Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 52020BP1954
Resolution (EU) 2020/1954 of the European Parliament of 14 May 2020 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Chemicals Agency (ECHA) for the financial year 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1954 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1954 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2018
ĠU L 417, 11.12.2020., 347—350. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/347 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/1954 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-14 ta’ Mejju 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0063/2020), |
A. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2018 kien ta' EUR 118 760 709 — żieda ta' 7,45 % meta mqabbel mal-2017; billi madwar 72,47 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa ġġenerat minn tariffi u imposti u 26,18 % mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi (2); |
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jitlob li l-Aġenzija, bħala waħda mill-aġenziji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni ta' prodotti regolati, tingħata biżżejjed fondi biex twettaq il-kompiti tagħha; |
2. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,92 % — żieda ta' 1,25 % meta mqabbel mal-2017; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,04 % — tnaqqis ta' 0,59 % meta mqabbel mal-2017; |
3. |
Jenfasizza li l-Aġenzija hija parzjalment iffinanzjata mit-tariffi li tirċievi mingħand il-kumpaniji li jitolbu r-reġistrazzjoni ta' sustanzi kimiċi kif mitlub mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); jinnota li t-tariffi applikabbli jiddependu mid-daqs tal-kumpaniji u l-volum ta' sustanzi kimiċi rreġistrati; jinnota li l-Aġenzija sabet li madwar 52 % tal-kumpaniji kienu ddikjaraw id-daqs tagħhom b'mod skorrett u dan irriżulta f'tariffi aktar baxxi; jenfasizza li dan juri l-limitazzjonijiet ta' sistema li tistrieħ wisq fuq dikjarazzjonijiet magħmula mill-applikanti nfushom; jinnota li, tul is-snin, l-Aġenzija talbet il-ħlas ta' EUR 17,9 miljun f'korrezzjonijiet tariffarji u imposti amministrattivi, u li l-Aġenzija għamlet progress konsiderevoli fl-irkupru ta' tnaqqis mhux dovut fit-tariffi u fil-ġbir ta' imposti amministrattivi li kienu b'lura; jinnota, madankollu, li għad hemm volum ta' xogħol konsiderevoli xi jsir b'rabta mal-verifiki u li, sa tmiem l-2018, l-ammont ta' korrezzjonijiet tariffarji neċessarji pendenti kien għadu mhux magħruf; iħeġġeġ lill-Aġenzija tintroduċi verifiki ex ante daqstant ieħor eżawrjenti biex timminimizza r-riskju ta' awtodikjarazzjonijiet frawdolenti; iħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar isaħħu s-sistemi ta' verifika użati biex jiġu ċċekkjati u ppubblikati l-volumi ta' sustanzi kimiċi ddikjarati mill-kumpaniji; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-isforzi tagħha, kif ukoll bir-riżultati miksuba, tkompli tnaqqas l-għadd konsiderevoli ta' verifiki pendenti, timplimenta l-korrezzjonijiet tariffarji u tirkupra t-tariffi li jkunu għadhom ma tħallsux; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni, sabiex jiġu evitati l-frodi fid-dikjarazzjonijiet tad-daqs tal-applikanti u biex l-Aġenzija tkun tista' tippjana l-baġit tagħha fuq bażi aktar stabbli; |
4. |
Jinnota li t-tariffi mħallsa mill-industrija jvarjaw sostanzjalment minn sena għal oħra u li għaldaqstant mhuwiex possibbli li l-Aġenzija tagħmel stima raġonevoli tal-bżonn ta' sussidju ta' bilanċ mill-baġit tal-Unjoni, u dan jikkomplika l-ippjanar baġitarju; jappella għal djalogu dwar kif għandu jiġi riformat il-mekkaniżmu għall-finanzjament tal-Aġenzija, b'tali mod li jkun mibni fuq bażi sostenibbli; |
5. |
Jinnota li l-Aġenzija għandha dħul iġġenerat minn tariffi u imposti pagabbli mill-industrija kif ukoll sussidju saldatorju mill-baġit tal-UE; jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, peress li t-tielet skadenza għar-reġistrazzjoni prevista mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għalqet f'Mejju 2018, id-dħul mit-tariffi u l-imposti kien mistenni jonqos b'mod sinifikanti mill-2019 'il quddiem; jirrimarka li hemm riskju li nfiq relattivament stabbli u dħul ferm inqas prevedibbli jista' jkollhom effett negattiv fuq l-operat u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq mudell ta' finanzjament ġdid, vijabbli u eżawrjenti li l-Aġenzija — skont ir-risposta tagħha — diġà bdiet diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwaru; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità tal-kwittanza aġġornata bl-iżviluppi li jkun hemm f'dan ir-rigward; |
Prestazzjoni
6. |
Josserva — fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza b'rabta mal-bżonn li l-Aġenzija tiżviluppa aktar KPIs iffukati fuq l-eżitu u l-impatt li jivvalutaw il-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tal-Aġenzija fir-reviżjoni tagħha tas-sistema ġenerali tal-ġestjoni tal-prestazzjoni — li, matul l-2018, l-Aġenzija rrevediet il-mudell tal-ġestjoni tal-prestazzjoni tagħha għall-Programm ta' Ħidma 2019 bil-ħsieb li tindika aħjar l-impatt u l-eżitu tax-xogħol tagħha; jinnota li l-Programm ta' Ħidma 2019 issa jindika t-tip ta' indikatur (impatt, eżitu, output, input) u m'għadux juża l-istess tip ta' indikaturi għal tipi differenti ta' xogħol iżda fih indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni adatti għall-proċess operazzjonali kkonċernat; |
7. |
Jinnota li, minkejja r-riskji u r-restrizzjonijiet f'ċerti oqsma, l-Aġenzija laħqet 58 mid-69 mira tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel l-almu tagħha biex tilħaq 100 % tal-miri tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha; |
8. |
Jinnota li l-Aġenzija lestiet il-fażi ta' reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mingħajr ma kkawżat tfixkil fis-suq u pprovdiet appoġġ lill-kumpaniji fit-tħejjija u r-reġistrazzjoni ta' 28 357 dossier; |
9. |
Jinnota li l-Aġenzija qed tkompli tikkondividi l-kapaċità tal-awditjar intern tagħha mal-Aġenzija tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea u tikkollabora mill-qrib ma' aġenziji oħra, fosthom billi tikkondividi servizzi fil-kuntest ta' netwerk interaġenzjali u riżorsi permezz ta' memoranda ta' qbil; ifaħħar din il-kooperazzjoni, li hi ta' eżempju għal aġenziji oħra; iħeġġeġ lill-Aġenzija tfittex kooperazzjoni akbar u usa' mal-aġenziji tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tidħol f'taħditiet dwar il-kondiviżjoni tar-riżorsi f'każ ta' kompiti li jikkoinċidu ma' dawk ta' aġenziji oħra li jwettqu attivitajiet simili; |
10. |
Josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, fi proċedura ta' akkwist għal kuntratt qafas għall-provvista ta' servizz ta' infrastruttura tal-IT, ħames kumpaniji tefgħu offerti li kienu jvarjaw bejn EUR 10 miljun u EUR 38,2 miljun u li l-Aġenzija assenjat il-kuntratt qafas għal valur ta' EUR 30 miljun lill-offerent li kien għamel offerta ta' EUR 12-il miljun; jinnota, madankollu, li d-differenza sinifikanti bejn il-valur tal-kuntratt u l-offerta effettiva tqajjem tħassib f'termini ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota li, skont ir-risposta tagħha, inizjalment l-Aġenzija stmat il-valur f'konformità mal-vademecum tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku; jinnota li l-Aġenzija għażlet il-proċedura kompetittiva b'negozjati biex tinkoraġġixxi l-aktar kompetizzjoni wiesgħa possibbli u b'hekk jinġieb l-aħjar valur għall-flus; jistieden lill-Aġenzija tapplika sistema ta' ġestjoni finanzjarja rigoruża tal-kuntratti tal-IT; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha; |
12. |
Ifakkar li, fost l-awtoritajiet regolatorji kollha, l-Aġenzija hi dik li tixpruna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività; jinnota li l-Aġenzija tgħin lill-kumpaniji josservaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, tippromwovi l-użu tagħhom b'mod sikur, tipprovdi informazzjoni dwarhom u tindirizza sustanzi li jqajmu tħassib; |
13. |
Jitlob li l-Aġenzija, bħala waħda mill-aġenziji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni ta' prodotti regolati, tingħata biżżejjed fondi biex twettaq il-kompiti tagħha; |
14. |
Ifakkar li l-2018 kienet is-sena tal-iskadenza finali għar-reġistrazzjoni fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; jenfasizza li dik is-sena l-Aġenzija rċeviet 37 400 dossier — żieda ta' 135 % meta mqabbel mal-2017; jinnota b'sodisfazzjon il-mod li bih l-Aġenzija affrontat iż-żieda drammatika fir-reġistrazzjonijiet tul l-aħħar sena; |
15. |
Jilqa' l-isforzi li saru fl-2018 biex tiġi ssimplifikata l-istruttura organizzattiva, bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza permezz ta' rabta u koordinazzjoni aħjar bejn kompitu u ieħor; jinnota li l-Aġenzija rnexxielha tilħaq il-maġġoranza vasta tal-objettivi tagħha; |
16. |
Jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-miżuri meħuda b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tat-tieni rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u tara li d-dossiers tar-reġistrazzjoni jkunu konformi; |
17. |
Jitlob li tingħata informazzjoni dwar l-istat tat-tħejjijiet għal prototip ta' bażi tad-data fl-ambitu tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), previst għall-bidu tal-2020; |
18. |
Jitlob dettalji dwar il-passi li ħadet l-Aġenzija bi tweġiba għar-Rapport ta' Sinteżi tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-REACH u l-azzjonijiet proposti lill-Aġenzija f'dak ir-rapport; |
Politika dwar il-persunal
19. |
Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2018, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 96,29 %, u li kienu nħatru 441 aġent temporanju mill-458 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-460 post awtorizzati fl-2017); jinnota li fl-2018, barra minn hekk, l-Aġenzija kellha 122 aġent kuntrattwali u 14-il espert nazzjonali sekondat jaħdmu magħha; |
20. |
Jinnota li l-Aġenzija adottat politika kontra l-fastidju u linji gwida relatati li ġew aġġornati fl-2018; jirrikonoxxi li organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u offriet servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali; |
21. |
Jinnota li, sabiex il-pożizzjonijiet vakanti jingħataw aktar pubbliċità, l-Aġenzija tippubblika l-avviżi relattivi fuq is-sit tagħha, fuq il-midja soċjali u fuq is-sit tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE ddedikat apposta; jistieden lill-Aġenzija tippubblikahom ukoll fuq is-sit tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal; |
22. |
Jilqa' l-fatt li fuq is-sit tagħha l-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-bord ta' tmexxija u l-kumitati tagħha, inklużi dawk tal-presidenti li huma membri tal-persunal tal-Aġenzija, id-direttur eżekuttiv u l-membri kollha tal-bord tal-appell; |
23. |
Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2018 intlaħaq bilanċ tajjeb bejn is-sessi f'dak li għandu x'jaqsam ma' pożizzjonijiet maniġerjali superjuri (erba' rġiel u tliet nisa) iżda jinnota li fir-rigward tal-bord ta' tmexxija ma ntlaħaqx l-istess bilanċ (15-il raġel u 21 mara); |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija
24. |
Skont l-Aġenzija, l-introjtu bbaġitjat mit-tariffi għall-2018 jirrappreżenta madwar 73 % tal-introjtu totali tagħha; jinnota s-sistema eżemplari tal-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, u l-fehma tagħha li m'hemm l-ebda periklu li jinqalgħu kunflitti bħal dawn għax l-iskop tat-tariffi hu li jkopru l-ispejjeż u għax il-membri tal-persunal tal-Aġenzija involuti fit-tfassil tal-opinjonijiet issirilhom valutazzjoni regolari biex tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom; jinnota li l-Aġenzija tkun favur soluzzjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tiġbor it-tariffi f'isem l-Aġenzija, billi dan jiffaċilita l-ġestjoni finanzjarja tal-Aġenzija u jgħin biex jonqos ir-riskju ta' nuqqasijiet; |
25. |
Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tiġbor dikjarazzjonijiet tal-interessi aġġornati kull sena mill-persunal u l-esperti esterni kollha, u kull waħda minnhom tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Aġenzija; |
26. |
Jirrikonoxxi l-passi ulterjuri li ħadet biex tiżgura t-trasparenza u l-protezzjoni tal-informaturi; skont l-Aġenzija, il-laqgħat kollha tal-maniġment superjuri tagħha mal-partijiet ikkonċernati jiġu rreġistrati u ppubblikati fuq is-sit web tagħha biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa; |
Awditu intern
27. |
Jinnota li f'Settembru 2019 l-Aġenzija adottat u bdiet timplimenta politika dwar karigi sensittivi li tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex ittaffi r-riskju ta' interessi personali; |
28. |
Jinnota li, fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditu dwar il-kunflitti ta' interess u l-etika fl-ECHA u li, f'Settembru 2018, l-Aġenzija ħejjiet u ddiskutiet pjan ta' azzjoni biex tindirizza oqsma fejn seta' jsir titjib, u li, sa nofs l-2019, l-azzjonijiet kollha kienu ġew implimentati; |
Kummenti oħra
29. |
Jinnota li, wara li għażlet il-bini l-ġdid u ffirmat kuntratt ta' kiri fl-2017 — billi l-kuntratt ta' kiri preċedenti kien se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019 — l-Aġenzija kienet ippjanat li tmur fl-uffiċċji l-ġodda tagħha f'Helsinki f'Jannar 2020; jinnota li t-trasferiment lejn l-uffiċċji l-ġodda tlesta fis-7 ta' Jannar 2020; |
30. |
Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli tkejjel it-tnaqqis li jista' jkun hemm f'parti mid-dħul tagħha fil-futur minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; josserva li l-impatt jidher li se jibqa' limitat, minħabba l-fatt li ntemm l-obbligu ta' reġistrazzjoni previst fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kien jiġġenera introjtu sinifikanti mit-tariffi; |
31. |
Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha fost il-pubbliku u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u ta' mezzi ta' komunikazzjoni oħra; |
32. |
Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 120, 29.3.2019, p. 209.
(2) ĠU C 120, 29.3.2019, p. 212.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.