This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D0920
Decision No 1/2019 of the ACP-EU Council of Ministers of 23 May 2019 on the delegation of powers to the ACP-EU Committee of Ambassadors on the decision to adopt transitional measures pursuant to Article 95(4) of the ACP-EU Partnership Agreement [2019/920]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta' Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta' Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920]
ST/2112/2019/INIT
ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114–115
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/114 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE
tat-23 ta' Mejju 2019
dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920]
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati lejn Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid tnedew f'Settembru 2018. F'każ ta' li Ftehim ġdid ma jkunx lest biex jiġi applikat sad-data ta' skadenza tal-qafas legali attwali, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri transizzjonali. |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri jadotta kwalunkwe miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim l-ġdid jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE jista' jadotta deċiżjoni li jiddelega s-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE inkluż is-setgħa li jadotta d-deċiżjoni dwar miżuri transizzjonali. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE għandu jkollu l-laqgħa ordinarja annwali tiegħu fit-23-24 ta' Mejju 2019 fi Brussell. Għad ma ntlaħaqx qbil dwar il-miżuri transizzjonali u għalhekk ma jistgħux jiġu adottati mill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE fil-laqgħa ordinarja tiegħu. Peress li ma hemmx aktar laqgħat previsti tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE qabel l-iskadenza tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, sabiex ikun żgurat li d-deċiżjoni dwar miżuri transizzjonali tittieħed f'waqtha, huwa meħtieġ li d-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tiġi ddelegata lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE b'dan jiddelega s-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, f'konformità mal-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, dwar id-deċiżjoni biex jadotta, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, kwalunkwe miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Il-President
Tjekero TWEYA