EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1025

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1025 tat-18 ta' Ġunju 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” (IĠP)

C/2019/4580

ĠU L 167, 24.6.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1025/oj

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1025

tat-18 ta' Ġunju 2019

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 (2). Din l-emenda tinkludi emenda tal-isem “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” għal “Pruneaux d'Agen”.

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Pruneaux d'Agen”/“Pruneaux d'Agen mi-cuits” (IĠP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 tal-21 ta' Novembru 2002 li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' għażliet protetti ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d'Agen - Pruneaux d'Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef), ĠU L 318, 22.11.2002, p. 4.

(3)  ĠU C 36, 29.1.2019, p. 5.


Top