Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1959

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1959 tal-11 ta’ Novembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    ST/13097/2021/INIT

    ĠU L 400, 12.11.2021, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1959/oj

    12.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 400/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1959

    tal-11 ta’ Novembru 2021

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063.

    (2)

    Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill, b’kont meħud tal-kriżi politika, ekonomika, soċjali u umanitarja li għaddejja bħalissa fil-Venezwela u l-azzjonijiet persistenti li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1700 (2), li ġeddet il-miżuri restrittivi fis-seħħ sal-14 ta’ Novembru 2021, inkluż id-deżinjazzjonijiet kollha. Fl-istess jum il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1696 (3), li emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal 14-il persuna elenkati.

    (3)

    Fit-22 ta’ Frar 2021, fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi kontinwa fil-Venezwela, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/275 (4) li ddeżinja 19-il persuna.

    (4)

    Il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, il-miżuri restrittivi kontra l-persuni kollha fil-lista li tinsab fih jenħtieġ li jinżammu, u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal 26 persuna jenħtieġ li tiġi aġġornata.

    (5)

    Dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-popolazzjoni ġenerali u jistgħu jitreġġgħu lura fid-dawl tal-progress li jkun sar lejn ir-restawr tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela.

    (6)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. POČIVALŠEK


    (1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1700 tat-12 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 381, 13.11.2020, p. 24).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1696 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 381, 13.11.2020, p. 8).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/275 tat-22 ta’ Frar 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 60I, 22.2.2021, p. 1).


    ANNESS

    Fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063, l-entrati 1, 4, 7, 10, 12, 18, 20, 25, 27, 28, 29, 34, 35, 36, 37, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 53 u 55 huma sostitwiti b’dan li ġej:

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    Néstor Luis REVEROL TORRES

    Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1964

    Sess: raġel

    Ministru għall-Enerġija Elettrika minn Ottubru 2020, Viċi-President tax-Xogħlijiet u s-Servizzi Pubbliċi u Segretarju Eżekuttiv tal-Persunal Ġenerali għall-Elettriku minn April 2019. Ministru għall-Intern, Ġustizzja u Paċi mill-2016 sa Ottubru 2020. Ġeneral fil-Kap tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana minn Awwissu 2020. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura ta’ priġunieri (politiċi), u għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluż il-projbizzjoni u r-repressjoni ta’ dimostrazzjonijiet politiċi, imwettqa mill-forzi tas-sigurtà taħt il-kmand tiegħu.

    22.1.2018

    4.

    Antonio José BENAVIDES TORRES

    Data tat-twelid: 13 ta’ Ġunju 1961

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta’ Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta’ dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

    22.1.2018

    7.

    Diosdado CABELLO RONDÓN

    Data tat-twelid: 15 ta’ April 1963

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament, eks-President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

    22.1.2018

    10.

    Jesús Rafael SUÁREZ CHOURIO

    Data tat-twelid: 19 ta’ Lulju 1962

    Sess: raġel

    President tal-Kumitat tad-Difiża u s-Sigurtà tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament minn Jannar 2021. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati (bejn Lulju 2019 u Settembru 2020). Eks Kap Kmandant tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela (sa Lulju 2019). Eks Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana u eks Kmandant tar-Reġjun ta’ Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Central). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu matul il-mandat tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana Venezwelana, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u l-maltrattament tad-detenuti. Kellu fil-mira tiegħu l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta’ qrati militari għall-proċessi ta’ dimostranti ċivili.

    25.6.2018

    12.

    Delcy Eloina RODRÍGUEZ GÓMEZ

    Data tat-twelid: 18 ta’ Mejju 1969

    Sess: mara

    Viċi President tal-Venezwela, Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Kummerċ. Eks President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha fil-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u l-użu tagħhom direttament kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku.

    25.6.2018

    18.

    Xavier Antonio MORENO REYES

    Sess: raġel

    Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) mill-2009 sa Ġunju 2020. F’dank ir-rwol, Moreno Reyes iffaċilita, illeġittimizza u ta kredibbiltà lid-deċiżjonijiet tas-CNE, peress li s-Segretarju Ġenerali tas-CNE għandu rwol fit-tfassil tal-aġenda u l-formalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet. Moreno Reyes baqa’ Segretarju Ġenerali tas-CNE filwaqt li d-demokrazija ddgħajfet serjament u r-rwol indipendenti tas-CNE fil-proċess elettorali ġie kompromess. Għalhekk huwa responsabbli li dgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż il-faċilitazzjoni tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali.

    25.6.2018

    20.

    Rafael Ramón BLANCO MARRERO

    Data tat-twelid: 28 ta’ Frar 1968

    Numru tal-identità: V-6250588

    Sess: raġel

    Ġeneral tad-Diviżjoni tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela mill-5 ta’ Lulju 2019. Eks Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)). Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti fil-faċilitajiet tad-DGCIM li twettqu minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

    27.9.2019

    25.

    Hannover Esteban GUERRERO MIJARES

    Data tat-twelid: 14 ta’ Jannar 1971

    Sess: raġel

    Viċi Kmandant u Kap tal-Persunal tal-35 Brigata Militari tal-Pulizija minn Awwissu 2020. Kap tal-Investigazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kontrospjunaġġ Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) tal-inqas bejn April 2019 u Awwissu 2019. Bħala Kap tal-Investigazzjonijiet huwa ssorvelja l-faċilità tad-DGCIM f’Boleita. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura, użu ta’ forza eċċessiva u maltrattament ta’ detenuti mwettqa minnu u minn membri taħt il-kmand tiegħu, b’mod partikolari f’Boleita. Rappurtat li għandu konnessjoni mal-mewt tal-Kaptan Acosta.

    27.9.2019

    27.

    Gladys DEL VALLE REQUENA

    Data tat-twelid: 9 ta’ Novembru 1952

    Post tat-twelid: Puerto Santo, Sucre, il-Venezwela

    Numru tal-identità: V-4114842

    Sess: mara

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u eks membru u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta’ mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta, hija dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż permezz tal-iffirmar ta’ digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó.

    29.6.2020

    28.

    Tania Valentina DÍAZ GONZÁLEZ

    Data tat-twelid: 18 ta’ Ġunju 1963

    Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela

    Numru tal-identità: V-6432672

    Sess: mara

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament u eks l-Ewwel Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. Fir-rwol tagħha ta’ mexxejja fl-ANC mhux rikonoxxuta hi dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi ffirmat id-digriet li neħħa l-immunità parlamentari tal-president tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela, Juan Guaidó.

    29.6.2020

    29.

    Elvis Eduardo HIDROBO AMOROSO

    Data tat-twelid: 4 ta’ Awwissu 1963

    Post tat-twelid: Caracas, Distrito Capital, il-Venezwela

    Numru tal-identità: V-7659695

    Sess: raġel

    Kontrollur Ġenerali, mit-23 ta’ Ottubru 2018, u eks l-Ewwel u t-Tieni Viċi President tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. L-azzjonijiet tiegħu dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bil-projbizzjoni lill-membri tal-oppożizzjoni milli jokkupaw kariga pubblika għal 15-il sena u t-tmexxija tal-ANC mhux rikonoxxuta, l-iffirmar tal-“liġi kontra l-mibegħda”, li tiġġustifika t-tneħħija ta’ gvernatur tal-oppożizzjoni elett legalment u l-projbizzjoni ta’ Juan Guaidó minn kwalunkwe kariga pubblika.

    29.6.2020

    34.

    Luis Eduardo PARRA RIVERO

    Data tat-twelid: 7 ta’ Lulju 1978

    Numru tal-identità: V-14211633

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali elett fl-2015, organizza l-elezzjoni tiegħu bħala President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Parra Rivero, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), Parra Rivero ntlaqa’ minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta.

    29.6.2020

    35.

    Franklyn Leonardo DUARTE

    Data tat-twelid: 15 ta’ Mejju 1977

    Numru tal-identità: V-3304045

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Eks membru u elett b’mod illeġittimu l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015, huwa organizza l-elezzjoni tiegħu bħala l-ewwel Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Duarte, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta.

    29.6.2020

    36.

    José Gregorio NORIEGA FIGUEROA

    Data tat-twelid: 21 ta’ Frar 1969

    Numru tal-identità: V-8348784

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea Nazzjonali mhux eletta demokratikament. Ex membru u elett b’mod illeġittimu t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015. Maħtur b’mod illeġittimu bħala direttur tal-bord ad hoc tal-partit politiku Voluntad Popular. Bħala membru tal-Assemblea Nazzjonali eletta fl-2015, huwa organizza l-elezzjoni taparsi tiegħu bħala t-tieni Viċi President tal-Assemblea Nazzjonali fil-5 ta’ Jannar 2020, u b’hekk dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. L-elezzjoni saret hekk kif l-aċċess ta’ diversi membri parlamentari għall-bini tal-Assemblea Nazzjonali ġie mblokkat mill-pulizija militari, u mingħajr ma ntlaħaq kworum. Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni kellhom jorganizzaw ruħhom barra mill-bini tal-Assemblea Nazzjonali biex jeleġġu mill-ġdid lil Juan Guaidó bħala l-President tagħha. Ftit wara l-elezzjoni taparsi ta’ Noriega, bl-appoġġ tal-partit politiku tar-reġim (PSUV), l-elezzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Assemblea Nazzjonali ġiet milqugħa minn Maduro u l-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali (ANC) mhux rikonoxxuta. F’Lulju 2020, Noriega, megħjun mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezwela (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)), ħa f’idejh b’mod illeġittimu t-tmexxija tal-partit politiku Voluntad Popular, u b’hekk kompla jdgħajjef id-demokrazija fil-Venezwela.

    29.6.2020

    37.

    Remigio CEBALLOS ICHASO

    Data tat-twelid: 1 ta’ Mejju 1963

    Numru tal-karta tal-identità: V-6557495

    Sess: raġel

    Ex Kmandant tal-Kmand Operazzjonali u Strateġiku tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani tal-Venezwela (Comando Estratégico Operacional Fuerzas Armadas Nacionales Bolivarianas (CEOFANB)), l-ogħla organu fil-Forzi Armati Venezwelani (Ġunju 2017 - Lulju 2021). Is-CEOFANB jikkontrolla l-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani (FANB) u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Is-CEOFANB huwa wkoll responsabbli għall-koordinazzjoni tal-interventi tal-FANB fid-dimostrazzjonijiet.

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant tas-CEOFANB, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta’ forza eċċessiva u t-trattament inuman u degradanti minn uffiċjali tal-FANB u minn forzi subordinati taħt il-kmand tiegħu, inkluż il-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Sorsi varji, inkluż il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti dwar ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, jattribwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem lill-FANB u l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana.

    22.2.2021

    41.

    Luis Fernando DAMIANI BUSTILLOS

    Data tat-twelid: 27 ta’ April 1946

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    42.

    Lourdes Benicia SUÁREZ ANDERSON

    Data tat-twelid: 7 ta’ Marzu 1965

    Sess: mara

    President tal-Awla Kostituzzjonali u l-ewwel Viċi President tal-Qorti Suprema mill-5 ta’ Frar 2021. Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) minn Diċembru 2005. Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, hija responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u hi appoġġat u ffaċilitat id-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    43.

    Calixto Antonio ORTEGA RÍOS

    Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1950

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    44.

    René Alberto DEGRAVES ALMARZA

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    45.

    Arcadio DELGADO ROSALES

    Data tat-twelid: 23 ta’ Settembru 1954

    Sess: raġel

    Imħallef u Viċi President tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, huwa responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u sentenzi li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa appoġġa u ffaċilita d-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    46.

    Carmen Auxiliadora ZULETA DE MERCHÁN

    Data tat-twelid: 13 ta’ Diċembru 1947

    Sess: mara

    Imħallef tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)). Bħala membru tal-Kamra Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema, hija responsabbli għal azzjonijiet, dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet li użurpaw il-poteri kostituzzjonali tal-Assemblea Nazzjonali u dgħajfu d-drittijiet elettorali tal-oppożizzjoni inkluż il-ħatra unilaterali mill-Qorti Suprema tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) f’Ġunju 2020 u s-sospensjoni u s-sostituzzjoni unilaterali tat-tmexxija ta’ tlieta mill-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni demokratika f’Ġunju u Lulju 2020, kif ukoll l-estensjoni tas-sentenza dwar Acción Democrática għal sena oħra f’Mejju 2021. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u hi appoġġat u ffaċilitat id-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-fergħa tal-eżekuttiv.

    22.2.2021

    47.

    Indira Maira ALFONZO IZAGUIRRE

    Data tat-twelid: 29 ta’ April 1968

    Post tat-twelid: La Guaira (Stat ta’ La Guaira, Venezwela)

    Numru tal-karta tal-identità: V-6978710

    Sess: mara

    President tal-Kamra Elettorali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) minn Mejju 2021. Ex President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)), maħtura fit-13 ta’ Ġunju 2020. Ex membru tal-Kamra Elettorali u l-Awla Plenarja tal-Qorti Suprema (TSJ), it-Tieni Viċi President tat-TSJ mill-2015 sal-24 ta’ Frar 2017, Viċi President tat-TSJ mill-24 ta’ Frar 2017 sat-12 ta’ Ġunju 2020. Bħala membru tal-Kamra Elettorali tat-TSJ, Alfonzo Izaguirre hija responsabbli għall-azzjonijiet meħuda kontra l-Assemblea Nazzjonali li kienet għadha kemm ġiet eletta f’Diċembru 2015, li għamlitha impossibbli għall-Assemblea Nazzjonali li teżerċita l-poter leġiżlattiv tagħha. Barra minn hekk, hija aċċettat il-ħatra tagħha bħala l-president tas-CNE f’Ġunju 2020 mit-TSJ għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. F’dak ir-rwol hija ħejjiet u ssorveljat l-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali li saru fis-6 ta’ Diċembru 2020 u pparteċipat fil-bidla tat-30 ta’ Ġunju 2020 għan-normi elettorali għal dawk l-elezzjonijiet, mingħajr ma ħalliet formalment it-TSJ (permess temporanju biex jiġi integrat is-CNE). Wara t-tiġdid tas-CNE f’Mejju 2021, hija reġgħet lura fit-TSJ. L-azzjonijiet tagħha għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

    22.2.2021

    48.

    Leonardo Enrique MORALES POLEO

    Sess: raġel

    Ex Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral (CNE)) u President tal-Kummissjoni għall-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament (Awwissu 2020 - Mejju 2021).

    Morales Poleo nħatar Viċi President tas-CNE u President tal-Kummissjoni tal-Parteċipazzjoni Politika u l-Finanzjament fis-7 ta’ Awwissu 2020 mill-Qorti Suprema (Tribunal Supremo de Justicia (TSJ)) għalkemm din il-prerogattiva tappartjeni għall-Assemblea Nazzjonali. Barra minn hekk, eżatt qabel il-ħatra tiegħu huwa serva fil-Partit Progressiv Avvanzat (Avanzada progresista). Bħala membru tas-CNE, huwa ħa sehem bis-sħiħ fis-superviżjoni tal-proċess elettorali li wassal għall-elezzjonijiet mhux demokratiċi tal-Assemblea Nazzjonali fis-6 ta’ Diċembru 2020. L-azzjonijiet tiegħu għalhekk dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

    22.2.2021

    51.

    Carlos Ramón Enrique CARVALLO GUEVARA

    Numru tal-karta tal-identità: V-10132041

    Sess: raġel

    President tal-intrapriża statali Corporación Ecosocialista Ezequiel Zamora (CORPOEZ) minn Marzu 2021. Ġeneral tad-Diviżjoni, u Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) u mill-21 ta’ Awwissu 2020 sal-11 ta’ Marzu 2021. Suċċessur tal-Ġeneral Rafael Ramón Blanco Marrero. Preċedentement, Carvallo Guevara serva fid-DGCIM fir-reġjun ta’ Los Andes u okkupa pożizzjoni ta’ kariga għolja fil-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela mwettqa minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Fis-sejbiet ippubblikati reċentement tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, id-DGCIM huwa kkaratterizzat bħala istituzzjoni direttament responsabbli għat-twettiq ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem.

    22.2.2021

    53.

    Carlos Enrique TERÁN HURTADO

    Numru tal-karta tal-identità: V-8042567

    Sess: raġel

    Brigadier Ġeneral mill-5 ta’ Lulju 2019 u kap tad-Direttorat Speċjali tal-Investigazzjoni Kriminali tad-Direttorat Ġenerali tal-Counter-Intelligence Militari (Dirección General de Contrainteligencia Militar (DGCIM)) mill-2019 sal-2021. F’funzjonijiet preċedenti, il-Brigadier Ġeneral Terán Hurtado serva bħala kap tal-pulizija fl-istat ta’ Falcón u kap tad-DGCIM fl-istat ta’ Táchira. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż trattament krudili u inuman ta’ detenuti, imwettqa minn uffiċjali tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu. Fis-sejbiet dettaljati tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, il-Brigadier Ġeneral Terán Hurtado huwa speċifikament indikat bħala wieħed mill-atturi responsabbli, u huwa marbut mal-każ tal-kaptan de la Sotta.

    22.2.2021

    55.

    Douglas Arnoldo RICO GONZÁLEZ

    Data tat-twelid: 28 ta’ Settembru 1969

    Numru tal-karta tal-identità: V-6864238

    Sess: raġel

    Direttur tal-Bureau għall-Investigazzjonijiet Xjentifiċi, Kriminali u Forensiċi (Cuerpo de Investigaciones Científicas, Penales y Criminalísticas (CICPC)) mill-5 ta’ Frar 2016. Preċedentement, huwa aġixxa bħala viċi direttur tas-CICPC. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, minn uffiċjali tas-CICPC taħt l-awtorità tiegħu. Ir-rapport tal-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela jikkaratterizza lis-CICPC bħala istituzzjoni li twettaq ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. Is-CICPC huwa involut ukoll fi qtil extraġudizzjarju, skont ir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem maħruġ fis-16 ta’ Ġunju 2021.

    22.2.2021”.


    Top