

T + 21 xahar

L-ewwel perjodu ta’ referenza

2021-2023

Simplifikazzjonijiet u

speċifikazzjonijiet oħra

Regola ta’ 1 %

r-regola tal-1 % tista’ tiġi applikata. Mhux neċessarju li jiġu kkompilati varjabbli skont dan l-att ta’ implimentazzjoni jekk il-kontribuzzjoni tal-Istat Membru għan-numru ta’ intrapriżi b’50 impjegati jew ħaddiema għal rashom jew aktar, fil-livell tan-NACE aggregat B-N, għall-aktar sena ta’ referenza riċenti li għaliha d-data tkun disponibbli skont T-18, tkun inqas minn 1 % tat-total tal-UE.

Ġbir tad-data

Id-data tal-intrapriżi li ġejja għandha tinġabar jew tinkiseb minn reġistri jew sorsi oħra ta’ data statistika jew amministrattiva:

attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża, fi tmiem l-aħħar sena tal-perjodu ta’ referenza, is-sena T,

l-għadd ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, fl-aħħar sena tal-perjodu ta’ referenza, is-sena T, kif ukoll

informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fi grupp ta’ intrapriżi.

Data oħra (bħall-funzjoni tal-attività ewlenija tal-intrapriża) tista’ tinġabar jew tinkiseb minn reġistri jew sorsi ta’ data statistika jew amministrattiva oħra, minflok permezz ta’ servej.

Definizzjonijiet ta’ varjabbli oħra, diżaggregazzjonijiet, kif ukoll rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi se jiġu pprovduti fil-manwal tal-kompilaturi tal-Katini ta’ Valur Globali. Il-Eurostat se jippubblika l-ewwel edizzjoni tal-manwal tal-kompilaturi tal-Katini ta’ Valur Globali sa Ġunju 2023.


Top